Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2010:307:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 307, 12 ta' Novembru 2010


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.307.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 307

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
12 ta' Novembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 307/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2010/C 307/02

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Ottubru 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/38.589 – Stabilizzaturi tas-Sħana (1) – Rapporteur: Malta

2

2010/C 307/03

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta' Novembru 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/38.589 – Stabbilizzaturi tas-Sħana (2) – Relatur: Malta

3

2010/C 307/04

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Smigħ – Każ COMP/38.589 – Stabbilizzanti tas-Sħana

4

2010/C 307/05

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2009 dwar proċediment skont l-artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-artikolu 53 tal-ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38.589 – Stabilizzanti tat-temperatura) (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8682)  ( 1 )

9

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2010/C 307/06

Rapport Speċjali Nru 6/2010 Ir-riforma tas-suq taz-zokkor laħqet l-għanijiet prinċipali tagħha?

13

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 307/07

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

14

2010/C 307/08

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 307/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5986 – Schindler/Droege/ALSO/Actebis) ( 1 )

20

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 307/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

21

2010/C 307/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

24

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Novembru 2010

2010/C 307/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3700

JPY

Yen Ġappuniż

112,78

DKK

Krona Daniża

7,4538

GBP

Lira Sterlina

0,84910

SEK

Krona Żvediża

9,3102

CHF

Frank Żvizzeru

1,3282

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0910

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,634

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

276,54

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9329

RON

Leu Rumen

4,2865

TRY

Lira Turka

1,9540

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3682

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3742

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6198

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7495

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7646

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 520,57

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,4674

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,0772

HRK

Kuna Kroata

7,3727

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 206,66

MYR

Ringgit Malażjan

4,2442

PHP

Peso Filippin

60,089

RUB

Rouble Russu

41,9220

THB

Baht Tajlandiż

40,710

BRL

Real Brażiljan

2,3491

MXN

Peso Messikan

16,7769

INR

Rupi Indjan

60,9310


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Ottubru 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/38.589 – Stabilizzaturi tas-Sħana (1)

Rapporteur: Malta

2010/C 307/02

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-fatti bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-kumpless ta' ftehimiet u/jew prattiki miftiehma jikkostitwixxi f'żewġ infrazzjonijiet separati u kontinwi fir-rigward ta' stabilizzaturi tal-landa u ESBO/esters għall-perjodu ta' żmien li fih kien jeżisti.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma għandhom bħala għan li jillimitaw l-kompetizzjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-dewmien tal-ksur għal kull destinatarju.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-konklużjoni li l-ftehim u l-prattiki miftiehma bejn id-destinatarji setgħu jħallu effett konsiderevoli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u bejn il-partijiet kontraenti taż-ŻEE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji possedenti tal-gruppi kkonċernati.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta' Novembru 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/38.589 – Stabbilizzaturi tas-Sħana (2)

Relatur: Malta

2010/C 307/03

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li għandha tiġi imposta multa fuq dawk indirizzati mill-abbozz ta' deċiżjoni fejn jidol ksur.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mar-raġunament tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar iż-żieda fl-ammont bażiku minħabba ċirkustanzi aggravanti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002 dwar immunità minn multi u tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' kartelli.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/4


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Smigħ (1)

Każ COMP/38.589 – Stabbilizzanti tas-Sħana

2010/C 307/04

Dan il-każ ta' kompetizzjoni jikkonċerna ftehim ta' kartell bejn produtturi ta' żewġ kategoriji ta' stabbilizzanti tas-sħana użati fil-produzzjoni tal-prodotti PVC: Stabbilizzanti abbażi tal-landa u ESBO/esters.

L-abbozz tad-Deċiżjoni jagħti lok għall-osservazzjonijiet li ġejjin:

Id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni nbdiet fuq il-bażi tal-applikazzjoni għall-immunità f'Novembru tal-2002. Il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet fuq il-post. Minbarra l-applikant għall-immunità, f'dan il-każ kien hemm erba’ applikazzjonijiet għall-klemenza.

Il-Kummissjoni nnotifikat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) fit-18 ta' Marzu 2009 lil 15-il impriża jew gruppi ta' impriżi (“il-Partijiet”) (2).

Fid-DO, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-Partijiet ipparteċipaw f'infrazzjoni waħdanija u kontinwa tal-Artikolu 8(1) KE u l-Artikolu 53(1) ŻEE li għandhom x'jaqsmu mal-istabbilizzanti abbażi tal-landa għal 13-il sena bejn l-1987 u s-sena 2000 u l-ESBO/esters għal 9 snin bejn l-1991 u l-2000.

Perjodu ta' żmien għat-tweġibiet għad-DO

Il-Partijiet oriġinarjament ingħataw skadenza biex iwieġbu għad-DO sal-14 ta' Mejju 2009. 13-il Parti bagħtu talbiet raġunati għal estensjoni. Jien tawwalt il-limitu ta' żmien għal dawn kollha. Tliet partijiet ġew lura b'raġunijiet ġustifikati għal estensjoni ulterjuri li jien tajt. Il-Partijiet kollha wieġbu fil-ħin minbarra waħda.

Aċċess għal fajl

Il-Partijiet ingħataw aċċess għall-fajl permezz ta' CD ROM. Il-Partijiet irċevew ukoll aċċess għal dikjarazzjonijiet orali u miktuba ta' klemenza fil-bini tal-Kummissjoni.

Baerlocher talbu aċċess ulterjuri għall-fajl. Fit-tweġiba tiegħi, ilqajt parzjalment it-talba tagħhom u ppermettejt aċċess addizjonali għal ċerti dikjarazzjonijiet orali. Dan sar biex Baerlocher ikunu jistgħu jivverifikaw diskrepanzi potenzjali bejn verżjonijiet varji tad-dokumenti. Parti oħra tat-talba tagħhom ġiet miċħuda fuq il-bażi li d-dokumenti in kwistjoni kienu soġġetti għal pretensjonijiet tal-privileġġ tal-professjoni legali (“LPP”) li dak iż-żmien kienu qed jiġu aġġudikati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Bosta partijiet talbu aċċess għal tweġibiet ta' partijiet oħra f'diversi stadji tal-proċedura. Jien irrifjutat dawn it-talbiet billi rreferejt għall-Avviż għall-Aċċess għall-Fajls u l-każistika applikabbli (3).

Seduta Orali

Is-Seduta Orali saret f’Ġunju tal-2009. Attendew il-Partijiet kollha ħlief waħda.

Id-drittijiet ewlenin tal-kwistjonijiet tad-difiża li tressqu mill-Partijiet

Numru ta' talbiet fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża tressqu mill-Partijiet fil-kummenti orali u bil-miktub tagħhom. It-talbiet tagħhom kienu jikkonċernaw l-aktar il-ksur tal-obbligu tal-informazzjoni, it-tul eċċessiv ta' żmien tal-proċedimenti u n-nuqqas li ssir investigazzjoni komprensiva.

Id-drittijiet tal-indirizzati li jkunu infurmati bl-investigazzjoni

AC Treuhand, Elementis, Chemson, GEA u Faci qalu li d-drittijiet tagħhom tad-difiża inkisru minħabba li ma kinux infurmati bl-investigazzjoni kontrihom fi żmien xieraq. Sussegwenti għal dan AC Treuhand u Elementis talbu lill-Kummissjoni biex tagħlaq il-proċedimenti kontrihom, filwaqt li Chemson u Gea talbu investigazzjoni ta' ChemTrade Roth. Faci m'għamlu l-ebda talba speċifika.

(i)   AC Treuhand

L-ewwel darba li AC Treuhand kienet infurmata bl-istatus tagħha bħala indirizzata potenzjali ta' DO fil-każ tal-Istabbilizzanti tas-Sħana kien fi Frar tal-2009, jiġifieri sena u nofs wara l-ewwel talba għall-informazzjoni u 6 xhur wara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (“CFI”) fejn ġie ffissat il-preċedent tal-obbligu tal-informazzjoni tal-Kummissjoni lejn AC Treuhand fil-każ tal-Perossidi Organiċi  (4), Dan ġara minkejja l-bosta talbiet lid-DĠ tal-Kompetizzjoni minn AC Treuhand, kemm qabel kif ukoll wara s-sentenza tas-QPI, għal kjarifika tar-rwol tagħha fil-proċedimenti.

Bil-qies tal-istandards iffissati mill-QPI, il-Kummissjoni kien imissha li infurmat lil AC Treuahand bl-istatus tagħha fi żmien l-ewwel talba għall-informazzjoni f'Ottubru tal-2007. Il-fatt li dmir bħal dan kien spjegat b'mod ċar mill-qorti f'Ġunju tal-2008 m’għandu l-ebda relevanza għax l-obbligu oġġettivament kien jeżisti diġà qabel is-sentenza. Barra minn hekk, minħabba li d-DO kienet intbagħtet lil AC Treuhand fil-każ tal-Perossidi Organiċi f'Marzu tal-2003, id-DĠ tal-Kompetizzjoni kellu jkun konxju mill-istatus ta' AC Treuhand fil-każ li kien qed jiġi ttrattat meta ħarġet l-ewwel talba għall-informazzjoni lill-konsulenza. B'hekk, saret irregolarità.

Il-kwistjoni dwar jekk l-obbligu tal-informazzjoni setax seħħ f'data aktar bikrija (5) tista' titħalla miftuħa minħabba li AC Treuhand ma wrietx li l-informazzjoni li ħarġet tard setgħet attwalment tikkomprometti d-drittijiet tagħha ta' difiża fil-proċediment in kwistjoni.

Skont il-Qorti, il-fatt waħdu li l-entità legali ma tkux ipprovduta fil-ħin b'informazzjoni bħal din ma jistax iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Pjuttost, ikun ukoll neċessarju li jiġi stabbilit jekk l-irregolarità li tkun twettqet mill-Kummissjoni setgħetx attwalment tikkomprometti d-drittijiet ta' difiża tal-impriża fil-proċediement in kwistjoni (6).

