Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0026

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tagħmel pubblika r-Rakkomandazzjoni bil-ħsieb li tiġi fi tmiemha l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħa tal-politika ekonomika fil-Greċja u jitneħħa r-riskju li jitqiegħed fil-periklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja {SEG(2010) 93 finali} {SEG(2010) 94 finali} {SEG(2010) 95 finali}

/* KUMM/2010/0026 finali - NLE 2010/0031 */

52010PC0026




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussell, 3.2.2010

KUMM(2010) 26 finali

2010/0031 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tagħmel pubblika r-Rakkomandazzjoni bil-ħsieb li tiġi fi tmiemha l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħa tal-politika ekonomika fil-Greċja u jitneħħa r-riskju li jitqiegħed fil-periklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja

{SE G(2010) 93 finali}{SEG(2010) 94 finali}{SEG(2010) 95 finali}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Introduzzjoni

Il-Greċja għaddiet minn tkabbir ekonomiku qawwi ta' 4 % fis-sena matul dawn l-aħħar 10 snin, u dan bis-saħħa wkoll tal-politika fiskali ta' espansjoni. B'mod parallel, l-iżbilanċi interni u barranin makro-ekonomiċi twessgħu b'mod konsiderevoli, u dan wassal għal tiġmigħ rapidu ta' dejn barrani filwaqt li d-dejn tal-gvern baqa' għoli ħafna. Fid-dawl tal-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali fuq l-ekonomija Griega, il-valutazzjoni mill-ġdid tar-riskji implikata titfa' pressjoni ulterjuri fuq dawn il-piżijiet tad-dejn.

Skont it-tbassir tal-ħarifa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, it-tkabbir reali tal-PGD naqqas il-pass fl-2009, sa kemm kemm 'il fuq minn 1 % u mistenni li jibqa' negattiv fl-2010. It-tnaqqis fl-attività ħalla effett negattiv qawwi fuq il-finanzi pubbliċi u l-kundizzjonijiet ta' ffinanzjar. Bl-iżbilanċ tal-gvern ġenerali sew 'il fuq minn 3 % tal-PGD bħala medja matul dawn l-aħħar 10 snin, u operazzjonijiet finanzjarji għat-tnaqqis tad-dejn kbar b'mod rikorrenti, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern imqabbel mal-PGD jaqbeż il-100 %. Il-Greċja għandha quddiemha l-isfida li tikseb konsolidazzjoni fiskali sostanzjali, filwaqt li ttejjeb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi u tikkorreġi l-fatturi li jinsabu wara l-iżbilanċi interni u barranin kbar tal-ekonomija, f'kuntest makro-ekonomiku mhux favorevoli.

Il-qagħda tal-ekonomija Griega fiha taħlita ta' kriżi fiskali ma żbilanċi makro-ekonomiċi usa', li l-għerq tagħhom jinsab fi problemi strutturali stabbiliti sewwa. F'dan ir-rigward, it-tħaddim konġunt tal-istrument ta' sorveljanza ekonomika u baġitarja previst bit-Trattat huwa xieraq. Barra milli ssir reazzjoni għas-serjetà oġġettiva tal-qagħda fil-Greċja u l-possibbiltà ta' tixrid lejn pajjiżi oħra taż-żona tal-euro, it-tħaddim konġunt tal-istrumenti disponibbli ta' sorveljanza skont it-Trattat itejjeb l-effikaċja.

Dan il-memorandum ta' spjegazzjoni janalizza fil-qosor il-qagħda makro-ekonomika u baġitarja fil-Greċja, jelabora dwar il-modalitajiet ta' applikazzjoni tal-istrumenti u l-interazzjoni tagħhom u jippreżenta l-għan li jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet lill-Greċja skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); biex tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 126(9) TFUE; u tiġi indirizzata opinjoni dwar l-aġġornament ta' Jannar 2010 tal-programm ta' stabbiltà skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97[1]. Din hija l-ewwel darba li Deċiżjoni li tibgħat avviż biex tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 126(9) u Rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 121(4) qed jiġu applikati flimkien.

2. L-iżviluppi makro-ekonomiċi, il-kompetittività u l-iżbilanċi fiskali

2.1. L-żviluppi makroekonomiċi riċenti

Il-qagħda u l-prospettiva makro-ekonomika u baġitarja fil-Greċja marru lura b'mod sostanzjali minn April 2009 meta l-Kunsill adotta deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fil-Greċja u għamel rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 104(7) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE). Il-fiduċja tal-konsumatur u fin-negozju ntlaqtet mill-kriżi b'tali mod li dgħajfet l-attività ekonomika minn tard fl-2008 u affettwat il-prospetti fuq medda medja ta' żmien tal-ekonomija. Bi tqabbil mat-tbassir interim ta' Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, li fuqu huma bbażati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill f'April 2009, skont l-Artikolu 104(7) TKE, il-projezzjonijiet tat-tkabbir ġew riveduti 'l isfel. Minflok tkabbir reali tal-PGD kważi wieqaf fl-2009 li warajh kien hemm irkuprur ħafif fl-2010, il-PGD reali naqas b'madwar 1 % fl-2009 u huwa pproġettat li jkompli jonqos b'0,25 % fl-2010, taħt xenarju politiku mhux mibdul, skont it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa tal-2009[2] (Tabella 1). Barra minn hekk, fid-dawl tal-aħħar żviluppi, wieħed ma jistax jeskludi li t-tnaqqis fl-attività ekonomika fl-2010 se jkun aktar qawwi milli pproġettat fit-tbassir tal-ħarifa 2009. It-tnaqqis tal-attività ekonomika jħalli effett qawwi wkoll fuq l-impjieg li naqas fl-2009 b'aktar minn 1 %, u li żied ir-rata tal-qgħad għal madwar 9 %, u skont it-tbassir tal-Kummissjoni, 'il fuq minn 10 % fl-2010.

