Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex
Document 52009XC0501(03)
Summary of Commission Decision — of 5 December 2007 — declaring a concentration compatible with the common market and the functioning of the EEA Agreement — (Case COMP/M.4647 — AEE/Lentjes)
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni – tal- 5 ta' Diċembru 2007 – li jiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE – Każ : COMP/M.4647 – AEE/Lentjes
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni – tal- 5 ta' Diċembru 2007 – li jiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE – Każ : COMP/M.4647 – AEE/Lentjes
ĠU C 101, 1.5.2009, pp. 44-53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 101/44 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-5 ta' Diċembru 2007
li jiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE
Każ : COMP/M.4647 – AEE/Lentjes
(Il-verżjoni Ġermaniża biss tad-deċiżjoni hija awtentika)
2009/C 101/06
Fil-5 ta’ Diċembru 2007 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta’ għaqda taħt Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ u fil-lingwi ta’ ħidma tal-Kummissjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html
Dan is-sommarju jikkostitwixxi biss profil simplifikat tal-aspetti prinċipali tad-deċiżjoni; m′għandu l-ebda forza legali u jservi għal għanijiet informattivi biss.
I. INTRODUZZJONI
1. |
Fid-29 ta’ Ġunju 2007 l-Kummissjoni rċeviet notifika, skont l-Artikolu 4(5), moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) u (2), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ( “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) ta' konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha Austrian Energy & Environment AG & Co KG (“AEE”, l-Awstrija), li jifforma parti mill-Austrian A-Tec group (“A-Tec”), akkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 (1) ( b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll uniku ta’ Lentjes GmbH (“Lentjes”, il-Ġermanja, imsemmija b'mod konġunt mal-AEE bħala “il-partijiet”) permezz ta' xiri ta’ ishma mill-azzjonist ta' qabel, il-grupp GEA, grupp internazzjonali tat-teknoloġija (inġinerija u kimiċi) |
2. |
AEE, sussidjarja ta’ Austrian A-Tec group (“A-Tec”), hija attiva fil-qasam tal-enerġija u teknoloġija ambjentali. Il-portafoll tal-prodott tagħha jinkludi sistemi ta’ kombustjoni bbażati fuq teknoloġija ta' sodda gradiljata u fluwidifikata, gradilja-fired bojlers għall-iskart, il-bijomassa u l-kombustjoni tal-faħam, flue gas cleaning u tneħħija ta’ kubrit “flue gas”, kif ukoll bojlers. Fi ħdan dan il-portafoll ta’ prodott AEE toffri żvilupp, produzzjoni u l-immuntar ta’ komponenti u impjanti. Barra minn hekk, il-kumpanija prinċipali A-Tec hija attiva fl-oqsma ta’ drive engineering, il-metalli u l-inġinerija mekkanika. |
3. |
Lentjes hija attiva wkoll fil-provvista ta' enerġija u teknoloġija ambjentali. Hija tforni impjanti kompleti ta' skart-għall-enerġija jew lottijiet għal dawn l-impjanti (li jikkonsisti mill-inqas f’sistema ta' kombustjoni), tipprovdi b'mod partikolari l-proċess meħtieġ u inġinerija bażika, iżda Lentjes ma timmanifatturax hija stess il-komponenti għall-impjanti. Lentjes bħalissa hija kkontrollata mill-German GEA Group. |
4. |
It-transazzjoni maħsuba tikkonċerna l-akkwist mill-A-Tec, permezz tas-sussidjarja kompletament tagħha AEE, ta’ kontroll waħdieni fuq Lentjes permezz ta' xiri ta’ ishma mill-bejjiegħ GEA Group. |
5. |
Minħabba rekwiżiti multipli ta’ depożitu f'mill-inqas tliet Stati Membri u n-natura transkonfinali tat-transazzjoni, il-każ kien riferut lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 4 (5) tar-Regolament KE dwar l-Għaqdiet għall-għan tal-evalwazzjoni kompetittiva tiegħu. L-ebda Stat Membru ma oppona għar-riferiment (2). |
6. |
Wara li eżaminat in-notifikazzjoni, il-Kummissjoni sabet li l-proposta notifikata taqa’ fl-iskop tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Fit-3 ta’ Awissu 2007 hi ddeċidiet skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet sabiex tibda l-proċeduri f’dan il-każ u tiftaħ it-tieni fażi tal-investigazzjoni. |
II. SWIEQ RELEVANTI
A. IS-SWIEQ TA’ PRODOTTI RELEVANTI
7. |
