This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2018:155:FULL
Official Journal of the European Union, L 155, 19 June 2018
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 155, 19 ta' Ġunju 2018
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 155, 19 ta' Ġunju 2018
|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
19.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/878
tat-18 ta' Ġunju 2018
li jadotta l-lista tal-Istati Membri, jew partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-klieb, il-qtates u l-inmsa fi Stati Membri. L-Artikolu 19 jipprevedi, b'mod partikolari, l-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi biex jiġi żgurat il-kontroll ta' mard u infezzjonijiet oħra minbarra l-idrofobija li x'aktarx jinfirxu minħabba l-moviment ta' dawk l-annimali. |
|
(2) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprevedi wkoll l-adozzjoni ta' regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew, ta' partijiet minnhom, skont l-istatus tas-saħħa tal-annimali u s-sistemi ta' sorveljanza u ta' rappurtar tagħhom fir-rigward ta' ċerti mard jew infezzjonijiet oħra minbarra l-idrofobija. L-Istati Membri, jew partijiet minnhom, li jkunu konformi ma' dawk ir-regoli ta' kategorizzazzjoni jistgħu jiġu inklużi f'lista li se tiġi adottata skont l-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 (2) li tawtorizza l-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb, li jistabbilixxi regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew partijiet minnhom, fir-rigward ta' dik l-infezzjoni, u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jridu jissodisfaw sabiex jibqgħu eliġibbli biex japplikaw dawk il-miżuri sanitarji preventivi. |
|
(4) |
Ir-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 jinkludu l-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jeħtieġ li jissodisfaw sabiex juru li li m'għandhomx volpijiet ħomor selvaġġi fit-territorju kollu tagħhom jew inkella, jekk annimali ospitanti definittivi selvaġġi li aktarx ikollhom il-parassita Echinococcus multilocularis huma preżenti fit-territorju kollu tagħhom jew f'partijiet mit-territorju tagħhom, li ma kien hemm l-ebda okkorrenza ta' infezzjoni tal-Echinococcus multilocularis rreġistrata f'dawk l-annimali. L-Istati Membri jew partijiet minnhom elenkati skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 bħala konformi ma' dawk ir-regoli ta' kategorizzazzjoni huma eliġibbli biex japplikaw il-miżuri sanitarji preventivi speċifikati fir-Regolament Delegat (UE) 2018/772. |
|
(5) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 huwa maħsub biex jieħu post ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 (3), li fih miżuri sanitarji preventivi simili għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb u li jelenka l-Finlandja, l-Irlanda, Malta u r-Renju Unit, bħala l-Istati Membri awtorizzati biex japplikaw dawk il-miżuri. Il-Finlandja, l-Irlanda, Malta u r-Renju Unit baqgħu eliġibbli biex japplikaw dawk il-miżuri sanitarji preventivi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 abbażi ta' evidenza kontinwa tan-nuqqas tal-parassita Echinococcus multilocularis fil-popolazzjonijiet ospitanti definittivi selvaġġi tagħhom jew, fil-każ ta' Malta, fuq il-bażi ta' evidenza li ma hemm l-ebda popolazzjoni ospitanti definittiva selvaġġa xierqa fuq il-gżira u li l-parassita Echinococcus multilocularis qatt ma ġiet irreġistrata f'annimali ospitanti definittivi domestiċi. |
|
(6) |
Il-volpi aħmar selvaġġ huwa deskritt bħala speċi mhux preżenti fi kwalunkwe parti ta' Malta skont l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura. Fuq dik il-bażi u abbażi tal-evidenza msemmija fil-premessa (5), Malta titqies li hija konformi mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 għat-territorju kollu tagħha. Jenħtieġ għalhekk li Malta tiġi elenkata bħala konformi ma' dawk ir-regoli ta' kategorizzazzjoni għat-territorju kollu tagħha. |
|
(7) |
Popolazzjoni ospitanti definittiva selvaġġa li aktarx ikollha l-parassita Echinococcus multilocularis, jiġifieri, il-popolazzjoni tal-volpi aħmar, hija preżenti fit-territorju kollu tal-Finlandja, tal-Irlanda u tar-Renju Unit. Mill-1 ta' Jannar 2012, it-tliet Stati Membri ilhom jimplimentaw programmi ta' sorveljanza speċifiċi għall-patoġenu għall-popolazzjonijiet tagħhom tal-volpi aħmar skont ir-rekwiżiti tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 u, f'kull każ, l-ebda okkorrenza ta' infezzjoni tal-Echinococcus multilocularis ma ġiet irreġistrata f'dawk il-popolazzjonijiet. Kwalunkwe okkorrenza tal-infezzjoni hija notifikabbli b'mod obbligatorju skont il-liġi nazzjonali tagħhom. Għalhekk il-Finlandja, l-Irlanda u r-Renju Unit jitqiesu li huma konformi mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 għat-territorju kollu tagħhom. Għalhekk il-Finlandja, l-Irlanda u r-Renju Unit jenħtieġ li jiġu elenkati bħala konformi ma' dawk ir-regoli ta' kategorizzazzjoni għat-territorju kollu tagħhom. |
|
(8) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 jipprevedi t-tħassir tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 b'effett mill-1 ta' Lulju 2018. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe lakuna fl-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi fir-rigward ta' klieb li jidħlu fil-Finlandja, fl-Irlanda, f'Malta u fir-Renju Unit, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Lulju 2018. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista ta' Stati Membri li jikkonformaw fit-territorju kollu tagħhom mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 hija stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-lista tal-Istati Membri, jew ta' partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 hija stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 tal-21 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb u li jħassar ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 (ĠU L 130, 28.5.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta' Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6).