AC Treuhand ressqet tliet argumenti f'dan ir-rigward: l-ewwel, indikat l-irtirar ta' impjegat-xhud fi-31 ta' Awwissu 2002. It-tieni, irreferiet għall-fatt li l-memorja ta' dan l-individwu fir-rigward tal-fatti li seħħew kienet qed tnin. It-tielet, issottolineat l-iskadenza tal-perjodu ta' għaxar snin skont il-liġi Svizzera dwar il-ħażna tad-dokumenti tal-kumpanija (Aufbewahrungspflicht). L-ewwel argument jista' jiġi respint minħabba li l-irtirar tal-impjegat seħħ qabel il-Kummissjoni rċeviet l-applikazzjoni għall-klemenza ta' Chemtura. L-irtirar għalhekk kien iseħħ xorta waħda, anke kieku AC Treuhand kienet infurmata kif imiss dwar l-investigazzjoni tal-Kummissjoni. It-tieni u t-tielet argument jidhru pjuttost astratti u mhux preċiżi minħabba li AC Treuhand ma speċifikatx in-natura u l-ambitu tal-informazzjoni jew id-dettalji meħtieġa għad-difiża tagħha li l-impjegat seta' ftakar jew li setgħet tinġabar mill-arkivji ta' AC Treuhand. F'dan il-kuntest jista' jkun relevanti wkoll li wieħed iżomm f'moħħu li wara li ġiet innotifikata bid-DO fil-każ tal-Perossidi Organiċi fl-2003, AC Treuhand kienet jew raġonevolment setgħet indunat li kienet taħt l-iskrutinju tal-Kummissjoni. Għalhekk jien nikkonkludi li d-drittijiet ta' difiża ta' AC Treuhand ma kinux miksura.

(ii)   Elementis

Il-Kummissjoni, kif inhu dovut, infurmat lil Elementis dwar id-debiti putattivi fl-ewwel talba tagħha għall-informazzjoni li ntbagħtet f'Mejju tal-2008. Il-kwistjoni dwar jekk kellhiex tkun diġà ġiet infurmata aktar qabel tista' titħalla miftuħa minħabba li l-argumenti ta' Elementis biex jappoġġjaw konklużjoni li d-drittijiet tagħha ta' difiża kienu kompromessi ma laħqux l-istandards meħtieġa. Elementis innotat li xhud kien miet fl-24 ta' Jannar 2008. Argumentat ukoll li kien impossibbli li tillokalizza jew li tikkuntattja bosta xhieda msemmijafid-DO jew meqjusa relevanti xort’oħra. Fl-aħħar, hi tenniet li kien diffiċli li tillokalizza rekords dokumentarji u li l-memorja tax-xhieda disponibbli kienet għebet.

L-allegazzjoni ta' Elementis li ma setgħetx tintervista numru ta' xhieda hi stramba għaliex tal-anqas żewġ xhieda li elenkat kienu taw xhieda għal parti oħra f'dan il-każ. Barra minn hekk, Elementis iddeskriviet f'termini ġenerali biss il-kwistjonijiet li dwarhom ix-xhieda setgħu jipprovdu xi dawl addizzjonali. Madankollu, il-kwistjoni ta' kif ix-xhieda tagħhom setgħet tkun ta' għajnuna għal Elementis fid-difiża tagħha kontra l-allegat ksur, kif mitlub mill-ġurisprudenza, baqgħet miftuħa beraħ.

(iii)   Faci

Il-Kummissjoni wkoll korrettament infurmat lil Faci dwar l-istatus tagħha meta bagħtet l-ewwel talba tagħha għall-informazzjoni f'Ottubru tal-2007. Faci qalet li, kieku kienet infurmata fl-2003 jew tal-anqas qabel l-2007, kienet tkun f'pożizzjoni li tivvaluta jekk tapplikax għal klemenza jew le. Wara li l-persunal relevanti kien telaq minn mal-kumpanija, ma kenitx aktar f'pożizzjoni li tagħmel valutazzjoni bħal din.

Is-sottomissjoni ta' Faċi la ssostanzjat il-ksur tal-obbligu tal-informazzjoni u lanqas il-ksur tad-drittijiet ta' difiża tagħha u għalhekk, kellha tiġi miċħuda.

Obbligu ta' investigazzjoni

Kemm GEA kif ukoll Chemson tennew li l-Kummissjoni kellha – u għad għandha – l-obbligu li tinvestiga ChemTrade Roth. It-tnejn li huma rabtu fir-risposta tagħhom għad-DO id-dritt li jkunu infurmati dwar l-istatus tagħhom u d-dover tal-Kummissjoni li twettaq investigazzjoni komprensiva.

GEA u Chemson irtiraw mill-attivitajiet relevanti matul il-perjodu tal-allegat ksur. GEA biegħet in-negozju tagħha tal-ESBO f'Mejju tas-sena 2000. Barra minn hekk, kienet iddisponiet min-negozju direttament involut fl-attivitajiet allegati tal-ex kumpaniji possedenti (Dynamit Nobel AG and Chemetall GmbH). Chemson kienet biegħet (permezz ta' bejgħ amministrattiv) l-assi u d-dokumenti relevanti kollha li kellhom x'jaqsmu man-negozju tagħhom tal-EBSO fl-2002 lil ChemTrade Roth. Chemson qalet li ma kellhiex aċċess għal evidenza dokumentarja u xhieda dwar in-negozju tal-EBSO minn dakinhar sal-lum. Fir-rigward tal-obbligu tal-informazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jiġi nnutat li hi kienet infurmat kif dovut lil Chemson u lil GEA dwar debiti putattivi fit-talba għall-informazzjoni li ntbagħtet f'Ottubru 2007 u Lulju 2008 rispettivament. Madankollu Chemson indikat partikolarità ta' dan il-każ. Hi argumentat li ma jistax jiġi eskluż u li x' aktarx huwa probabbli, li kieku n-negozju tal-EBSO ta' Chemson kien inbiegħ permezz ta' negozju tal-ishma minflok bejgħ amministrattiv, allura ChemTrade Roth kienet tkun soġġetta għal miżuri investigattivi mill-Kummissjoni,

Skont każistika stabbilita, hu f'idejn il-Kummissjoni li tiddeċiedi jekk biċċa informazzjoni partikolari hijiex meħtieġa biex tpoġġiha f'pożizzjoni li tkun tista' tiżvela ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni (7). Fil-każ in kwistjoni, ma jidhirx li kien strettament neċessarju li ChemTrade Roth tiġi investigata sabiex tkun tista' tinkiseb biżżejjed evidenza inkriminatorja biex jiġi ppruvat li kien hemm kartell.

Fir-rigward tal-evidenza li tiskolpa, madankollu, is-sitwazzjoni hi anqas ċara. Fuq naħa, jista' jingħad li l-indirizzati tad-DO huma primarjament obbligati li jressqu biċċiet ta' evidenza li tiskolpa u kemm GEA kif ukoll Chemson ma pprovdew l-ebda indikazzjoni dwar liema biċċa informazzjoni util ta' investigazzjoni li ChemTrade Roth tista' tipproduci. Barra minn hekk, l-indirizzati jistgħu jinkludu klawsoli fil-ftehimiet tagħhom ta' trasferiment biex jiżguraw aċċess kontinwu għall-informazzjoni u/jew li internament ibiddlu r-responsabbiltà għall-ħlas ta' multi minħabba infrazzjonijiet ta' kartell. Fuq in-naħa l-oħra, huwa minnu wkoll li l-Kummissjoni hija obbligata li twettaq investigazzjoni oġġettiva li normalment tkun tinkludi wkoll lil ChemTrade Roth. Fl-aħħar, Chemson u GEA kienu jkunu f'sitwazzjoni aħjar, li kieku l-investigazzjoni ma kenitx sospiża fl-2003, jew li kieku l-Kummissjoni infurmat lil dawn l-indirizzati aktar qabel bl-investigazzjoni.

F’kull każ, ma tantx kien jidher utli li wieħed jibgħat talba għal informazzjoni lil ChemTrade Roth jew li fl-impriża jsiru xi verifiki għall-għarrieda wara s-seduta orali. Wieħed ma setax realistikament jistenna li dawn il-miżuri setgħu jipproduċu xi riżultati li kienu jirrimedjaw l-ommissjoni preċedenti, minħabba li hu probabbli li d-dokumenti relevanti (jekk kienu jeżistu) ma kinux għadhom jinżammu. Barra minn hekk, intervisti lil eks rappreżentanti tan-negozju mibjugħ kienu jkunu possibbli biss bil-kunsens tagħhom.

Aktar minn hekk, l-aċċess għad-dokumenti kien diġà intilef fl-2002, jiġifieri, qabel ma nfetaħ il-każ. Kwalunkwe miżura investigattiva diretta lejn ChemTrade Roth għalhekk kienet tkun biss sostitut tal-aċċess mitluf tal-memorja tal-eks rappreżentanti (li setgħet tiġi assigurata fuq bażi kuntrattwali).

Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi, ma nara l-ebda obbligazzjoni tal-Kummissjoni li tinvestiga lil ChemTrade Roth kif mitlub minn Chemson u GEA u ċertament l-ebda ksur tad-drittijiet ta' difiża tagħhom.

It-tul tal-proċedimenti

Total ta' 9 minn 15-il Parti qalu li d-drittijiet tagħhom ta' difiża ġew miksura minħabba t-tul tal-proċedimenti (8). Tabilħaqq, l-investigazzjoni preliminari damet għal madwar sitt snin. Jekk din tittieħed waħedha, jista' jkun li jidher li kien hemm dewmien żejjed.

Il-qrati sostnew li għandha tittieħed azzjoni fi żmien raġonevoli fi proċedimenti amministrattivi (9). Dan il-prinċipju japplika bis-sħiħ għall-investigazzjoni (10).

Madankollu, matul dak il-perjodu, il-każ ġie sospiż għal aktar minn erba’ snin minħabba l-proċedimenti ta' Akzo/Ackros. Matul l-ispezzjoni għand Ackros, ir-rappreżentanti tal-kumpanija qalu li ċerti dokumenti kienu koperti bl-LPP. F'April tal-2003, Akzo u Ackros bdew proċeduri bil-qorti biex jikkonfermaw it-talbiet tagħhom dwar l-LPP. Għall-perjodu ta' żmien tal-proċedimenti tal-Qorti, l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni ġew sospiżi. Erba' snin wara f'Settembru tal-2007, il-Qorti tal-Prim’Istanza rrifjutat l-azzjonijiet tal-applikanti bħala parzjalment inammissibbli, parzjalment infondati (11).

Id-DĠ tal-kompetizzjoni kellu jistenna s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex ikun jista' jivvaluta l-valur miżjud tal-applikazzjonijiet għall-klemenza (12). Din il-valutazzjoni kienet tiddependi fuq jekk element partikolari ta' evidenza setgħetx tintuża bħala dokument ta' spezzjoni jew le. Id-dokument in kwistjoni hu tabilħaqq biċċa importanti ta' evidenza li fuqha huma bbażati d-DO u d-Deċiżjoni.

Għalhekk, it-tul tal-proċediment ma kienx twil b'mod mhux raġonevoli. Id-drittijiet tad-difiża tad-9 Partijiet ma ġewx miksura.

