This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008FN0055
Case F-55/08: Action brought on 5 June 2008 — De Nicola v EIB
Kawża F-55/08: Rikors ippreżentat fil- 5 ta' Ġunju 2008 — Carlo De Nicola vs Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment
Kawża F-55/08: Rikors ippreżentat fil- 5 ta' Ġunju 2008 — Carlo De Nicola vs Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment
ĠU C 209, 15.8.2008, pp. 73–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 209/73 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ġunju 2008 — Carlo De Nicola vs Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment
(Kawża F-55/08)
(2008/C 209/135)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment
Suġġett
Minn naħa, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali ta' deċiżjoni tal-Kumitat ta' l-Appell dwar l-evalwazzjoni annwali tiegħu għas-sena 2006, u min-naħa l-oħra l-konstatazzjoni ta' abbuż psikoloġiku eżerċitat fir-rigward tiegħu u l-kundanna tal-konvenut sabiex iwaqqaf dan l-abbuż psikoloġiku u jikkumpensa d-dannu subit.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat ta' l-Appell ikkomunikata b'posta elettronika fis-17 ta' Novembru 2007 u kopja tagħha trasmessa fid-19 ta' Novembru 2007, in kwantu din tiċħad ir-rikors tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tas-superjuri tiegħu għas-sena 2006, in kwantu din tqis li r-rikorrent irrinunzja għall-pretensjonijiet tiegħu fir-rigward tal-vizzji li vvizzjaw il-proċedura ta' evalwazzjoni annwali ta' l-2006 u fl-aħħar nett, in kwantu din tallega li r-rikorrent jaqbel ma' l-akkużi tas-superjuri tiegħu; |
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet ta' promozzjoni tat-13 ta' Lulju 2007 in kwantu dawn naqsu milli jieħdu in kunsiderazzjoni lir-rikorrent fil-partijiet relatati mal-promozzjoni mill-Grad E għall-Grad D; |
|
— |
tannulla l-atti kollha relatati u preċedenti, fosthom l-evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2006, inkluż in kwantu din ma tipproponix il-marka A jew B+, u lanqas il-promozzjoni tiegħu għall-Grad D u skond il-każ, tiddikjara l-illegalità u, konsegwentement, in-non-applikabbiltà tar-restrizzjonijiet (kwantitattivi jew le) imposti mill-istruzzjonijiet tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani |
|
— |
tikkonstata l-abbuż psikoloġiku exerċitat fir-rigward tar-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ewropew ta' l-Investimenti jwaqqaf l-abbuż psikoloġiku fir-rigward tar-rikorrent u jikkumpensa d-danni fiżiċi, morali u materjali, passati kif ukoll futuri; |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ewropew ta' l-Investimenti għall-ispejjeż. |