ANNESS
PARTI 1
Il-lista ta' Stati Membri li jikkonformaw fit-territorju kollu tagħhom mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772
|
Il-kodiċi ISO tal-pajjiż |
Stat Membru |
|
MT |
MALTA |
PARTI 2
Il-lista tal-Istati Membri, jew ta' partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772
|
Il-kodiċi ISO tal-pajjiż |
Stat Membru |
It-territorju kollu/partijiet tat-territorju |
|
FI |
IL-FINLANDJA |
It-territorju kollu |
|
GB |
IR-RENJU UNIT |
It-territorju kollu |
|
IE |
L-IRLANDA |
It-territorju kollu |
DEĊIŻJONIJIET
|
19.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/4 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2018/879 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-13 ta' Ġunju 2018
li taħtar Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106(a)(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta' erbatax-il Imħallef u ħames Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2018. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu li jibda fis-7 ta' Ottubru 2018. |
|
(2) |
Il-mandat tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali huwa għal perijodu ta' sitt snin. |
|
(3) |
Il-kandidaturi tas-Sur Irmantas JARUKAITIS u s-Sur Peter George XUEREB ġew proposti għall-kariga ta' Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(4) |
Il-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza ta' dawn il-kandidati għall-qadi tad-dmirijiet ta' Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2018 sas-6 ta' Ottubru 2024:
|
— |
Is-Sur Irmantas JARUKAITIS, |
|
— |
Is-Sur Peter George XUEREB. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2018.
Il-President
D. TZANTCHEV
|
19.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/880
tat-18 ta' Ġunju 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK (1). |
|
(2) |
Il-Kunsill ma jirrikonoxxix, u jkompli jikkundanna, l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u ser jibqa' impenjat li jimplimenta b'mod sħiħ il-politika tiegħu ta' nonrikonoxximent. |
|
(3) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-23 ta' Ġunju 2019. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2014/386/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta' Ġunju 2019.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PORODZANOV
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70).
|
19.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/881
tat-18 ta' Ġunju 2018
li titlob lill-Kummissjoni tippreżenta studju dwar l-opzjonijiet tal-Unjoni biex tindirizza l-konklużjonijiet tal-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus fil-kawża ACCC/C/2008/32 u, jekk adatt fid-dawl tar-riżultati tal-istudju, proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1367/2006
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 241 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 10 tiegħu rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 225 u 241 TFUE,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Frar 2005, il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (2) (“il-Konvenzjoni ta' Aarhus”) ġiet approvata, f'isem il-Komunità Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE (3). Il-Konvenzjoni ta' Aarhus tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika ambjentali tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 191 TFUE. |
|
(2) |
L-Unjoni implimentat l-obbligi tal-Konvenzjoni ta' Aarhus fir-rigward tal-istituzzjonijiet u l-korpi tagħha, b'mod partikolari permezz tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(3) |
Konformement man-natura mingħajr konfrontazzjoni, mhux ġurisdizzjonali u konsultattiva tas-sistema tal-eżami ta' konformità prevista fl-Artikolu 15 ta' Konvenzjoni ta' Aarhus, ġie stabbilit il-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus (“il-Kumitat”). Il-Kumitat għandu l-kompetenza li jeżamina l-konformità tal-Partijiet mal-Konvenzjoni ta' Aarhus. |
