This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0673
Case C-673/20: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 9 June 2022 (request for a preliminary ruling from the Tribunal judiciaire d’Auch — France) — EP v Préfet du Gers, Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE) (Reference for a preliminary ruling — Citizenship of the Union — National of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland residing in a Member State — Article 9 TEU — Articles 20 and 22 TFEU — Right to vote and to stand as a candidate in municipal elections in the Member State of residence — Article 50 TEU — Agreement on the withdrawal of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland from the European Union and the European Atomic Energy Community — Consequences of the withdrawal of a Member State from the Union — Removal from the electoral roll in the Member State of residence — Articles 39 and 40 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Validity of Decision (EU) 2020/135)
Kawża C-673/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal judiciaire d’Auch – Franza) – EP vs Préfet du Gers, Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ċittadinanza tal-Unjoni – Ċittadin tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq residenti fi Stat Membru – Artikolu 9 TUE – Artikoli 20 u 22 TFUE – Dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta’ residenza – Artikolu 50 TUE – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika – Konsegwenzi tal-ħruġ ta’ Stat Membru tal-Unjoni – Tneħħija mil-listi elettorali fl-Istat Membru ta’ residenza – Artikoli 39 u 40 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Validità tad-Deċiżjoni (UE) 2020/135)

ĠU C 294, 1.8.2022, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
1.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal judiciaire d’Auch – Franza) – EP vs Préfet du Gers, Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE)
(Kawża C-673/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Ċittadin tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq residenti fi Stat Membru - Artikolu 9 TUE - Artikoli 20 u 22 TFUE - Dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta’ residenza - Artikolu 50 TUE - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika - Konsegwenzi tal-ħruġ ta’ Stat Membru tal-Unjoni - Tneħħija mil-listi elettorali fl-Istat Membru ta’ residenza - Artikoli 39 u 40 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Validità tad-Deċiżjoni (UE) 2020/135)
(2022/C 294/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal judiciaire d’Auch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EP
Konvenuti: Préfet du Gers, Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE)
fil-preżenza ta’: Maire de Thoux
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikoli 9 u 50 TUE, kif ukoll l-Artikoli 20 sa 22 TFUE, moqrija flimkien mal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, adottat fis-17 ta’ Ottubru u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Artikoli 9 u 50 TUE, kif ukoll l-Artikoli 20 sa 22 TFUE, moqrija flimkien mal-Ftehim dwar il-ħruġ, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sa mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, fl-1 ta’ Frar 2020, iċ-ċittadini ta’ dan l-istat li kienu eżerċitaw id-dritt tagħhom li jirrisjedu fi Stat Membru qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni, ma jibbenefikawx iktar mill-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni, u lanqas, b’mod iktar partikolari, taħt l-Artikolu 20(2)(b) TFUE, u taħt l-Artikolu 22 TFUE, mid-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, anki meta jkunu ġew imċaħħda wkoll, bis-saħħa tal-liġi tal-istat li tagħhom ikunu ċittadini, mid-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet organizzati minn dan l-aħħar stat. |
|
2) |
L-eżami tat-tielet u r-raba’ domanda ma wera ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni (UE) 2020/135 tal-Kunsill, tat-30 ta’ Jannar 2020, dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |