This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TB0382
Case T-382/11: Order of the General Court of 9 July 2012 — Pigui v Commission (Action for failure to act — Position taken — Application for directions to be issued — Manifest inadmissibility)
Kawża T-382/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Lulju 2012 — Pigui vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni — Talba għal ordni — Inammissibbiltà manifesta” )
Kawża T-382/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Lulju 2012 — Pigui vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni — Talba għal ordni — Inammissibbiltà manifesta” )
ĠU C 273, 8.9.2012, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 273/9 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2012 — Pigui vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-382/11) (1)
(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni - Talba għal ordni - Inammissibbiltà manifesta)
2012/C 273/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cristina Pigui (Strejnic, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Alexe, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u D. Roussanov, aġenti)
Suġġett
Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni Ewropea naqset illegalment milli tieħu pożizzjoni dwar it-talba tar-rikorrenti intiża, l-ewwel nett, minn naħa, sabiex titwettaq, skont l-Artikoli 4 u 15 tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Novembru 2006, li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, p. 45), investigazzjoni dwar programm ta’ studju tal-Masters fuq l-internet organizzat mill-Akkademja Ewropea Online (EOA), imwaqqfa miċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew (CIFE), f’kooperazzjoni mal-katedra Jean Monnet fl-Università ta’ Cologne (il-Ġermanja), u, min-naħa oħra, sabiex jittieħdu l-miżuri kollha previsti mill-Artikolu 6 tad-deċiżjoni hawn fuq imsemmija sabiex jipprevjenu li l-illegalitajiet kommessi jirrepetu ruħhom, sussegwentement, sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li fiha kienu jinsabu inizjalment il-persuni milquta minn dawn l-atti illegali, jew għall-inqas, ir-rikorrenti, u, finalment, sabiex jintemm il-finanzjament tal-imsemmi master f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ prinċipji kbar fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(3)(i) ta’ din id-deċiżjoni, kif ukoll prinċipji rilevanti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
(2) |
Cristina Pigui hija kkundannata għall-ispejjeż. |