|
(4) |
Fis-17 ta' Marzu 2017, l-Unjoni rċeviet il-konklużjonijiet tal-Kumitat fil-kawża ACCC/C/2008/32 dwar l-aċċess għall-ġustizzja fil-livell tal-Unjoni (“il-konklużjonijiet”). Fil-paragrafu 123 tal-konklużjonijiet, il-Kumitat ikkonkluda li “l-Parti kkonċernata tonqos milli tikkonforma mal-Artikolu 9, il-paragrafi 3 u 4, tal-Konvenzjoni fir-rigward tal-aċċess għall-ġustizzja mill-membri tal-pubbliku minħabba li la r-Regolament ta' Aarhus u lanqas il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma timplimenta jew tikkonforma mal-obbligi previsti f'dawk il-paragrafi”. Abbażi tal-konklużjonijiet, l-Uffiċċju tal-Konvenzjoni ta' Aarhus ħejja abbozz ta' deċiżjoni VI/8f dwar il-konformità tal-Unjoni Ewropea mal-obbligi tagħha taħt il-Konvenzjoni (“abbozz ta' deċiżjoni VI/8f”). |
|
(5) |
Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2017/1346 (5) dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fis-sitt sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Aarhus (“LtP”) rigward l-abbozz ta' deċiżjoni VI/8f. Il-pożizzjoni tal-Unjoni kienet li taċċetta l-abbozz ta' deċiżjoni VI/8f soġġett għal numru ta' emendi għalih. |
|
(6) |
Fl-14 ta' Settembru 2017, fis-sitt sessjoni tal-LtP li saret f'Budva, il-Montenegro, il-LtP iddiskutiet, fost oħrajn, l-abbozz ta' deċiżjoni VI/8f iżda ma qablitx mal-proposti tal-Unjoni li din tiġi emendata b'mod konformi mad-Deċiżjoni (UE) 2017/1346. Fin-nuqqas ta' ftehim, il-LtP iddeċidiet li tipposponi d-diskussjoni dwar dan l-abbozz ta' Deċiżjoni sas-sessjoni ordinarja li jmiss tagħha fl-2021. |
|
(7) |
Id-Dikjarazzjoni ta' Budva dwar id-Demokrazija Ambjentali għall-Ġejjieni Sostenibbli Tagħna, adottata wkoll mil-LtP fl-14 ta' Settembru 2017, tappella lill-Partijiet u l-firmatarji tal-Konvenzjoni ta' Aarhus biex jipprovdu aċċess effettiv u ndaqs għall-ġustizzja għal kulħadd b'mod konformi mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta' Aarhus. |
|
(8) |
Fil-15 u s-16 ta' Novembru 2017 rispettivament, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni dwar Pjan ta' Azzjoni għan-natura, in-nies u l-ekonomija, u Riżoluzzjoni dwar l-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) tal-UE li t-tnejn li huma jitolbu, fost oħrajn, lill-Kummissjoni tippreżenta leġislattiva ġdida li tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1367/2006, sabiex titqies ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat dwar il-kawża ACCC/C/2008/32. |
|
(9) |
Fis-sitt sessjoni tal-LtP, l-Unjoni esprimiet il-volontà tagħha li tesplora modi u mezzi biex tikkonforma mal-Konvenzjoni ta' Aarhus b'mod li jkun kompatibbli mal-prinċipji fundamentali tal-ordni ġuridiku tal-UE u mas-sistema tagħha ta' stħarriġ ġudizzjarju. Jenħtieġ li l-Unjoni tieħu passi konkreti f'dik id-direzzjoni, billi titlob lill-Kummissjoni tippreżenta studju dwar l-opzjonijiet tal-Unjoni biex tindirizza l-konklużjonijiet tal-Kumitat fil-kawża ACCC/C/2008/32. Jidher li hu possibbli li r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 jiġi emendat b'mod li s-sistema tal-Unjoni ta' stħarriġ ġudizzjarju ma tinbidilx, b'mod partikolari billi titwessa' l-kategorija tal-atti tal-Unjoni li tista' tintalab reviżjoni interna għalihom. |
|
(10) |
L-Unjoni tkompli tappoġġa b'mod sħiħ l-objettivi importanti tal-Konvenzjoni ta' Aarhus, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta, sat-30 ta' Settembru 2019, studju dwar l-opzjonijiet tal-Unjoni biex tindirizza l-konklużjonijiet tal-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus fil-kawża ACCC/C/2008/32 (“l-istudju”) biex tesplora l-modi u l-mezzi kif tkun konformi mal-Konvenzjoni ta' Aarhus b'mod li huwa kompatibbli mal-prinċipji fundamentali tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni u mas-sistema tagħha ta' stħarriġ ġudizzjarju.
