White Paper dwar l-isport
SOMMARJU TA’:
White paper dwar l-isport (COM(2007) 391 final)
X’INHU L-GĦAN TAL-WHITE PAPER?
- Din il-white paper kienet waħda mill-kontribuzzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea lejn it-tema tal-isport u r-rwol tiegħu fil-ħajjiet ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE).
- Din għarfet l-impatt li jista’ jkollu l-isport fuq politiki oħrajn tal-UE.
- Din identifikat ukoll il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi tad-dinja tal-isport.
- Din fetħet prospetti futuri għall-isport fil-livell tal-UE, waqt li tirrispetta l-liġi tal-UE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-indipendenza tal-organizzazzjonijiet tal-isport.
PUNTI EWLENIN
Objettivi
-
L-objettivi ewlenin tal-white paper huma li:
- tistabbilixxi linji gwida strateġiċi;
- tinkoraġġixxi dibattitu dwar problemi speċifiċi;
- tagħti lill-isport profil ogħla fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-UE;
- tenfasizza l-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur;
- tidentifika l-livell xieraq ta’ gvern għal azzjoni futura.
-
B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni fittxet li tuża l-white paper biex:
- tiżgura li d-dimensjoni tal-isport tiġi riflessa b’mod sħiħ fl-oqsma kollha tal-politika tal-UE;
- iżżid iċ-ċarezza tad-dritt fir-rigward tal-applikazzjoni tal-acquis tal-UE għall-isport u b’hekk tgħin biex ittejjeb il-governanza tal-isport fl-UE.
Struttura
Il-white paper indirizzat 3 temi:
Pjan ta’ azzjoni
- Flimkien mal-white paper, il-Kunsill adotta pjan ta’ ħidma għall-2014-2017. Bħalissa għaddej pjan ta’ ħidma tal-UE ġdid għall-isport li jibda minn Lulju 2017 sa Diċembru 2020.
-
Il-pjan ta’ ħidma għall-2014-2017 jinkludi firxa ta’ miżuri speċifiċi li jirrelataw mal-aspetti soċjali u ekonomiċi tal-isport, bħas-saħħa, l-inklużjoni soċjali, ix-xogħol volontarju, l-edukazzjoni jew ir-relazzjonijiet esterni. Dawn huma kif ġej:
- l-iżvilupp ta’ linji gwida dwar l-attività fiżika u li jiġi stabbilit netwerk Ewropew li jippromwovi l-isport bħala attività li ttejjeb is-saħħa;
- il-ġlieda kontra d-doping fl-isport b’mod aktar effettiv fil-livell Ewropew;
- l-għoti ta’ tikketta Ewropea lill-iskejjel li jinkoraġġixxu involviment f’attivitajiet fiżiċi;
- it-tnedija ta’ studju dwar xogħol volontarju fl-isport;
- it-titjib tal-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni permezz tal-isport, bl-użu ta’ programmi u riżorsi tal-UE;
- il-promozzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, tal-esperjenzi u ta’ prattiki tajbin bejn is-servizzi tal-infurzar tal-liġi u l-organizzazzjonijiet tal-isport għall-prevenzjoni tar-razziżmu u l-vjolenza;
- il-ġbir ta’ statistiċi li jikkwantifikaw l-impatt ekonomiku tal-isport u li fuqhom tista’ tiġi bbażata politika;
- ir-reviżjoni tal-finanzjament tal-isport pubbliku u privat;
- it-twettiq ta’ aktar xogħol dwar l-attivitajiet tal-aġenti tal-plejers u l-valur miżjud ta’ azzjoni tal-UE possibbli f’dan il-qasam (is-suġġett ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2011);
- strutturar aħjar tad-djalogu dwar l-isport fil-livell tal-UE, speċjalment permezz ta’ forum annwali dwar l-isport;
- iż-żieda ta’ kooperazzjoni intergovernattiva dwar kwistjonijiet tal-isport;
- il-promozzjoni tal-ħolqien ta’ kumitati ta’ djalogu soċjali Ewropej fis-settur tal-isport, u l-għoti tal-appoġġ lill-impjegaturi u lill-impjegati.
Monitoraġġ
Il-Kummissjoni timmonitorja l-progress tal-inizjattivi permezz ta’ djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet kollha involuti fl-isport:
Il-promozzjoni ta’ sħubiji u avvenimenti
Il-programm Erasmus+ jipprovdi opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet tal-isport, għall-awtoritajiet pubbliċi u għal organizzazzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-isport tal-UE. Dan jappoġġja proġetti mfassla biex jippromwovu sħubiji kollaborattivi, avvenimenti, it-twettiq ta’ politiki bbażat fuq l-evidenza, u djalogu mal-organizzazzjonijiet tal-isport. Il-programm Erasmus+ jiffoka fuq sport tal-massa u jfittex li jilħaq l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
- l-indirizzar ta’ theddid għall-integrità tal-isport li jinvolvi aktar minn pajjiż wieħed, bħad-doping, l-iffissar tar-riżultati tal-partiti u l-vjolenza, kif ukoll intolleranza u diskriminazzjoni ta’ kwalunkwe tip;
- il-promozzjoni u l-appoġġ ta’ governanza tajba fl-isport u fil-karrieri doppji għall-atleti;
- il-promozzjoni ta’ attivitajiet volontarji fl-isport, flimkien mal-inklużjoni soċjali, opportunitajiet indaqs u sensbilizzazzjoni dwar l-importanza ta’ attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz ta’ parteċipazzjoni miżjuda fi, u aċċess ugwali għall-isport għal kulħadd.
SFOND
DOKUMENT EWLIENI
White paper – White paper dwar l-isport (COM(2007) 391 final, 11.7.2007)
DOKUMENTI RELATATI
Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – L-UE u l-Isport: Sfond u Kuntest — Dokument ta’ akkumpanjament għall-White Paper dwar l-Isport (SEC(2007) 935 final, 11.7.2007)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport (COM(2011) 12 final, 18.1.2011)
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar il-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (2014-2017) (ĠU C 183, 14.6.2014, pp. 12-17)
l-aħħar aġġornament 10.7.2017
Top