L-abbozz tad-Deċiżjoni

Fl-abbozz tad-Deċiżjoni l-Kummissjoni essenzjalment issostni l-oġġezzjonijiet tagħha; Madankollu, hemm xi tibdiliet meta wieħed iqabbel mad-DO:

Il-Kummissjoni twaqqa’ l-oġġezzjonijiet kontra Akzo Nobel Chemicals International BV u Addichem SA.

Il-Kummissjoni, għakemm tirrikonoxxi li Arkema rtirat mill-kartell tal-istabbilizzanti abbażi tal-landa fil-perjodu mill-1 ta' April 1996 sat-8 ta' Settembru 1997, iżżomm lil Arkema responsabbli għall-ewwel perjodu tal-parteċipazzjoni tagħha (mis-16 ta' Marzu 1994 sal-31 ta' Marzu 1996) fuq il-bażi li aktar tard hi reġgħet issieħbet mal-istess kartell (mid-9 ta' Settembru 1997 sal-21 ta' Marzu 2000). Madankollu, il-Kummissjoni, bl-użu tad-diskrezzjoni tagħha, ma timponix multa fuq Arkema għall-ewwel perjodu tal-ksur. Il-Kummissjoni ssostni li l-ftehimiet fir-rigward tal-istabbilizzanti abbażi tal-landa u l-ESBO/esters jikkostitwixxu żewġ infrazzjonijiet separati.

Il-Kummissjoni tikkonkludi li ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe irregolarità proċedurali, b'mod partikolari li ma nfurmatx lill-indirizzati potenzjali tad-DO li kien hemm investigazzjoni u li din kienet ġiet sospiża. Fir-rigward ta' AC Treuhand, il-Kummissjoni ssib li skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, AC Treuhand setgħet ikkonkludiet li kienet possibilment fil-mira tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li hi aġixxiet kif suppost u b'mod raġonevoli matul il-proċedura.

Meta ffisssat il-multa għal Arkema, il-Kummissjoni kkunsidrat tliet deċiżjonijiet preċedenti relevanti għal min ikun riċediv (minflok żewġ deċiżjonijiet preċedenti msemmija fid-DO). Il-Kummissjoni bagħtet Ittra ta' Fatti lil Arkema fl-20 ta' Ottubru 2009 biex tinfurmaha bl-ommissjoni tagħħha fid-DO u tat lil Arkema l-opportunità li tibgħat il-kummenti tagħha dwar dan.

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċeduri damu għal tul ta' żmien raġonevoli, u dan jiġġustifika tnaqqis tal-multa. Madankollu, it-tnaqqis ma japplikax għal Ackros u l-grupp ta' kumpaniji ta' Azko minħabba li l-azzjoni tagħhom għall-annullament quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza b'rabta mat-talbiet tal-LPP kienet ċentrali għad-dewmien fil-każ preżenti.

Fl-opinjoni tiegħi l-abbozz tad-Deċiżjoni jittratta biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom, il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.

Konklużjoni

Fid-dawl tal-osservazzjonijiet ta' hawn fuq, inqis li d-dritt tal-Partijiet kollha li jinstemgħu fil-proċedimenti ta' dan il-każ ġie rispettat.

Brussell, il-5 ta’ Novembru 2009.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' uffiċjali tas-seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.06.2001, p. 21.

(2)  (i) Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Chemicals International BV u l-kumpanija possedenti tagħhom, Akzo Nobel N.V. (“Akzo”); (ii) Ackros Chemicals Ltd (“Ackros”); (iii) Elementis plc, Elementis Holdings Ltd, Elementis UK Ltd, Elementis Services Ltd (“Elementis”); (iv) Elf Aquitaine SA (“Elf”); (v) CECA SA u l-kumpanija possedenti tagħha Arkema France SA (“Arkema”); (vi) Baerlocher GmbH, Baerlocher Italia SpA, Baerlocher UK Ltd u l-kumpanija possedenti tagħhom MRF Michael Rosenthal GmbH (“Baerlocher”); (vii) GEA Group AG (“GEA”); (viii) Chemson GmbH u Chemson Polymer-Additive AG (“Chemson”); (ix) Aachener Chemische Werke Gesellschaft für glastechnische Produkte und Verfahren mbH (“ACW”); (x) Addichem SA (“Addichem”); (xi) Chemtura Vinyl Additives GmbH u l-kumpanija possedenti tagħha Chemtura Corporation (“Chemtura”); (xii) Ciba Lampertheim GmbH u l-kumpanija possedenti tagħha Ciba Holding AG (“Ciba”); (xiii) Faci SpA (“Faci”); (xiv) Reagens SpA (“Reagens”); u (xv) AC Treuhand AG (“AC Treuhand”).

(3)  Pereżempju, cf. każ C-204/00 Aalborg Portland A/S [2004] ECR-I-123, para. 70: “m'hemm l-ebda prinċipju ġenerali astratt li parti għandu jkollha f'kull waqt l-opportunità li tirċievi kopji tad-dokumenti kollha li jiġu kkunsidrati fil-każ ta' persuni oħra.”

(4)  Każ T-99/04, AC Treuhand v. Commission, paragrafu 56. Cf. ukoll Art. 6 paragrafu 3 lit. ECHR u ECtHR, Appl. Nru. 13972/88, Imbrioscia v. Switzerland, sentenza tal-24 ta' Novembru 1993, paragrafu 36.

(5)  AC Treuhand qalet li hi kellha tiġi infurmata wara li l-Kummissjoni kkonkludiet l-evalwazzjoni tagħha tal-applikazzjonijiet għall-klemenza, jiġifieri lejn nofs l-2003.

(6)  Każ T-99/04, AC Treuhand v. Commission, para. 58. Ara wkoll każijiet konġunti C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Aalborg Portland u Oħrajn v il-Kummissjoni [2004] ECR I-123 u Każ C-105/04 P, Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied v il-Kummissjoni[2006] ECR I-8725.

(7)  Każ C-94/00, Roquette Frères v. il-Kummissjoni [2002] ECR I-9011, para. 78.

(8)  AC Treuhand, ACW, Akzo subsidiaries, Arkema, Baerlocher, Chemson, Elementis, GEA, Reagens.

(9)  Każijiet konġunti C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, Limburgse Vinyl Maatschappij et al. v. il-Kummissjoni [2000] ECR I-8375, para. 179; ara wkoll każ C-167/04 P, JCB Service v. il-Kummissjoni [2006] ECR I-8935, para. 60.

(10)  Każ C-113/04 P, Technische Unie BV v. il-Kummissjoni, [2006] ECR I-8831, para. 54 et seq.

(11)  Każ T-112/05, Akzo Nobel u Oħrajn v.il-Kummissjoni, [2007] ECR II-05049.

(12)  Punt 26 tan-Notifika ta’ Klemenza tal-2002


12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/9


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta' Novembru 2009

dwar proċediment skont l-artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-artikolu 53 tal-ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/38.589 – Stabilizzanti tat-temperatura)

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8682)

(Il-verżjonijiet bl-Ingliż, bil-Ġermaniż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 307/05

Fil-11 ta' Novembru. 2009, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penalitajiet imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tinsab fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil 27 entitajiet legali li kienu parti minn 11-il impriża fi żmien il-ksur, talli kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Id-destinatarji pparteċipaw fi ksur wieħed jew tnejn fir-rigward tal-istabbilizzanti abbażi tal-landa u ESBO/esteri rispettivament. Il-ksur dam minn Frar 1987 sa Marzu 2000 (għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa) u minn Settembru 1991 sa Settembru 2000 (għall-ESBO/esteri) u kopra t-territorju taż-ŻEE (kif kien fi żmien il-ksur).

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(2)

Il-każ infetaħ fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-immunità ta' Chemtura. Il-Kummissjoni ġabet iktar provi mill-ispezzjonijiet li saru fi Frar 2003. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet erba' applikazzjonijiet skont l-Avviż ta' Klemenza (Arkema France, Baerlocher, Akzo Nobel and BASF). Waqt l-ispezzjoni ta' Akros Chemicla (ir-Renju Unit), ir-rapprezentanti tagħha saħqu li ċerti dokumenti kienu koperti minn segretezza professjonali legali. Wara l-applikazzjoni għall-annullament ta' numru ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni minn Akzo Nobel u Akcros Chemicals f'April 2003, il-kwestjoni dwar id-dokumenti ġiet stabbilita mill-Qorti tal-Prim Istanza (issa l-Qorti Ġenerali) fis-sentenza tagħha tas-17 ta' Settembru 2007. Il-QPI rrifjutat l-azzjonijiet ta' Akzo Noel u Akcros Chemicals. Il-Kummissjoni bagħtet numru ta' talbiet għall-informazzjoni.

(3)

Fis-17 ta' Marzu 2009, inħarġet id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u l-impriżi kollha ngħataw il-possibbiltà li jkollhom aċċess għall-fajl biex jiddefendu lilhom infushom kontra l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni bil-miktub u fis-17 u t-18 ta' Ġunju 2009 waqt Seduta Orali. Il-Kumitat ta' Konsulenza dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjoni Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-15 ta' Ottubru u fis-6 ta' Novembru 2009 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fil-11 ta' Novembru 2009.

2.2.   L-infrazzjonijiet fil-qosor

(4)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna żewġ każi separati, singoli u kontinwi ta' ksur tal-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fir-rigward ta' żewġ kategoriji ta' stabilizzanti tat-temperatura: Stabbilizzanti abbażi tal-landa u ESBO/esters. L-istabbilizzanti abbażi tal-landa jintużaw biex tkun evitata d-dekompożizzjoni mis-sħana waqt l-ipproċessar tal-PVC fil-prodotti finali. Iż-żewġ applikazzjonijiet prinċipali tagħhom huma fi prodotti tal-PVC riġidi u plastifikati. L-ESBO/esteri jintużaw bħala plastifkaturi kif ukoll bħala stabbilizzanti tat-temperatura għal tal-PVC plastifikati.

(5)

L-għan taż-żewġ arranġamenti antikompettittivi kien biex jogħlew u jinżammu l-preżżijiet fiż-ŻEE għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u l-ESBO/esteri ogħla mil-livelli normali kompetittivi u biex jinżamm dan il-għan permezz tal-allokazzjoni tal-volum tal-klijenti u tal-bejgħ f'dawn il-prodotti. Id-deċiżjonijiet prinċipali għaż-żewġ kartelli ttieħdu fl-laqgħat organizzati minn AC Treuhand. Għall-maġġoranza tal-tul tal-kartelli, AC Treuhand segwit l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-kwoti tal-bejgħ u l-prezzijiet fissi.

(6)

Il-linji ġenerali taż-żewġ kartelli fiż-ŻEE żviluppaw fil-laqgħat Svizzeri li kienu organizzati kull xhar għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u kull tliet xhur għall-ESBO/esteri. Il-ksur fuq l-iffissar tal-prezz, il-qsim tas-suq u l-allokazzjoni tal-klijenti kienu negozjati u tradotti f'azzjoni speċifika fil-laqgħat fil-pajjiżi li saru madwar l-Ewropa. Għalhekk il-parteċipanti żguraw li l-imġieba kkordinata tagħhom ġiet implimentata fil-pajjiżi taż-ŻEE/

(7)

Sal-1996, il-fornituri tal-istabbilizzanti tat-temperatura ċċekkjaw jekk il-membri kolla tal-kartell segwewx il-ftehimiet antikompetittivi direttament ma' AC Treuhand. AC Treuhand iddistribwixxa wkoll karti “ħomor” u “roża” bid-detallji fuq l-iffissar tal-prezzijiet u l-allokazzjoni tal-volum ta' bejgħ waqt il-laqgħat sigrieti li saru fil-bini tagħha. Dawn il-karti ma setgħux jinħarġu mis-sala tal-laqgħa.

(8)

Kull destinatarju jinżamm responsabbli għall-involviment tiegħu fl-arranġamenti tal-kartelli, jiġifieri bħala parteċipant dirett, jew, bħala kumpanija ewlenija, billi l-imġieba tas-sussidjarja hija attribwita lill-ewlenija minħabba li l-ewlenija teżerċita inflwenza deċiżiva fuq il-kondotta tas-sussidjarji waqt il-perjodu tal-ksur.

2.3.   Destinatarji u tul tal-ksur

(9)

Stabilizzanti abbażi tal-landa: Akzo Nobel N.V. (24.2.1987-21.3.2000), Akzo Nobel Chemicals GmbH (24.2.1987-28.6.1993), Akcros Chemicals Ltd (28.6.1993-21.3.2000), Elementis Holdings Limited (28.9.1988-2.10.1998), Elementis plc (23.2.1998-2.10.1998), Elementis UK Limited (28.9.1988-2.7.1993), Elementis Services Limited (2.7.1993-2.10.1998), Elf Aquitaine SA (16.3.1994-31.3.1996 u 9.9.1997-21.3.2000), Arkema France (16.3.1994-31.3.1996 u 9.9.1997-21.3.2000), CECA SA (16.3.1994-31.3.1996 u 9.9.1997-21.3.2000), MRF Michael Rosenthal GmbH, (12.10.1990-21.3.2000), Baerlocher GmbH, (24.2.1987-21.3.2000), Baerlocher Italia SpA, (22.6.1994-21.3.2000), Baerlocher UK Limited, (28.3.1995-17.9.1997), Chemtura Corporation, (29.5.1998-21.3.2000), Chemtura Vinyl Additives GmbH, (12.12.1997-21.3.2000), BASF Specialty Chemicals Holding GmbH, (24.2.1987-29.5.1998; BASF Lampertheim GmbH, (24.2.1987-29.5.1998), Reagens SpA, (20.11.1992-21.3.2000), AC-Treuhand AG, (1.12.1993-21.3.2000).

(10)

ESBO/esteri: Akzo Nobel N.V. (11.9.1991-22.3.2000), Akzo Nobel Chemicals B. V. (11.9.1991-28.6.1993), Akcros Chemicals Ltd (28.6.1993-22.3.2000), Elementis Holdings Limited (11.9.1991-2.10.1998), Elementis plc (23.2.1998-2.10.1998), Elementis UK Limited (11.9.1991-2.7.1993), Elementis Services Limited (2.7.1993-2.10.1998), Elf Aquitaine S.A. (11.9.1991-26.9.2000), Arkema France (11.9.1991-26.9.2000), CECA SA (11.9.1991-26.9.2000), GEA Group AG, (11.9.1991-17.5.2000), Chemson Polymer-Additive AG, (30.9.1995-26.9.2000), Aachener Chemische Werke Gesellschaft für glastechnische Produkte und Verfahren mbH, (11.9.1991-17.5.2000), Chemson GmbH, (17.5.2000-26.9.2000), Chemtura Corporation, (29.5.1998-26.9.2000), Chemtura Vinyl Additives GmbH, (12.12.1997-26.9.2000), BASF Specialty Chemicals Holding GmbH, (11.9.1991-29.5.1998), BASF Lampertheim GmbH, (11.9.1991-29.5.1998), Faci SpA, (6.11.1996-26.9.2000), AC-Treuhand AG, (1.12.1993-26.9.2000).

2.4.   Rimedji

(11)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi. Bl-eċċezzjoni ta' Chemtura Corporation u Chemtura Vinyl Additives GmbH, id-Deċiżjoni timponi multa fuq kull kumpanija elenkata hawn fuq taħt il-punti (9) u (10).

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(12)

L-ammont bażiku huwa stabbilit għal 20 % tal-bejgħ tal-impriżi fis-settur tal-istabbilizzanti abbażi tal-landa. Il-persentaġġ ta' Chemtura u Arkema France biss huwa stabbilit għal 19 % billi l-kumpaniji ma pparteċipawx fl-implimentazzjoni rigoruża tal-kartell li twettqet sal-1996. L-ammont bażiku huwa stabbilit għal 19 % tal-bejgħ tal-impriżi fis-settur tal-ESBO/esteri. Il-persentaġġ ta' Chemtura u Faci biss huwa stabbilit għal 18 % billi l-kumpaniji ma pparteċipawx fl-implimentazzjoni rigoruża tal-kartell li twettqet sal-1996.

(13)

L-ammont bażiku huwa mmultiplikat bin-numru ta' snin ta' parteċipazzjoni fil-ksur billi jittieħed f'kunsiderazzjoni t-tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur għal kull impriża individwali.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

2.4.2.1.   Ċirkostanzi aggravanti

(14)

Ir-reċidività hija ċirkostanza aggravanti għal Arkema France (tliet deċiżjonijiet preċedenti dwar kartelli ttieħdu f'kunsiderazzjoni).

2.4.2.2.   Żieda speċifika għal skop dissważiv

(15)

Il-multiplikatur ta' 1.7 fuq il-multa huwa impost fuq Elf Aquitaine S.A. sabiex din il-kumpanija tkun skoraġġuta milli tidħol fi ftehimiet ta' iffissar tal-prezzijiet u tal-qsim tas-suq orizzontali.

2.4.3.   L-applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002: tnaqqis ta' multi

(16)

Fir-rigward tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002, Chemtura qed tingħata tnaqqis ta' 100 % għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u ta' 100 % għall-ESBO/esteri, CECA/Arkema France/Elf Aquitaine qed tingħata tnaqqis ta' 30 % għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u ta' 50 % għall-ESBO/esteri, Baerlocher qed tingħata tnaqqis ta' 20 % għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa, Akzo qed tingħata tnaqqis ta' 0 % għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u ta' 0 % għall-ESBO/esteri u BASF qed tingħata tnaqqis ta' 15 % għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u ta' 25 % għall-ESBO/esteri,

2.4.4.   Inkapaċità ta' ħlas

(17)

Tliet impriżi invokaw l-inkapaċità li jħallsu taħt il-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-multi 2006. Il-Kummissjoni qieset dawk id-dikjarazzjonijiet u analizzat bir-reqqa s-sitwazzjoni finanzjarja ta' dawk l-impriżi kif ukoll il-kuntest soċjali u ekonomiku speċifiku.

(18)

Bħala riżultat tal-analiżi tal-Kummissjoni, il-multa ta' kumpannija waħda tnaqqset b'mod sinifikanti minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tagħha.

3.   MULTI IMPOSTI MID-DEĊIŻJONI

(19)

Għall-ksur fis-settur tal-istabbilizzanti abbażi tal-landa huma imposti il-multi li ġejjin:

(1)

Elementis plc, Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited, Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 875 200

(2)

Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited, Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 2 601 500

(3)

Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited u Akzo Nobel N.V. huma responsabbli in solidum għal:

EUR 4 546 300

(4)

Akzo Nobel N.V., Akzo Nobel Chemicals GmbH u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 1 580 000

(5)

Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 944 300

(6)

Akzo Nobel N.V. u Akzo Nobel Chemicals GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 9 820 000

(7)

Akzo Nobel N.V. hija responsabbli għal

EUR 1 432 700

(8)

Elementis plc, Elementis Holdings Limited, Elementis UK Limited u Elementis Services Limited huma responsabbli in solidum għal:

EUR 1 580 000

(9)

Elementis Holdings Limited u Elementis UK Limited huma responsabbli in solidum għal:

EUR 7 231 000

(10)

MRF Michael Rosenthal GmbH, Baerlocher GmbH, Baerlocher Italia SpA u Baerlocher UK Limited huma responsabbli in solidum għal:

EUR 1 000 000

(11)

Elf Aquitaine S.A., Arkema France CECA SA huma responsabbli in solidum għal:

EUR 3 864 000

(12)

Arkema France hija responsabbli għal:

EUR 3 477 600

(13)

Elf Aquitaine S.A. hija responsabbli għal:

EUR 2 704 800

(14)

Chemtura Corporation u Chemtura Vinyl Additives GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 0

(15)

BASF Specialty Chemicals Holding GmbH u BASF Lampertheim GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 61 320 000

(16)

Reagens SpA hija responsabbli għal:

EUR 10 791 000

(17)

AC-Treuhand AG hija responsabbli għal:

EUR 174 000

(20)

Għall-ksur fis-settur tal-ESBO/esteri huma imposti l-multi li ġejjin:

(18)

Elementis plc, Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited, Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 1 115 200

(19)

Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited, Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 2 011 103

(20)

Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited u Akzo Nobel N.V. huma responsabbli in solidum għal:

EUR 7 116 697

(21)

Akzo Nobel N.V., Akzo Nobel Chemicals B.V.u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 2 033 000

(22)

Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal

EUR 841 697

(23)

Akzo Nobel N.V. u Akzo Nobel Chemicals B.V.huma responsabbli in solidum għal:

EUR 3 467 000

(24)

Akzo Nobel N.V. hija responsabbli għal:

EUR 2 215 303

(25)

Elementis plc, Elementis Holdings Limited, Elementis UK Limited u Elementis Services Limited huma responsabbli in solidum għal:

EUR 2 033 000

(26)

Elementis Holdings Limited u Elementis UK Limited huma responsabbli in solidum għal:

EUR 3 412 000

(27)

Elementis Holdings Limited hija responsabbli għal:

EUR 53 000

(28)

Elf Aquitaine S.A., Arkema France u CECA SA huma responsabbli in solidum għal:

EUR 7 154 000

(29)

Arkema France hija responsabbli għal:

EUR 6 438 600

(30)

Elf Aquitaine S.A. hija responsabbli għal:

EUR 5 007 800

(31) (a)

GEA Group AG, Aachener Chemische Werke Gesellschaft für glastechnische Produkte und Verfahren mbH u Chemson Polymer-Additive AG huma responsabbli in solidum għal:

EUR 1 086 129

(31) (b)

GEA Group AG u Chemson Polymer-Additive AG huma responsabbli in solidum għal:

EUR 827 842

(32)

GEA Group AG hija responsabbli għal:

EUR 1 432 229

(33)

Chemson Polymer-Additive AG u Chemson GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 137 606

(34)

Chemson GmbH hija responsabbli għal:

EUR 317 794

(35)

Chemtura Corporation u Chemtura Vinyl Additives GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 0

(36)

BASF Specialty Chemicals Holding GmbH u BASF Lampertheim GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 7 104 000

(37)

Faci SpA hija responsabbli għal:

EUR 5 940 000

(38)

AC-Treuhand AG hija responsabbli għal:

EUR 174 000


Il-Qorti tal-Awdituri

12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/13


Rapport Speċjali Nru 6/2010 “Ir-riforma tas-suq taz-zokkor laħqet l-għanijiet prinċipali tagħha?”

2010/C 307/06

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 6/2010 “Ir-riforma tas-suq taz-zokkor laħqet l-għanijiet prinċipali tagħha?” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata jew fuq CD-ROM tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità tal-Komunikazzjoni u Rapporti

12, rue Alcide De Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: euraud@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fil-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/14


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 307/07

Għajnuna Nru: 166/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département des Hautes-Pyrénées

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides du département des Hautes-Pyrénées aux investissements en matériels des coopératives d’utilisation de matériel en commun (CUMA).

Bażi legali:

Articles L 1511-1 et suivants du code général des collectivités territoriales

Délibération du Conseil général des Hautes-Pyrénées

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 130 000

Intensità massima tal-għajnuna: 20 % tal-investiment se jintuża biex jinxtara apparat li għandu trazzjoni kbira, apparat li jipprepara l-ħamrija jew apparat li jippermetti prattiki ambjentali sostenibbli, u 10 % biex jinxtraw għodod oħra.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data ta' pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għan ta' din l-għajnuna hu biex jippromovi x-xiri konġunt ta' apparat għall-azjendi agrikoli. L-azjendi f'Hautes-Pyrénées huma żgħar fid-daqs (b'medja ta' 23 ettaru) u ma jistgħux jiksbu l-apparat neċessarju kollu waħedhom. Din l-għajnuna għandha ttejjeb id-dħul globali tal-azjenda, tnaqqas l-ispejjeż ta' produzzjoni u tgħin biex ittejjeb il-kondizzjonijiet iġjeniċi, ambjentali u tax-xogħol permezz ta' apparat aktar effiċjenti.

L-apparat ġdid kollu li hu maħsub għall-kultivazzjoni u għat-trobbija ta' annimali hu eliġibbli għall-għajnuna. Dan l-apparat jinkludi: apparat għall-ħsad, apparat għall-kondizzjonament tat-tiben, apparat għal preparazzjoni tal-ħamrija, apparat għat-trazzjoni, apparat għall-ħsad taċ-ċereali, apparat għall-manutenzjoni tat-toroq u tal-aċċess għar-razzett, apparat għat-trażżin tal-annimali, eċċ.

Dawn il-miżuri huma suġġetti għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006, u l-kooperattiva se tiżgura li jiġu mħarsa l-ħtiġijiet rilevanti tal-istrument Komunitarju.

Għaldaqstant, l-għajnuna se tkun riżervata biss:

għall-irziezet li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SME hekk kif dan huwa ddefinit fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-irziezet li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli,

għall-irziezet li mhumiex intrapriżi f'diffikultà skont is-sens tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004).

L-ammont massimu ta' għajnuna ma għandux jaqbeż il-limitu msemmi fl-Artikolu 4(9) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-setturi kollha tal-Agrikoltura

L-għajnuna hi miftuħa għall-CUMAs kollha, irrispettivament mis-settur ta' attività tagħhom, sakemm dawn jikkonformaw mad-definizzjoni tal-SMEs fi ħdan it-tifsira tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil général des Hautes-Pyrénées

6 rue Gaston Manent

65000 Tarbes

FRANCE

Indirizz tal- Internet: http://www.cg65.fr/front.aspx?publiId=321

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 167/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département des Hautes-Pyrénées

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides à l’assistance technique et aides destinées à encourager la production de produits agricoles de qualité du département des Hautes-Pyrénées.

Bażi legali: Articles L 1511-1 et suivants du code général des collectivités territoriales;

Délibération du Conseil général des Hautes-Pyrénées;

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 300 000

Intensità massima tal-għajnuna: 80 %

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Din l-għajnuna hija maħsuba biex tinkoraġġixxi l-attivitajiet kollha ta' appoġġ tekniku, inklużi attivitajiet promozzjonali, li jistgħu jkunu utli fis-settur agrikolu tad-dipartiment, irrispettivament mit-tip ta' produzzjoni. Madankollu, l-attivitajiet favur il-prodotti ta' kwalità u l-attivitajiet imwettqa fil-katina ta' distribuzzjoni, se jingħataw vantaġġ. L-għotjiet se jingħataw lill-entitajiet responsabbli mill-iżvilupp agrikolu inkarigati li jwettqu dawn l-azzjonijiet (il-kamra tal-agrikoltura, l-assoċjazzjonijiet interprofessjonali...)

Xi wħud mill-azzjonijiet se jkunu mfassla għall-finanzjament tal-istudji tas-swieq, il-preparazzjoni ta' dokumenti relatati mal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent u l-organizzazzjoni ta' attivitajiet promozzjonali (fieri, wirjiet) sabiex jinkoraġġixxu agrikoltura ta' kwalità għolja billi jkunu appoġġati prodotti li jġorru marka uffiċjali ta' kwalità jew li huma fil-proċess li jkunu rikonoxxuti.

Attivitajiet oħra se jkunu l-promozzjoni tad-distribuzzjoni ta' tagħrif u l-qsim ta' esperjenzi u dejta fost il-bdiewa u li jingħataw pariri dwar prodotti ġodda jew speċjalizzati ħafna (pereżempju prodotti li jġorru l-marka uffiċjali ta' kwalità jew prodotti organiċi).

Il-prodotti prinċipali bil-marka uffiċjali ta' kwalità f'dan id-dipartiment huma dawn li ġejjin: Haricot Tarbais (IĠP u Tikketta Ħamra), mouton Barèges-Gavarnie (Denominazzjoni tal-oriġini rreġistrata u DPO), Agneau des Pyrénées (Tikketta Ħamra), Bœuf Blond d’Aquitaine (Tikketta Ħamra), Jambon de Bayonne (IĠP), Produit Jambon Noir de Bigorre (Ċertifikat ta' Konformità), Vin de Madiran u Pacherenc du Vic-Bilh (Denominazzjoni tal-oriġini rreġistrata), Canard à foie gras du Sud Ouest (IĠP). Ġew imnidija l-proċeduri neċessarji sabiex tinkiseb il-marka ta' kwalità uffiċjali għal prodotti oħra bħal l’Oignon Doux de Trébons jew la Poule Gascogne.

L-ammonti ta' għajnuna mogħtija mill-Conseil général (Kunsill Ġenerali) se jvarjaw bejn 10 u 80 %.

L-għan tal-għajnuna mill-Conseil général huwa li jkunu appoġġati l-attivitajiet matul perjodu ta' żmien limitat.

L-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-azjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs hekk kif dawn huma ddefiniti fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

għall-azjendi agrikoli li mhumiex intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet (ĠU C 244, 1.10.2004).

F'konformità mal-Artikolu 14(6) u l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006, il-Conseil général se jiżgura li għajnuna hija aċċessibbli għal kull bidwi eliġibbli fid-dipartiment tal-Hautes Pyrénées mingħajr l-ebda obbligu li jingħaqad ma' grupp jew ma' kwalunkwe organizzazzjoni oħra u li kull kontribuzzjoni hija limitata għall-ispejjeż għall-forniment tas-servizz.

Settur jew setturi benefiċjarji: azjendi agrikoli (SMEs)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil général des Hautes-Pyrénées

6 rue Gaston Manent

65000 Tarbes

FRANCE

Indirizz tal- Internet: http://www.cg65.fr/front.aspx?publiId=321

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 171/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Départements d'Outre-mer (DOM)

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides aux groupements de producteurs dans les départements d’Outre-mer (DOM)

Bażi legali:

Articles L621-1 à L621-11, articles R621-1 à R621-43 et articles R684-1 à R684-12 du code rural

L-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006

Projet de décision du directeur de l'ODEADOM

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 2 300 000 (bejn bosta gruppi ta' benefiċjarji)

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 95 % (mingħajr ma taqbeż EUR 400 000 għal kull benefiċjarju matul il-perjodu kollu). Barra minn hekk, l-għajnuna se tonqos kull sena, b'5 punti perċentwali fis-sena.

Data tal-implimentazzjoni: Malli jidħol l-avviż tal-wasla mingħand il-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Din l-għajnuna hi intenzjonata għal gruppi ta' produtturi fid-dipartimenti Franċiżi ta' barra il-pajjiż u hi ffinanzjata mill-baġit tal-Office de développement de l’économie agricole d’Outre-mer (ODEADOM) (l-Uffiċċju għall-Iżvilupp tal-Ekonomija Agrikola tad-dipartimenti ta' barra l-pajjiż) L-għajnuna ma tistax tingħata flimkien ma' kwalunkwe għajnuna simili oħra ffinanzjata mill-programm Franċiż POSEI.

L-għan tal-għajnuna se jkun biex jitħaffef it-twaqqif ta' gruppi ta' produtturi u biex iniedu l-attivitajiet tagħhom. Eventwalment, it-twaqqif u t-tnedija b'suċċess ta' dawn il-gruppi għandhom jgħinu biex titħaffef il-modernizzazzjoni teknika u ekonomika tal-produtturi, jgħinuhom biex jadattaw għad-domanda tas-suq, isaħħu l-qawwa kummerċjali tal-produtturi meta jiffaċċaw iċ-ċentri tad-distribuzzjoni organizzata, u jagħmlu l-bdiewa aktar professjonali.

Din l-għajnuna tikkonċerna l-azzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, b'mod partikolari l-kiri ta' bini adattat, ix-xiri ta' apparat tal-uffiċċju li jinkludi ħardwer u softwer tal-kompjuter, l-ispejjeż amministrattivi (inkluż il-persunal), l-ispejjeż ġenerali u spejjeż oħra. Jekk il-bini jinxtara, l-ispejjeż eliġibbli għall-bini għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż tal-kiri bir-rati tas-suq.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-setturi tal-frott u tal-ħxejjex (uċuħ tal-ikel u għall-bejgħ fis-suq, għeruq u tuberi, frott frisk, ċitru, frott imnixxef), tal-uċuħ semipermanenti tal-frott, tal-vitikultura, tal-orikultura, tal-ħxejjex aromatiċi, tal-pjanti mediċinali u dawk użati għall-fwieħa, tal-pjanti stimulanti u tar-ross.

Is-setturi tar-ruminanti u tal-produzzjoni intensiva.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

ODEADOM

12 rue Henri Rol-Tanguy

TSA 60006

93555 Montreuil Cedex

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.odeadom.fr/wp-content/uploads/2010/08/100817-groupements-de-producteurs.pdf

Informazzjoni oħra: L-iskema proposta ser tħeġġeġ it-tkomplija tal-iskema XA 110/08 b'baġit annwali li hu adattat aħjar għall-bżonnijiet tal-gruppi tal-produtturi fid-dipartimenti ta' barra l-pajjiż.


12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/17


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 307/08

Għajnuna Nru: XA 212/09

Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun: Provincie Fryslân (Friesland)

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subsidie agrarische bedrijfsverplaatsing en daaraan gerelateerde investeringskosten

Bażi legali: Kadersubsidieverordening pMJP Fryslân 2009

Subsidieverordening pMJP Fryslân 2009, Hoofdstuk 1.1.3.

Subsidie agrarische bedrijfsverplaatsing en daaraan gerelateerde investeringskosten te vinden op:

http://www.fryslan.nl/regelgevingeuropa

identifikazzjoni tal-utent: europa

password: regelgeving

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Nefqa annwali ppjanata:

Stima tan-nefqa annwali: EUR 1 600 000

Stima tan-nefqa 2009-2013: EUR 8 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: Skont l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna għandha tingħata kif ġej:

L-għajnuna kkombinata għall-partijiet 1-4 ma taqbiżx l-EUR 400 000 fuq medda ta' tliet snin fiskali.

Data tal-implimentazzjoni: L-implimentazzjoni se tibda wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , kif speċifikat fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għan ewlieni: Għajnuna għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li jipproduċu prodotti agrikoli

Għan sekondarju: Rilokazzjoni ta’ rziezet fl-interess pubbliku, jiġifieri titjib ta’ strutturi agrikoli jew ta' spazju, titjib tal-kampanja, tal-pajsaġġ, tal-ilma jew l-ambjent, u investment rilevanti

Dan hu relatat mal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-azjendi primarji agrikoli kollha, ta’ daqs żgħir u medju, li jipproduċu prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Fryslân (Friesland)

Sneekertrekweg 1

Leeuwarden

Postbus 20120

8900 HM Leeuwarden

NEDERLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.fryslan.nl/regelgevingeuropa

identifikazzjoni tal-utent: europa

password: regelgeving.

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 152/10

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Cataluña

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para proyectos de inversión en materia de ahorro y eficiencia energética y auditorias en explotaciones agrarias, en el marco del Plan de Acción de la Estrategia de Ahorro y Eficiencia Energética.

Bażi legali: Orden ECF/XXX/2010, de xx de xxx, por la que se aprueban las bases reguladoras para la concesión de las subvenciones de ahorro y eficiencia energética en régimen de concurrencia competitiva y en régimen reglado en el marco del Plan de Acción de la Estrategia de Ahorro y Eficiencia Energética, y se abre la convocatoria para el año 2010.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema hi ta' EUR 1,4 miljun.

Intensità massima tal-għajnuna: L-ammonti ta' għajnuna u ta' limitu massimu huma differenti għal kull tip ta' għajnuna speċifikata fl-Ordni (ara l-Artikolu 3(3)) iżda fl-ebda każ ma jaqbżu l-intensitajiet u l-ammonti massimi ta' għajnuna speċifikati hawn taħt:

L-ammont massimu ta' għajnuna mogħtija lil intrapriża speċifika ma jistax jaqbeż l-EUR 400 000 fuq perjodu ta' tliet snin fiskali. Din is-somma tista' tiżdied għal EUR 500 000 jekk l-intrapriża tinsab f'żona żvantaġġata jew f'żoni msemmija fl-Artikolu 36(a)(i), (ii) jew (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Għajnuna f'għamla ta' servizz li tfisser li 75 % tal-ispejjeż biex issir verifika tal-enerġija se jingħataw u jitħallsu direttament lill-awditur jew lid-ditta li tagħmel il-verifika. L-ammont massimu ta' għajnuna jiddependi mill-konsum tal-impjant jew tas-sezzjoni li għandha tiġi vverifikata, suġġetti għal limitu massimu ta' EUR 8 000 għal kull verifika, ħlief fil-każ ta' organizzazzjonijiet kollettivi tal-irrigazzjoni li jkopru żona ta' aktar minn 700 ettaru, fejn il-limitu massimu jkun ta' EUR 10 000.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data ta' pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni pprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Ġunju 2011, mil-liema data ma tingħata l-ebda għajnuna oħra taħt din l-iskema ta' għajnuna.

Huwa mistenni li l-ħlasijiet attwali tal-għajnuna jseħħu bejn l-1 ta' Jannar 2012 u t-30 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Il-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent naturali billi jitħeġġew l-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenza f'azjendi agrikoli.

Artikolu 4 Investiment f'azjendi agrikoli. L-ispejjeż eliġibbli huma:

Spejjeż marbuta mal-kuntratt tal-kiri minbarra dawk elenkati fil-punti (a) u (b) bħal taxxi, marġni tal-kerrej, spejjeż ta' finanzjament mill-ġdid tal-imgħax, spejjeż amministrattivi, ħlasijiet ta' assigurazzjoni, eċċ. mhumiex se jitqiesu bħala infiq eliġibbli.

Artikolu 15 Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu. L-ispejjeż eliġibbli huma spejjeż li jikkonċernaw servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi.

L-għajnuna se tingħata fir-rigward tal-onorarji tal-awditur jew tal-ispejjeż tas-servizz ipprovduti minn ditta fejn jirrigwardaw il-prestazzjoni tal-verifika tal-enerġija. L-għajnuna se tingħata f'għamla ta' servizz u mhux se tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Settur jew setturi benefiċjarji: Kwalunkwe sottosettur tas-setturi tal-produzzjoni tal-pjanti u tal-annimali.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Institut Català d’Energia

Calle Pamplona, 113, tercera planta

08018 Barcelona

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.gencat.cat/icaen/ajuts/Ordre_EE_enviadaDOGCcastella.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 153/10

Stati Membri: Ir-Rumanija

Reġjun: România

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Schemă de ajutor de stat

Bażi legali: Ordonanța nr. 14 din 29 ianuarie 2010 privind măsuri financiare pentru reglementarea ajutoarelor de stat acordate producătorilor agricoli, începând cu anul 2010;

Legea nr. 74 din 26 aprilie 2010 pentru aprobarea Ordonanței Guvernului nr. 14/2010 privind măsuri financiare pentru reglementarea ajutoarelor de stat acordate producătorilor agricoli, începând cu anul 2010;

Hotărârea nr. 756/2010 pentru aprobarea normelor metodologice referitoare la modul de acordare a ajutorului de stat în agricultură pentru plata primelor de asigurare.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: (l-ammonti għandhom jingħataw f'euro jew, jekk applikabbli, fil-munita nazzjonali): RON 600 000 000

Intensità massima tal-għajnuna:

(a)

70 % tal-ispejjeż ta' poloz ta' assigurazzjoni li jkopru telf li ġej minn kundizzjonijiet ħżiena ta' temp li huma simili għal diżastri naturali: ġlata, silġ, borra, xita, jew nixfa;

(b)

50 % tal-ispejjeż ta' poloz ta' assigurazzjoni li jkopru t-telf imniżżel f'punt a) u telf ieħor li ġej minn kundizzjonijiet ħżiena ta' temp u/jew minn mard ta' annimali jew ta' pjanti jew minn impestazzjonijiet ta' dud.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data ta' pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt ta-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: 4 snin, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Primjums ta' assigurazzjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur jew setturi benefiċjarji: L-Agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerul Agriculturii și Dezvoltării Rurale

Bd. Carol I nr. 24, sector 3

București

ROMÂNIA

Indirizz tal-Internet: http://www.madr.ro/pages/arhiva_legislativa.php?offset=0&limit=20

Informazzjoni oħra: Pagamenti li jkopru l-primjums tal-assigurazzjoni għall-2013 jistgħu jsiru wkoll fl-2014.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5986 – Schindler/Droege/ALSO/Actebis)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 307/09

1.

Fil-5 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). li permezz tagħha l-impriża ALSO Holding AG (“ALSO”, l-Isvizzera), ikkontrollata minn Schindler Holding AG (“Schindler”, l-Isvizzera), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll totali fuq l-impriża Actebis GmbH (“Actebis”, il-Ġermanja), li hija kkontrollata minn Droege International Group AG (“Droege”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma. Fl-istess ħin, Droege u Schindler jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża ALSO permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ALSO: servizzi bl-ingrossa u loġistiċi għal prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u għal prodotti elettroniċi għall-konsumaturi fl-Ewropa,

Schindler: liftijiet u skalaturi, kif ukoll bejgħ bl-ingrossa ta' prodotti tal-informatika,

Actebis: bejgħ bl-ingrossa ta' prodotti, soluzzjonijiet u servizzi għat-teknoloġija tal-informazzjoni, għat-telekomunikazzjonijiet u għall-prodotti elettroniċi għall-konsumaturi fl-Ewropa,

Droege: konsulenza u investiment. Droege tipprovdi servizzi ta' konsulenza dwar l-immaniġġjar u għandha f'idejha l-maġġoranza tal-ishma f'impriżi fl-oqsma tal-farmaċewtika, tas-sistemi ta' sikurezza u tad-distribuzzjoni tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5986 – Schindler/Droege/ALSO/Actebis, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/21


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 307/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“PROSCIUTTO AMATRICIANO”

Nru tal-KE: IT-PGI-0005-0780-29.06.2009

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Prosciutto Amatriciano”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.2 –

Prodotti tal-laħam

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

Il-Prosciutto Amatriciano IĠP, meta jinħareġ għall-konsum, ikollu l-karatteristiċi fiżikokimiċi, organolettiċi u kwalitattivi li ġejjin: kontenut ta' umdità li ma jaqbiżx is-60 % tal-prodott; kontenut ta' proteina tal-anqas 25 % tas-sustanza niexfa; għandu forma ta' lanġasa, bl-eċċezzjoni tas-sieq; parti kbira mill-wiċċ li testendi f'direzzjoni vertikali għal aktar min-nofs it-tul tas-sieq hija mikxufa, skont metodu tradizzjonali ta' qtugħ mirqum għat-tul; piż minimu ta' mhux inqas minn 8 kg fl-aħħar tal-perjodu minimu ta' maturazzjoni tal-inqas 12-il xahar mid-data li fiha jiġi mmellaħ.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-materja prima użata fil-produzjoni tal-Prosciutto Amatriciano IĠP tiġi esklussivament mill-koxxa friska tar-razez tradizzjonali ta' ħnieżer Large White Italiana u Landrace Italiana, kif inhuma mtejba permezz tar-Reġistru tar-Razez Taljan, jew wild ta' ħnieżer slavaġ tal-istess razza, jew ħnieżer li ġejjin mill-ħnieżer slavaġ Duroc Italiana, kif inhuma mtejba permezz tar-Reġistru tar-Razez Taljan, jew ukoll ħnieżer li ġejjin minn ħnieżer slavaġ ta' razez oħra jew ħnieżer slavaġ ta' razza mħallta, sakemm ikunu trabbew taħt skemi ta' għażla jew ta' taħlit ta' razez li l-għanijiet tagħhom huma li dawn jinżammu skont ir-Reġistru tar-Razez Taljan għall-produzzjoni tal-ħnieżer tqal. Il-ħnieżer jintbagħtu għall-qalta meta jkollhom bejn 9 u 15-il xahar, u għandhom ikunu fi stat ta' saħħa tajba ħafna skont l-attestazzjoni tal-awtorità sanitarja kompetenti tas-saħħa tal-annimali. Il-koxox friski għandhom jinqatgħu minn nofs karkassi klassifikati kummerċjalment skont il-metodu SEUROP u li jidħlu fil-klassijiet E, U, R, O, u P. Barra minn hekk, il-koxxa friska jrid ikollha ġilda bajda u jrid ikun fiha parti mill-għadma tal-ġenb (anchetta), il-wirk, it-tibja, il-galletta tal-irkoppa u l-ewwel ringiela tal-għadam tarsali u għandha tkun tiżen bejn 12,50 u 16,00-il kilogramma. Ix-xaħam fuq in-naħa ta' barra tal-koxxa friska mirquma għandu jkollu ħxuna ta' bejn 15 u 30 millimetru, inkluż il-ġilda, u dan jiddependi mid-daqs tal-koxxa.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

L-għalf awtorizzat, l-ammonti u l-modi kif jingħata huma kollha intenzjonata li jipproduċu ħanżir tradizzjonalment tqil, fejn dan kuljum jingħata żieda moderata fir-razzjon tal-għalf tiegħu.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

L-istadji speċifiċi tal-produzjoni tal-Prosciutto Amatriciano IĠP, li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata huma r-rendiment tal-materja prima u t-tirqim; l-għażla u t-tkessiħ; it-tmelliħ; it-tneħħija tal-melħ; il-preparazzjoni u ż-żmien biex joqgħod; il-ħasil; it-tnixxif; il-fażi ta' qabel il-maturazzjoni u l-kopertura bix-xaħam tal-majjal; il-maturazzjoni u l-immarkar.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-kullar, it-tikketti jew il-boroż użati għall-Prosciutto Amatriciano IĠP għandu jkollhom fuqhom is-simbolu grafiku tal-Komunità li jidentifika il-produzzjoni IĠP, flimkien mal-ittri IĠP u l-logo tal-prodott, stampati ċari u leġibbli. L-isem “Prosciutto Amatriciano” ma jistax jiġi tradott.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni tal-Prosciutto Amatriciano IĠP tkopri l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta' Rieti, li tinsab f'altitudni massima ta' 1 200 metru 'l fuq mill-baħar: Amatrice, Accumoli, Antrodoco, Borgo Velino, Cantalice, Castel Sant’Angelo, Cittaducale, Cittareale, Configni, Contigliano, Colli sul Velino, Cottanello, Greccio, Labro, Leonessa, Micigliano, Morro Reatino, Petrella Salto, Poggio Bustone, Posta, Rieti u Rivodutri.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni tal-Prosciutto Amatriciano IĠP fiha karattersitiċi ġeografiċi u morfoloġiċi partikolari. Iż-żona hija fil-biċċa l-kbira tagħha bil-muntanji bi ftit pjanuri. Iż-żona tal-produzjoni tal-Prosciutto Amatriciano IĠP għandha klima karatteriska li hija pjuttost favorevoli għall-produzzjoni b'suċċess ta' dan il-prodott alimentari. Barra mill-metodu ta' produzzjoni, it-tip u ż-żmien ta' maturazzjoni, l-altitudni sa 1 200 metru 'l fuq mill-baħar, il-klima li hija ħarxa fiż-żona tal-muntanji għolja u ftit anqas ħarxa f'altitudni aktar baxxa u fil-widien tal-muntanji, l-arja friska u nadifa li tinsab fir-reġjun kollu konċernat tal-produzzjoni, u fuq kollox l-umdità relattiva li normalment hija inqas minn 70 %, ilkoll għandhom influwenza pożittiva fuq l-istadji kollha tal-produzzjoni u b'mod partikolari matul il-perjodu twil u delikat ta' maturazzjoni, li fl-aħħar mill-aħħar jagħtu lil dan il-prodott aroma partikolari, ħelwa iżda intensa, li tiddistingwieh minn prodotti oħra.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-Prosciutto Amatriciano IĠP għandu konsistenza elastika u kompatta li tibqa’ anke meta jiġi slajsjat. Huwa kkaratterizzat minn lewn aħmar li jagħti fir-roża u jkollu partijiet 'l hemm u 'l hawn bojod minħabba x-xaħam u għandu riħa pjaċevoli, ħelwa iżda intensa anki fit-testijiet bil-labar; it-togħma hija qawwija iżda mhux mielħa; ir-riħa hija pjaċevoli, ħelwa iżda intensa. Il-Prosciutto Amatriciano IĠP għandu dehra li tiddistingwieh minn prodotti alimentari oħrajn simili minħabba li l-wiċċ tiegħu għandu qatgħa partikolari li testendi f'direzzjoni vertikali għat-tul għal aktar min-nofs il-koxxa. Din il-partikolarità tagħtih kontenut ta' umdità aktar baxx (li ma jaqbiżx is-60 %) u livell aktar għoli ta' proteina (tal-anqas 25 % tal-materja niexfa).

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP):

Il-Prosciutto Amatriciano IĠP għandu kwalità speċifika li ġejja mit-teknika tradizzjonali tal-metodu tat-tirqim partikolari tal-koxxa friska, użat madwar iż-żona kollha tal-produzzjoni minn meta tasal il-materja prima. Dan il-metodu, riżulatat ta' sekli sħaħ ta' esperjenza tal-produtturi taż-żona speċifika, jinvolvi t-tneħħija tax-xaħam u l-ġilda billi ssir qatgħa definita ta' nofs tond li tasal sa aktar min-nofs it-tul tal-koxxa. B'dan il-mod il-perżut jieħu l-forma tradizzjonali ta' “lanġasa” u huwa kkaratterizzat bil-parti kbira mill-wiċċ mikxufa, li testendi għal aktar min-nofs it-tuq tal-koxxa.

Apparti mid-dehra esterna, b'riżultat ta' dan il-metodu tikber il-parti esposta tal-wiċċ tal-perżut li ma għandhiex il-protezzjoni tal-ġilda u x-xaħam u b'hekk il-melħ jista' jiġi assorbit b'mod uniformi u proċess aħjar ta' tnixxif bl-arja matul il-perjodu ta' maturazzjoni. Minħabba f'dan kollu wieħed jikseb prodott finali li huwa distint minn prodotti oħra li huma anqas mikxufin, jagħti kontenut ta' umdità aktar baxx u wkoll livell ogħla ta' proteina, li t-tnejn huma indikaturi tal-kwalità ta' dan il-prodott; dawn il-karatteristiċi jirriżultaw flimkien mal-karatteristiċi tajbin tar-riħa u l-konsistenza tal-prodott, fejn wieħed jista' jinnota li l-perżut huwa sod u għandu aroma intensa tal-maturazzjoni.

Dan il-prodott hu apprezzament u dan huwa konfermat mir-reputazzjoni li għandu il-Prosciutto Amatriciano, liema reputazzjoni nbniet sa mill-bidu tas-seklu għoxrin, meta l-prodott beda jiġi identifikat bħala Amatrice. Dan ir-reġjun fil-fatt jista' jiġi kkunsidrat il-punt ta' riferiment tat-territorju li huwa mifrux madwar il-widien għoljin ta' Velino u Tronto li huma karatterizzati minn produzzjoni antika ta' prieżet. Il-prova għal dan huwa test li jirrigwarda ċ-“ċiviltà amatriciana” datat fl-1932 fejn Cesare De Berardinis jattribwixxi l-preparazzjoni ta' dawn il-prieżet daqshekk tajbin għall-preparazzjoni bl-idejn u l-kura tan-nisa ta' Amatrice, li ma jgħajjew qatt.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Qed jiġi kkomunikat li din l-Amministrazzjoni attivat il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Prosciutto Amatriciano” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 56 tad-9 ta’ Marzu 2009.

It-test ikkonsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab disponibbli:

fuq l-indirizz tal-internet li ġej http://www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg

jew

billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru (http://www.politicheagricole.it) u fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’Esame dell’UE [regolamento (CE) n. 510/2006]”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/24


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 307/11

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ΑΡΝΑΚΙ ΕΛΑΣΣΟΝΑΣ” (ARNAKI ELASSONAS)

Nru tal-KE: EL-DOP-0005-0735-14.01.2009

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Αρνάκι Ελασσόνας” (Arnaki Elassonas)

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Il-Klassi 1.1 –

Laħam (u l-ġewwieni ta’ annimali)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

Laħam frisk ta’ ħrief tar-radgħa ta’ 30-45 ġurnata, li jkunu jiżnu 6,5-10,5 kg u wild nagħaġ li jkollhom il-karattri fenotipiċi ta’ razez indiġeni Griegi li jgħixu fil-Greċja kontinentali kollha (żgħar fid-daqs, saqajhom qosra iżda b’saħħithom, b’temperament qawwi, reżistenti għal kundizzjonijiet estremi tat-temp, reżistenti għall-mard u kapaċi jimxu fit-tul). Dawn il-gruppi ta’ nagħaġ jew jappartjenu lil razez indiġeni tal-Greċja kontinentali (eż. Karangouniki, Vlahiki, Sarakatsaniki, Boutsiko) jew huma r-riżultat ta’ tnissil inkroċjat bejn razez bħal dawn jew mar-razez Griegi Hiotiko, Seron, Mitilinis jew Frizartas. In-nagħaġ jgħixu f’kundizzjonijiet estensivi jew semiestensivi fil-Provinċja ta’ Elassona, kif ir-reġjun huwa ddefinit u ddelineat hawn taħt, u jirgħu f’mergħat fil-muntanji f’altitudnijiet kbar (’il fuq minn 250 m).

Il-laħam jinbiegħ frisk biss, (a) bħala karkassi sħaħ, (b) bħal nofsijiet ta’ karkassi jew (c) f’biċċiet.

Karatteristiċi organolettiċi tal-laħam “Arnaki Elassonas”

Il-laħam “Arnaki Elassonas” għandu aroma karatteristika u għandu riħa u togħma pjaċevoli; tari, immerraq, għandu pH ta’ 7.1-7.3, saff irqiq ħafna ta’ xaħam, livelli għoljin ta’ aċidu linoleniku u lewn li jvarja minn abjad għal roża ċar, skont regolamenti Komunitarji. Huwa tal-kategorija ta’ ħrief żgħar skont leġiżlazzjoni Komunitarja.

Karatteristiċi kimiċi tal-laħam “Arnaki Elassonas”

Karatteristiċi kimiċi tal-laħam “Arnaki Elassonas” (valuri medji):

Ħaruf tar-radgħa

DPO

Umdità %

(valur med.)

Proteina %

(valur med.)

Xaħam %

(valur med.)

Karbonat %

(valur med.)

 

76,7

20,13

1,36

1,2

Il-lewn tal-laħam

L = 38,32 + 0,32

Luminarju

a = 13,40 + 0,319

Aħmar

b = 10,39 + 0,28

Isfar

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Sa ma jaslu għall-qatla il-ħrief jintemgħu esklussivament ħalib ta’ ommhom. In-nagħaġ jirgħu liberament f’mergħat fil-muntanji (’il fuq minn 250 m) u fi bwar artifiċjali. Oġġetti tal-ikel komplimentari (l-aktar ċereali, legumi, ħxejjex, tiben, silla u prodotti taż-żerriegħa li minnha jingħasar iż-żejt) magħmulin l-aktar fiż-żona ġeografika ddefinita, kif ukoll vitamini u minerali, jingħataw lil ħrief ta’ 3-5 xhur. Bwar artifiċjali jkunu ffertilizzati billi jintuża demel naturali ta’ annimali miż-żona ġeografika minħabba li mhux permess l-użu ta’ insettiċidi, pestiċidi u fertilizzanti artifiċjali.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Ħrief maqtulin jistgħu jġibu biss l-isem “Arnaki Elassonas” jekk:

(a)

missierhom u ommhom kienu għexu fiż-żona ddefinita għal mill-anqas tmien xhur qabel it-tgħammir;

(b)

il-ħrief ta’ Elassona jkunu wkoll twieldu u trabbew sal-qatla fiż-żona ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar.:

Minbarra leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja, it-tikketta li ġejja għandha titwaħħal fuq il-karkassi sħaħ, in-nofsijiet ta’ karkassi jew il-biċċiet:

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika fejn ikun prodott l-“ARNAKI ELASSONAS” tikkomprendi

(a)

il-Provinċja ta’ Elassona fil-Prefettura ta’ Larissa

(b)

id-distrett ta’ Damasios fil-Muniċipalità ta’ Tirnavos tal-istess Prefettura.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika ddefinita hija muntanjuża jew semimuntanjuża b’altitudnijiet li jvarjaw minn 250 m sa 2 550 m. 60 % taż-żona hija miksija b’mergħat b’varjetà kbira ta’ ħaxix, ħxejjex u pjanti aromatiċi. L-art tajba għar-ragħi fil-Provinċja ta’ Elassona tinkludi mergħat naturali, art agrikola użata għat-tkabbir ta’ għalf għall-annimali, raba’ mistrieħ u mergħat staġonali. Il-mergħat naturali huma miksijin mergħat tal-ħaxix, b’mergħat ta’ siġar baxxi neqsin mix-xita u b’mergħat parzjalment imsaġġra. L-element l-aktar karatteristiku tar-reġjun huwa l-grad għoli tal-bijodiversità tal-flora, b’ħafna tipi ta’ pjanti aromatiċi.

Il-veġetazzjoni erbaċea hija magħmula l-aktar minn ħxejjex u, fi grad anqas, minn legumi u komposti. Is-subfamilji li wieħed komunement jiltaqa’ magħhom huma Festuceae, Hordeae, Pemineae, Aerostideae, Phalatideae u Aneneae. Il-pjanti erbaċej l-aktar komuni jinkludu Festuca rubra, Dactylis glomerata, Bromus sp., Trifolium sp., Stipa sp. u Lolium sp. Il-mergħa ta’ siġar baxxi neqsin mix-xita tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-annimali billi tipprovdi kemm rimjiet ġodda, kif ukoll il-veġetazzjoni erbaċea li tikber fid-dell tal-qċaċet tal-pjanti; il-kapaċità tal-mergħat hija ta’ 1.39 unità ta’ bhejjem.

L-għadd ta’ nagħaġ lokali huwa żgħir, astemju u adattat għat-terren muntanjuż u semimuntanjuż taż-żona ġeografika ddefinita. It-trobbija estensiva tan-nagħaġ hija parti integrali mill-kultura u l-konservazzjoni tal-ambjent naturali u parti essenzjali mill-ħajja ta’ kuljum fil-Provinċja ta’ Elassona.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-karkassa ta’ ħaruf “Arnaki Elassonas” maqtul turi kisja uniformi ta’ muskoli. Hija mgħottija b’saff ta’ xaħam irqiq, mifrux b’mod uniformi. Il-karkassa hija ħafifa (6,5-10,5 kg), b’kontenut baxx ħafna ta’ xaħam (1,5 %) b’paragun ma’ ħrief minn reġjuni oħra (li jilħaq it-3 %). Il-lewn abjad għal roża ċar huwa kkundizzjonat mil-livelli ta’ pH, l-età tal-annimal, minn kif ikun intema’ u mir-razza tiegħu. Il-ħrief ta’ Elassona għandhom laħam tari, mmerraq b’aroma karatteristika tagħhom u riħa u togħma pjaċevoli, ukoll meta jkunu akbar fl-età.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP).:

L-elementi tal-kwalità tal-laħam ta’ ħaruf ta’ Elassona ġejjin mill-kundizzjonijiet partikulari tal-ħamrija u tat-temp taż-żona (art muntanjuża jew semimuntanjuża), li għandha abbundanza ta’ veġetazzjoni, varjetà kbira ta’ pjanti (1 700 speċi jinsabu fuq il-Muntanja Olimpus biss) u ħafna pjanti aromatiċi oħra. L-annimali li jirgħu f’dawn il-mergħat iterrqu distanzi twal u dan jagħtihom sura fiżika differenti minn annimali li jgħixu f’altitudnijiet aktar baxxi u, partikularment, minn annimali fil-magħluq. L-aġenti antiossidanti f’ħafna pjanti aromatiċi jagħtu lill-ħalib tan-nagħġa u, partikularment lil-laħam tal-ħaruf, aroma u togħma partikulari u karatteristika li jagħmluhom popolari ħafna mal-konsumaturi.

Hemm rabta pożittiva bejn l-intensità tal-aroma u l-aċidu linoleniku (C18:3) misjub fi kwantitajiet kbar f’annimali li jirgħu f’mergħat miftuħa u bejn dawn il-kwalitajiet imfittxija ħafna f’laħam ta’ ħrief tar-radgħa u l-ħamrija, il-veġetazzjoni u l-mikroklima taż-żona ta’ Elassona. Kienu saru testijiet għal aċidu xaħmi fuq ħrief ta’ Elassona u kienu nstabu livelli ogħla ta’ aċidu linoleniku (C18:3) minn dawk misjubin fi ħrief minn żoni ta’ art baxxa. L-aroma hija affettwata mil-mod li l-annimal jintema’ u jitrabba, mir-razza, l-età u l-qagħda riproduttiva tiegħu.

Il-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam ta’ “Arnaki Elassonas” jiġu:

(a)

mill-imrieħel żgħar lokali ta’ nagħaġ, li bis-saħħa ta’ ragħi regolari f’mergħat naturali fil-muntanji huma astemji, b’saħħithom u adatti kompletament għall-ambjent ġeografiku partikulari;

(b)

mill-fatt li l-ommijiet tal-ħrief jirgħu regolarment f’mergħat;

(c)

mill-varjetà wiesgħa tal-veġetazzjoni, ħaxix, ħxejjex u pjanti aromatiċi li jinsabu fil-mergħat;

(d)

mill-firxa ta’ altitudnijiet (250 m-2 550 m);

(e)

mill-ħamrija u mill-mikroklima tar-reġjun;

(f)

mill-fatt li l-ħrief jintemgħu regolarment bil-ħalib ta’ ommhom;

(g)

mil-livelli għoljin ta’ aċidu linoleniku xaħmi (C18:3);

(h)

mill-perjodu qasir ta’ żmien li fih oġġetti tal-ikel komplimentari, magħmulin l-aktar fil-Provinċja ta’ Elassona, jingħataw lill-ommijiet (in-nagħaġ).

It-trobbija tan-nagħaġ u l-produzzjoni ta’ laħam ta’ “Arnaki Elassonas” huma attivitajiet storiċi u kkonfermati tul mijiet ta’ snin; il-laħam jitqiegħed fis-suq f’Larissa, Katerini, Ateni, Tessalonika u barra mill-pajjiż (l-Italja, Spanja u Ċipru).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.minagric.gr/greek/data/ΑΡΝΑΚΙ%20ΤΕΛΙΚΕΣ%20ΠΡΟΔΙΑΓΡΑΦΕΣ-%20τελικό.doc


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top