2. L-istudju għandu jkopri l-implikazzjonijiet legali, finanzjarji u fuq ir-riżorsi umani tal-opzjonijiet differenti, inkluż l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.
Artikolu 2
1. Il-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta, sat-30 ta' Settembru 2020, jekk ikun adatt fid-dawl tar-riżultati tal-istudju, proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1367/2006, jew inkella tinforma lill-Kunsill dwar miżuri oħra li jkunu neċessarji bħala segwitu għall-istudju.
2. F'konformità mal-prassi normali, il-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-proposta tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PORODZANOV
(1) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(2) ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-diżposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1346 tas-17 ta' Lulju 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fis-sitt sessjoni tal-Laqgħa tal- Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Aarhus rigward il-kawża ta' konformità ACCC/C/2008/32 (ĠU L 186, 19.7.2017, p. 15).
|
19.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/882
tat-18 ta' Ġunju 2018
dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jemenda l-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/608 (1), li pprevediet estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali ta' ċerti Palestinjani għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri msemmijin fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta' 24 xahar. |
|
(2) |
Jenħtieġ li r-Repubblika ta' Ċipru tinżied mal-lista tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK. |
|
(3) |
Abbażi ta' evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li l-validità ta' dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 24 xahar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità ta' permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija bis-saħħa tal-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta' 24 xahar, mill-31 ta' Jannar 2018.
Artikolu 2
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 Din il-Pożizzjoni Komuni tikkonċerna t-13-il Palestinjan li jappartjenu lill-grupp ta' Palestinjani li fir-rigward tagħhom intlaħaq Memorandum ta' Ftehim bejn l-Awtorità Palestinjana u l-Gvern tal-Iżrael mill-5 ta' Mejju 2002 dwar l-evakwazzjoni paċifika tal-Knisja tan-Natività ta' Betlem u li qablu li jiġu trasferiti temporanjament lejn, u li jiġu milqugħa minn, Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.”; |
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 It-13-il Palestinjan imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu milqugħa fuq bażi temporanja u esklużivament għal raġunijiet umanitarji mill-Istati Membri li ġejjin: il-Belġju, il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, Ċipru u l-Portugall.”. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PORODZANOV
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/608 tat-18 ta' April 2016 dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 18).
(2) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK tal-21 ta' Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani (ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 001 p. 287).
|
19.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/10 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/883
tat-18 ta' Ġunju 2018
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2018) 3942)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri, fejn kien hemm każijiet ikkonfermati ta' dik il-marda fi ħnieżer domestiċi jew selvaġġi (l-Istati Membri kkonċernati). Fil-Partijiet I sa IV tiegħu, l-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri, skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat diversi drabi biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li kien meħtieġ li jiġu riflessi f'dak l-Anness. |
|
(2) |
Ir-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-organiżmi selvaġġi huwa marbut mat-tixrid naturali bil-mod ta' dik il-marda fost il-popolazzjonijiet taċ-ċingjali, kif ukoll ir-riskji marbuta mal-attività umana, kif deher fl-evoluzzjoni epidemjoloġika riċenti ta' dik il-marda fl-Unjoni, u kif iddokumentat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali, ippubblikata fl-14 ta' Lulju 2015; fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA fuq l-analiżi epidemjoloġiċi dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fit-23 ta' Marzu 2017; u fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA fuq l-analiżi epidemjoloġiċi dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fis-7 ta' Novembru 2017 (5). |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (6) tistabbilixxi l-miżuri minimi tal-Unjoni li għandhom jittieħdu għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. B'mod partikolari, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-istabbiliment ta' żona ta' protezzjoni u sorveljanza meta d-deni Afrikan tal-ħnieżer jiġi kkonfermat uffiċjalment f'azjenda agrikola tal-ħnieżer, u l-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva jistabbilixxu l-miżuri li għandhom jittieħdu f'żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' dik il-marda. Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-miżuri li għandhom jittieħdu fejn id-deni Afrikan tal-ħnieżer ikun konfermat fi ħnieżer selvaġġi, inkluż it-tqegħid ta' azjendi agrikoli tal-ħnieżer taħt sorveljanza uffiċjali fiż-żona ddefinita bħala infettata. L-esperjenza reċenti wriet li l-miżuri stipulati fid-Direttiva 2002/60/KE huma effettivi fil-kontroll tat-tixrid ta' dik il-marda, b'mod partikolari l-miżuri li jipprovdu għat-tindif u d-diżinfettar tal-azjendi infettati. |
|
(4) |
