Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ C:2011:271:FULL
Official Journal of the European Union, C 271, 14 September 2011
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 271, 14 ta' Settembru 2011
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 271, 14 ta' Settembru 2011
|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.271.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 271/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2011/C 271/02 |
||
|
2011/C 271/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 271/04 |
||
|
2011/C 271/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2011/C 271/06 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2011/C 271/07 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 271/08 |
Għajnuna mill-Istat – il-Ġermanja – Għajnuna mill-Istat MC 12/10 – Sparkasse KölnBonn ċessjonijiet lill-Belt ta' Cologne (L-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 271/09 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 271/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
23.2.2011 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 204/10 |
||||
|
Stat Membru |
L-Iżvezja |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
FoU-stöd till Volvo Aero för mellanhuset till Trent XWB-motorn |
||||
|
Il-bażi legali |
Regeringsbeslut 2008-07-03 |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||
|
L-għan |
Ir-riċerka u l-iżvilupp |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja rimborsabbli |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: 120 miljun SEK |
||||
|
L-intensità |
40 % |
||||
|
It-tul ta' żmien |
22.2.2011-31.12.2012 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-industrija tal-manifattura |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
4.11.2010 |
||||||||||||||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 312/10 |
||||||||||||||||||||
|
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||||||||||||||||||
|
Reġjun |
— |
||||||||||||||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Rekompensata kosztów poniesionych na świadczenie usług pocztowych ustawowo zwolnionych od opłat pocztowych |
||||||||||||||||||||
|
Il-bażi legali |
|
||||||||||||||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||||||||||||||||
|
L-għan |
Appoġġ lill-konsumaturi individwali, Kultura |
||||||||||||||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||||||||||||||||
|
L-estimi |
|
||||||||||||||||||||
|
L-intensità |
— |
||||||||||||||||||||
|
It-tul ta' żmien |
1.1.2011-31.12.2012 |
||||||||||||||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet |
||||||||||||||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Właściwy minister lub dyrektor izby skarbowej |
||||||||||||||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
24.5.2011 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 492/10 |
||||
|
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||
|
Reġjun |
Miasto Kraków |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Pomoc na restrukturyzację Przedsiębiorstwa Geologicznego Budownictwa Wodnego „HYDROGEO” |
||||
|
Il-bażi legali |
|
||||
|
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||
|
L-għan |
Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Aizdevums uzņēmuma sanācijai |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: 1,26 miljun PLN |
||||
|
L-intensità |
— |
||||
|
It-tul ta' żmien |
15.10.2010-15.4.2011 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet ta' servizz |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
1.8.2011 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33001 (11/N) B |
||||
|
Stat Membru |
Id-Danimarka |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Amendment of the Danish winding-up scheme for credit institutions |
||||
|
Il-bażi legali |
Lov om håndtering af nødlidende pengeinstitutter (lov nr. 721 af 25. juni 2010) |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta, Garanzija |
||||
|
L-estimi |
— |
||||
|
L-intensità |
— |
||||
|
It-tul ta' żmien |
1.8.2011-31.12.2011 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
4.8.2011 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33022 (11/N) |
||||
|
Stat Membru |
Id-Danimarka |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Beregningsmetode for statsstøtteelementet i garantier |
||||
|
Il-bażi legali |
Finansloven for 2011, lovbekendtgørelse nr. 549 af 1. juli 2002 om Vækstfonden og bekendtgørelse nr. 1013 af 17. august 2007 om Vækstfondens aktiviteter. |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: 75 miljun DKK |
||||
|
L-intensità |
7 % |
||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2015 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
14.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/6 |
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – pożizzjoni tal-Kunsill
2011/C 271/02
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Billi:
|
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2011 kien adottat definittivament fil-15 ta' Diċembru 2010 (3), |
|
— |
fis-17 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2011, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kienet adottata fit-12 ta' Settembru 2011.
Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil minn fuq is-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u fil-ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.
(2) ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9.
|
14.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/7 |
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – pożizzjoni tal-Kunsill
2011/C 271/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Billi:
|
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2011 kien adottat definittivament fil-15 ta' Diċembru 2010 (3), |
|
— |
fit-22 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2011, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kienet adottata fit-12 ta' Settembru 2011.
Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil minn fuq is-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u fil-ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.
(2) ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-13 ta’ Settembru 2011
2011/C 271/04
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3645 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
105,01 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4476 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86315 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,1260 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2037 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,7275 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,551 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
283,59 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7093 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3339 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2803 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,4280 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3214 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3545 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,6476 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6557 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6973 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 506,35 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,0141 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,7316 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4963 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 881,56 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1842 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,687 |
|
RUB |
Rouble Russu |
41,2463 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
41,222 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,3370 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,5168 |
|
INR |
Rupi Indjan |
64,9430 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
14.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Settembru 2011
dwar il-finanzjament tas-sena 2011 ta' bosta miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004
2011/C 271/05
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-‘Regolament Finanzjarju’), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn ’il quddiem ir-‘Regoli ta' Implimentazzjoni'), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità tal-liġi tal-għalf u tal-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (3) u partikolarment, l-Artikolu 66(1)(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta' finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ġew delegati mill-istituzzjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi regoli ġenerali għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli mmirati, partikolarment, biex jipprevjenu, jeliminaw jew inaqqsu għal livelli aċċettabbli r-riskji lill-bnedmin u lill-annimali, kemm direttament jew mill-ambjent jew billi jiggarantixxu prassi ġusta fil-kummerċ tal-għalf jew tal-ikel u jipproteġu l-interessi tal-konsumatur, inkluż it-tikkettjar tal-għalf u tal-ikel u forom oħra ta' informazzjoni għall-konsumatur. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-appropjazzjonijiet meħtieġa għall-iffinanzjar ta' miżuri oħrajn meħtieġa biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' dan ir-regolament għandhom jiġu awtorizzati kull sena fil-qafas tal-proċedura baġitarja. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 66 jinkludu partikolarment l-organizzazzjoni tal-istudji, il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni u l-organizzazzjoni ta' laqgħat u konferenzi. |
|
(4) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (4), il-miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza tagħhom tista' tiġi stabbilita u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' kontroll nazzjonali sabiex jiksbu dawn il-miri. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), fid-9 ta' Diċembru 2009 adottat opinjoni xjentifika dwar il-kwantifikazzjoni tar-riskju ġġenerat mil-laħam tal-broiler lill-kampilobatterjosi tal-bniedem fl-Unjoni Ewropea (5). Skont l-opinjoni, il-kampilobatterjosi hija infezzjoni li tingħadda mill-ikel li tiġi rrappurtata l-aktar fl-Unjoni Ewropea (possibbilment 20 miljun każ ta' kampilobatterjosi klinika fis-sena). L-EFSA adottat ukoll, fil-11 ta' Marzu 2010, opinjoni xjentifika dwar il-kwantifikazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju mikrobijoloġiku tas-Salmonella fil-ħnieżer tal-qatla u tat-trobbija (6) li, skontha, bejn l-10 u l-20 % tal-infezzjonijiet tal-Salmonella tal-bniedem fl-Unjoni jistgħu jiġu attribwiti lill-ħnieżer b'mod ġenerali. Qabel ma tiġi definita mira għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' dawn iż-żoonosi speċifiċi fl-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jitlob li ssir analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji mistennija. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (7), l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimpurtaw ikel li fih kemm prodotti ġejjin mill-pjanti u kemm prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali jridu jiżguraw li l-prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali u li huma preżenti f'dan l-ikel jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament. Aktar minn hekk, waqt il-kontrolli uffiċjali jridu jkunu f'qagħda li jippruvaw li dan għamluh. Minħabba l-potenzjal tal-impatt għoli ta' dawn ir-regoli, l-arranġamenti tranżizzjonali li jibbenefikaw minn deroga minn uħud minnhom u li huma validi sal-31 ta' Diċembru 2013 ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 (8) u hija meqjusa l-possibbiltà li tiġi mmodifikata d-dispożizzjoni ta' hawn fuq tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Għandhom jiġu eżaminati l-impatti fuq l-operaturi u fuq il-kontrolli uffiċjali ta' dawn ir-regoli ġodda possibbli wara li jintemmu l-arranġamenti tranżizzjonali. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (9) jimplimenta l-miżuri iġjeniċi ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (10). Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jistipula metodu ta' referenza analitiku għall-individwazzjoni tal-istamini f'ċerti prodotti tas-sajd li jridu jintużaw fil-qafas tal-kontrolli uffiċjali. L-impatt ta' dan il-metodu ta' referenza fuq is-sensittività u l-ispeċifiċità għandu jiġi analizzat fl-isfond tal-istandard AOAC 977.13 tal-Codex Alimentarius (11). Dan l-istudju għandu jsir miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (il-JRC). |
|
(7) |
Trid tiġi indirizzata l-possibbiltà li jiġu riveduti r-regoli attwali dwar l-ispezzjoni tal-laħam stipulati fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (12). Fl-2011 għandha tiġi organizzata sensiela ta' konferenzi u laqgħat ikkomplementati bi studji biex jiġi stmat ir-riżultat tal-istudji bi prova, u dan bil-għan li din il-kwistjoni tiġi diskussa mal-awtoritajiet kompetenti tal-istati membri u tal-pajjiżi terzi, ir-rappreżentanti tal-partijiet interessati u l-organizzazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali. |
|
(8) |
Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs) (13) u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (14) jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni u għall-użu tal-GMOs u tal-prodotti li fihom il-GMOs jew li huma derivati minnhom fl-Unjoni Ewropea. Ir-regoli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet taż-żewġ atti legali huma stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Bejn l-2010 u l-2011 saru żewġ evalwazzjonijiet biex jeżaminaw sa liema punt il-qafas leġiżlattiv kien indirizza l-objettiv tiegħu li jħares is-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali, u tal-ambjent kif ukoll l-interessi tal-konsumaturi, u dan filwaqt li jkun żgurat it-tħaddim effettiv tas-suq intern. L-istudji għandhom isiru fuq is-suġġetti li ma kinux ġew studjati fil-fond f'dawn l-evalwazzjonijiet, bħalma hu t-tikkettar li jindika li ma hemmx GMOs fil-prodotti. Għandha tiġi organizzata serje ta' konferenzi biex jiżdied l-għarfien dwar l-implimentazzjoni attwali tal-qafas legali tal-GMO mill-Istati Membri u biex ikun żgurat is-segwitu tar-Rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta' April 2011 dwar l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tat-tkabbir tal-GMO (15), kif mitlub mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru 2008. |
|
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi fl-ikel (16) u r-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel (17) kien stabbilixxa regoli ġodda dwar l-addittivi u s-sustanzi għat-togħmiet bil-għan li jiżgura t-tħaddim effettiv tas-suq intern filwaqt li jiżgura livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u livell għoli ta' ħarsien tal-konsumaturi, inkluż il-ħarsien tal-interessi tal-konsumatur. Mill-20 ta' Jannar 2011, dawn japplikaw, it-tnejn li huma. Il-partijiet interessati u l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati bil-qafas legali l-ġdid, bir-regoli tiegħu, bit-tkomplija tal-implimentazzjoni tiegħu u bil-konsegwenzi sabiex ikunu aktar konxji u biex jgħinu fir-riinfurzar ta' dawn ir-regoli l-ġodda. |
|
(10) |
Id-deċiżjoni finanzjarja preżenti tista' tkopri wkoll il-ħlas ta' mgħax dovut għal ħlas tard abbażi tal-Artikoli 83 tar-Regolament Finanzjarju u 106(5) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni. |
|
(11) |
Huwa xieraq li jiġi definit it-terminu 'bidla sostanzjali' fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-programm ta' ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, kif stabbilit fl-Anness, huwa b'dan adottat.
Il-programm ta' ħidma jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 2
Il-kontribuzzjoni massima awtorizzata b’din id-Deċiżjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm hija ta’ EUR 1 095 000 li għandha tiġi ffinanzjata mil-Linji Baġitarji tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2011 li ġejjin:
|
— |
Linja Baġitarja nru 17 04 07 01: EUR 1 095 000. |
Dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jkopru wkoll imgħax dovut għal ħlas tard.
Artikolu 3
Bidliet kumulattivi tal-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet speċifiċi koperti mill-programm ta' ħidma li ma jaqbżux l-10 % tal-kontribuzzjoni massima prevista mill-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali fit-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, sakemm dawn ma jaffettwawx b'mod sinifikanti n-natura u l-għan tal-programm ta' ħidma.
L-uffiċjal awtorizzanti jista' jadotta tali bidliet skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda u dawk ta' proporzjonalità.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni ddelegati.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(3) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.
(5) EFSA Journal 2010; 8(1):1437.
(6) EFSA Journal 2010; 8(4):1547.
(7) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(8) ĠU L 314, 1.12.2009, p. 10.
(9) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.
(10) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(11) http://www.codexalimentarius.net
(12) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(13) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(14) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(15) COM(2011) 214.
(16) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(17) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
ANNESS
Regolament (KE) Nru 882/2004 – Programm ta’ ħidma għall-2011
1. Introduzzjoni
Dan il-programm jinkludi tmien miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sena 2011. Abbażi tal-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar is-sostenn finanzjarju, mill-Unjoni, tal-miżuri neċessarji biex tkun żgurata l-applikazzjoni tar-Regolament, it-tqassim tal-baġit u l-azzjonijiet ewlenin huma kif ġej:
Għall-akkwisti (implimentati f’maniġment ċentralizzat dirett)
|
— |
Analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji biex jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis tal-Campylobacter u s-Salmonella fl-istadji rilevanti tal-katina alimentari: EUR 200 000 |
|
— |
Studji tal-impatt ta' regoli possibbli ġodda fil-qafas tar-reviżjoni tal-pakkett dwar l-iġjene b'mod partikolari minħabba li jkunu ntemmew l-arranġamenti temporanji b'deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali: EUR 150 000 |
|
— |
Studju tal-impatt tal-metodu ta' referenza analitiku użat għall-applikazzjoni tal-kriterju tas-sigurtà fl-ikel fir-rigward tal-istamini fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel dwar l-ispeċifiċità u s-sensittività tal-ittestjar ipparagunat mal-istandard AOAC 977.13 tal-Codex Alimentarius: EUR 55 000 |
|
— |
Studji marbuta mar-reviżjoni tar-regoli attwali fejn tidħol l-ispezzjoni tal-laħam: analiżi biex jiġi studjat ir-riżultat tal-istudji bi prova, inklużi l-kostijiet u l-benefiċċji previsti marbuta mal-metodi ġodda għall-ispezzjonijiet iġjeniċi fis-settur tal-laħam kif previst fl-Artikolu 17, il-punt 4(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman: EUR 100 000 |
|
— |
Konferenzi u laqgħat mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi, ir-rappreżentanti tal-partijiet interessati u l-organizzazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali dwar ir-reviżjoni tar-regoli attwali fejn tidħol l-ispezzjoni tal-laħam stipulata fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman: EUR 100 000 |
|
— |
Studji fuq suġġetti marbuta mal-GMOs: EUR 300 000 |
|
— |
Serje ta' konferenzi dwar l-implimentazzjoni tal-qafas legali tal-GMO u dwar l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi tat-tkabbir tal-GMO: EUR 40 000 |
|
— |
Pakkett informattiv għall-partijiet interessati u l-konsumaturi dwar l-addittivi u s-sustanzi għat-togħmiet (paġna ta' informazzjoni, gwida żgħira, websajt, vidjow, konferenza stampa u/jew stqarrija stampa): EUR 150 000 |
2. Programm ta’ ħidma għall-2011 – L-Akkwisti
L-ammont baġitarju globali riżervat għall-kuntratti tal-akkwist fl-2011 jammonta għal EUR 1 095 000.
2.1. Analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji biex jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis tal-Campylobacter u s-Salmonella fl-istadji rilevanti tal-katina alimentari
BAŻI LEGALI
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66(1)(c)
LINJA BAĠITARJA
Linja tal-baġit: 17 04 07 01
NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Kuntratt wieħed
IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)
Analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji biex jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis tal-Campylobacter u s-Salmonella fl-istadji rilevanti tal-katina alimentari skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 dwar il-kontoll tas-salmonella u ta' aġenti speċifiċi żoonitiċi oħrajn trażmessi mill-ikel
IMPLIMENTAZZJONI
Ċentralizzata diretta
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
Bejn wieħed u ieħor lejn it-tielet jew ir-raba' kwart tal-2011.
L-AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
EUR 200 000
IL-KUNTRATT SPEĊIFIKU (JEKK APPLIKABBLI)
Konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz speċifiku wieħed skont ir-referenza tal-kuntratt ta' qafas SANCO/2008/01/055
2.2. Studju tal-impatt ta' regoli possibbli ġodda fil-qafas tar-reviżjoni tal-pakkett dwar l-iġjene b'mod partikolari minħabba li jkunu ntemmew l-arranġamenti temporanji b'deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali
BAŻI LEGALI
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66(1)(c)
LINJA BAĠITARJA
Linja tal-baġit: 17 04 07 01
NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Kuntratt wieħed
IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)
Studju tal-impatt ta' regoli possibbli ġodda fil-qafas tar-reviżjoni tal-pakkett dwar l-iġjene b'mod partikolari minħabba li jkunu ntemmew l-arranġamenti temporanji b'deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali
IMPLIMENTAZZJONI
Ċentralizzata diretta
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
Bejn wieħed u ieħor lejn it-tielet jew ir-raba' kwart tal-2011.
L-AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
EUR 150 000
IL-KUNTRATT SPEĊIFIKU (JEKK APPLIKABBLI)
Konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz speċifiku wieħed skont ir-referenza tal-kuntratt ta' qafas SANCO/2008/01/055
2.3. Studju tal-impatt tal-metodu ta' referenza analitiku użat għall-applikazzjoni tal-kriterju tas-sigurtà fl-ikel fir-rigward tal-istamini fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar l-ispeċifiċità u s-sensittività tal-ittestjar ipparagunat mal-istandard AOAC 977.13 tal-Codex Alimentarius
BAŻI LEGALI
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66(1)(c)
LINJA BAĠITARJA
Linja tal-baġit: 17 04 07 01
NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Arranġament amministrattiv wieħed
IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)
Studju tal-impatt tal-metodu ta' referenza analitiku użat għall-applikazzjoni tal-kriterju tas-sigurtà fl-ikel fir-rigward tal-istamini fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel dwar l-ispeċifiċità u s-sensittività tal-ittestjar ipparagunat mal-istandard AOAC 977.13 tal-Codex Alimentarius
IMPLIMENTAZZJONI
Ċentralizzata diretta
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
Bejn wieħed u ieħor lejn it-tielet jew ir-raba' kwart tal-2011.
L-AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
EUR 55 000
IL-KUNTRATT SPEĊIFIKU (JEKK APPLIKABBLI)
Konklużjoni ta' arranġament amministrattiv wieħed maċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni (il-JRC)
2.4. Studji marbuta mar-reviżjoni tar-regoli attwali fejn tidħol l-ispezzjoni tal-laħam
BAŻI LEGALI
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66(1)(c)
LINJA BAĠITARJA
Linja tal-baġit: 17 04 07 01
NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Kuntratt wieħed jew aktar
IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)
Analiżi tal-ksotijiet u l-benefiċċji previsti u tal-proġetti bi prova marbuta mal-approċċi ġodda għall-ispezzjoni tal-laħam kif previst fl-Artikolu 17, il-punt 4(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman.
IMPLIMENTAZZJONI
Ċentralizzata diretta
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
Bejn wieħed u ieħor lejn it-tielet jew ir-raba' kwart tal-2011.
L-AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
EUR 100 000
IL-KUNTRATT SPEĊIFIKU (JEKK APPLIKABBLI)
Konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz speċifiku wieħed jew aktar skont ir-referenza tal-kuntratt ta' qafas SANCO/2008/01/055
2.5. Konferenzi u laqgħat dwar ir-reviżjoni tar-regoli attwali fejn tidħol l-ispezzjoni tal-laħam
BAŻI LEGALI
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66(1)(c)
LINJA BAĠITARJA
Linja tal-baġit: 17 04 07 01
NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Kuntratt wieħed jew aktar
IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)
Konferenzi u laqgħat mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi, ir-rappreżentanti tal-partijiet interessati u l-organizzazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali dwar ir-reviżjoni tar-regoli attwali fejn tidħol l-ispezzjoni tal-laħam stipulata fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman
IMPLIMENTAZZJONI
Ċentralizzata diretta
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
Bejn wieħed u ieħor lejn it-tielet jew ir-raba' kwart tal-2011.
L-AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
EUR 100 000
IL-KUNTRATT SPEĊIFIKU (JEKK APPLIKABBLI)
Konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz speċifiku wieħed jew aktar skont ir-referenza tal-kuntratt ta' qafas SANCO/2009/A1/005 Lott 2
2.6. Studji fuq suġġetti marbuta mal-GMOs
BAŻI LEGALI
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66(1)(c)
LINJA BAĠITARJA
Linja tal-baġit: 17 04 07 01
NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Kuntratt wieħed jew aktar, skont ir-riżultati taż-żewġ evalwazzjonijiet li għaddejjin
IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)
Studji dwar suġġetti li ma kinux ġew eżaminati fil-fond fiż-żewġ evalwazzjonijiet tal-qafas legali tal-GMO tal-UE.
IMPLIMENTAZZJONI
Ċentralizzata diretta
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
Bejn wieħed u ieħor lejn it-tielet jew ir-raba' kwart tal-2011.
L-AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
EUR 300 000
IL-KUNTRATT SPEĊIFIKU (JEKK APPLIKABBLI)
Konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz speċifiku wieħed jew aktar skont ir-referenza tal-kuntratt ta' qafas SANCO/2008/01/005
2.7. Serje ta' konferenzi dwar l-implimentazzjoni tal-qafas legali tal-GMO u dwar l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi tat-tkabbir tal-GMO
BAŻI LEGALI
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66(1)(c)
LINJA BAĠITARJA
Linja tal-baġit: 17 04 07 01
NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Kuntratt wieħed jew aktar, skont il-modalitajiet organizzattivi u loġistiċi.
IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)
Serje ta' konferenzi dwar l-implimentazzjoni tal-qafas legali tal-GMO u dwar l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tat-tkabbir tal-GMO
IMPLIMENTAZZJONI
Ċentralizzata diretta
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
Bejn wieħed u ieħor lejn it-tielet jew ir-raba' kwart tal-2011.
L-AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
EUR 40 000
IL-KUNTRATT SPEĊIFIKU (JEKK APPLIKABBLI)
Konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz speċifiku wieħed jew aktar skont ir-referenza tal-kuntratt ta' qafas SANCO/2009/A1/005 Lott 2
2.8. Pakkett informattiv għall-partijiet interessati u l-konsumaturi dwar l-addittivi u s-sustanzi għat-togħmiet
BAŻI LEGALI
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66(1)(c)
LINJA BAĠITARJA
Linja tal-baġit: 17 04 07 01
NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Ħames kuntratti, kemm-il darba x-xogħol ma jkunx jista' jsir internament
IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)
Pakkett informattiv għall-partijiet interessati u l-konsumaturi dwar il-listi ġodda tal-addittivi tal-ikel u tas-sustanzi għat-togħmiet awtorizzati u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom:
|
— |
paġna ta' informazzjoni bil-fatti ewlenin u b'mistqosijiet u tweġibiet, |
|
— |
gwida żgħira biex tgħin lill-konsumaturi jagħrfu l-addittivi huma u jixtru l-ikel, |
|
— |
websajt bil-ħoloq għall-bażijiet tad-dejta, |
|
— |
vidjow biex jagħti pubbliċità lill-websajt, |
|
— |
konferenza stampa u/jew stqarrija stampa għat-tnedija tal-pakkett informattiv għall-partijiet interessati u l-konsumaturi. |
IMPLIMENTAZZJONI
Ċentralizzata diretta
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
Bejn wieħed u ieħor lejn it-tielet jew ir-raba' kwart tal-2011.
L-AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
EUR 150 000
IL-KUNTRATT SPEĊIFIKU (JEKK APPLIKABBLI)
Mhux applikabbli
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
14.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/18 |
Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14; ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30)
2011/C 271/06
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, jeżisti aġġornament regolari li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
L-ESTONJA
Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 316, 28.12.2007
Is-Settur “Fruntieri ta’ l-art” huwa sostitwit b' dan li ġej:
Fruntieri tal-l-art
|
Isem tal-punti fejn tinqasam il-fruntiera (BCP) |
Post fejn isiru l-kontrolli fuq il-fruntiera |
|
Koidula BCP |
L-awtostrada Karisilla–Petseri |
|
Il-linja tal-ferrovija Koidula BCP |
L-istazzjon tal-ferrovija ta’ Koidula |
|
Luhamaa BCP |
L-awtostrada Riga–Pihkva |
|
Narva-1 BCP |
L-awtostrada Tallinn–Narva |
|
Il-linja tal-ferrovija Narva BCP |
L-istazzjon tal-ferrovija ta’ Narva |
|
Praaga BCP |
Praaga, il-parroċċa ta’ Vara |
|
Narva-2 BCP (1) |
Il-belt ta’ Narva (1) |
|
Saatse BCP (1) |
L-awtostrada Saatse–Petseri (1) |
(1) Punti tal-qsim tal-fruntiera miftuħin biss għaċ-ċittadini tar-Repubblika ta’ l-Estonja u tar-Federazzjoni Russa; Għaddejin negozjati mal-Federazzjoni Russa rigward dawn iż-żewġ punti ta’ qsim tal-fruntieri sabiex jinbidel l-istatus tagħhom (jiġifieri, jew jiġu riżervati għat-traffiku tal-fruntiera lokali jew jinbidlu għal punti ta’ qsim tal-fruntiera internazzjonali).
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
14.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/19 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
2011/C 271/07
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza dawn il-kompetizzjonijiet ġenerali:
|
|
EPSO/AD/227/11 – Arkivista (AD 6) |
|
|
EPSO/AD/228/11 – Teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) (AD 7) |
|
|
EPSO/AD/229/11 – Kooperazzjoni u ġestjoni tal-għajnuna għall-pajjiżi terzi (AD 7) |
L-avviż tal-kompetizzjonijiet hu ppubblikat fi 23 lingwa f’Il-Ġurnal Uffiċjali C 271 A tal-14 ta' Settembru 2011.
Għal aktar informazzjoni kkonsulta s-sit tal-EPSO http://eu-careers.eu
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/20 |
GĦAJNUNA MILL-ISTAT – IL-ĠERMANJA
Għajnuna mill-Istat MC 12/10 – Sparkasse KölnBonn ċessjonijiet lill-Belt ta' Cologne
(L-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 271/08
Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Ġermanja permezz tal-ittra tat-30 ta’ Marzu 2011 bid-deċiżjoni sui generis tagħha rigward l-għajnuna MC 12/10.
TEST TAL-ITTRA
“I PROĊEDURA
|
(1) |
Bid-deċiżjoni tad-29 ta' Settembru 2010, il-Kummissjoni approvat il-miżuri ta' injezzjonijiet ta' kapital ta' EUR 650 miljun favur Sparkasse KölnBonn (‘il-Bank’) fil-każ C 32/09 (‘SpKB Decision’) (1). Dik l-approvazzjoni kienet soġġetta għal numru ta' impenji li saru mill-Ġermanja. Wieħed mill-impenji kien li l-Bank ibigħ l-ishma tiegħu fi ħdax-il sussidjarju tal-proprjetà (‘is-sussidjarji’) sa tmiem Marzu tal-2011. |
|
(2) |
Fis-6 ta' Diċembru 2010, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li mhux se jkun possibbli li jiġu żvestiti s-sussidjarji fil-ħin li fuqu kien hemm l-impenn. Fit-2 ta' Frar tal-2011, il-Ġermanja nnotifikat talba għal estensjoni tal-perjodu ta' żvestiment sal-31 ta' Ottubru 2011. Fit-23 ta' Frar tal-2011 il-Ġermanja ppreżentat aktar informazzjoni li turi li l-Bank kien għamel dak kollu possibbli biex jikkonkludi l-proċess tal-bejgħ fil-ħin miftiehem. |
|
(3) |
Fis-17 ta' Marzu 2011, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li għal raġunijiet ta' urġenza, kienet qed taċċetta eċċezzjonalment li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bl-Ingliż. |
II. IL-FATTI
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-SpKB ġiet approvata bil-kundizzjoni li jiġu implimentati diversi impenji. Skont punt 13 tal-Impenji (2), Sparkasse KölnBonn kellu jbigħ il-ħdax-il parteċipazzjoni li ġejjin mhux aktar tard mil-31 ta' Marzu 2011 lill-belt ta' Cologne, kumpanija konnessa mal-belt ta' Cologne jew parti terza:
Id-Deċiżjoni ma tipprovdix li dik l-iskadenza tiġi estiża. |
|
(5) |
Punt 14 tal-Impenji jistipula li ‘It-tranżazzjonijiet individwali mal-belt ta' Cologne għandhom isiru skont il-kundizzjonijet normali tas-suq. Għalhekk, il-valur preżenti tas-suq tal-oġġett għall-bejgħ fil-ħin tat-trasferiment għandu jiġi ddeterminat minn espert indipendenti.’ Skont punt 15 ‘Kumpanija tal-awditjar għandha tivverifika l-ivvalutar tal-assi u d-dejta tan-negozju maqbula kuntrattwalment f'isem ix-xerrej.’ |
|
(6) |
Il-parteċipazzjonijiet ikkonċernati huma entitajiet żgħar (4) l-aktar attivi fi proġetti tal-iżvilupp tal-infrastruttura urbana u reġjonali. In-negozju tagħhom hu li jiżviluppaw, iżommu u/jew jimmaniġġjaw oġġett ta' proprjetà. L-ebda wieħed minnhom mhu attiv fis-settur tas-servizzi finanzjarji. |
|
(7) |
Fis-7 ta' Ottubru tal-2010 il-belt ta' Cologne għaddiet ir-riżoluzzjoni ġenerali biex tikseb il-parteċipazzjonijiet u tat mandat lill-uffiċjali eżekuttivi tagħha biex jibndew in-negozjati mal-Bank. Skont ir-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi il-Belt ta' Cologne għandha toħroġ sejħa pubblika mal-Ewropa kollha sabiex tagħżel kumpanija tal-awditjar, li tkun tista' tivverifika l-valur tal-parteċipazzjonijiet f'isem il-Belt. Il-proċess tas-sejħa għall-offerti beda diġà. Skont ir-regoli applikabbli, fl-istadji differenti tal-proċess, l-iskandenzi minimi għandhom jiġu rrispettati. Minħabba dawn l-iskadenzi vinkolanti l-proċess tas-sejħa għall-offerti u sussegwentement il-verifika tal-valur mill-awditur li jintgħażel ma jistax jintemm qabel id-data ta' trasferiment prevista tal-31 ta' Marzu 2011. |
|
(8) |
Skont l-ippjanar preżenti se jkun fattibbli li l-proċess kollu jiġi ffinalizzat, inklużi s-sejħa għall-offerti, il-verifika u l-valutazzjoni, l-approvazzjoni muniċipali, l-iffirmar u l-għeluq tat-tranżazzjoni, sal-31 ta' Ottubru 2011. |
|
(9) |
Il-Ġermanja kkommettiet ruħha li mill-31 ta' Marzu 2011 sad-data tal-għeluq tal-bejgħ Sparkasse KölnBonn se jżomm lura milli jieħu kwalunkwe deċiżjoni strateġika dwar il-parteċipazzjonijiet li se jkunu trasferiti u se jieħu deċiżjonijiet biss li għandhom x'jaqsmu mal-kontinwazzjoni operazzjonali tan-negozji. |
|
(10) |
Minkejja t-talba għal estensjoni tal-iskadenza għall-iżvestiment ikkonċernat, il-Ġermanja ssostni li l-Bank għamel dak kollu li seta' biex jiżgura li l-bejgħ isir fil-ħin. Dan kien ikkonfermat mill-Fiduċjarju li kien qed jissorvelja l-iżvestituri ta' Sparkasse KölnBonn li l-Ġermanja kkommettiet ruħha fuqhom. |
III. IL-VALUTAZZJONI
|
(11) |
It-talba tal-estenzjoni tal-iskadenza għall-iżvestimenti stipulata fi premessa 4 għal seba' xhur, jiġifieri sal-31 ta' Ottubru 2011, tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar kif approvat mid-Deċiżjoni SpKB. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni tista' testendi l-iskadenzi għall-iżvestimenti. Għalkemm mhux ipprovvdut espliċitament fir-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni għandha d-diskrezzjoni li tippermetti estensjoni sakemm ma xxekkilx l-infurzar ta' Deċiżjoni (5). |
|
(13) |
Il-Kummissjoni tinnota li Sparkasse KölnBonn u l-Belt ta' Cologne diġà nedew attivament il-proċedura tal-bejgħ għall-parteċipazzjonijiet ikkonċernati. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni tinnota l-opinjoni kemm tal-Ġermanja kif ukoll tal-Fiduċjarju li l-Bank għamel dak kollu li seta' biex imexxi l-proċess tal-bejgħ. |
|
(14) |
Fl-aħħar, hemm argumenti konvinċenti li l-proċess tal-bejgħ se jirnexxi mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2011, minħabba li d-dewmien hu dovut biss għal raġunijiet proċedurali, li huma lil hinn mill-influwenza tal-Bank. Iż-żewġ partijiet għadhom impenjati għall-proċess tal-bejgħ. |
|
(15) |
Estensjoni tal-iskadenza tal-bejgħ b'seba' xhur ma titfax dubju fuq l-implimentazzjoni ġenerali tal-pjan ta' ristrutturar kif approvat bid-Deċiżjoni SpKB, li se tibqa' fis-seħħ sal-2014. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li l-perjodu estiż sal-iffirmar ma jwassalx għal xi distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, peress li l-parteċipazzjonijiet ikkonċernati mhumiex attivi fis-settur tas-servizzi finanzjarji u l-influwenza tal-Bank fuq l-entitajiet li se jinbiegħu se tkun limitata għall-immaniġjar ta' kuljum meħtieġ. Għalhekk, l-estensjoni, li hija limitata biż-żmien, għandha tippermetti lill-Bank li jbigħ il-parteċipazzjonijiet tiegħu lill-Belt ta' Cologne qabel il-31 ta' Ottubru 2011. Dan jippermetti lill-Bank biex jegħleb id-diffikultajiet deskritti hawn fuq, il-biċċa l-kbira tagħhom ġejjin minn barra, u jlesti d-divestimenti kkonċernati kif provvedut bid-Deċiżjoni SpKB. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li t-talba ta' estensjoni relattivament qasira sal-31 ta' Ottubru 2011 hi meħtieġa u ġġustifikata, speċjalment fid-dawl tad-daqs limitat tal-kumpaniji li se jkunu żvestiti u n-natura tan-negozju tagħhom. |
IV. KONKLUŻJONI
|
(17) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq il-Kummissjoni tikkonkludi li l-estensjoni ta' seba' xhur biex jiġu żvestiti l-parteċipazzjonijiet stipulati fi premessa (4) hi meħtieġa biex tippermetti, u mhux biex tipprevjeni, l-implimentazzjoni kif suppost tal-pjan ta' ristrutturar tal-Bank. |
V. DEĊIŻJONI
Il-Kummissjoni testendi l-iskadenza għall-bejgħ tal-parteċipazzjonijiet kif iddefinit f'punt 13 tal-Anness I tad-Deċiżjoni C(2010) 6470 sal-31 ta' Ottubru 2011.”
(1) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat C 32/09 (ex NN 50/09) implimentata mill-Ġermanja għar-ristrutturar ta' Sparkasse KölnBonn, li għadha mhix ippubblikata.
(2) Ara l-Anness I tad-Deċiżjoni SpKB
(3) Informazzjoni kunfidenzjali
(4) Mit-30 ta' Ġunju 2010 il-valur totali tas-suq tal-parteċipazzjoni kollha kkonċernati kien stmat li hu madwar EUR […] miljun.
(5) Cf. Deċiżjoni tal-21 ta' Diċembru 2010 fil-każ MC 8/09 WestImmo.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/22 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2011/C 271/09
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SINTEŻI
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“CHELČICKO-LHENICKÉ OVOCE”
Nru KE: CZ-PGI-0005-0436-23.11.2004
DPO( ) IĠP ( X )
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
|
Isem: |
Úřad průmyslového vlastnictví |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+420 220383111 |
|||
|
Fax |
+420 224324718 |
|||
|
Posta elettronika: |
posta@upv.cz |
2. Grupp:
|
Isem: |
Unie ovocnářů jižních a západních Čech |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+420 388321371 |
|||
|
Fax |
+420 388321280 |
|||
|
Posta elettronika: |
zemcheba@iol.cz |
|||
|
Magħmul minn: |
Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( ) |
3. Tip ta’ prodott:
|
Klassi 1.6: |
Frott. |
4. Speċifikazzjoni:
(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem:
“Chelčicko-Lhenické ovoce”
4.2. Deskrizzjoni:
Frott minn klima diefja maħsub għall-konsum dirett u għall-ippriservar. Frott ippriservat ma jkollux it-tikketta “Chelčicko-Lhenické ovoce”. Dan jinkludi frott irqiq, frott tal-għadma u frott artab. It-togħma tal-frott lokali hija rikka u effervexxenti, b’firxa wiesgħa ta’ sensazzjonijiet fruttanti, li jagħtu kwalità dewwiema. Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ din il-frotta (bħall-freskezza, il-vitalità u l-kompattezza), kemm fir-riħa kif ukoll fit-togħma, joriġinaw prinċipalment mill-karatteristiċi naturali lokali (eż. id-differenzi bejn it-temperaturi ta' matul il-jum u l-lejl matul il-perjodu tas-sajran, iċ-ċpar tal-għodwa fiż-żona tat-tkabbir). Il-frott miż-żona Chelčicko-Lhenické jgħaddi lil żoni oħra f'dik li hija speċifikazzjoni, bi proporzjon ibbilanċjat b'mod naturali bejn zokkriet u aċidi. Dan il-proporzjon ideali jiġġenera dawk imsejħa tonalitajiet ċari tal-frott. L-impressjoni kumplessiva hija waħda ta’ freskezza, togħma mhux qawwija, diwi delikat, li jipproduċi sensazzjoni rikka u dewwiema. Din il-kwalità tapplika għat-tipi kollha ta’ frott ippreżentati taħt l-isem “Chelčicko-Lhenické ovoce”, u hija speċifika għal din iż-żona.
B'mod speċjali, dawn il-prodotti huma kkonċernati: tuffieħ, ċirasa sewda, ċirasa qarsa, għajnbaqar, passolina (Ribes). Varjetajiet attwalment ikkultivati: tuffieħ – Julia, Angold, Šampion, Rubín – Bohemia, Rubinola, Topaz, Jonagold – Jonagored, Jonaprince, Golden Delicious, Idared, Melrose, Spartan; ċirasa sewda – Burlat, Karešova, Vanda, Sam, Těchlovan, Kordia, Napoleon; ċirasa qarsa – Morellenfeuer, Érdi Bötermö, Fanal, Morela pozdní; għajnbaqar – Čačanska rana, Čačanska lepotica, Čačanska najbolja, Stanley, Domácí velkoplodá; passolina ħamra – Holandský červený, Heinemann pozdní, Losan, Rubigo, Rondon; passolina sewda – Otelo, Öjebyn.
4.3. Żona ġeografika:
Imsaġar mifruxa mal-baċir ta' Bavorov – Chelčicko u mal-għoljiet tal-foresta Blansko-Lhenicko. “Chelčicko-Lhenické ovoce” jitkabbar esklussivament f’din iż-żona (ir-Repubblika Ċeka, ir-Reġjun tan-Nofsinhar tal-Boemja, id-distretti ta’ Strakonice u ta’ Prachatice). Dawn iż-żoni huma magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Chelčicko: Chelčice, Truskovice, Libějovice, Vodňany, Krtely, Malovice, Bavorov, Tourov; Lhenicko: Lhenice, Vadkov, Mičovice, Jáma, Hoříkovice, Třebanice, Hrbov, Vodice, Třešňový Újezdec, Horní Chrášťany, Dolní Chrášťany, Ratiborova Lhota.
4.4. Prova tal-oriġini:
Iż-żoni tat-tkabbir, imħażen u kaxxi tal-ħżin, lottijiet u d-dati tal-ippakkjar huma indikati. Jinżammu rekords dwar ix-xiri. Għalhekk kull konsenja tista’ tiġi ttraċċata bla ambigwità u l-konsenji huma distinti minn xulxin. Il-frott jiġi kklassifikat, maħżun u ppakkjat fiż-żona definita u ma jistax għalhekk jitħallat ma' frott imkabbar bnadi oħra.
Il-produzzjoni hija stipulata prinċipalment mil-linji gwida għas-sistemi integrati għat-tkabbir tal-frott (SISPO). Il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tiġi vverifikata internament, f’laboratorji esterni, mill-korp superjuri ta’ spezzjoni (Státní zemědělská a potravinářská inspekce/Awtorità Ċeka tal-Ispezzjoni tal-Agrikoltura u l-Alimentazzjoni – SZPI/CAFIA) u mill-bord tal-ispezzjoni għas-sistemi integrati ta’ produzzjoni (verifiki fuq il-post).
Tikkettar konsistenti tal-frott kollu maqtugħ fiż-żona waqt li jkun għadu fil-masġar u reġistri preċiżi dwar il-qtugħ jiggarantixxu li l-frott ma jistax jitħallat ma' frott minn żona oħra.
Ix-xogħol li jsir fl-imħażen jitwettaq fuq frott tikkettat u kull ġarr jiġi rreġistrat fil-ġurnal tal-operazzjonijiet, fejn jiddaħħlu d-dettalji tal-movimenti tal-frott u t-tħejjijiet għall-kummerċjalizzazzjoni. Il-frott li jinħareġ mill-imħażen għandu jkun tal-istess oriġini eżatti kif kien meta daħal, u jiġi ttikkettat b’konformità ma’ dan.
Il-kwalità tal-prodott tiġi mmontorjata minn laboratorju intern. Ġiet żviluppata sistema għat-twettiq ta’ verifiki kimiċi u mikrobijoloġiċi, u evalwazzjoni tal-prodotti. Qed titħaddem sistema HACCP. Jitwettqu wkoll verifiki mill-korp superjuri tal-ispezzjoni (ara l-punt 4.7), skont il-pjan ta’ spezzjoni.
Verifiki dwar il-konformità mal-prinċipji tas-sistemi integrati għat-tkabbir tal-frott:
Jiġi mmonitorjat l-istat tal-imsaġar u tal-ambjent. L-imsaġar huma mgħammra b'apparati għas-sinjalar. Ġeneralment il-verifiki mill-bord ta’ spezzjoni SISPO fuq dawk li jkabbru l-frott isiru darba fis-sena. Il-verifiki jkopru partikolarment il-kontaminazzjoni tal-ħamrija, il-fertilizzanti, l-ilma tat-tisqijja jew il-frott b’metalli tqal, il-monitoraġġ ta' fatturi bijotiċi u abijotiċi, l-użu tal-fertilizzanti, il-pestiċidi u t-tisqija, u t-tħawwil. Il-verifiki jiġu ddeterminati mil-linji gwida għas-sistemi integrati għat-tkabbir tal-frott, li kienu ġew approvati mill-Ministeru tal-Agrikoltura tar-Repubblika Ċeka.
4.5. Metodu tal-produzzjoni:
Il-frott kollu jitkabbar skont il-prinċipji stipulati fil-linji gwida għas-sistemi integrati għat-tkabbir tal-frott, li l-abbozz tagħhom kien sar ukoll bil-parteċipazzjoni ta' dawk li jkabbru l-frott lokalment. L-elementi u l-proċeduri tal-produzzjoni integrata SISPO huma kif ġej:
|
— |
Tħawwil: kompromess bejn ir-resistenza u l-kwalità tas-suq tal-frott. Għażla tal-varjetà skont it-temperatura, ix-xita u s-sajran u ż-żmien tal-ħsad. Għażla tar-riżoma skont il-kundizzjonijiet tal-ħamrija, u t-tip u l-intensità tat-tħawwil. |
|
— |
Protezzjoni kontra l-mard u l-organiżmi ta' ħsara: taħlita ta’ protezzjoni naturali u kimika. Prevenzjoni. Protezzjoni bijoloġika. Għasafar li jieklu l-insetti. Introduzzjoni ta’ predaturi naturali. Metodi fiżiċi u bijotekniċi u agrotekniċi xierqa għaż-żona konċernata (kultivazzjoni tal-ħamrija, użu tal-fertilizzant, żbir u tħarriġ tas-siġar). Bilanċ tax-xtieli, tnaqqis fl-okkorrenzi tal-mard u l-organiżmi ta' ħsara. Protezzjoni kimika tinżamm baxxa kemm jista' jkun. Jekk hemm bżonn jintużaw taħlitiet kimiċi b’tossiċità baxxa, pestiċidi, żuwoċidji u funġiċidi permessi u ttestjati. Protezzjoni kimika selettiva, jintużaw biss dawk il-pestiċidi li jeqirdu l-organiżmi ta' ħsara u ma jkunux ta’ ħsara għal annimali utli oħra. Nasbiet għall-organiżmi. Tbassir tal-okkorrenzi tal-mard u l-organiżmi. Reġistri ta’ verifiki u użi. |
|
— |
Sistema ta’ kultivazzjoni tal-ħamrija: l-art tal-imsaġar tinżamm kollha miksija bil-ħaxix (60-70 % tal-wiċċ), b’taħlita ta’ varjetajiet ta’ ħaxix. Dan il-ħaxix jinqata', partikolarment qabel il-ħsad. Il-ħaxix li jinqata' spiss jitħalla mitluq fil-post jew inkella jagħmluh f’forma ta’ strixxi. F'każ ta' livell iktar baxx ta' xita, normalment anqas minn 600 mm fis-sena, tintuża l-kultivazzjoni ta’ ħamrija baxxa, sa massimu ta’ 4 ċm fond. |
|
— |
Kontroll tan-niġem: in-niġem jinżamm taħt il-livell li fih issir ħsara. L-applikazzjoni ta’ erbiċidi permessi f’perjodi adatti biss, għal massimu ta’ darba fis-sena, mhux aktar tard minn 80 jum qabel il-ħsad tal-frott irqiq u 50 jum qabel il-ħsad tal-frott tal-għadma. Il-kultivazzjoni tal-ħamrija fuq art adegwata. In-niġem jinqata'. L-art madwar iz-zokk titgħatta bil-ħuxlief, jiġifieri materjali organiċi jew weraq ikkulurit jgħattu l-wiċċ tal-ħamrija. |
|
— |
Tisqija tal-imsaġar: għat-tisqija jintuża ilma li ma jkollux effett negattiv fuq l-istat tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali fiż-żona, tal-ħamrija, tal-kwalità tal-ilma tal-wiċċ jew tal-pjan u tal-elementi oħra tal-ambjent. Issir verifika fuq l-ilma tat-tisqija tal-anqas darba fix-xahar. |
|
— |
Fertilizzazzjoni tal-imsaġar: il-ħamrija għandu jkollha proporzjon ibbilanċjat ta’ elementi u komposti għat-tkabbir tat-tipi u l-varjetajiet tal-frott. Il-proporzjon jaffetwa l-istat tas-saħħa tas-siġar, u l-kwalità u l-kwantità tal-frott. Il-fertilizzazzjoni titwettaq abbażi tad-differenza bejn valuri mkejla u rrakkomadati ta’ elementi u kompożizzjonijiet għat-tip u l-varjetà partikolari tal-frotta. M’hemm l-ebda fertilizzar għal ċertu perjodu qabel jew wara l-ħsad. Jinżammu reġistri tal-fertilizzar u tar-rendiment. |
|
— |
Verifika tal-kontaminazzjoni: partikolarment, jiġu mmonitorjati metalli tqal fil-ħamrija, fl-ilma tat-tisqija, fil-fertilizzanti u l-frott. Il-valuri tal-kontaminazzjoni possibbli tal-frott jitkejlu fuq kampjuni kbar biżżejjed. |
|
— |
L-istat u l-ekwilibriju fiżjoloġiku tas-siġar tal-frott: miżuri agrikoli (żbir, trattament tal-ħamrija, fertilizzar, u kontroll ta’ għadd ta’ frott żgħir li qed jiżviluppa, eċċ.) jiġu adattati skont il-kwantità, il-perjodu u t-tul ta’ żmien. L-ekwilibriju tal-imsaġar ma jitqallibx. L-ekwilibriju fiżjoloġiku huwa vvalutat b’analiżi tal-ħamrija u verifiki fuq il-frott. Verifika soġġettiva normalment issir ħames ġimgħat qabel il-ħsad. Jiġi vvalutat it-tkabbir tan-nebbitiet, iz-zokk, id-daqs, id-dawl u d-dehra esterna tal-frott. L-għan huwa frotta żviluppata bis-sħiħ b’kontenut bilanċjat ta’ materjali ta’ valur – zokkor, aċidi, vitamini, u sustanzi minerali u aromatiċi. |
|
— |
Kontroll tal-produttività tas-siġra tal-frott u tal-kwalità tal-frott: is-siġar jinżabru regolarment sabiex tinkiseb il-kwantità ottima tal-prodott. It-tnaqqis tal-prodott jitwettaq, jew bl-idejn jew bl-użu ta’ waħda mit-taħlitiet kimiċi permessi f’dożi taħt il-limiti. |
|
— |
Prinċipji għat-tħarriġ u ż-żbir tas-siġar tal-frott: il-frott irqiq jitkabbar f’ringieli uniċi li jippermettu l-użu tal-makkinarju. Is-siġar jinżabru fiż-żminijiet rakkomandati u bil-mod rakkomandat, skont it-tip u l-varjetà tal-frotta. |
|
— |
Verifika tal-konformità mal-prinċipji tas-sistemi integrati għat-tkabbir tal-frott - ara l-punt 4.4. |
It-tipi kollha tas-siġar tal-frott jinżabru darbtejn fis-sena u jiġu ttrattati bis-sustanzi kimiċi matul l-istaġun tat-tkabbir skont l-inċidenza tal-mard u l-organiżmi ta' ħsara f’masġar speċifiku f’sena speċifika. L-applikazzjonijiet kollha tas-sustanzi kimiċi huma bbażati fuq kejl u monitoraġġ tal-inċidenza tat-tip ta’ aġent ta’ ħsara konċernat. L-applikazzjonijiet jitwettqu biss meta jinqabeż il-limitu massimu ta’ ħsara ekonomika. L-imsaġar kollha jinksew bil-ħaxix li jinqata' regolarment. L-art madwar iz-zokk tas-siġar tinżamm ħielsa mill-veġetazzjoni bl-għajnuna tal-erbiċidi. Huma biss xi mixtliet taċ-ċirasa s-sewda li jinksew totalment bil-ħaxix.
Element ieħor speċifiku għaż-żona Chelčicko-Lhenicko jinsab fil-fatt li t-tekniki SISPO ġenerali huma speċifikament applikati fiż-żona konċernata, u l-prodotti (eż. għall-qerda tal-organiżmi ta' ħsara) ġew speċifikament żviluppati għaż-żona.
Tekniki għat-tkabbir ta’ tipi individwali ta’ frott:
It-tuffieħ
It-tuffieħ jitkabbar f’żoni miftuħa f’żoni mhux mistagħdra u f’żoni li ma jiffurmawx baċiri tal-ġlata. Tintgħażel riżoma kemxeijn aktar b’saħħitha għat-tuffieħ minħabba li ma hemmx biżżejjed nutrijenti fil-ħamrija fl-altitudini taż-żona tat-tkabbir u s-siġar għandhom ikunu kapaċi jiksbu n-nutrijenti parzjalment weħidhom. Fl-imgħoddi kienet tintuża riżoma tat-tip M1, M4 u A2, waqt li t-tip M9 jintuża l-iżjed illum; is-siġar iż-żgħar jintrifdu individwalment b'zokk, jew bi skrin tal-wajer li miegħu tintrabat kull siġra. L-ispazju ta' bejn is-siġar żgħar tat-tuffieħ mkabbra jiddependi minn ħafna fatturi u għalhekk jinstabu għadd kbir ta’ varjazzjonijiet fiż-żona. Dan l-ispazju huwa influwenzat prinċipalment mit-tagħmir ta' dawk li jkabbru, is-sit, it-tip tar-riżoma u l-forma tat-tkabbir tas-siġra. Fl-imgħoddi l-prassi kienet prinċipalment taħwil f'ringieli ta’ siġar nani mkabbra bla kontroll, li llum qed jitbiddlu b’siġar fil-forma ta’ magħżel, imħawla eqreb ta’ xulxin. Minħabba l-umdità fl-arja kif ukoll l-umdità ġenerali taż-żona, l-imsaġar jissaqqew biss rarament minn ftit bdiewa. Il-ħsad isir skont kalendarju strett – it-tuffieħ jiġi ppakkjat f’kaxxi li jesgħu ħafna, li jiġu ttikkettati fuq il-post fil-masġar wara li jimtlew bit-tuffieħ maqtugħ u jiġu ttrasferiti minnufih f’maħżen bl-arja kkundizzjonata.
Iċ-ċirasa s-sewda
Is-siġar taċ-ċirasa s-sewda jitkabbru prinċipalment f’żoni xemxin, niexfa b'livell baxx ta’ ilma tal-pjan. Fl-imgħoddi kienu jitkabbru minn riżoma taċ-ċirasa tal-għenieqed (bird-cherry) fil-forma ta’ zokk twil imkabbar bla kontroll jew siġar biz-zokk ewlieni mogħmi mħawla bi spazju biżżejjed bejniethom biex jippermettu l-ħsad minn kull naħa bis-sellum. Illum taħwiliet ġodda jitkabbru minn riżoma PHL jew Gisela f’distanzi iqsar bejniethom u bil-qċaċet tas-siġar jitħarrġu biex jinżammu ċatti u baxxi. Iċ-ċirasa tinqata’ skont kalendarju strett u tiġi ppakkjata għat-trasport jew bejgħ u, wara li tiġi ttikkettata fil-masġar, tiġi ttrasferita minnufih fil-maħżen sabiex titkessaħ, titħejja għall-kummerċjalizzazzjoni u tintbagħat fis-suq.
Iċ-ċirasa l-qarsa
Iċ-ċirasa l-qarsa titkabbar f’żoni bi provvista naturali anqas abbundanti ta’ nutrijenti u f'żoni naturalment aktar xotti. Is-siġar jitkabbru f'ringieli f’distanzi li jippermettu ħsad mekkaniku. Ir-riżoma taċ-ċirasa qarsa hija prinċipalment ċirasa mahaleb u l-forma tas-siġra titħarreġ għall-ħsad mekkaniku. Il-frott jinqata’ u jiġi ppakkjat għat-trasport jew għall-bejgħ, u wara li jiġi ttikkettat fil-masġar, jiġi ttrasferit minnufih fil-maħżen sabiex jitkessaħ, jew fl-impjant tal-preservazzjoni għal aktar ipproċessar. Jinħareġ ukoll mill-maħżen għal aktar ipproċessar wara li jitlestew il-konsenji. Proporzjon żgħir biss taċ-ċirasa qarsa jinqata’ bl-idejn u jiġi kkunsmat frisk. Il-proċedura hija għaldaqstant l-istess bħal dik taċ-ċirasa s-sewda.
L-għajnbaqar
Is-siġar tal-għajnbaqar jitkabbru biz-zokk ewlieni mogħmi, f'ringieli, f’żoni bi provvista suffiċjenti tal-ilma f'ħamrija fonda lomija. Firxa sħiħa ta’ riżoma tintuża għall-għajnbaqar, imma l-myrobalan hija l-aktar komuni. Il-forma tas-siġra normalment hija ta’ kuruna mkabbra bla kontroll li tippermetti ħsad mekkaniku fejn xieraq. Mill-frott maqtugħ, madwar nofsu jkun maħsub għall-konsum frisk u madwar nofsu għall-preservazzjoni. Il-proċess kollu tat-tkabbir huwa għalhekk adattat għall-ħsad mekkaniku. Il-frott jinqata’ u prinċipalment jiġi ppakkjat għat-trasport u, wara li jiġi ttikkettat fil-masġar, jiġi ttrasferit fil-maħżen sabiex jitkessaħ u għal aktar tħejjija għas-suq. Il-frott maħsub għall-ipproċessar industrijali jiġi ttrasferit mill-masġar għall-maħżen għat-tkessiħ u t-tlestija għall-konsenji, jew dirett għall-impjant tal-preservazzjoni għal aktar ipproċessar.
Il-passolina l-ħamra u l-passolina s-sewda
Il-passolina titkabbar f’ħamrija bi provvista tajba tal-ilma, għammiela, fonda, pjuttost fil-baxx, imma eżattament mhux fejn jiffurmaw baċiri tal-ġlata, għalkemm mill-frott imkabbar fiż-żona, il-passolina hija l-aktar reżistenti għall-ġlata. Żoni kbar ta’ passolina jiġu ffurmati minn taħwiliet f'ringieli ta’ xtieli żgħar imkabbra minn tirqid imnibbet. Id-distanza bejn ix-xtieli tiġi ddeterminata mit-teknika tal-kultivazzjoni u l-ħsad u mit-teknoloġija. Illum ftit biss mis-sġajriet tal-passolina huma tajbin għall-ħsad bl-idejn. Il-ħsad jitwettaq kważi kollu bil-makkinarju u l-frott ikompli jiġi pproċessat fl-impjant tal-preservazzjoni. Proporzjon tassew żgħir biss jinqata’ bl-idejn għall-konsum dirett frisk jew għat-tisjir minn ftit konsumaturi. Il-ħsad mekkaniku jitwettaq bl-għajnuna ta’ tagħmir tal-ħsad awtomottiv li jippakkja l-frott għat-trasport, u wara li jiġi ppakkjat u ttikkettat fil-masġar, il-frott jiġi ttrasferit minnufih għall-maħżen għat-tkessiħ u t-tlestija tal-konsenji għall-klijenti.
Ħżin u ppakkjar
Il-ħżin u l-ippakkjar iseħħu f’żona definita. B’dan il-mod, ikun possibli li tiġi evitata ħsara lill-frott maqtugħ, li prattikament jittieħed direttament mill-post tat-tkabbir għall-maħżen. Dan l-approċċ jiggarantixxi wkoll li l-frott ma jitħallatx ma' frott imkabbar banda oħra. Dan il-proċess ikkoordinat ta' tkabbir, ħżin u ppakkjar f’post wieħed ifisser li l-frott ma jiddeterjorax.
4.6. Rabta:
Iż-żona ta' Chelčicko-Lhenicko u l-frott li jitkabbar fiha huwa mill-aqwa mhux biss fir-Repubblika Ċeka, iżda wkoll fl-Ewropa. B'mod partikulari dan huwa sostnut bil-punti li ġejjin: ir-reputazzjoni, il-fatturi li jinfluwenzaw il-karatteristiċi uniċi ta' “Chelčicko-Lhenické ovoce” u elementi speċifiċi oħra, u r-rabta bejn il-karatteristiċi ta' “Chelčicko-Lhenické ovoce” u l-kundizzjonijiet fiż-żona skont it-tip ta' frotta.
4.6.1.
It-tkabbir tal-frott fiż-żona ta' Chelčicko-Lhenicko jiftaħar bi tradizzjoni ta' 700 mitt sena. It-tradizzjoni qadima u l-kwalità tal-frott lokali wasslu biex iż-żona tissejjaħ “il-ġnien tan-Nofsinhar tal-Boemja”. Il-frott jidher saħansitra fuq l-emblema tal-muniċipalitajiet ta' Chelčice kif ukoll ta' Lhenice. Prova tal-istorja u tar-reputazzjoni tat-tkabbir tal-frott fiż-żona tinsab fil-ktieb Lhenice, zahrada Jižních Čech ta' Václav Starý a kol.
Ir-reputazzjoni ta' “Chelčicko-Lhenické ovoce” tidher ukoll permezz tal-festival tal-fjuri u l-festival tal-frott li jsiru kull sena, organizzati b'kollaborazzjoni mal-Unjoni tal-Bdiewa li Jkabbru l-Frott tan-Nofsinhar u l-Punent tal-Boemja. Il-festival tal-fjuri huwa inizjattiva għat-turiżmu u ċ-ċikloturiżmu, u jsir fil-bidu tal-istaġun tat-tkabbir tal-frott meta s-siġar tal-frott jerġgħu jieħdu l-ħajja, joħorġu l-fjur u jarmu iż-żahar. Il-festival tal-frott huwa avveniment prestiġjuz li jdum sejjer bosta jiem u fost l-iniżjattivi l-iktar importanti jiffoka fuq it-tkabbir tal-frott fir-Repubblika Ċeka. Jikkonsisti minn esibizzjoni tal-frott flimkien ma' evalwazzjoni, fiera tal-frott u programm kulturali u sportiv.
Prova tal-kwalità eċċezzjonali ta' “Chelčicko-Lhenické ovoce” hija l-apprezzament sostanzjali espress fl-esibizzjonijiet nazzjonali, eż. Zahrada Čech – Litoměřice, u barra minn hekk dawk li jkabbru jipparteċipaw b'suċċess mhux biss f'dik l-esibizzjoni iżda wkoll f'esibizzjonijiet oħra organizzati fil-livell nazzjonali. Hortikomplex – Olomouc, Země živitelka – České Budějovice, Zemědělec – Lysá nad Labem.
Dawk li jkabbru iċ-“Chelčicko-Lhenické ovoce” jinġabru flimkien fi ħdan l-Unie ovocnářů jižních a západních Čech (l-Unjoni ta' Dawk li Jkabbru l-Frott tan-Nofsinhar u l-Punent tal-Boemja), li tinvolvi ruħha fost oħrajn, f'attivitajiet edukattivi u ta' għarfien, promozzjoni ta' frott, organizzazzjoni ta' esibizzjonijiet, pubblikazzjoni, u kwistjonijiet ambjentali u dwar il-kwalità tal-frott. Il-grupp ta' azzjoni lokali Rozkvět zahrady jižních Čech jeżisti wkoll fiż-żona.
Il-bdiewa miż-żona Chelčicko-Lhenicko jaħdmu flimkien ma' bosta istituti ta' riċerka u stabbilimenti edukattivi tal-ogħla livell, eż.: L-Università tan-Nofsinhar tal-Boemja f'České Budějovice – Il-Fakultà tal-Agrikoltura, l-Università ta' Mendel tal-Agrikoltura u l-Forestrija fi Brno – il-Fakultà tal-Ortikoltura f'Lednice, l-Istitut għat-Tkabbir ta' Frott Irqiq Holovousy Ltd, SEMPRA, l-Istitut tar-Riċerka dwar l-Inġinerija Agrikola – Praga, l-Istitut tar-Riċerka dwar l-Ekonomija Agrikola – Praga, l-Istitut tar-Riċerka dwar l-Għelejjel, l-Istitut tar-Riċerka dwar l-Ikel fi Praga, l-Istitut ta' Kimika u Biokimika tas-Superfiċje Organika tal-Akkademja tax-Xjenzi tar-Repubblika Ċeka, il-Laboratorju Bijoloġiku ta' Biola. Is-suċċess ta' din il-kooperazzjoni jidher minn naħa bl-iżvilupp ta' tekniki ġodda tat-tkabbir u min-naħa l-oħra bl-użu li jsir ta' dawk it-tekniki fit-tkabbir tal-frott fiż-żona ta' Chelčicko-Lhenicko, li jikkontribwixxi wkoll għar-reputazzjoni taċ-“Chelčicko-Lhenické ovoce” madwar il-pajjiż kollu.
Produzzjoni
Produzzjoni annwali f'tunnellati (għall-2008): tuffieħ – 7 409, ċirasa sewda – 115, ċirasa qarsa – 338, għajnbaqar – 416, passolina (Ribes) – 399.
Kummerċjalizzazzjoni
“Chelčicko-Lhenické ovoce” huwa kkumerċjalizzat b'suċċess fir-Repubblika Ċeka u f'pajjiżi oħra.
Ir-Repubblika Ċeka
Għadd ta' entitajiet kummerċjali li lilhom jiġi fornut iċ-“Chelčicko-Lhenické ovoce”: madwar 500.
Entitajiet kummerċjali ewlenin li lilhom jiġi fornut iċ-“Chelčicko-Lhenické ovoce”: Terno, Ahold, Coops, Nova Fruit, CZ Fruit, Čeroz.
Esportazzjoni
Il-perċentwali tal-ħsad li jiġi esportat huwa kif ġej: ċirasa sewda – 38 %, ċirasa qarsa – 40 %, għajnbaqar – 50 %, passolina (Ribes) – 70 %.
Il-pajjiżi li lilhom jiġi fornut iċ-“Chelčicko-Lhenické ovoce”: il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, l-Awstrija, il-Finlandja, ir-Renju Unit.
Għadd ta' entitajiet kummerċjali barranin li lilhom jiġi fornut iċ-“Chelčicko-Lhenické ovoce”: madwar 10.
Entitajiet kummerċjali ewlenin li lilhom jiġi fornut iċ-“Chelčicko-Lhenické ovoce”: Dinter, Phanner.
4.6.2.
Il-frott li jitkabbar fiż-żona ta' Chelčicko-Lhenicko (ara il-punt 4.2) essenzjalment jiġi effettwat min-natura u l-klima speċifika ta' Podšumaví bejn il-Baċir Bavorov u l-għoljiet tal-Foresta Blansko.
Fiż-żona ta' Chelčicko-Lhenicko hemm sistema ta' għadajjar tal-ħut, xmajjar u xmajriet. Huwa preċiżament dan it-tip ta' pjanura li joħloq il-kundizzjonijiet klimatiċi li jiffavorixxu l-kultivazzjoni tal-frott, eż. l-ammont ta' xita, l-indewwa fil-ħamrija, il-bidla fit-temperatura ta' matul il-jum u l-lejl, iċ-ċpar frekwenti ta' filgħodu.
Il-karatteristiċi taż-żona ta' Chelčicko-Lhenicko huma:
|
— |
altitudni pjuttost għolja, is-sitwazzjoni fl-għoljiet ta' Šumava |
|
— |
arja pura, l-iktar minħabba n-nuqqas tal-industrija li tniġġes u l-abbundanza tal-foresti |
|
— |
medja ta' temperatura annwali ta' 8,7 °C |
|
— |
medja ta' xita annwali ta' 607 mm |
|
— |
medja ta' kull xaħar għall-umdità fl-arja ta' 75,8 % – dan il-livell huwa għoli ħafna, l-umidità li tagħti l-indewwa fis-sajf u li tiksi lis-siġar bil-ġlata u li tnaqqas l-iffriżar fix-xitwa |
|
— |
differenzi konsiderevoli bejn it-temperaturi ta' matul il-jum u l-lejl, speċjalment matul il-perjodu tal-ħsad |
|
— |
ċpar frekwenti ta' filgħodu, iġġenerat kemm minħabba l-għadajjar tal-ħut kif ukoll mill-karatteristiċi tal-baċir taż-żona, li hija mdawra parzjalment bil-muntanji |
|
— |
ndewwa suffiċjenti fil-ħamrija, li hija sostnuta kemm mix-xita kif ukoll min-netwerk abbundanti ta' għadajjar tal-ħut u xmajjar |
|
— |
rebbiegħa li tibda tard u sajran iżjed tard tal-frott, minħabba l-kundizzjonijiet ta' mal-għoljiet |
|
— |
kompożizzjoni tajba tal-ħamrija, partikolarment fir-rigward tal-minerali. |
Il-karatteristika speċifika ewlenija ta’ “Chelčicko-Lhenické ovoce”, jiġifieri l-proporzjon bbilanċjat taz-zokkor mal-aċidi, ġejja prinċipalment mill-klima lokali, jiġifieri l-bidla fit-temperatura ta' matul il-jum u l-lejl, il-bidu tard tar-rebbiegħa, u sajran iktar tard, u mill-ħamrija, jiġifieri bilanċ tal-pH, ta’ minerali individwali u ta’ proporzjon differenti ta’ minerali. Skont l-analiżi tal-laboratorju li twettqet, l-aċidità medja tal-frott tilħaq livelli ottimi. Ir-riżultati pożittivi, li ma jseħħux awtomatikament f'kull żona tat-tkabbir tal-frott, kienu wkoll ikkonfermati matul l-analiżi tal-ħamrija.
Karatteristiċi oħra speċifiċi ta' “Chelčicko-Lhenické ovoce”, bħar-riħa, it-togħma, il-freskezza, il-kapaċità li tibqa’ friska għal tul ta’ żmien, l-uniċità tal-isfumaturi tal-ilwien, jistgħu jitqiesu li ġejjin prinċipalment mill-mikroklima speċjali, li tiġi ġġenerata mill-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq (foresti, għadajjar tal-ħut, altitudni pjuttost għolja, indewwa, ċpar, eċċ).
Fattur sinifikanti li jinfluwenza l-kwalità ta' “Chelčicko-Lhenické ovoce”, huwa l-livell verament baxx ta’ kontaminazzjoni tal-ambjent minn metalli tqal u, għaldaqstant, il-livell baxx ta’ kontaminazzjoni tal-frott, li huwa ferm iżjed baxx mil-limitu. Il-protezzjoni bijoloġika tas-siġar tal-frott hija fattur kontribwenti ieħor. Fiż-żona ta' Chelčicko-Lhenicko, is-siġar tal-frott jitħarsu l-iktar permezz tal-użu ta' mezzi bijoloġiċi. Dawn huma favur l-ambjent u għandhom vantaġġi li ma jistgħux jiġu nnegati fuq mezzi kimiċi oħra ta' protezzjoni. Iż-żona hija ċentru tal-iżvilupp ta' mezzi bijoloġiċi tal-ħarsien tal-pjanti u s-siġar fir-Repubblika Ċeka.
Fattur partikolari ulterjuri taż-żona tat-tkabbir tal-frott ta' Chelčicko-Lhenicko huwa d-diversità tal-prodott tagħha meta mqabbel ma' żoni oħra tat-tkabbir tal-frott.
Element ieħor importanti tat-tkabbir tal-frott fiż-żona ta' Chelčicko–Lhenicko huwa l-metodu integrat SISPO (ara il-punt 4.5. Il-methodu tal-produzzjoni), li tfassal ukoll bil-parteċipazzjoni ta' dawk li jkabbru l-frott f'din iż-żona. Din is-sistema tikkontribwixxi sostanzjalment għall-kwalità għolja intrinsika tal-frott u, konsegwentement, għas-sodisfazzjoni tal-konsumaturi li jafu jagħżlu. Is-sistema tipprovdi linji gwida dwar kif jitkabbar il-frott bl-aqwa mod possibbli fiż-żona, u dawn il-linji gwida qed jiġu applikati.
Bit-tradizzjoni ta' matul is-sekli tal-kultivazzjoni tal-frott fiż-żona definita, l-għarfien u l-esperjenza ta' dawk li jkabbru l-frott tal-aqwa varjetajiet li jitkabbru u fejn u kif l-aħjar li tkabbarhom żdiedu u ttejbu. Dan il-proċess għadu jseħħ.
Id-denominazzjoni tal-oriġini “Chelčicko-Lhenické ovoce” ilha tiġi protetta fir-Repubblika Ċeka bin-numru 194 sa mill-20 ta’ Novembru 2002.
4.6.3.
It-tuffieħ
It-tuffieħ jiddistingwi ruħu permezz ta' togħma unika, speċifika, u pikkanti b'diwi li jdum, riżultat tal-effett tal-umdità relattivament għolja tal-arja, in-nuqqas ta' temperaturi għoljin matul is-sajf, u min-naħa l-oħra, il-varjazzjoni sinifikanti bejn it-temperaturi matul il-jum u l-lejl iġġenerati mill-għadd kbir ta' għadajjar u foresti u mill-altitudni tal-art taż-żona ġeografika definita. Il-mikroklima speċifika tgħin biex toħloq il-bilanċ preċiż ta' zokkriet, aċidi u sustanzi aromatiċi fil-frott, fil-perjodu ta' qabel il-ħsad, li jirriżulta fit-togħma pikkanti speċifika tiegħu. It-tuffieħ jiddistingwi ruħu wkoll mill-fatt illi, fil-firxa ta' varjetajiet imkabbra, mill-varjetajiet tas-sajf għall-varjetajiet li jiġu iktar tard li jinħażnu f'arja kkontrollata sax-xhur tar-rebbiegħa, idum għal żmien twil fil-grad ottimu ta' sajran għall-konsum mingħajr ma titnaqqas it-togħma jew ir-riħa, u barra minn hekk jiddistingwi ruħu permezz tal-formazzjoni ta' qoxra ta' kwalità tajba, riżultat prinċipalment tal-altitudni relattivament għolja fiż-żona ġeografika definita, nieqsa minn temperaturi għoljin ħafna tas-sajf minħabba l-effett taċ-ċpar frekwenti u l-kopertura sostanzjali ta' nida, flimkien max-xemx. Karatteristika relatata oħra hija l-ilwien verament partikolari tal-frott tal-varjetajiet individwali mkabbra fiż-żona ta' Chelčicko-Lhenicko.
Iċ-ċirasa s-sewda
Iċ-ċirasa s-sewda tiddistingwi ruħha bit-togħma rikka u pikkanti ħafna, u l-qalba friska, flimkien mal-kontenut għoli taz-zokkor u l-aċidu tagħha u l-bilanċ ottimu ta' benjiethom. Fil-każ ta' xi varjetajiet (Napoleon, Kordia, Van), id-differenza fil-kwalità u t-togħma tal-frott meta mqabbla ma' ta' żoni oħra tant hija kbira li kien hemm tendenza li jiġu rreġistrati varjetajiet reġjonali ta' dawn il-varjetajiet. Dawn il-karatteristiċi ġejjin mill-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħamrija fiż-żona ġeografika definita flimkien mal-altitudni għolja tal-pajsaġġ. It-tipi tal-ħamrija fil-widien u fuq il-pjanuri huma differenti minn dawk ta' mal-għoljiet. Il-ħamrija ta' dawn tal-aħħar hija iktar niexfa u inqas rikka iżda fiha bilanċ suffiċjenti u b'mod partikolari tajjeb u uniku ta' nutrijenti minerali. Il-permeabbiltà tagħhom għandha rwol sinifikanti. Dawk l-għoljiet fil-fatt intużaw biex jitħawlu msaġar taċ-ċirasa s-sewda u ringieli ta' siġar taċ-ċirasa s-sewda minn żmien il-qedem. Hawn is-siġar jikbru malajr, irrispettivament mir-riżoma użata, grazzi għas-sistema ta' għeruq f'saħħitha, li l-ħamrija lokali hija perfettament adattata għaliha. Ma hemm ebda żoni mgħaddra jew baċiri tal-ġlata li jagħmlu ħsara lill-għeruq u z-zkuk tas-siġar, jew li jikkawżaw pressjoni fuq il-frott biex irendi prodott b'togħma ta' kwalità mhux adegwata.
Iċ-ċirasa l-qarsa
Karatteristiċi distinti taċ-ċirasa qarsa huma l-livell baxx ta' infestazzjoni b'insettti u durabbiltà konsiderevoli li jirriżultaw mill-kwalità intrinsika tal-frott. Dawk il-karatteristiċi ġejjin prinċipalment mill-fatt illi, minħabba l-altitudni relattivament għolja u l-varjetajiet imkabbra, il-waqt tas-sajran meħtieġ għall-ħsad jintlaħaq iktar tard fiż-żona ġeografika definita milli f'żoni oħra. Din il-karatteristika lokali hija vantaġġ billi tneħħi l-bżonn tal-ġlieda kontra infestazzjoni tal-insetti fiċ-ċirasa qabel il-ħsad u għalhekk, il-kwalità intrinsika tal-frott ma tistax tiġi influwenata b'xi mod mill-pestiċidi. Karatteristiċi speċifiċi oħra taċ-ċirasa qarsa huma t-togħma u r-riħa distinti li sussegwentement jirriflettu fil-kwalità ta' xarbiet u prodotti oħra ġejjin minn din il-frotta. It-togħma u r-riħa distinti ġejjin mill-fatt illi fiż-żona Chelčicko-Lhenicko hemm konċentrazzjonijiet verament baxxi ta' metalli tqal fil-ħamrija u hemm ftit tniġġis mill-industrija u t-trasport, u dawn għandhom effett tajjeb fuq il-kwalità tal-frott.
L-għajnbaqar
L-għajnbaqar jiddistingwi ruħu mill-kontenut għoli tiegħu ta' zokkor u togħma bnina, li ġejjin mid-differenzi fit-temperaturi, miċ-ċpar frekwenti u l-ġlata ħafifa fi stadju aktar tard. Dawn il-karatteristiċi għandhom valur għoli matul l-ipproċessar sussegwenti f'konservi u spirti, il-kontenut tas-sustanza aromatika għandu valur għoli ħafna u hemm domanda għolja għal dan il-frott minn proċessuri lokali u barranin. Minħabba l-klima lokali relattivament kiesħa, l-inċidenza tal-mard virali li għandu effett detrimentali fuq il-kwalità tal-frott, hija baxxa. Dan il-fatt jagħti l-possibbiltà tat-tkabbir ta' varjetajiet indiġeni li ma tkabbrux, b'tali mod li tittejjeb ir-reżistenza tagħhom għall-mard virali. Fuq kollox, madankollu, il-kundizzjonijiet naturali speċifiċi għandhom influwenza pożittiva fuq il-kwalità tal-frott. L-umdità relattivament għolja fl-arja u l-ammont ta' xita jwasslu biex l-imsaġar jimtlew ħaxix, u b'hekk ma jkunx hemm temperatura sħuna żżejjed għall-frott u l-assimilazzjoni ma titfixkilx. Il-kisi tal-art bil-ħaxix iżid il-kontenut tas-CO2 fil-livell superfiċju tal-ħamrija, li għandu effett favorevoli fuq il-proporzjon ta' zokkor u aċidu tal-frott fil-waqt tas-sajran. Barra minn hekk, il-fatt illi l-ħamrija bil-ġibs ma tinstabx f'din iż-żona, iwassal biex is-siġar qatt ma jsofru minn defiċjenza tal-ħadid li jkollha effett ħażin ħafna fuq il-kwalità tal-frott.
Il-passolina s-sewda u l-passolina l-ħamra
Il-karatteristiċi distinti tal-passolina huma t-togħma u l-proporzjon ideali ta' zokkor u aċidu, li ġejjin prinċipalment mill-kundizzjonijiet tal-ħamrija u l-klima, li jiddeterminaw din il-kwalità speċifika tal-frott.
Minħabba l-fatt illi ż-żona ta' Chelčicko-Lhenicko għandha ħamrija bi ftit aċidità pH, hemm kundizzjonijiet ideali għat-tkabbir tal-passolina. Il-kwalità tal-passolina hija wkoll fid-daqs kbir tal-frott u d-durabbiltà tiegħu li huma riżultat ta' kontenut naturali pjuttost għoli ta' potassju fil-profil tal-ħamrija. Dan huwa fattur verament bażiku, billi fil-każ tal-passolina, id-defiċjenza tal-potassju malajr tirrużulta, fost oħrajn, fi tnaqqis fid-daqs u d-durabbiltà tal-frott. Il-passolina hija tip ta' frotta li għandha bżonn kontenut għoli ta' humus fil-ħamrija. Fiż-żona ta' Chelčicko-Lhenické minħabba l-umdità pjuttost għolja fl-arja u x-xita ta' matul l-istaġun tat-tkabbir, huwa possibbli li jkun hemm ħaxix permanenti fl-għelieqi tal-passolina. Bil-kisi regolari tal-ħaxix u l-frak tal-friegħi, malajr jinbena saff ta' humus, li għandu effett deċisiv fuq it-tkabbir u s-saħħa tal-buxx u l-kwalità tal-prodott finali. Flimkien mat-tibdil fit-temperatura li tkun għolja matul il-jum u baxxa matul il-lejl fil-perjodu ta' qabel il-ħsad, li huwa karatteristika ta' din iż-żona, il-frott b'togħma bnina ħafna jsir bi proporzjon ideali ta' zokkor u aċidu. Sussegwentement dan huwa rifless fil-kwalità ta' prodotti li ġejjin minn materja prima lokali.
4.7. Korp ta' spezzjoni:
|
Isem: |
Státní zemědělská a potravinářská inspekce, Inspektorát v Táboře |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+420 381200011 |
|||
|
Fax |
+420 381257000 |
|||
|
Posta elettronika: |
tabor@szpi.gov.cz |
4.8. Tikkettar:
Il-frott miż-żona ta' Chelčicko-Lhenicko jitpoġġa f’tipi varji ta’ ppakkjar bit-tikketta “Chelčicko-Lhenické ovoce”, ġeneralment fi skema ta’ lewn aħdar, isfar u aħmar, bis-simbolu u l-isem tal-muniċipalità fejn tkabbar. L-użu ta’ immaġni grafika fuq il-pakkett mhuwiex strettament neċessarju.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.