This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FB0075
Case F-75/07: Order of the Civil Service Tribunal (First Chamber) of 27 September 2011 — Brown and Volpato v Commission (Staff Cases — Officials — Promotion — 2006 promotion year — New career structures — Extension of careers by the introduction of new grades having no equivalent in the old Staff Regulations — Application of Article 45 and Annex XIII of the Staff Regulations, as well as the general implementing provisions applicable from 2005 — Principle of equal treatment — Retroactive effect of promotion decisions to a date prior to 1 May 2004 — Transitional measures — Action which must manifestly be dismissed)
Kawża F-75/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (l-Ewwel Awla) tas- 27 ta’ Settembru 2011 — Brown u Volpato vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2006 — Struttura ġdida ta’ karrieri — Estensjoni tal-karriera permezz tal-introduzzjoni ta’ gradi ġodda li ma kinux jeżistu l-ekwivalenti tagħhom fir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti — Applikazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ta’ DĠE applikabbli mill-2005 — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Effett retroattiv ta’ deċiżjonijiet ta’ promozzjoni f’data qabel l- 1 ta’ Mejju 2004 — Miżuri tranżitorji — Rikors li manifestament ma jistax jintlaqa’ )

ĠU C 340, 19.11.2011, p. 39–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/39 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (l-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011 — Brown u Volpato vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-75/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2006 - Struttura ġdida ta’ karrieri - Estensjoni tal-karriera permezz tal-introduzzjoni ta’ gradi ġodda li ma kinux jeżistu l-ekwivalenti tagħhom fir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti - Applikazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ta’ DĠE applikabbli mill-2005 - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Effett retroattiv ta’ deċiżjonijiet ta’ promozzjoni f’data qabel l-1 ta’ Mejju 2004 - Miżuri tranżitorji - Rikors li manifestament ma jistax jintlaqa’)
2011/C 340/80
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Colin Brown (Brussell, il-Belġju) u Alberto Volpato (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: B Cortese u C. Cortese, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Arpio Santacruz u I. Šulce, u sussegwentement M. Bauer, J. Monteiro u K. Zieleśkiewicz, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ppubblikata fl-Avviżi Amministrattivi Nru 55/2006 tas-17 ta’ Novembru 2006 safejn hija ppromoviet lir-rikorrenti għall-grad 9, u mhux għall-grad AD 10, fil-proċedura ta’ promozzjoni 2006.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Brown u Volpato u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
(3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
(1) ĠU C 235, 06.10.07, p. 30.