L-attivitajiet tal-partijiet jidħlu f'xulxin fil-provvista ta’ sistemi ta' kombustjoni u teknoloġiji relatati għall-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali u impjanti ta' trattament termali bbażati fuq teknoloġija ta’ sodda fluwidifikata. Barra minn hekk, iż-żewġ partijiet ukoll jipprovdu sistemi ta’ tneħħija ta’ kubrit “flue gas”. |
8. |
F’dawn l-oqsma, il-partijiet huma attivi bħala (a) fornituri ta’ impjanti jew linji sħaħ (kuntrattur ġenerali li jassumi r-responsabbilta’ għat-tħaddim tal-impjant kollu), u bħala (b) fornituri ta' lottijiet għal dawn l-impjanti, jiġifieri bħala fornituri tas-sistema ta’ kombustjoni u/jew sistema ta’ tneħħija ta’ kubrit “flue gas” (jassumu r-responsabbilta’ għat-tħaddim ta' dan il-lott partikolari). |
1. Impjanti ta’ trattament termali bbażati fuq teknoloġija tal-gradilja
Impjanti ta’ inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali bbażati fuq teknoloġija bi gradilja b'ammont ta’ materjal ipproċessat ta’ iktar minn 4.5 t / h
9. |
Fid-deċiżjonijiet tagħha ta’ qabel, il-Kummisjoni ddefinit suq rilevanti ta’ prodott bħala suq għall-impjanti ta’ inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali (3). Il-partijiet jargumentaw li din id-definizzjoni ta’ suq ta’ prodott kienet ibbażata fuq il-fatt li dak iż-żmien ma kienx hemm impjanti ta’ inċinerazzjoni ta' skart oħrajn ħlief dawk li jittrattaw skart muniċipali, filwaqt li llum is-suq għandu jiġi meqjus bħala li hu usa’ u jinkludi t-tipi kollha ta' impjanti ta’ skart-għall-enerġija bbażata fuq teknoloġija bi gradilja. |
10. |
L-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li l-impjanti ta’ inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali bbażati fuq teknoloġija bi gradilja għandhom jiġu kkunsidrati bħala suq ta’ prodott distint. Barra minn hekk ikkonfermat id-distinzjoni bejn impjanti żgħar ħafna b’kapaċita’ ta’ assorbiment ta’anqas minn 4.5 t/h u dawk l-impjanti b’kapaċita’ superjuri. |
Linji u lottijiet kompleti
11. |
L-investigazzjoni tas-suq tal-bidu rrivelat il-bżonn sabiex issir distinzjoni bejn swieq għall-forniment ta’ impjanti/linji kompleti fuq bażi ta’ turnkey u bejn il-forniment ta’ lottijiet. It-tieni fażi tal-investigazzjoni ġabet kjarifikazzjoni dwar l-interazzjoni bejn iż-żewġ partijiet, fis-sens li l-forniment ta' lottijiet jagħmel restrizzjoni kompetittiva sinifikanti fuq il-fornituri ta’ impjanti/linji kompleti, kif se jiġi elaborat aktar ’il quddiem fil-evalwazzjoni tal-kompetizzjoni. Iżda mhux meħtieġ li tiġi ddeterminata konklużjoni definittiva dwar jekk il-forniment ta’ lottijiet u impjanti/linji kompleti jiffurmawx swieq separati. |
Swieq ’il fuq: inġinerija fid-detall ta’ impjanti ta' inċinerazzjoni muniċipali u l-manifattura ta’ komponenti tal-bojler
12. |
A-Tec huwa wkoll attiv fl-inġinerija dettaljata u l-produzzjoni ta’ partijiet ta’ pressjoni għal bojlers u valvoli, attivitajiet li jinsabu ’l fuq f’suq li hu affettwat orizzontalment għall-forniment ta’ impjanti ta’ inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali bbażati fuq teknoloġija bi gradilja b'assorbiment ta' aktar minn 4.5 t/h. L-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat b'mod wiesa’ li kull waħda minn dawn l-attivitajiet tikkostitwixxi swieq ta’ prodotti rilevanti separati. Minħabba li ma hemm l-ebda kwistjonijiet ta' kompetizzjoni dwar din ir-relazzjoni vertikali, il-mistoqsija dwar aktar segmentazzjoni ta’ dawn is-swieq tista’ titħalla miftuħa f’dan il-każ preżenti. |
2. Impjanti ta’ trattament termali bbażati fuq teknoloġija ta' sodda fluwidifikata b’kapaċità anqas minn 200 MWel
13. |
Il-partijiet jaffermaw li sistemi ta’ kombustjoni bbażati fuq teknoloġija ta' sodda fluwidifikata b’kapaċità anqas minn 200 MWel għandhom jiġu kkunsidrati bħala suq rilevanti ta’ prodott separat. |
14. |
Lentjes iforni tip speċjali ta’ teknoloġija ta' użata fluwidifikata msejħa ROWITEC, li hi sistema ta’ kombustjoni modifikata u adattata sabiex tiġi użata għall-inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali u materjal residwu ieħor. Il-partijiet jaffermaw li din tikkompeti ma' sistemi ta' kombustjoni ta' gradilja tal-isparar għall-impjanti ta' inċinerazzjoni ta' skart. Dan ma kienx ikkonfermat mir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq. Jidher li s-sistemi ROWITEC jappartjenu lis-sistemi ta’ kombustjoni bbażati fuq teknoloġija ta' sodda fluwidifikata u ma għandhomx jiġu inklużi fis-suq għal sistemi ta’ kombustjoni bbażati fuq teknoloġija ta’ gradilja. |