L-iżviluppi makro-ekonomiċi wasslu għal korrezzjoni mdaqqsa tal-iżbilanċ barrani (self nett/tislif nett fil-konfront tal-bqija tad-dinja) minn 'il fuq minn 12 % tal-PGD fl-2008 sa 7,5 % tal-PGD fl-2009. Iżda, skont it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni, it-titjib ulterjuri mistenni fil-kontijiet barranin u fil-kompetittività fuq medda medja ta' żmien x'aktrax li jkun ħafna iktar moderat, minħabba d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomija. L-iżbilanċi barranin, b'mod notevoli, minkejja t-titjib, jistgħu xorta jirrappreżentaw madwar 8 % tal-PGD sal-2011. Fuq sfond ta' tkabbir dgħajjef f'termini reali u nominali, ir-restrizzjonijiet barranin qed isiru iktar gravi u jeħtieġu aġġustament sostanzjali.

Tabella 1: Żviluppi u tbassiriet makro-ekonomiċi

Effett fuq l-iżbilanċ (°) | Żbilanċ fl-2009 |

Mira inizjali fil-liġi tal-baġit tal-2009 | 2,0 |

Aġġornament ta' Jannar 2009 tal-Programm ta' Stabbiltà | 3,7 |

Effett tas-sena bażi | 1,4 |

Stabbilizzaturi awtomatiċi | 1,5 |

Infiq ta' darba | 1,5 |

Impatt tal-miżuri għaż-żieda fid-dħul | -1,0 |

Impatt tal-miżuri għat-trażżin tal-infiq | -0,3 |

Nuqqas fid-dħul | 3,5 |

Infiq żejjed | 2,2 |

Differenza fis-swaps | 0,2 |

Aġġornament ta' Jannar 2010 tal-Programm ta' Stabbiltà | 12,7 |

(*) It-tabella tiġbor fil-qosor, f'% tal-PGD, ir-reviżjonijiet, il-korrezzjonijiet u d-diskrepanzi ewlenin fil-baġit tal-2009 mill-adozzjoni tiegħu mill-Gvern Grieg (preċedenti) fi tmiem l-2008, u l-programm ta' stabbiltà ġdid. (°) is-sinjal ‘+’ jindika żbilanċ li qed jiżdied, filwaqt li s-sinjal ‘–’ ifisser li qed jonqos. |

Fl-aħħar nett, għalkemm il-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi ħżienu aktar milli kien mistenni, it-tiħżin rapidu tal-iżbilanċi fiskali jista' jiġi attribwit marġinalment biss għall-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi agħar milli mistenni.

2.5. L-istatistika fiskali

Għal dik li hija s-sistema statistika Griega, in-nuqqasijiet fl-istatistika finanzjarja tal-gvern għadhom kwistjoni rikorrenti u ta' tħassib serju. Fit-22 ta' Ottubru 2009, l-Eurostat esprima riżerva ġenerali dwar iċ-ċifri notifikati mill-awtoritajiet Griegi, " minħabba inċertezzi sinifikanti dwar iċ-ċifri rrappurtati " u għalhekk ma vvalidax id-dejta. B'mod aktar speċifiku, fin-notifika ta' Ottubru 2009 kien hemm reviżjonijiet sostanzjali tad-dejta dwar l-iżbilanċ u d-dejn tal-gvern għas-snin preċedenti.

L-iżbilanċ tal-gvern ġenerali għall-2008 ġie rivedut għal kważi 7,75 % tal-PGD, żieda ta' erba' punti meta mqabbel mal-aġġornament ta' Jannar 2009 tal-programm ta' stabbiltà u bi 2,75 punti perċentwali meta mqabbel man-notifika ta' April 2009. Ir-rapport riċenti tal-Kummissjoni dwar l-iżbilanċ u l-istatistika tad-dejn[24] tal-Gvern Grieg sab xhieda ta' " irregolaritajiet gravi fin-notifiki tal-PŻE ta' April u Ottubru 2009, inkluż sottomissjoni ta' dejta mhux korretta, u nuqqas ta' rispett tar-regoli tal-kontabbiltà u taż-żmien li fih tintbagħat in-notifika; kooperazzjoni fqira bejn is-servizzi nazzjonali involuti fil-kompilazzjoni taċ-ċifri tal-PŻE, kif ukoll nuqqas ta' indipendenza tas-Servizz tal-Istatistika Nazzjonali tal-Greċja u l-Uffiċċju ta' Kontabbiltà Ġenerali mill-Ministeru tal-Finanzi; sistema istituzzjonali u ta' kontabbiltà pubblika mhux xierqa għal rappurtar korrett tal-istatistika tal-PŻE, speċjalment żamma ta' kotba mhux trasparenti jew dokumentata b'mod mhux xieraq, li wassal għal bosta reviżjonijiet, li f'xi każi kienu sinifikanti, ta' dejta mill-awtoritajiet Griegi tul perjodu twil ta' żmien; nuqqas ta' kontabbiltà fil-provvista individwali ta' ċifri użati fin-notifiki tal-PŻE, (pereżempju nuqqas ta' dokumentazzjoni jew ċertifikazzjoni bil-miktub f'ċerti każi, skambju ta' dejta bit-telefown); responsabbiltà mhux ċara u/jew nuqqas ta' responsabbiltà tas-servizzi nazzjonali li jipprovdu dejta tas-sors jew li jikkompilaw dejta statistika, flimkien ma' setgħa ambigwa lil uffiċjali responsabbli għad-dejta". Għaldaqstant, jeħtieġ li jkun hemm aktar sforzi biex jitjieb il-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta tal-gvern ġenerali. Minħabba li b'mod persistenti l-Greċja ma rnexxilhiex tipprovdi statistika xierqa dwar l-iżbilanċ tal-gvern għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Stabbiltà u Tkabbir, l-isforzi ta' tisħiħ fiskali fis-snin li ġejjin jeħtieġ li jkunu sorveljati mhux biss fuq il-bażi taċ-ċifri ta' żbilanċ tal-gvern iżda wkoll permezz ta' stima tal-iżviluppi fil-livelli tad-dejn tal-gvern.