Filwaqt li tqis l-effikaċja tal-miżuri li jiġu applikati fl-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikoli 15, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2002/60/KE, u skont il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju fejn jidħol id-deni Afrikan tal-ħnieżer indikati fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, xi oqsma speċifiċi elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jenħtieġ li jmorru lura fil-Parti II, fid-dawl tal-iskadenza tal-perjodu ta' tliet xhur mill-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni. |
|
(5) |
F'Mejju 2018, ġew osservati każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali f'żoni tal-Polonja elenkati fil-Parti I u II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Barra minn hekk, ġew osservati wkoll tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi li jinsabu f'województwie podlaskim, f'województwie mazowieckim u f'województwie lubelskim. Dawn il-każijiet reċenti ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali u tifqigħat fil-ħnieżer domestiċi fil-Polonja jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tal-Polonja affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
|
(6) |
F'Ġunju 2018, ġew osservati sitt tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi ġew osservati fil-Litwanja, fil-muniċipalità distrettwali ta' Varėna, seniūnija ta' Varėna, fil-muniċipalità distrettwali ta' Jurbarkas, seniūnija ta' Seredžius, fil-muniċipalità distrettwali ta' Pakruojis, seniūnija ta' Pašvitinys, fil-muniċipalità distrettwali ta' Lazdijai, seniūnija ta' Lazdijai, fil-muniċipalità distrettwali ta' Mažeikiai, seniūnija Mažeikių apylinkės. Dawn it-tifqigħat reċenti ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi flimkien mal-każijiet fiċ-ċingjali fl-istess żoni fil-Litwanja jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tal-Litwanja affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
|
(7) |
F'April u Mejju 2018, fl-Ungerija ġie osservat numru ta' każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali. Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/663 (7) u (UE) 2018/835 (8) ġew adottati b'risposta għal dawk il-każijiet. Id-Deċiżjoni (UE) 2018/835 ħassret u ħadet post id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/663 u tapplika sat-30 ta' Ġunju 2018. Id-Deċiżjoni (UE) 2018/835 tipprevedi li żoni infettati stabbiliti mill-Ungerija, fejn japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
|
(8) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/758 (9) ġiet adottata wkoll b'reazzjoni għal każijiet reċenti ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Ungerija u tibqa' tapplika sal-31 ta' Lulju 2018. Id-Deċiżjoni (UE) 2018/758 tipprevedi li żoni infettati stabbiliti mill-Ungerija, fejn japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
|
(9) |
Dawn il-każijiet reċenti ta' deni Afrikan tal-ħnieżer jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tal-Ungerija affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti I u II ta' dak l-Anness. |
|
(10) |
F'Marzu 2018, fir-Rumanija ġiet osservata tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'azjenda domestika fil-Kontea ta' Satu Mare. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/419 (10) ġiet adottata b'risposta għal dik it-tifqigħa. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/419 tapplika sat-30 ta' Ġunju 2018 u tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fir-Rumanija skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE iridu jkunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. F'Mejju 2018, ġie osservat każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali, fil-Kontea ta' Satu Mare fir-Rumanija, li diġà hija milquta minn tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi. L-okkorrenza ta' din it-tifqigħa reċenti fil-ħnieżer domestiċi flimkien mal-każ osservat fiċ-ċingjali fl-istess żona tar-Rumanija jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tar-Rumanija affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti I u III ta' dak l-Anness. |
|
(11) |
F'Ġunju 2018, ġew osservati erba' tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi u tliet każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fil-Kontea ta' Tulcea, ir-Rumanija. L-okkorrenza ta' dawn it-tifqigħat reċenti fil-ħnieżer domestiċi flimkien mal-każijiet osservati fiċ-ċingjali fl-istess żona tar-Rumanija jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tar-Rumanija affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti I, II u III ta' dak l-Anness. |
|
(12) |
F'Ġunju 2018, ġiet osservata tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi f'razzett fil-Kontea ta' Jelgavas (novads), u fil-parroċċa Jaunsvirlaukas (pagasts) fil-Latvja. Din it-tifqigħa reċenti ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi, flimkien mal-każijiet fiċ-ċingjali fl-istess żona tal-Latvja, jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, dawn iż-żoni tal-Latvja affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
|
(13) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi riċenti tal-evoluzzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u sabiex ir-riskji marbuta mat-tixrid ta' dik il-marda jiġu miġġielda b'mod proattiv, jenħtieġ li fil-każ tal-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija jiġu demarkati ż-żoni l-ġodda ta' daqs suffiċjenti li huma l-aktar fir-riskju u jiġu elenkati skont kif meħtieġ fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Jenħtieġ għalhekk li dak l-Anness jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġi sostitwit bit-test li hemm fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(5) EFSA Journal 2015;13(7):4163; EFSA Journal 2017;15(3):4732; EFSA Journal 2017;15(11):5068.