15. |
L-investigazzjoni tas-suq indikat ukoll li s-suq jista’ jiġi segmentat f’impjanti ta' sodda fluwidifikata bbażati fuq teknoloġiji differenti, li jservu għanijiet differenti, jiġifieri sodda fluwidifikata (stazzjonarja) li tbaqbaq, sodda ta’ ċirkulazzjoni fluwidifikata u teknoloġija ROWITEC imsemmija hawn fuq. Iżda, minħabba l-fatt li ma hemmx kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni anke fuq il-bażi ta' definizzjoni ta’ suq ta' prodott aktar ristrett (minħabba l-assenza ta’ irkib bejn l-attivitajiet tal-partijiet f’ROWITEC u sodda ta’ ċirkulazzjoni fluwidifikata, u rkib li hu biss negliġibbli dwar impjanti ta’ sodda fluwidifikata li tbaqbaq), l-iskop eżatt tas-suq tal-prodott jista’ fl-aħħar mill-aħħar jibqa’ miftuħ. |
16. |
Is-suq tal-prodott rilevanti huwa għalhekk għal l-għan tal-każ preżenti definit bħala s-suq għal impjanti ta’ trattament termali bbażat fuq teknoloġija ta’ sodda fluwidifikata b’kapaċita’ ta’ anqas minn 200 MWel. |
3. Sistemi ta’ tneħħija tal-kubrit minn “flue gas”
17. |
Fil-każijiet preċedenti l-Kummissjoni ddefiniet suq ġenerali għas-sistemi ta’ tneħħija ta’ kubrit (4). L-investigazzjoni tas-suq fl-ewwel fażi tal-proċess preżenti kien - fi stadju tardiv ħafna - irrevela indikazzjonijiet li s-suq għat-tneħħija tal-kubrit “flue gas” (prinċipalment użat għal impjanti bbażati fuq teknoloġija ta' sodda fluwidifikata, li fiha jiġi wżat il-faħam bħala parti mill-fjuwil) għandu jiġi segmentat aktar għal tliet metodi differenti, jiġifieri tneħħija tal-kubrit minn “flue gas” imxarrab, nofsu-mnixxef u xott. Dawn l-indikazzjonijiet kienu ġew konfermati b’mod ġenerali mill-investigazzjoni fid-dettall fit-tieni fażi. |
18. |
Kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni bdew jiġu diskussi minn żewġ kompetituri tal-partijiet fis-suq aktar ’l isfel għal impjanti tas-sodda fluwidifikata għal dak li jirrigwarda metodu speċifiku nofsu mnixxef ta’ tneħħija tal-kubrit, dak li hu magħruf bħala circulating dry scrubber (“CDS”). Il-kompetituri ssottomettew li sistemi bbażati fuq dan il-metodu jistgħu biss jiġu forniti minn Lentjes u kompetitur ieħor, Alstom. Huma qalu wkoll li dawn is-sistemi kienu tidħil meħtieġ għall-attivitajiet tagħhom fuq is-suq għall-impjanti tas-sodda fluwidifikata peress li huma kellhom joffru dawn is-sistemi bħala parti minn pakkett ġenerali għal impjant jew linja kompleta għal dak li jirrigwarda ċerti tipi ta’ impjanti ta’ multifjuwil. Huma kienu inkwetati li wara l-amalgamazzjoni se jkun aktar diffiċili għalihom sabiex jiksbu dawn is-sistemi (jekk jiksbuhom għal prezz raġonevoli) peress li Lentjes imbagħad ikun integrat vertikalment ma’ AEE, wieħed mill-kompetituri prinċipali fis-suq aktar ’l isfel. |
19. |
L-investigazzjoni fil-fond fit-tieni fażi rrivelat li l-metodi nofshom imnixxfin kollha jwasslu għal riżultati komparabbli. Dawk li rrispondew iddikjaraw li anke xi teknoloġiji, li huma komunament attribwibbli għal oqsma ta’ metodi niexfin (teknoloġiji għal ‘spray absorbers’), jistgħu jkunu alternattivi għal ċerti tipi ta’ impjanti, b’mod partikolari impjanti multifjuwil (5). Fl-aħħar mill-aħħar jiddependi mill-kontenut ta' kubrit fil-fjuwils li konsumatur se jaħraq, kif ukoll fuq normi ambjentali (notevolment l-istandards ta' emmissjoni, li jistgħu xi kultant ikunu aktar stretti mill-istandards relevanti tal-UE (6) skont fejn jinsab l-impjant), sew jekk konsumatur jagħżel metodu wieħed jew ieħor. |
20. |
Applikazzjoni speċjalizzati jeżistu fi ħdan il-kategorizzazzjoni ġenerali msemmija hawn fuq (metodi mxarrba, nofshom mnixxfa u xotti) pereżempju Lentjes’ CDS, li jidher li jagħti prestazzjoni iżda għali, u hu protett minn drittijiet dwar propjeta’ intellettwali. |
21. |
Ibbażat fuq x'hawn miktub hawn fuq, jidher li fi ħdan is-suq tal-prodott għal “flue gas cleaning” distinzjoni ġenerali bejn teknoloġiji mxarrba, nofshom imnixxfa u xotti twassal għal segmentazzjoni tas-suq ġenerali, b’potenzjal ta’ segmenti speċjalizzati għal applikazzjonijiet speċifiċi. Il-fornituri kollha l-aktar importanti joffru sistemi ta’ “flue gas cleaning” li jaqgħu f’dawn it-tliet kategoriji, u peress li ma hemm l-ebda kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni taħt kull definizzjoni ta’ suq ta’ prodott alternattiv, kif se jkun spjegat hawn isfel, id-definizzjoni ta’ suq tista’ fl-aħħar mill-aħħar titħalla miftuħa. |
