Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/235/26

Kawża T-280/07: Rikors imressaq fit- 18 ta' Lulju 2007 — Sepracor vs L-UASI — Laboratorios Ern (LEVENIA)

ĠU C 235, 6.10.2007, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/14


Rikors imressaq fit-18 ta' Lulju 2007 — Sepracor vs L-UASI — Laboratorios Ern (LEVENIA)

(Kawża T-280/07)

(2007/C 235/26)

Lingwa li fiha tressaq ir-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sepracor, Inc (Marlborough, l-Istati Uniti) (irrappreżentata minn: E. De Gryse, E. Cornu, D. Moreau, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: Laboratorios Ern, SA (Barċellona, Spanja)

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-18 ta' April 2007 fil-kawża R 155/2006-1;

tordna li l-UASI għandu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Sepracor, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali Komunitarja “LEVENIA” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni Nru 2 563 799

Proprjetarja tal-marka jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta'oppożizzjoni: Laboratorios Ern, SA

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark verbali nazzjonali “LEVELINA” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħdet l-oppożizzjoni fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Laqgħet l-appell

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 43 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Komunità u r-Regola 22 tar-Regolament li jimplementa r-Regolament dwar it-trade mark tal-Komunità billi l-ġustifikazzjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell, li ddeċieda li l-fatt li ma ntużatx it-trade mark nazzjonali “LEVELINA” kien iġġustifikat għal ċertu tip ta' prodotti u preparazzjonijiet farmaċewtiċi, ma tistax tikkostitwixxi “raġunijiet validi” għal nuqqas ta' użu fis-sens ta' l-Artikolu 43(2) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Komunità. Barra minn dan, ir-rikorrenti ssostni li anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tikkunsidra li d-deċiżjoni tal-Bord kienet korretta u li l-fatt li n-nuqqas ta' użu kien suffiċjentement iġġustifikat, id-deċiżjoni kkontestata allegatament tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Komunità.


Top