Problemi strutturali u endemiċi marbuta mar-reġistrazzjoni tal-kontijiet tal-Gvern Grieg, kienu wkoll ta' detriment għal kontroll f'waqtu u effettiv tad-dħul u l-infiq. Barra minn hekk, għadd ta' interventi bil-ħsieb li l-proċess u r-rendiment baġitarju jitjiebu, kif ukoll il-kwalità tad-dejta fiskali, huma wkoll ta' importanza kbira, fil-kuntest tar-reviżjoni ġenerali meħtieġa b'urġenza tas-sistema statistika Griega (inkluż l-Uffiċċju ta' Kontabbiltà Ġenerali) u l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali.

Il-Kummissjoni se tagħti bidu għal proċedura ta' ksur fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità ma' sensiela ta' atti legali tal-UE dwar il-kompilazzjoni u l-irrappurtar tal-istatistika fiskali fil-Greċja.

3. L-Aġġornament ta' Jannar 2010 tal-Programm ta' Stabbiltà tal-Greċja

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza tal-pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, jistipula li l-pajjiżi li jadottaw il-munita singola għandhom jibagħtu programmi ta' stabbiltà aġġornati kull sena. Skont l-Artikolu 5(3) ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill jista' jeżamina l-programmi ta' stabbiltà aġġornati bbażati fuq l-istimi mħejjija mill-Kummissjoni u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Fl-istima tiegħu, il-Kunsill għandu wkoll jinkludi eżami ta' kemm hija konsistenti jew le l-politika ekonomika mal-linji gwida tal-politika ekonomika wiesgħa.

Il-baġit tal-2010 ġie adottat mill-Parlament fit-23 ta' Diċembru 2009 filwaqt li waqqaf mira ta' żbilanċ tal-gvern ġenerali ta' 9,1 % tal-PGD fl-2010. Sadanittant, l-awtoritajiet Griegi ħabbru l-ħtieġa li jħaffu l-pass tal-aġġustament fiskali sa mill-2010 filwaqt li stabbilew mira baġitarja aktar ambizzjuża għall-2010 ta' 8,7 % tal-PGD. L-aġġornament ta' Jannar 2010 tal-programm ta' stabbiltà li ntbagħat fil-15 ta' Jannar 2010 jkopri l-perjodu 2010-2013 u kkonferma l-mira baġitarja riveduta għall-2010 ta' 8,7 % tal-PGD. Sabiex jiġi żgurat li l-miri riveduti jintlaħqu l-programm aġġornat ta' stabbiltà jipprevedi għadd ta' miżuri barra minn dawk imħabbra fil-liġi tal-baġit tal-2010. Il-programm jippreżenta pakkett fid-dettall tal-miżuri ta' tisħiħ fiskali għall-2010 bl-għan li jtejjeb il-ġbir tad-dħul fiskali u, sa ċertu punt, jrażżan u jirrazjonalizza l-infiq primarju pubbliku. Jipprovdi wkoll il-kwantifikazzjoni evalwata ta' kull waħda mill-miżuri fiskali għall-2010, kif ukoll qafas ta' żmien tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom. Xi uħud minn dawn il-miżuri diġà ntbagħtu lill-Parlament u se jkunu implimentati fl-ewwel xhur tal-2010. Il-pjanijiet għall-2011, 2012 u 2013 jinkludu medda wiesgħa ta' riformi strutturali iżda fihom inqas dettall u ma fihomx kalendarju preċiż ta' implimentazzjoni.

Fin-nuqqas tal-baġit tal-2010, li sar disponibbli wara d-data ta' mira tat-tbassir tal-ħarifa 2009, is-servizzi tal-Kummissjoni pproġettaw li l-iżbilanċ tal-gvern jibqa' 'l fuq minn 12 % tal-PGD kemm fl-2010 kif ukoll fl-2011. Skont ix-xenarju makro-ekonomiku fl-isfond tal-liġi tal-baġit tal-2010, ikkonfermat ukoll mill-aġġornament ta' Jannar 2010 tal-programm ta' stabbiltà, it-tkabbir reali tal-PGD huwa pproġettat għal -0,3 % fl-2010, bi qbil b'mod ġenerali mat-tbassir tal-ħarifa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni. Dawn tal-aħħar iżda, kienu saru fuq suppożizzjoni ta' xenarju ta' ebda tibdil ta' politika u qabel ir-reazzjonijiet riċenti tas-suq finanzjarju u għalhekk, ix-xenarju ċentrali makro-ekonomiku għall-2010 inkluż fil-programm aġġornat huwa ottimistiku.

Skont l-aġġornament ta' Jannar 2010 tal-programm ta' stabbiltà, il-mira baġitarja tal-gvern ġenerali għall-2010 timplika aġġustament fiskali, imkejjel mit-tibdil fil-proporzjon ta' żbilanċ nominali ta' erba' punti perċentwali tal-PGD, li jirrifletti żieda fil-proporzjon totali tad-dħul mal-PGD ta' 2,6 punti perċentwali tal-PGD u tnaqqis fil-proporzjon totali tal-infiq mal-PGD ta' 1,4 punti perċentwali tal-PGD. Għaldaqstant, il-parti l-kbira tal-aġġustament fl-2010 hija ppjanata li tinkiseb min-naħa fiskali tal-baġit, bis-saħħa tal-implimentazzjoni ta' miżuri temporanji li jtejbu d-dħul (ta' darba) b'madwar 0,25 % tal-PGD[25] u pakkett permanenti ta' titjib tad-dħul mistenni li jiġi adottat mill-Parlament f'Marzu 2010. Fuq in-naħa tal-infiq, it-tnaqqis previst jirrifletti l-waqfin tal-infiq ta' darba ta' aktar minn 1 % fl-2009, filwaqt li impatt ta' għadd ta' tnaqqis permanenti fl-infiq fil-fatt huwa newtralizzat minn żieda fl-infiq fl-edukazzjoni, is-servizzi tas-saħħa tal-kura u l-investiment pubbliku.

B'mod aktar speċifiku, il-programm jippreżenta għadd ta' miżuri ta' tisħiħ permanenti fuq in-naħa tad-dħul li se jiġu implimentati fl-2010 u li jammontaw għal madwar 2,5 % tal-PGD. Huwa jipprovdi deskrizzjoni ta' miżuri ta' titjib tad-dħul fiskali inkluż l-implimentazzjoni ta' skema ta' tassazzjoni progressiva għal-livelli kollha ta' dħul tal-familji u t-tneħħija tal-eżenzjonijiet mit-taxxa (bi stima ta' impatt baġitarju ta' 0,4 % tal-PGD), ir-riforma tar-reġim ta' tassazzjoni tal-proprjetà (bi stima ta' impatt baġitarju ta' 0,2 % tal-PGD), iż-żieda fuq id-dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk u tal-alkoħol (li diġà ntbagħet lill-Parlament, bi stima ta' impatt baġitarju ta' 0,4 % tal-PGD) u ż-żieda fuq ir-rati ta' użu tat-telefonija mobbli u dazji tas-sisa fuq il-karburant[26] (bi stima ta' impatt baġitarju ta' 0,4 % tal-PGD). Iżda, parti sinifikanti (madwar 1 % tal-PGD) taż-żieda permanenti totali pproġettata ta' taxxa fl-2010 sserraħ fuq l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali. Il-programm jippreżenta għadd ta' interventi ta' politika fir-rigward tat-titjib fil-mekkaniżmu tal-ġbir tat-taxxi, billi titwessa' l-bażi fiskali u tiżdied il-konformità[27]. Huwa importanti li l-emendi leġiżlattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-miżuri fiskali deskritti, u li huma ppjanati għas-sottomissjoni lill-Parlament f'Marzu, jiġu adottati mingħajr dewmien sabiex il-miżuri jista' jkollhom l-impatt mistenni minnufih fl-2010. Barra minn hekk, fid-dawl tal-esperjenza tal-imgħoddi, il-miżuri ppjanati fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali trid tiġi implimentata b'mod rigoruż biex il-vantaġġi mistennija jimmaterjalizzaw.

Fuq in-naħa tal-infiq, it-tnaqqis previst fl-2010, jirriżulta l-aktar mill-waqfin tal-infiq ta' darba fl-2009. Minkejja li sar sforz biex tonqos l-ispiża tal-pagi fis-settur pubbliku, l-ispiża operattiva u l-infiq fid-difiża militari (ta' madwar 0,75 % tal-PGD), iż-żieda fl-infiq fl-edukazzjoni u l-investiment pubbliku (ta' madwar 0,75 % tal-PGD) fil-fatt ipattu għal kull impatt ta' tnaqqis ta' żbilanċ baġitarju u b'hekk, l-impatt baġitarju nett għandu jkun negliġibbli. B'mod aktar speċifiku, il-programm aġġornat jipprovdi għal miżuri biex jikiseb titjib fl-effiċjenza fil-kuntratti tal-isptarijiet (bi stima ta' impatt baġitarju permanenti ta' 0,3 % tal-PGD), fl-impenn tal-gvern biex irażżan l-ispiża operattiva b'0,1% tal-PGD, inaqqas il-kuntratti militari b'0,2 % tal-PGD, inaqqas il-ħlas ta' konċessjonijiet lill-uffiċjali pubbliċi[28] b'0,3 % tal-PGD, jiffriża l-ingaġġ fis-settur privat fl-2010 u jimplimenta r-regola ta' ingaġġ ta' persuna waħda għal kull ħamsa li jirtiraw. Iżda, l-ispiża tas-salarji nominali hija stmata li tibqa' madwar il-livelli tal-2009, bis-saħħa taż-żieda tas-salarji mill-konċessjonijiet.

Barra minn dawn il-miżuri u mingħajr l-inklużjoni ta' xi impatt baġitarju fil-mira tal-baġit, il-Ministeru tal-Finanzi waqqaf riżerva ta' kontinġenza u ffriża l-approprjazzjonijiet kollha baġitarji għal kull ministeru b'10 % (għajr għall-pagi, il-pensjonijiet u l-ħlasijiet tal-imgħaxijiet). Skont ir-riżultat tal-infiq tal-ewwel sitt xhur tal-2010, l-approprjazzjonijiet baġitarji mblukkati b'dan il-mod jistgħu ma jiġux kompletament allokati mill-ġdid fost il-ministeri li jwettqu l-infiq u b'hekk jiġi żgurat tnaqqis ulterjuri fl-infiq relatat sa tmiem is-sena.

