This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0451
Case C-451/08: Judgment of the Court (Third Chamber) of 25 March 2010 (reference for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Düsseldorf — Germany) — Helmut Müller GmbH v Bundesanstalt für Immobilienaufgaben (Procedures for the award of public works contracts — Public works contracts — Concept — Sale by a public body of land on which the purchaser intends subsequently to carry out works — Works corresponding to a municipal authority’s urban-planning objectives)
Kawża C-451/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 25 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Helmut Müller GmbH vs Bundesanstalt für Immobilienaufgaben ( “Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Kunċett — Bejgħ ta’ art minn korp pubbliku li fuqha x-xerrej jixtieq li ulterjorment jeżegwixxi xogħlijiet — Xogħlijiet li jissodisfaw l-għanijiet ta’ żvilupp urbanistiku ddefiniti minn awtorità territorjali” )
Kawża C-451/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 25 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Helmut Müller GmbH vs Bundesanstalt für Immobilienaufgaben ( “Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Kunċett — Bejgħ ta’ art minn korp pubbliku li fuqha x-xerrej jixtieq li ulterjorment jeżegwixxi xogħlijiet — Xogħlijiet li jissodisfaw l-għanijiet ta’ żvilupp urbanistiku ddefiniti minn awtorità territorjali” )
ĠU C 134, 22.5.2010, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Helmut Müller GmbH vs Bundesanstalt für Immobilienaufgaben
(Kawża C-451/08) (1)
(“Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Kunċett - Bejgħ ta’ art minn korp pubbliku li fuqha x-xerrej jixtieq li ulterjorment jeżegwixxi xogħlijiet - Xogħlijiet li jissodisfaw l-għanijiet ta’ żvilupp urbanistiku ddefiniti minn awtorità territorjali”)
2010/C 134/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Helmut Müller GmbH
Konvenuta: Bundesanstalt für Immobilienaufgaben
Fil-preżenza ta’: Gut Spascher Sand Immobilien GmbH, Belt ta’ Wildeshausen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(b) u (3) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Kunċett ta’ “kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet” u ta’ “konċessjoni ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet” — Obbligu li l-bejgħ ta’ art lil terzi jkun suġġett għal proċedura għall-għoti ta’ kuntratti, fejn ix-xerrej għandu jagħmel xogħlijiet ulterjuri fuq din l-art skont għanjiet ta’ żvilupp urban stabbiliti minn awtorità reġjonali u li l-proġett tagħhom ġie approvat minn din l-awtorità qabel ma ġie konkluż il-kuntratt tal-bejgħ
Dispożittiv
(1) |
Il-kunċett ta’ “kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet]”, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], ma jirrikjedix li x-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt jiġu eżegwiti materjalment jew fiżikament mill-awtorità kontraenti, ladarba dawn ix-xogħlijiet jiġu eżegwiti fl-interess ekonomiku dirett ta’ din l-awtorità. L-eżerċizzju ta’ kompetenzi regolatorji minn din tal-aħħar fil-qasam tal-urbaniżmu mhuwiex biżżejjed biex tiġi sodisfatta din l-aħħar kundizzjoni. |
(2) |
Il-kunċett ta’ “kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet]” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18, jirrikjedi li l-kuntrattur jassumi direttament jew indirettament l-obbligu li jwettaq ix-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt kif ukoll li l-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu tista’ tiġi inforzata legalment skont il-metodi stabbiliti mid-dritt nazzjonali. |
(3) |
Il-“kondizzjonijiet meħtieġa li huma speċifikati mill-awtorità kuntrattwali [awtorità kontraenti]”, fis-sens tat-tielet ipoteżi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18, ma jistgħux jikkonsistu fis-sempliċi fatt li awtorità pubblika teżamina ċerti pjanijiet ta’ kostruzzjoni ppreżentati lilha jew tieħu deċiżjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha fil-qasam tal-regolamentazzjoni urbanistika. |
(4) |
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, konċessjoni għal xogħlijiet pubbliċi, fis-sens tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2004/18, hija eskluża. |
(5) |
F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18 ma japplikawx għal sitwazzjoni li fiha awtorità pubblika tbigħ art lil impriża filwaqt li awtorità pubblika oħra jkollha l-intenzjoni li tagħti kuntratt għal xogħlijiet fuq din l-art minkejja li din ma tkunx għadha formalment iddeċidiet li tipproċedi sabiex tagħti dan il-kuntratt. |