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u temenda id-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/663 tas-27 ta' April 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Ungerija (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 136).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/835 tal-4 ta' Ġunju 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Ungerija (ĠU L 140, 6.6.2018, p. 104).
(9) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/758 tat-23 ta' Mejju 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Ungerija (ĠU L 128, 24.5.2018, p. 16).
(10) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/419 tas-16 ta' Marzu 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Rumanija (ĠU L 75, 19.3.2018, p. 38).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS
PARTI I
1. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
|
— |
okres Uherské Hradiště, |
|
— |
okres Kroměříž, |
|
— |
okres Vsetín, |
|
— |
katastrální území obcí v okrese Zlín:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Hiiu maakond. |
3. L-Ungerija
Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye 650100, 650200, 650300, 650400, 650500, 650600, 650700, 650800, 651000, 651100, 651200, 652100, 652200, 652300, 652400, 652500, 652601, 652602, 652603, 652700, 652800, 652900 és 653403 kódszámú valamint 656100, 656200, 656300, 656400, 656701, 657010, 657100, 657400, 657500, 657600, 657700, 657800, 657900, 658000, 658100, 658201, 658202, 658310, 658401, 658402, 658403, 658404, 658500, 658600, 658700, 658801, 658802, 658901, 658902, 659000, 659100, 659210, 659220, 659300, 659400, 659500, 659601, 659602, 659701, 659800, 659901, 660000, 660100, 660200, 660400, 660501, 660502, 660600 és 660800 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Hajdú-Bihar megye 900850, 900860, 900930, 900950 és 903350 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Heves megye 700150, 700250, 700260, 700350, 700450, 700460, 700550, 700650, 700750, 700850, 702350, 702450, 702550, 702750, 702850, 703350, 703360, 703450, 703550, 703610, 703750, 703850, 703950, 704050, 704150, 704250, 704350, 704450, 704550, 704650, 704750, 704850, 704950, 705050, 705250, 705350, 705510 és 705610 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750250, 750260, 750350, 750450, 750460, 750550, 750650, 750750, 750850, 750950 és 750960 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Nógrád megye 550110, 550120, 550130, 550210, 550310, 550320, 550450, 550460, 550510, 550610, 550710, 550810, 550950, 551010, 551150, 551160, 551250, 551350, 551360, 551450, 551460, 551550, 551650, 551710, 551810, 551821, 552010, 552150, 552250, 552350, 552360, 552450, 552460, 552520, 552550, 552610, 552620, 552710, 552850, 552860, 552950, 552960, 552970, 553110, 553250, 553260 és 553350 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 571250, 571350, 571550, 571610, 571750, 571760, 572350, 572550, 572850, 572950, 573360 és 573450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 850150, 850250, 850260, 850350, 850450, 850550, 850650, 850850, 851851, 851852, 851950, 852050, 852150, 852250, 852350, 852450, 852550, 852750, 853560, 853650, 853751, 853850, 853950, 853960, 854050, 854150, 854250, 854350, 855250, 855350, 855450, 855460, 855550, 855650, 855660, 855750, 855850, 855950, 855960, 856012, 856050, 856150, 856250, 856260, 856850, 856950, 857050, 857150, 857350, 857450 és 857550. |
4. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Aizputes novads, |
|
— |
Alsungas novads, |
|
— |
Kuldīgas novada Gudenieku, Turlavas un Laidu pagasts, |
|
— |
Pāvilostas novada Sakas pagasts un Pāvilostas pilsēta, |
|
— |
Saldus novada Ezeres, Kursīšu, Pampāļu, un Zaņas pagasts, |
|
— |
Skrundas novada, Nīkrāces un Rudbāržu pagasts un Skrundas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa A9, Skrundas pilsēta, |
|
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
|
— |
Ventspils novada Jūrkalnes pagasts. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė: Papilės seniūnija, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Smalininkų ir Viešvilės seniūnijos, |
|
— |
Kazlų Rūdos savivaldybė, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybė: Sedos, Šerkšnėnų ir Židikų seniūnijos, |
|
— |