Kollox ma' kollox, fuq il-bażi tat-tagħrif fid-dettall inkluż fl-aġġornament, u minkejja bosta riskji, il-mira baġitarja tal-2010 tidher li tista' tinkiseb, kemm-il darba jkun hemm implimentazzjoni f'waqtha u ta' suċċess tal-miżuri kollha mħabbra. Parti kbira tal-korrezzjoni tal-iżbilanċ nominali ppjanat fil-programm ta' stabbiltà aġġornat tirrifletti minn naħa, il-waqfien ta' miżuri ta' darba ta' żieda tal-iżbilanċ fl-2009 u min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' darba ta' tnaqqis ta' żbilanċ fl-2010. Il-waqfin tal-infiq ta' darba, kif ippreżentat fl-aġġornament, se jkollu impatt baġitarju ta' tnaqqis awtomatiku ta' żbilanċ ta' xi ftit aktar minn 1 % tal-PGD fl-2010, filwaqt li l-miżuri ta' darba ta' titjib tad-dħul fiskali se jkollhom impatt baġitarju totali nett ta' xi 0,25 % tal-PGD. Għalhekk, l-impatt ġenerali tat-tnaqqis tal-iżbilanċ ta' fatturi temporanji fl-2010 jinsab kemm kemm taħt 1,5 % tal-PGD (kważi terz tal-erba' punti perċentwali totali tat-tisħiħ tal-PGD pproġettat għall-2010). It-tnaqqis fl-iżbilanċ nominali li ma jserraħx fuq miżuri ta' darba fl-2010 huwa mistenni li jkun qrib 2,5 % tal-PGD.

F'dan l-istadju, in-nuqqas ta' ċertezza dwar il-mira baġitarja tal-2010 ta' 8,7 % tal-PGD tibqa' għolja u r-riskju ta' nuqqas ta' lħuq ta' miri fiskali, li jiġi l-aktar mis-suppożizzjonijiet makro-ekonomiċi favorevoli fl-isfond tal-programm u l-istima uffiċjali ottimistika tar-riżultati mill-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali, huwa kbir. Għalkemm hemm tagħrif fid-dettall dwar il-miżuri (u l-istima tal-impatt baġitarju tagħhom) li jirfdu l-mira baġitarja, l-implimentazzjoni minnufih u rigoruża tal-politika mħabbra hija kruċjali. Barra mill-inċertezzi dwar l-impatt tal-miżuri ta' tisħiħ previsti, il-projezzjonijiet ta' dħul u nfiq li jirfdu l-mira baġitarja tal-2010 huma miftuħa għal riskji. B'mod partikolari, fid-dawl taż-żieda pproġettata fil-proporzjon tad-dejn mal-PGD ta' seba' punti perċentwali tal-PGD fl-2010 u ż-żieda fir-rati tal-imgħax fuq id-dejn il-ġdid (jew id-dejn b'rati varjabbli), il-projezzjoni tal-infiq fl-imgħaxijiet fl-aġġornament għall-2010 tidher li hija ta' natura ottimistika. Barra minn hekk, ir-riżultat tal-baġit 2008 ma ġiex ivvalidat mill-Eurostat. Kull reviżjoni fid-dejta għas-snin ta' qabel jista' jkollha effetti li jibqgħu jinħassu għall-2010. Bl-istess mod, kull żbilanċ tal-gvern għall-2009 li jaqbeż l-istima ta' 12,75 % tal-PGD jimplika punt ta' tluq anqas favoreveoli għall-2010[29]. Għalhekk, huwa essenzjali li l-miżuri ppreżentati fil-programm ta' stabbiltà (inkluża l-istima tal-impatt baġitarju) li jirfdu l-mira baġitarja, jiġu implimentati minnufih u b'mod rigoruż u li l-Greċja tkun lesta li tħabbar u timplimenta aktar miżuri, jekk dawn ir-riskji jseħħu.

Fuq medda medja ta' żmien, skont il-programm l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali huwa mistenni li jonqos aktar sa 5,6 % tal-PGD fl-2011, 2,8 % tal-PGD fl-2012 u 2 % tal-PGD fl-2013. Bl-istess mod, il-bilanċ primarju se jilħaq eċċess ta' 3,2 % tal-PGD sal-2013, b'paragun ma' żbilanċ primarju ta' 7,7 % fl-2009. L-istrateġija baġitarja deskritta għandha l-mira li tnaqqas l-iżbilanċ strutturali (kif ikkalkolat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-metodoloġija komuni għal kulħadd) minn 11,5 % tal-PGD fl-2009 għal 7,75 % tal-PGD fl-2010 u 1,5 % sal-2013, filwaqt li l-għan fuq medda medja ta' żmien (medium term objective, MTO) ta' baġit ibbilanċjat f'termini strutturali (jiġifieri f'termini aġġustati ċiklikament nett ta' miżuri ta' darba u oħrajn temporanji) mhux ipproġettat li jinkiseb fil-perjodu ta' programmazzjoni. It-tisħiħ baġitarju fl-2011 sal-2013 huwa bbażat kemm fuq it-titjib tad-dħul kif ukoll fuq it-tnaqqis tal-infiq, izda dwar dan għad ma ġewx żvelati dettalji. Għalhekk, ir-riżultati baġitarji fl-2011 u wara, huma miftuħa għar-riskji. Barra minn hekk, ix-xenarju makro-ekonomiku ċentrali fl-isfond huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir favorevoli, u dan jimplika li t-tkabbir tal-PGD se jirritorna lejn il-pożittiv fl-2011 b'1,5 % u fl-2012 b'1,9 %, filwaqt li jilħaq 2,5 % fl-2013. Kollox ma' kollox, ir-riskji marbuta mal-aġġustament fuq medda medja ta' żmien huma kbar.