B. IS-SWIEQ ĠEOGRAFIĊI RILEVANTI
22. |
L-iskop ġeografiku tas-suq affettwat jista’ jkun ikkunsidrat li hu mifrux maż-ŻEE. L-atturi prinċipali huma attivi madwar iż-ŻEE u l-ebda xkiel għad-dħul fl-oqsma nazzjonali differenti ma ġew identifikati. Fl-istess waqt, iżda, l-investigazzjoni tas-suq indikat li s-suq għandu jiġi definit bħala (s’issa) mhux aktar wiesa’ miż-ŻEE peress li kompetituri minn barra ż-ŻEE rarament jieħdu sehem f’sejħiet għall-offerti fiż-ŻEE sakemm m’għandhomx sussidjarji Ewropej. |
III. EVALWAZZJONI KOMPETITTIVA
A. EFFETTI ORIZZONTALI
1. Impjanti ta’ trattament termali għall-iskart muniċipali bbażati fuq teknoloġija tal-gradilja
Ishma tas-suq
23. |
Il-Kummissjoni għamlet analiżi fil-fond tal-offerti li wkoll ipprovdiet dejta sabiex toħloq is-suq mill-ġdid. L-informazzjoni miġbura f’din l-investigazzjoni tikkonċerna (kważi) l-proġetti kollha mogħtija f’dan il-qasam tul l-2002-2006 fiż-ŻEE. Fuq din il-bażi l-figuri tal-ishma tas-suq għall-partijiet għal 107 proġetti, li jirrappreżentaw kopertura kważi kompleta tas-suq relevanti, huma kif ġej: Tabella 1 Distribuzzjoni tal-ishma tas-suq għall-impjanti ta’ inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali 2002-06 – suq ġenerali, impjanti kompleti u partijiet ta’ impjanti
|
24. |
Jekk wieħed kellu jiddistingwi segmenti separati għal linji kompleti fuq naħa waħda u impjanti ta’ parti (lottijiet) fuq in-naħa l-oħra, il-Partijiet ikunu l-mexxej tas-suq għal impjanti/linji kompleti, segwiti minn Martin/CNIM u KAB Takuma. Għal-lottijiet, l-amalgamazzjoni twassal għan-numru wieħed, segwita mill-qrib minn ħafna aktar plejers oħra ta’, bejn wieħed u ieħor, l-istess qies (Fisia, Martin/CNIM u Volund). |
Analiżi tal-offerti
25. |
L-analiżi tal-offerti mmexxija mill-Kummissjoni rrivelat li minn total ta’ 107 offerti, AEE u Lentjes kienu kompetituri diretti fi [10-15] -il offerta. |
26. |
L-ewwel, wieħed għandu jinnota li meta AEE u Lentjes bdew jitfgħu l-offerti, huma ġeneralment kienu jikkompetu ma’ Martin/CNIM, Fisia, u KAB Takuma fuq bażi regolari f’dawn l-offerti. Meta wieħed iqabbel ir-rati ta’ parteċipazzjoni għal [10-15]-il offerta ma’ dawk għall-proġetti kollha juru li Fisia, Martin/CNIM kif ukoll KAB Takuma pparteċipaw aktar spiss f’offerti li fihom AEE u Lentjes kienu preżenti. Dan juri li b’mod ġenerali l-offerti li fihom iż-żewġ partijiet jipparteċipaw jattiraw aktar offerenti alternattivi milli huwa l-każ normali fl-industrija. |
27. |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll ir-rati ta’ suċċess tal-kompetituri prinċipali u qabblet ir-rata tas-suċċess ġenerali fil-proġetti kollha tul l-2002-2006 u r-rata tas-suċċess fl-offerti fejn AEE u Lentjes kienu t-tnejn qegħdin jipparteċipaw. Ir-rata ta’ suċċess ta’ Lentjes meta AEE kien qiegħed jipparteċipa kienet aktar baxxa b'mod sinifikanti mir-rata tiegħu fl-offerti kollha. Din l-osservazzjoni tgħodd ukoll għal linji kompleti. Dan jidher li qiegħed jindika li Lentjes ma naqsitx ir-rata ta' suċċess ta' AEE fl-offerti; anzi għall-kuntrarju, il-preżenza ta' AEE hi korrelata ma’ prestazzjoni ħażina min-naħa ta’ Lentjes. |
28. |
Barra minn hekk, lanqas analiżi tal-kompetitur li ġie t-tieni fl-offerti li ntrebħu minn AEE juru l-eleminazzjoni ta’ fattur ta’ kompetizzjoni sinifikanti. Il-konsumaturi ġew mitluba sabiex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dettalji tal-offerti tagħhom sabiex jivvalutaw min kien ġie t-tieni fil-proġetti fejn iż-żewġ partijiet ipparteċipaw u r-rebħa kienet ta' AEE. Għal dawn il-proġetti, Fisia tidher li kienet kważi viċin daqs Lentjes. |
29. |
Għalkemm l-analiżi fil-fond tal-offerti provdiet aktar informazzjoni, ma kienx possibbli sabiex jiġi identifikat xi fattur partikulari ta’ dawk l-offerti li fihom l-atturi differenti pparteċipaw. Għalkemm kull kumpanija tidher li għandha l-punti ta’ saħħa speċjali u t-teknoloġiji tagħha, l-istampa sħiħa hi li l-atturi kollha stabbiliti huma kapaċi jeżegwixxu proġetti kbar għal impjanti/linji kompleti u li ma hemm l-ebda vantaġġ teknoloġiku partikolari f’idejn il-partijiet jew f’idejn fornituri oħra. Ma hemm l-ebda grupp ta’ proġetti partikolari fejn il-partijiet ikollhom vantaġġ partikolari u fejn il-kompetituri li fadal ma jkunux kapaċi jirbħu proġett jew għal lanqas jeżerċitaw tfixkil kompetittiv sinifikanti fuq l-entita’ amalgamata. |
30. |
It-tieni fażi tal-investigazzjoni ċċarat ukoll, li ħafna drabi hemm aktar kompetituri fil-fażi ta’ qabel il-kwalifikazzjoni milli offerenti li realment jissottomettu offerta. Kompetituri li pparteċipaw fl-investigazzjoni tas-suq spjegaw li huma nfushom jikkonsidraw jekk jissottomettux l-offerta finali jew le skont kemm iħajjarhom il-proġett u skont il-klijent (f’termini ta’ kemm hu fattibbli l-proġett, kundizzjonijiet kummerċjali u garanziji rikjesti, relazzjonijiet mal-klijent eċċ.) u notevolment wieħed jikkunsidra ċ-ċans antiċipat li jirbaħ il-kuntratt fost il-kompetituri l-oħra. Għalhekk, in-numru medju relativament baxx tal-offerenti li qed jipparteċipaw fil-fażi finali ma jirriflettix b’mod preċiż it-tfixkil kompetittiv eżerċitat mill-offerenti l-oħra li setgħu potenzjalment jitfgħu offerti u li spiss ipparteċipaw f’fażijiet aktar kmieni tas-sejħa tal-offerti. |
Gradazzjoni tal-fornituri
31. |
Flimkien mal-analiżi tal-offerti, il-konsumaturi kellhom, waqt l-investigazzjoni fil-fond tas-suq, jiggradwaw lill-kompetituri relattivi ma’ Lentjes skont kriterji varji li huma essenzjali għas-suċċess fl-industrija. saħħa finanzjarja, proġetti ta’ referenza, teknoloġiji ta’ gradilja, tagħrif dwar inġinerija u tagħrif dwar amministrazzjoni ta’ proġett. |
32. |
Ir-risposti tal-konsumaturi li wieġbu abbażi tal-esperjenza tagħhom ma’ Lentjes irrivelaw li AEE, Martin/CNIM, Fisia u Volund huma meqjusa bħala atturi aktar b’saħħithom minn Lentjes fuq is-suq. B’mod ġenerali r-risposti jindikaw li l-kompetitur l-aktar qrib ta’ AEE mhuwiex Lentjes, iżda Martin/CNIM u Fisia. L-istess gradazzjoni ntbagħtet lil kumpaniji jew konsulenti tal-ippjanar u l-inġinerija. Il-valutazzjoni tagħhom ta’ fornituri differenti fil-qasam ta’ inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali tirrifletti bejn wieħed u ieħor dik tal-konsumaturi. Huma jqisu lil AEE, Martin/CNIM u Fisia bħala l-fornituri li jmexxu fis-suq u warajhom jiġi Lentjes. |
33. |
Il-konsumaturi jikkunsidraw ukoll li Volund huwa aktar b’saħħtu u lil Baumgarte bħala li jqabbilha ma’ Lentjes (anke jekk Volund u Baumgarte ġeneralment jispeċċjalizzaw fuq lottijiet), u warajhom jiġi KAB Takuma. L-istampa ġenerali kkonfermat li l-plejers prinċipali għal linji/impjanti kompleti huma AEE, Martin/CNIM, Lentjes, Fisia u reċentement KAB Takuma, waqt li fornituri oħra għandhom biss rwol minuri. Fil-lottijiet Baumgarte, Volund u ThyssenKrupp Xervon Energy huma fornituri kredibbli wkoll. |
Tfixkil kompetittiv fuq fornituri ta’ impjanti kompleti mill-lottijiet
34. |
It-tieni fażi tal-investigazzjoni rrivelat ukoll li bosta konsumaturi, għalkemm għandhom preferenza għal fornitur tat-turnkey, jistgħu b’mod alternattiv jaqbżu għas-soluzzjoni tal-lottijiet kkumplimentata minn kumpanija tal-inġinerija jew riżorsi ta’ ġewwa għall-funzjoni tat-turnkey. Ir-rwol tal-kumpaniji tal-inġinerija, li ma kinux koperti minn investigazzjoni tas-suq inizjali, jidher li hu kruċjali. Kumpaniji tal-inġinerija jagħtu ċans lill-konsumaturi sabiex jakkwistaw tagħrif dwar is-suq, jistrutturaw l-offerta u jevalwaw l-offerti u jikkumpensaw in-nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ inġinerija ta’ ġewwa tal-klijenti ta’ darba (bħal eżempju muniċipalitajiet). Barra minn hekk, huma jipprovdu s-servizzi interkonnessi ta’ inġinerija u għalhekk jagħtu ċans lill-konsumaturi sabiex jagħżlu bejn linja kompleta minn fornitur ta’ turnkey jew soluzzjoni ta’ lot. |
35. |
Fuq il-bażi ta’ dawn it-tweġibiet u l-informazzjoni miġbura mill-kumpaniji ta’ inġinerija, jidher li disassoċjazzjoni ta’ proġett f’lottijiet jidher alternattiv kredibbli għal kuntratt ġenerali għal linja kompleta. Għalhekk, it-theddida ġejja minn fornituri ta’ lottijiet hija forza ta’ tfixkil għall-fornituri ta’ impjanti kompleti. |
Parteċipanti ġodda u fornituri alternattivi tat-“turnkey”.