Pagėgių savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Girkalnio ir Kalnūjų seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr A1, Nemakščių, Paliepių, Raseinių, Raseinių miesto ir Viduklės seniūnijos, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė, |
|
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
|
— |
Telšių rajono savivaldybė. |
6. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
7. Ir-Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
Il-Kontea ta' Satu Mare
|
|
Il-Kontea ta' Tulcea
|
PARTI II
1. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
|
— |
katastrální území obcí v okrese Zlín:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
3. L-Ungerija
Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Heves megye 700860, 700950, 701050, 701111, 701150, 701250, 701350, 701550, 701560, 701650, 701750, 701850, 701950, 702050, 702150, 702250, 702260, 702950, 703050, 703150, 703250, 703370, 705150 és 705450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 850950, 851050, 851150, 851250, 851350, 851450, 851550, 851560, 851650, 851660, 851751, 851752, 852850, 852860, 852950, 852960, 853050, 853150, 853160, 853250, 853260, 853350, 853360, 853450, 853550, 854450, 854550, 854560, 854650, 854660, 854750, 854850, 854860, 854870, 854950, 855050, 855150, 856350, 856360, 856450, 856550, 856650, 856750, 856760 és 857650 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
4. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Ādažu novads, |
|
— |
Aglonas novads, |
|
— |
Aizkraukles novads, |
|
— |
Aknīstes novads, |
|
— |
Alojas novads, |
|
— |
Alūksnes novads, |
|
— |
Amatas novads, |
|
— |
Apes novads, |
|
— |
Auces novads, |
|
— |
Babītes novads, |
|
— |
Baldones novads, |
|
— |
Baltinavas novads, |
|
— |
Balvu novads, |
|
— |
Bauskas novads, |
|
— |
Beverīnas novads, |
|
— |
Brocēnu novads, |
|
— |
Burtnieku novads, |
|
— |
Carnikavas novads, |
|
— |
Cēsu novads, |
|
— |
Cesvaines novads, |
|
— |
Ciblas novads, |
|
— |
Dagdas novads, |
|
— |
Daugavpils novads, |
|
— |
Dobeles novads, |
|
— |
Dundagas novads, |
|
— |
Engures novads, |
|
— |
Ērgļu novads, |
|
— |
Garkalnes novads, |
|
— |
Gulbenes novads, |
|
— |
Iecavas novads, |
|
— |
Ikšķiles novads, |
|
— |
Ilūkstes novads, |
|
— |
Inčukalna novads, |
|
— |
Jaunjelgavas novads, |
|
— |
Jaunpiebalgas novads, |
|
— |
Jaunpils novads, |
|
— |
Jēkabpils novads, |
|
— |
Jelgavas novada, Valgundes, Kalnciema, Līvbērzes, Glūdas, Svētes, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas, Sesavas, Platones un Vircavas pagasts, |
|
— |
Kandavas novads, |
|
— |
Kārsavas novads, |
|
— |
Ķeguma novads, |
|
— |
Ķekavas novads, |
|
— |
Kocēnu novads, |
|
— |
Kokneses novads, |
|
— |
Krāslavas novads, |
|
— |
Krimuldas novads, |
|
— |
Krustpils novads, |
|
— |
Kuldīgas novada Ēdoles, Īvandes, Kurmāles, Padures, Pelču, Rumbas, Rendas, Kabiles, Snēpeles un Vārmes pagasts, Kuldīgas pilsēta, |
|
— |
Lielvārdes novads, |
|
— |
Līgatnes novads, |
|
— |
Limbažu novads, |
|
— |
Līvānu novads, |
|
— |
Lubānas novads, |
|
— |
Ludzas novads, |
|
— |
Madonas novads, |
|
— |
Mālpils novads, |
|
— |
Mārupes novads, |
|
— |
Mazsalacas novads, |
|
— |
Mērsraga novads, |
|
— |
Naukšēnu novads, |
|
— |
Neretas novads, |
|
— |
Ogres novads, |
|
— |
Olaines novads, |
|
— |
Ozolnieku novada, Ozolnieku un Cenu pagasts, |
|
— |
Pārgaujas novads, |
|
— |
Pļaviņu novads, |
|
— |
Preiļu novads, |
|
— |
Priekuļu novads, |
|
— |
Raunas novads, |
|
— |
republikas pilsēta Daugavpils, |
|
— |
republikas pilsēta Jelgava, |
|
— |
republikas pilsēta Jēkabpils, |
|
— |
republikas pilsēta Jūrmala, |
|
— |
republikas pilsēta Rēzekne, |
|
— |
republikas pilsēta Valmiera, |
|
— |
Rēzeknes novads, |
|
— |
Riebiņu novads, |
|
— |
Rojas novads, |
|
— |
Ropažu novads, |
|
— |
Rugāju novads, |
|
— |
Rundāles novads, |
|
— |
Rūjienas novads, |
|
— |
Salacgrīvas novads, |
|
— |
Salas novads, |
|
— |
Salaspils novads, |
|
— |
Saldus novada Jaunlutriņu, Lutriņu, Šķēdes, Novadnieku, Saldus, Jaunauces, Rubas, Vadakstes, Zvārdes un Zirņu pagasts un Saldus pilsēta, |
|
— |
Saulkrastu novads, |
|
— |
Sējas novads, |
|
— |
Siguldas novads, |
|
— |
Skrīveru novads, |
|
— |
Skrundas novada Raņķu pagasts un Skrundas pagasta daļa, kas atrodas uz Ziemeļiem no autoceļa A9 |
|
— |
Smiltenes novads, |
|
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