Id-dejn gross tal-gvern, stmat bħala 113,4 % tal-PGD fl-2009, huwa pproġettat mill-programm ta' stabbiltà li jaqbeż il-120 % tal-PGD fl-2010, qabel ma jirritorna lejn it-triq tat-tnaqqis fl-2012. Barra miż-żieda fl-iżbilanċ u t-tnaqqis fit-tkabbir tal-PGD, aġġustament sinifikanti tal-fluss tal-istokk għen biex il-proporzjon tad-dejn fl-2009 jitla', minħabba tranżazzjonijiet finanzjarji marbuta mal-iskema tal-likwidità tas-settur finanzjarju u l-ħlas tal-arretrati. Ir-riskji assoċjati mal-evoluzzjoni pproġettata tal-proporzjon tad-dejn mal-PGD jidhru li qed jiżdiedu wkoll, minħabba r-riskji marbuta mal-projezzjonijiet tal-iżbilanċ u tal-PGD. Dawn ir-riskji jistgħu jaggravaw minħabba n-nuqqas ta' ċertezza dwar l-aġġustamenti tal-fluss tal-istokk: fil-fatt, għalkemm naqsu b'mod sinifikanti b'paragun mal-imgħoddi (0,2 % tal-PGD għal kull waħda mis-snin koperti mill-programm), il-programm ma jipprovdi ebda tagħrif dwar il-komponenti tagħhom.

L-aġġornament ta' Jannar 2010 tal-programm ta' stabbiltà jipprovdi tagħrif dwar medda wiesgħa ta' riformi strutturali, li se jitnedew jew jiġu implimentati matul l-2010. Skont l-aġġornament, l-implimentazzjoni f'waqtha u effikaċi ta' dawn ir-riformi se jkollha impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-finanzi pubbliċi u se tindirizza d-dgħufijiet strutturali interni tal-ekonomija Griega. B'mod aktar speċifiku, il-gvern diġà bagħat lill-Parlament l-abbozz tal-liġi biex is-Servizz tal-Istatistika jkun indipendenti, u għandu pjanijiet biex iwaqqaf uffiċċju ta' sorveljanza tat-twettiq tal-baġit taħt l-awspiċi tal-Parlament u jadotta regoli fiskali li jorbtu għat-tħejjija effettiva u t-twettiq tal-baġit fuq medda medja ta' żmien. Fuq medda medja ta' żmien u mhux aktar tard mill-2011, l-awtoritajiet Griegi jintrabtu li jniedu bbaġitjar imsejjes fuq il-ħidma li sal-2012 se jieħu post is-sistema attwali kompletament. Dan se jkun fi ħdan qafas baġitarju multi-annwali li jorbot u bbażat fuq sistema ta' kontabbiltà ta' entrata doppja. Barra minn hekk, hemm ukoll fil-programm pakkett wiesa' ta' riformi, li jipproponi strateġiji politiċi fl-oqsma tal-promozzjoni ta' proġetti ta' investiment li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, u li jirrevedu l-Liġi ta' Investiment attwali, il-promozzjoni ta' Sħubiji Privati-Pubbliċi u t-twaqqif ta' Fond ta' Żvilupp Elleniku, it-trażżin tal-pressjonijiet tal-inflazzjoni permezz ta' regolamentazzjoni aħjar tas-suq, l-implimentazzjoni tal-politika attiva tas-suq tax-xogħol, it-titjib tal-ammistrazzjoni pubblika, iż-żieda tat-trasparenza u tar-responsabbilizzazzjoni, it-tnaqqis tal-għadd ta' muniċipalitajiet u kunsilli lokali, l-appoġġ tal-investiment fir-riċerka, it-teknoloġija u l-innovazzjoni.

4. Is-Sorveljanza tal-UE fi-istadju attwali

4.1. It-tlaqqigħ flimkien tal-istrumenti ta' sorveljanza

Bosta pajjiżi tal-UE bħalissa qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ żbilanċi tal-gvern ġenerali 'l fuq mill-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD stabbilit fit-Trattat. Id-deterjorament ta’ spiss qawwi fl-iżbilanċ kif ukoll fil-pożizzjonijiet ta' dejn iridu jitqiesu fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja u t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku globali bla preċedent. Hemm bosta fatturi involuti. L-ewwel nett, ir-riċessjoni ekonomika ġġib magħha inqas dħul mit-taxxi u iktar infiq għall-benefiċċji soċjali (pereżempju, benefiċċji tal-qgħad). It-tieni, ladarba għarfet li l-politiki baġitarji għandhom sehem importanti x’jagħtu fil-qagħda ekonomika straordinarja li hawn bħalissa, il-Kummissjoni talbet biex ikun hemm stimulu fiskali fil-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku (EERP)[30] tagħha ta’ Novembru 2008, li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru[31]. Il-Pjan spjega li l-istimulu għandu jkun f'waqtu, immirat u temporanju u differenzjat skont l-Istati Membri biex jirrifletti l-qagħdiet differenti f'termini ta' sostenibbiltà u kompetittività tal-finanzi pubbliċi u għandu jieqaf ladarba r-rilanċ ikun jista' jsostni lilu nnifsu . Fl-aħħar nett, bosta pajjiżi ħadu miżuri biex jistabbilizzaw is-settur finanzjarju, u xi wħud minnhom kellhom impatt fuq il-pożizzjoni tad-dejn tal-gvern jew jikkostitwixxu riskju ta’ żieda fl-iżbilanċi u fid-dejn fil-ġejjieni[32], għalkemm xi wħud mill-ispejjeż ta’ sostenn tal-gvern jistgħu jiġu rkuprati fil-ġejjieni.