36. |
Minħabba l-bżonn ta’ proġetti ta’ referenza, saħħa finanzjarja u responsabbiltà’ turn-key, dħul ġdid qed jaffaċċja ostakoli kbar u jista’ biss jiġi minn kumpaniji li huma b’saħħithom f’wieħed mit-tliet aspetti msemmijin. Dan ġie kkonfermat waqt it-tieni fażi tal-investigazzjoni tas-suq li rrivelat dħul potenzjali kredibbli ġej minn: Kumpaniji b’teknoloġiji eżistenti, saħħa finanzjarja u proġetti ta’ referenza attivi preżentement barra miż-ŻEE; kumpaniji attivi fiż-ŻEE iżda ffukati f’reġjun jew segment partikolari u fl-aħħar kumpaniji b'responsabilita’ turn-key attivi fi swieq ta' prodott ġar. |
Dħul reċenti fis-suq
37. |
Fl-ewwel fażi tal-investigazzjoni KAB Takuma biss kienet imsemmija minn dawk li rrispondu bħala applikant ġdid fis-suq għall-impjanti tal-inċinerazzjoni ta’ skart. Madankollu, minkejja l-appoġġ finanzjarju b’saħħu li għandha u teknoloġija kredibbli, li diġa’ rebbħuha tliet kuntratti għal impjanti/linji kompleti fl-Ewropa, il-pożizzjoni tagħha ma tidhirx stabbilita’ daqshekk tajjeb bħall-pożizzjoni tal-fornituri prinċipali l-oħra minħabba n-nuqqas ta’ proġetti ta’ referenza Ewropej. L-investigazzjoni fil-fond irrivelat li KAB Takuma hi, madankollu, ikkunsidrata bħala plejer ġdid kredibbli minn konsulenti speċjalizzati tal-inġinerija, u dan hu wkoll mistenni li jbiddel il-perċezzjoni tal-konsumaturi. Jista’ jiġi nnutat wkoll li b’eċċezzjoni waħda l-kumpaniji tal-inġinerija kollha, meta mistoqsija kemm fornituri kredibbli kienu disponibbli għal impjanti. turnkey semmew mill-anqas erba’ fornituri kredibbli: AEE/Lentjes, Martin/CNIM, Fisia u KAB Takuma. |
38. |
It-tieni fażi tal-investigazzjoni wriet ukoll li applikanti oħra flimkien ma’ KAB Takuma għandhom jiġu kkunsidrati. L-eks kumpanija Belġjana, Seghers – wara li nkisbet mill-kumpanija bbażata f’Singapor, Keppel – daħlet mill-ġdid fis-suq Ewropew u rebħet xi proġetti f'dawn l-aħħar sentejn. Barra minn hekk, Seghers bħalissa qegħda tikkompeti għal proġett turn-key ma’ pljers stabbiliti. |
Applikanti potenzjali ġodda
39. |
Plejers reġjonali Ewropej jistgħu wkoll jitqiesu bħala applikanti potenzjali fil-forniment ta' impjanti/linji kompleti. Il-fornituri tradizzjonali tal-lottijiet jistgħu wkoll jitqiesu bħala applikanti potenzjali fil-forniment ta' linji kompleti. Mhuwiex rari li dawn il-fornituri jingħaqdu ma’ kumpaniji oħra sabiex jiffurmaw consortia u sabiex jagħmlu offerta għal impjanti/linji kompleti. |
40. |
Wara, possibiltajiet alternattivi għall-forniment turnkey ta’ impjanti kompleti minn kumpaniji li ma għandhomx teknoloġija għall-inċinerazzjoni ta’ skart bħala l-kompetenza prinċipali tagħhom kienu wkoll identifikati waqt l-investigazzjoni tas-suq. Wieħed mill-konsumaturi rrapporta sejħa għall-offerti li kienet għadha għadejja fejn fornitur ta’ turnkey b’esperjenza fil-kostruzzjoni fin-negozju taż-żejt, iżda mingħajr teknoloġija tiegħu stess fil-qasam tal-inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali organizza consortium sabiex għal lanqas jiġi t-tieni. Fir-Renju Unit, fornitur ta’ turnkey mingħajr teknoloġija tiegħu stess rebaħ diġa’ proġett ta’ turnkey u pparteċipa f’aktar sejħiet għal offerti għal impjanti kompleti, u akkwista minn barra l-partijiet prinċipali teknoloġiċi tal-proġett. |
Il-pożizzjoni futura fis-suq ta’ Lentjes
41. |
Il-Ġermanja tradizzjonalment kienet l-iktar suq b’saħħtu għal Lentjes u għal AEE u l-ishma storiċi tas-suq tal-partijiet jirriflettu s-suċċess tagħhom f’dan is-suq prinċipali. L-investigazzjoni tas-suq, iżda, irrivelat li minħabba li l-Ġermanja diġa’ bdiet fis-snin 90 sabiex tirrestrinġi r-radam tal-iskart, l-importanza relativa tas-suq skart-għall-enerġija fil-Ġermanja se jitnaqqas minħabba li partijiet oħra taż-ŻEE bdew biss f'dawn l-aħħar snin wara d-direttiva tal-UE dwar ir-radam. Tkabbir tas-suq hu mistenni fin-Nofs-in-nhar u fil-Lvant tal-Ewropa, fejn leġislazzjoni simili, bħal fil-Ġermanja, għadha ma daħlitx fis-seħħ. Infatti, il-proporzjon ta’ sejħiet għall-offerti li għadhom għaddejjin (iżda għadhom mhux mogħtija) fil-Ġermanja meta mqabbla mas-suq taż-ŻEE ġenerali hu notevolment iżgħar mill-proporzjon tal-Ġermanja fi ħdan il-proġetti mogħtija f’dawn l-aħħar ħames snin. Dan l-iżvillupp tas-suq għalhekk jidher li qed idgħajjef il-pożizzjoni relativa tal-partijiet, li kienu tradizzjonalment b’saħħithom fil-Ġermanja, fis-suq taż-ŻEE fil-futur. |
42. |
