Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 62011CO0252

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2012.
Erika Šujetová vs Rapid life životná poisťovňa, as.
Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) — Dispożizzjoni nazzjonali li tagħti lill-qorti ta’ fejn żvolġiet il-proċedura ta’ arbitraġġ il-kompetenza esklużiva li tisma’ talba għall-annullament ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ — Dispożizzjoni nazzjonali li timponi fuq din il-qorti l-obbligu, wara l-annullament eventwali tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li tkompli l-proċedura mingħajr ma terġa’ tikkunsidra mill-ġdid il-ġurisdizzjoni territorjali tagħha — Ftehim ta’ arbitraġġ jew klawżola ta’ arbitraġġ ta’ natura abbużiva.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni.
Kawża C‑252/11.

Identificator ECLI: ECLI:EU:C:2012:653





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2012 — Šujetová

(Kawża C-252/11)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kawża pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju li ma għadx għandha skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 13-15)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) — Dispożizzjoni nazzjonali li tagħti lill-qorti ta’ fejn żvolġiet il-proċedura ta’ arbitraġġ il-kompetenza esklużiva li tisma’ talba għall-annullament ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ — Dispożizzjoni nazzjonali li timponi fuq din il-qorti l-obbligu, wara l-annullament eventwali tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li tkompli l-proċedura mingħajr ma terġa’ tikkunsidra mill-ġdid il-ġurisdizzjoni territorjali tagħha — Ftehim ta’ arbitraġġ jew klawżola ta’ arbitraġġ ta’ natura abbużiva.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ April 2011 fil-Kawża C-252/11.

Sus