Filwaqt li fil-Greċja d-deterjorament attwali tal-finanzi pubbliċi jrid jitqies ukoll fl-istess kuntest, l-iżbilanċi fiskali ilhom għoljin u persistenti għal ħafna snin, minkejja l-attività ekonomika tajba sal-2008, u dan jimplika li hemm għeruq strutturali. B'mod partikolari, l-iżbilanċi pubbliċi jirriflettu nuqqas ta' kontroll fuq l-infiq pubbliku, filwaqt li l-projezzjonijiet dwar id-dħul u t-tkabbir tal-PGD wrew li huma sistematikament ottimisti żżejjed. Barra minn hekk, in-nuqqasijiet strutturali u endemiċi marbuta mar-reġistrazzjoni tal-kontijiet tal-Gvern Grieg fl-imgħoddi reċenti kienu wkoll ta' ħsara għal kontroll f'waqtu u effettiv tad-dħul u l-infiq, u s-sorveljanza makro-ekonomika. L-iżbilanċi kbar wasslu għal wieħed mill-akbar proporzjonijiet ta' dejn tal-gvern fl-UE, u li mhux biss huwa ogħla ferm mill-valur ta' referenza ta' 60 % tal-PGD, iżda għadu wkoll qed jiżdied.

Il-qagħda tal-Greċja ta' tlaqqigħ flimkien ta' kriżi fiskali ma' żbilanċi makro-ekonomiċi usa' li jsibu għeruqhom fi problemi strutturali antiki teħtieġ applikazzjoni konġunta ta' strument ta' sorveljanza ekonomika u baġitarja previst bit-Trattat u leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti. Għal dan il-għan, l-applikazzjoni simultanja tal-istrumenti biex jinkiseb tisħiħ fiskali dejjiemi u jissoktaw ir-riformi strutturali meħtieġa fil-qasam aktar wiesa' tal-attività ekonomika hija essenzjali. Rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 121(4), avviż biex tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 126(9) u opinjoni dwar l-aġġornament ta' Jannar 2010 tal-programm ta' stabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 (l-hekk imsejħa fergħa preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir) u t-tħaddim konġunt tagħhom għandhom isaħħu l-ambitu tas-sorveljanza tal-UE.

4.2. L-Applikazzjoni tal-Artikolu 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 121(2) TFUE jesiġi li l-Kunsill jadotta rakkomandazzjoni għal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika għall-Istati Membri u għall-Komunità, hu u jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u fuq konklużjoni tal-Kunsill Ewropew. L-Artikolu 121(3) tat-Trattat jesiġi li l-Kunsill jissorvelja l-iżviluppi ekonomiċi f’kull Stat Membru u fl-Unjoni, kif ukoll il-konsistenza tal-politika ekonomika mal-linji gwida tal-politika ekonomika ġenerali, abbażi ta’ rapporti mill-Kummissjoni. F’każ li jiġi stabbilit li l-politika ekonomika mhiex konsistenti mal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika ġenerali, jew li hemm riskju ta’ tfixkil għall-funzjonament xieraq tal-Unjoni ekonomika u monetarja, l-Artikolu 121(4) jistabbilixxi li l-Kummissjoni tista’ tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat u tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill sabiex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istat Membru konċernat. Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Greċja, u sabiex tkun żgurata l-konsistenza mad-Deċiżjoni skont l-Artikolu 126(9), huwa xieraq li l-Kunsill jadotta r-rakkomandazzjoni meħtieġa. Barra minn hekk, il-Kunsill jista’, huwa u jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu pubbliċi.

Il-Kunsill adotta l-linji gwida wiesgħin l-aktar reċenti tagħhom dwar il-politika ekonomika għall-Istati Membri u għall-Komunità fl-14 ta’ Mejju 2008[33]. Il-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika għall-2008-2010 jinkludu gwida tal-politika li l-Istati Membri għandhom “ jirrispettaw l-objettivi baġitarji tagħhom għal perjodu ta’ żmien medju ” u għandhom “ jieħdu azzjoni effikaċi biex jiżguraw korrezzjoni malajr ta’ defiċits eċċessivi ”. Barra minn hekk, l-Istati Membri bi żbilanċi barranin għandhom jikkoreġuhom “ billi jimplimentaw riformi strutturali, jsaħħu l-kompetittività esterna u (…) jikkontribwixxu għall-korrezzjoni tagħhom permezz ta’ linji politiċi fiskali ”. Abbażi ta' dan, fil-25 ta’ Ġunju 2009[34], il-Kunsill, fir-rakkomandazzjonijiet strutturali tiegħu nnota li għall-Greċja huwa “ obbligatorju li [hija] tintensifika l-isforzi tagħha biex tindirizza l-iżbilanċi makroekonomiċi u d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomija Griega ” u indirizza rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż lill-Greċja, inkluż li hija għandha tibqa’ għaddejja bit-tisħiħ fiskali; iżżid il-kompetizzjoni fis-servizzi professjonali, tagħmel riforma biex iżżid l-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp; tuża fondi strutturali b’mod aktar effiċjenti; tirriforma l-amministrazzjoni pubblika u twettaq firxa wiesgħa ta’ miżuri fis-suq tax-xogħol f’approċċ ta’ flessigurtà integrat. Fl-istess waqt, bħala membru fiż-żona tal-euro, il-Greċja kellha rakkomandazzjoni mill-Kunsill biex tiżgura s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi; ittejjeb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi, inkluż li timmodernizza l-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll li timplimenta l-prinċipji komuni tal-UE dwar il-flessigurtà.