Aspett ieħor li għandu rwol fl-evalwazzjoni ta’ kemm kienet perċiża l-prestazzjoni ta’ qabel tas-suq bħala tbassir ta’ kemm se jkun b’saħħtu s-suq fil-futur hija l-pożizzjoni finanzjarja dgħajfa ta’ Lentjes. Saħħa finanzjarja hi kkunsidrata bħala wieħed mill-attributi prinċipali meħtieġa għal fornitur ta’ soluzzjoni ta’ inċinerazzjoni għall-iskart sabiex tiġi kkunsidrata mill-konsumaturi, notevolement minħabba garanziji għoljin meħtieġa għall-proġetti. In-negozju ta’ skart-għall-enerġija ta’ Lentjes kien qed jagħmel telf f’dawn l-aħħar snin. GEA, il-kumpanija prinċipali ta’ Lentjes, ippruvat mingħajr suċċess sabiex tirristruttura l-kumpanija u fl-aħħar iddeċidiet li tbiegħ lil Lentjes. Xi Konsumaturi ukoll ipperċepixxew lil Lentjes bħala kumpanija b’inqas preżenza fis-suq reċentement u infatti l-ebda kuntratti ma ngħataw lilha fl-2006 u l-2007. Lentjes għalhekk ma tidhirx kapaċi tasserixxi pressjoni kompetittiva qawwija fuq il-fornituri l-oħra fil-futur fl-assenza ta’ amalgamazzjoni. |
Konklużjoni dwar impjanti ta’ inċinerazzjoni ta’ skart
43. |
Il-pressjoni kompetittiva indiretta mill-fornituri ta’ lottijiet dwar segmenti turn-key ġiet ikkonfermata. Informazzjoni addizzjonali dwar il-proċess tal-offerti turi li hi diffiċli tikkonkludi li l-partijiet huma kompetituri mill-qrib. Lanqas il-perċezzjonijiet tal-plejers fis-suq rigward il-fornituri ma indikaw li huma jaraw lill-partijiet bħala kompetituri mill-qrib. Barra minn hekk, il-potenzjal għal fornituri alternattivi hu aktar wiesa’ b’mod ċar milli wriet l-ewwel fażi tal-investigazzjoni u l-pożizzjonijiet storiċi tas-suq mhumiex neċessarjament indikaturi preċiżi tas-saħħa futura tas-suq meta wieħed jikkunsidra l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet qafas. |
2. Impjanti ta’ trattament termali bbażati fuq teknoloġija ta' sodda fluwidifikata b'kapaċità anqas minn 200 MWel
44. |
F’dan is-suq l-entità amalgamata se jkollha sehem tas-suq mifrux fuq ż-ŻEE ta’ madwar [25-35] % (AEE [20-30] %, Lentjes [5-10] %). Il-kompetituri prinċipali tagħhom huma Foster Wheeler (madwar [30-40] %) u Metso/Kvaerner (madwar [30-40] %). Aktar kompetituri, kull wieħed b’sehem mis-suq ta’ madwar [<5] % prinċipalment ibbażat fuq impjanti ta’ sħana bijomassa li jutilizza teknoloġija ta' sodda fluwidifikata. |
45. |
It-tieni fażi tal-investigazzjoni tas-suq fil-fond, li fiha ġie eżaminat b’mod partikolari jekk, u jekk iva sa liema limitu, dan is-suq jistax jinqasam f’aktar sotto-swieq jew segmenti, ma pproduċietx xi evidenza ta’ effetti anti-kompetittivi orizzontali minħabba amalgamazzjoni ppjanifikata. |
B. EFFETTI VERTIKALI
46. |
Kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni qamu rigward it-teknoloġija ta’ Lentjes’ CDS għat-tneħħija tal-kubrit “flue gas”. Żewġ kompetituri ta’ AEE fis-suq ’l isfel għal impjanti ta’ sodda fluwidifikata kienu mħassba li – kif huma jiddikjaraw – l-fornitur uniku tagħhom ta’ din it-teknoloġija dwar impjanti multi-fjuwil ibbażata fuq ċirkulazzjoni tat-teknoloġija ta’ sodda fluwidifikata mhux se jfornuhom aktar wara l-amalgamazzjoni, minħabba l-fatt li AEE hu kompetitur kbir tagħhom fis-suq 'l isfel. |
1. Sitwazzjoni kompetittiva fis-suq ’il fuq għal sistemi ta’ tneħħija tal-kubrit “flue gas”
47. |
Fuq suq ġenerali għal sistemi ta’ tneħħija tal-kubrit “flue gas”, l-ishma tas-suq imħallta tal-partijiet ikunu approssitivament [25-45] % (AEE: [15-25] %, Lentjes: [15-25] %), waqt li l-kompetituri tagħhom l-aktar b’saħħithom kellhom ishma fis-suq ta’ approssitivament [20-30] % (Alstom), [15-25] % (Fisia), [10-20] % (Hitachi Power) u [5-10] % (Mitsubishi). Aktar kompetituri f’dan il-qasam jinkludu Wulff, LAB (CNIM group) u FLSmidth. |
2. L-ebda abbiltà sabiex jiġu esklużi kompetituri ’l isfel
48. |
Dawk li lmentaw kienu qajjmu kwistjonijiet rigward impjanti multifjuwil ta’ daqs medju. Aktar preċiżament, il-kwistjonijiet jirrigwardaw impjanti fil-medda ta’ bejn 30 u 50 MWel (7) |
Metodi alternattivi ta’ tneħħija ta’ kubrit
49. |
Il-maġġor parti ta’ min irrisponda fl-investigazzjoni tas-suq ikkonfermaw li t-tip ta’ sistema ta’ tneħħija ta’ kubrit “flue gas” li għandha tiġi użata f’impjant bħal dan tiddependi mit-tip ta’ fjuwil (taħlita) li hu mainċinerazzjoni u mill-istandards ta’ emissjoni. Il-maġġor parti ta' min irrisponda semmew soluzzjonijiet oħra nofshom-imnixxfa jew imnixxfa bħala li komparabbli mat-teknoloġija ta’ Lentjes u Alstom, jiġifieri dawk offruti minn AEE (Turbosorp), Wulff (Graf-Wulff-technology), LAB u Fisia Babcock. |