|
— |
Strenču novads, |
|
— |
Talsu novads, |
|
— |
Tērvetes novads, |
|
— |
Tukuma novads, |
|
— |
Valkas novads, |
|
— |
Varakļānu novads, |
|
— |
Vārkavas novads, |
|
— |
Vecpiebalgas novads, |
|
— |
Vecumnieku novads, |
|
— |
Ventspils novada Ances, Tārgales, Popes, Vārves, Užavas, Piltenes, Puzes, Ziru, Ugāles, Usmas un Zlēku pagasts, Piltenes pilsēta, |
|
— |
Viesītes novads, |
|
— |
Viļakas novads, |
|
— |
Viļānu novads, |
|
— |
Zilupes novads. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė: Akmenės, Naujosios Akmenės kaimiškoji, Kruopių, Naujosios Akmenės miesto ir Ventos seniūnijos, |
|
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Alytaus rajono savivaldybė: Alytaus, Butrimonių, Krokialaukio, Miroslavo, Nemunaičio, Pivašiūnų, Punios ir Simno seniūnijos, |
|
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
|
— |
Birštono savivaldybė, |
|
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
|
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
|
— |
Druskininkų savivaldybė, |
|
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
|
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybė: Gaižaičių, Joniškio, Rudiškių, Satkūnų, Skaistgirio ir Žagarės seniūnijos, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Girdžių, Jurbarko miesto, Jurbarkų, Skirsnemunės ir Šimkaičių seniūnijos, |
|
— |
Kaišiadorių miesto savivaldybė, |
|
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
|
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
|
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė: Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, Garliavos apylinkių, Kačerginės, Karmėlavos, Kulautuvos, Lapių, Linksmakalnio, Neveronių, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vandžiogalos ir Zapyškio seniūnijos, |
|
— |
Kėdainių rajono, |
|
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybės: Laižuvos, Mažeikių apylinkės, Mažeikių, Reivyčių, Tirkšlių ir Viekšnių seniūnijos, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė: Klovainių seniūnija, Linkuvos seniūnijos dalis į rytus nuo kelio Nr. 151 ir kelio Nr. 211, ir Rozalimo seniūnija, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
|
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Betygalos, Pagojukų ir Šiluvos seniūnijos ir Kalnūjų seniūnijos dalisį pietus nuo kelio Nr. A1, |
|
— |
Prienų miesto savivaldybė, |
|
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
|
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
|
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
|
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
|
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Visagino savivaldybė, |
|
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
7. Ir-Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
Il-Kontea ta' Tulcea
|
PARTI III
1. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Jelgavas novada Jaunsvirlaukas pagasts, |
|
— |
Ozolnieku novada Salgales pagasts. |
2. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė: Akmenės ir Ventos seniūnijos, |
|
— |
Alytaus rajono savivaldybė: Alovės, Daugų ir Raitininkų seniūnijos, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Juodaičių, Raudonės, Seredžiaus ir Veliuonos seniūnijos, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybė: Gataučių, Kepalių, Kriukų ir Saugėlaukio seniūnijos, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė: Čekiškės, Vilkijos ir Vilkijos apylinkių seniūnijos, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybės: Laižuvos, Mažeikių apylinkės, Mažeikių, Reivyčių, Tirkšlių ir Viekšnių seniūnijos, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė: Guostagalio seniūnija, Linkuvos seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 151 ir kelio Nr. 211, Lygumų, Pakruojo, Pašvitinio ir Žeimelio seniūnijos, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Ariogalos seniūnija ir Girkalnio seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr. A1, |
|
— |
Varėnos rajono savivaldybė. |
3. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
4. Ir-Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
|
Il-Kontea ta' Satu Mare
|
|
Il-Kontea ta' Tulcea Il-Muniċipalità ta' Tulcea bil-lokalitajiet li ġejjin:
|
PARTI IV
L-Italja
Iż-żoni li ġejjin fl-Italja:
|
— |
it-territorju kollu ta' Sardenja. |