This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0293
Case T-293/08: Action brought on 24 July 2008 — BASF Plant Science and Others v Commission
Kawża T-293/08: Rikors ippreżentat fl- 24 ta' Lulju 2008 — BASF Plant Science et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-293/08: Rikors ippreżentat fl- 24 ta' Lulju 2008 — BASF Plant Science et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 272, 25.10.2008, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 272/28 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2008 — BASF Plant Science et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-293/08)
(2008/C 272/55)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BASF Plant Science GmbH (Ludwigshafen, il-Ġermanja), Plant Science Sweden AB (Svalöv, l-Iżvezja), Amylogene HB (Svalöv, l-Iżvezja) u BASF Plant Science Holding GmbH (Ludwigshafen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, lawyer, U. Zinsmeister, lawyer u D. Slater, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondat; |
— |
tiddikjara li, billi naqset milli tieħu l-miżuri neċessarji skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/18/KE tat-12 ta' Marzu 2001 u fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 u tadotta d-Deċiżjoni Amflora, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn l-Artikoli; sussidjarjament |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti mandat lil EFSA “għall- opinjoni konsolidata dwar l-użu ta' indikaturi ġenetiċi ta' reżistenza antibijotika (ARM) użati bħala indikaturi ġenetiċi fi pjanti modifikati ġenetikament”, tal-14 ta' Meju 2008, u s-sospensjoni tal-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni Amflora, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti b'ittra tad-19 ta' Mejju 2008; |
— |
tiddeċiedi favur it-talba għall-miżuri istruttorji, |
— |
tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jsostnu li, billi naqset milli tadotta deċiżjoni fuq talba għal awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq għall-użu industrijali ta' patata mmodifikata ġenetikament (“Amflora potato”) skont id-Direttiva 2001/18/KE (1), il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 18(1) ta' l-imsemmija Direttiva u l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (“id-Deċiżjoni ta' Komitoloġija”) (2) u għalhekk naqset milli tieħu azzjoni skont l-Artikolu 232 KE.
Ir-rikorrenti jsostnu li l-obbligu tal-Kummissjoni li tadotta din id-deċiżjoni fiż-żmien stabbilit mid-Direttiva 2001/18/KE huwa kkonfermat ukoll minn numru ta' fatturi, fosthom (a) il-bżonn li jinżamm il-bilanċ istituzzjonali, (b) l-evalwazzjoni addizzjonali dwar il-bażi legali tat-talba tal-Kummissjoni u (ċ) il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju.
Madankollu, ir-rikorrenti jsostnu li, safejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2008 tikkostitwixxi definizzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni, u li għalhekk, ir-rikors tar-rikorrenti għal nuqqas li tittieħed azzjoni huwa għalhekk inammissibbli, ir-rikorrenti jitolbu sussidjarjament lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Mejju 2008 li tagħti mandat lil EFSA għal opinjoni konsolidata, u s-sospensjoni tal-proċedura sakemm ikun hemm il-ħames evalwazzjoni xjentifika, li twassal għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
Ir-rikorrenti jsostnu li, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, u għalhekk, dewmet l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Amflora, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2001/08 u s-subparagrafu 3 tal-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni tal-Komitoloġija, li kienu jeħtieġu li d-Deċiżjoni Amflora tiġi adottata fi żmien 120 ġurnata wara l-bidu tal-proċedura Komunitarja, kif ukoll tal-prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju, bħal proporzjonalità, amministrazzjoni tajba, aspettattivi leġittimi, ċertezza legali u ta' non-diskriminazzjoni.
(1) Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU 2001 L 106, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju tniżżel li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU 1999 C 184, p. 23).