50. |
L-investigazzjoni fil-fond żvelat li t-teknoloġija Graf-Wuff tidher li hi l-aktar identika mat-teknoloġija offruta minn Lentjes. Il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-konsumaturi fit-tliet proġetti li għadhom għaddejjin li kienu msemmija minn wieħed minn dawk li għamlu l-ilmenti bħala proġetti kruċjali f’dan il-qasam. Wieħed minn dawn il-konsumaturi ddikjara li għaż-żewġ proġetti tiegħu hemm soluzzjonijiet alternattivi ta’ tindif (ibbażata fuq teknoloġija xotta). Il-konsumatur l-ieħor ikkonferma li dan it-tip ta’ metodu fluwidifikat ta’ tindif ikun is-soluzzjoni favorita tagħhom, iżda għandhom offerti alternattivi minn fornituri oħra u għalhekk mhumiex inkwetati dwar kull effett anti-kompetittiv tat-transazzjoni maħsuba. |
Offerti separati għal tneħħija ta’ kubrit “flue gas”
51. |
Barra minn hekk, konsumaturi spjegaw li huma issa qed jikkunsidraw offerti paralleli – waħda għal unita’ ta’ kombustjoni (jiġfieri il-bojler ta’ sodda fluwidifikata), b’għażla sabiex tforni l-parti ta’ tneħħija ta’ kubrit “flue gas”, u offerta separata għas-sistema ta’ tneħħija ta’ kubrit “flue gas”, sabiex tieħu l-aħjar soluzzjoni kemm għal dak li jirrigwarda t-teknoloġija kif ukoll għal dak li jirrigwarda spejjeż. Konsegwentement, l-entità amalgamata tista’ tipparteċipa fis-sottomissjoni ta’ offerta għall-gżira ta’ bojler kompleta, jiġfieri bojler u sistema ta’ tneħħija ta’ kubrit “flue gas”, kif ukoll offerta separata għal sistema ta’ tneħħija ta’ kubrit. Bħala konsegwenza, it-teknoloġija Lentjes se tibqa’ disponibbli għall-konsumaturi tal-aħħar, li tista’ tkun abbinata ma’ bojler mill-kompetituri ta’ AEE, jekk meħtieġ. |
Numru suffiċjenti ta’ kompetituri oħra integrati vertikalment
52. |
Barra minn hekk, anke f’każijiet fejn dawn l-impjanti huma biss offruti fuq bażi ta’ offerti għal impjanti kompleti (jew għal lanqas gżira għal bojler), is-suq ’l isfel hu suq għal offerti u konsumaturi stqarru li hemm fornituri oħra integrati li jistgħu jipparteċipaw f’dawn l-offerti. Għalhekk, l-entità amalgamata se tibqa’ tħabbat wiċċha mal-kompetizzjoni minn fornituri oħra integrati bħal pereżempju Mitsubishi jew SES TLMACE. Il-konsumatur tal-aħħar għalhekk għad għandu l-għażla bejn numru ta’ fornituri li jistgħu jissottomettu offerti għal dawn l-impjanti. |
Konkluzjoni dwar effetti vertikali
53. |
L-entità amalgamata m’għandhiex l-abbiltà sabiex teskludi l-kompetituri ’l isfel tagħha. L-amalgamazzjoni ma toħloq l-ebda inkwiet dwar kompetizzjoni fir-rigward tar-relazzjoni bejn is-suq ’l fuq għal impjanti ta’ tneħħija ta’ kubrit “flue gas” u s-suq ’l isfel għal impjanti tas-sodda fluwidifikata inqas minn 200MWel. |
IV. KONKLUŻJONI
54. |
Il-konċentrazzjoni proposta mhux se twaqqaf b’mod sinifikanti kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f’parti sostanzjali tiegħu. Taħt l-Artikolu 2(2) u Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, għalhekk it-transazzjoni għandha tiġi ddikjarata kumpatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. |
(2) It-transazzjoni kienet tkun notifikabbli fl-Istati Membri li ġejjin: L-Awstrija, il-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju Unit.
(3) Ara Każ COMP/M.1552, Babcock Borsig/AE Energietechnik, deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 1999, u Każ COMP/M.1594, Preussag/Babcock Borsig, deċiżjoni tas-17 ta’ Awissu 1999.
(4) Ara Każ COMP/M.1552, Babcock Borsig/AE Energietechnik, deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 1999, u Każ COMP/M.1594, Preussag/Babcock Borsig, deċiżjoni tas-17 ta’ Awissu 1999.
(5) Il-marki/metodi li kienu msemmija bħala li kienu komparabbli jinkludu Lentjes (CDS), Alstom (NID), AEE (Turbosorp), Wulff (Graf-Wulff-technology), LAB u Fisia Babcock; għal aktar dettalji ara evalwazzjoni kompetittiva hawn taħt.
(6) Direttiva 2000/76/KE dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart u Direttiva 2001/80/KE dwar l-impjanti kbar tal-kombustjoni.
(7) Wieħed minn dawk li għamel l-ilmenti kien inkwetat l-aktar bl-impjanti multifjuwil fil-medda ta’ aktar minn 100 MWel. Iżda, il-maġġor parti ta’ min irrisponda fl-investigazzjoni tas-suq stqarru li għal dan is-segment il-metodi nofshom imnixxfa jistgħu jiġu sostitwiti permezz ta’ metodi imxarrbai tat-tneħħija tal-kubrit.