Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0365

    Kawża C-365/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de Pequena Instância Cível de Lisboa (il-Portugal) fit- 8 ta’ Lulju 2011 — João Nuno Esteves Coelho dos Santos vs TAP Portugal

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de Pequena Instância Cível de Lisboa (il-Portugal) fit-8 ta’ Lulju 2011 — João Nuno Esteves Coelho dos Santos vs TAP Portugal

    (Kawża C-365/11)

    2011/C 282/18

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de Pequena Instância Cível de Lisboa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: João Nuno Esteves Coelho dos Santos

    Konvenuta: TAP Portugal

    Domanda preliminari

    L-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament Nru 261/2004, li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tad-19 ta’ Novembru 2009 Sturgeon et (C-402/07 u C-432/07, Ġabra p. I-10923), interpretat fis-sens li l-passiġġieri ta’ titjiriet imdewma jistgħu jiġu assimilati mal-passiġġieri ta’ titjiriet ikkanċellati għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt għal kumpens meta huma jsofru, minħabba t-titjira mdewma, telf ta’ ħin ta’ tliet sigħat jew iktar, għandhom jiġu interpretati bl-istess mod fil-każ fejn titjira, li telqet fil-ħin mill-ajruport tat-tluq, kienet suġġetta għal dewmien ta’ tliet sigħat u ħamsa u ħamsin minuta fl-ajruport tal-waqfa (stop-over) minħabba li l-kumpannija tal-ajru, għal raġunijiet operattivi, iddeċiediet li tibdel l-ajruplani, u li l-ajruplan sostitut, li kien diġà bil-ħsara qabel il-waqfa (stop-over), kellu jkun is-suġġett ta’ intervent tekniku, b’mod li t-titjira inkwistjoni spiċċat waslet fl-ajruport tad-destinazzjoni bl-istess dewmien ta’ tliet sigħat u ħamsa u ħamsin minuta?


    Top