Fid-dawl tal-impatt fuq l-ekonomija Griega tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali, l-implikazzjoni ta’ valutazzjoni mill-ġdid tal-prezzijiet tqiegħed aktar pressjoni fuq dawn il-piżijiet tad-djun, iżżid ir-riskji ta’ primja fuq id-dejn tal-gvern u tista’ tqajjem kwistjonijiet dwar is-solvenza tal-ekonomija Griega, bil-possibbiltà ta’ konsegwenzi fuq l-ekonomiji l-oħrajn taż-żona tal-euro.

4.3. L-Applikazzjoni tal-Artikolu 126 tat-Trattat u Passi Preċedenti fil-Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv b’Rabta mal-Greċja

L-Artikolu 126 TFUE jistabbilixxi proċedura għall-iżbilanċ eċċessiv (PŻE). Din il-proċedura hija speċifikata ulterjorment fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv[35], li tagħmel parti mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

Skont l-Artikolu 126(2) TFUE, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-konformità mad-dixxiplina baġitarja abbażi ta’ żewġ kriterji, jiġifieri: (a) dwar jekk il-proporzjon tal-iżbilanċ tal-gvern, ippjanat jew attwali, fir-rigward tal-PGD, jaqbiżx il-valur ta’ referenza ta’ 3 % (sakemm il-proporzjon ma jkunx niżel sostanzjalment u kontinwament u jkun laħaq livell li jkun qrib il-valur ta’ referenza; jew, inkella, l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza jkun wieħed eċċezzjonali u temporanju biss u li l-proporzjon jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza); u (b) dwar jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern fir-rigward tal-PGD jaqbiżx il-valur ta’ referenza ta’ 60 % (sakemm il-proporzjon ma jkunx qed jonqos b’mod suffiċjenti u jersaq lejn il-valur ta’ referenza b’pass sodisfaċenti).

L-Artikolu 126(3) TFUE (li qabel kien 104(3) TKE) jistipula li, jekk Stat Membru ma jħarisx ir-rekwiżiti ta’ kriterju wieħed jew tat-tnejn, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport. Dan ir-rapport għandu wkoll “iqis jekk id-defiċit tal-gvern jaqbiżx l-infiq tal-gvern għal investiment u jqis il-fatturi l-oħra kollha rilevanti, inkluża l-qagħda ekonomika u baġitarja tal-Istat Membru għal perjodu medju ta’ żmien”.

Fuq il-bażi tad-dejta attwali dwar żbilanċ u dejn notifikata lill-awtoritajiet Griegi f’Ottubru 2008[36] u sussegwentament validata mill-Eurostat[37] u wara li qieset it-tbassir interim ta’ Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni adottat rapport skont l-Artikolu 104(3) TKE għall-Greċja fit-18 ta’ Frar 2009[38]. Sussegwentement, u skont l-Artikolu 104(4) TKE, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) ifformula opinjoni abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni fis-27 ta’ Frar 2009. Fl-24 ta’ Marzu 2009 il-Kummissjoni, wara li qieset ir-rapport tagħha skont l-Artikolu 104(3) TKE u l-opinjoni tal-KEF indirizzat lill-Kunsill, skont l-Artikolu 104(5) TKE, l-opinjoni tagħha li kien jeżisti żbilanċ eċċessiv fil-Greċja.

Fis-27 ta’ April 2009, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) TKE, li kien jeżisti żbilanċ eċċessiv fil-Greċja[39]. Fl-istess waqt, u skont l-Artikolu 104(7) TKE, il-Kunsill indirizza rakkomandazzjonijiet lill-Greċja biex din ittemm il-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv sal-2010, billi ġġib l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali taħt it-3 % tal-PGD b’mod kredibbli u sostenibbli. Il-Kunsill irrakkomanda ulterjorment “ li għal dan il-għan, l-awtoritajiet Griegi għandhom (i) isaħħu l-aġġustament fiskali fl-2009 permezz ta’ miżuri permanenti, l-aktar mil-lat ta’ nfiq, inkluż bl-implimentazzjoni tal-miżuri mħabbra diġà ; (ii) jimplimentaw miżuri permanenti addizzjonali fl-2010, biex iġibu d-defiċit primarju eżattament taħt it-3 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD sal-aħħar tas-sena; (iii) ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jikkontrollaw fatturi, barra minn self nett, li jikkontribwixxu biex il-livelli tad-dejn jinbidlu, bil-għan li jiżguraw li l-proporzjon tad-dejn gross tal-gvern jonqos b’mod suffiċjenti u jersaq lejn il-valur ta’ referenza b’pass sodisfaċenti; u (iv) ikomplu bl-isforzi biex jittejbu l-ġbir u l-ipproċessar tal-istatistika u d-dejta tal-gvern ġenerali b'mod partikolari". Il-Kunsill stabbilixxa l-iskadenza tas-27 ta' Ottubru 2009 għall-Greċja biex tieħu azzjoni effettiva biex issaħħaħ it-triq lejn it-tisħiħ fiskali diġà fl-2009 u biex tispeċifika l-miżuri li jidhru biżżejjed biex ikun żgurat il-progress xieraq lejn il-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv sal-2010.

Fil-11 ta’ Novembru 2009 il-Kummissjoni evalwat l-azzjoni meħuda mill-Greċja biex din tikkorreġi l-iżbilanċ eċċessiv sal-2010 bi tweġiba għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2009, u kkonkludiet li l-azzjoni meħuda mill-Greċja ma kinitx adegwata u indirizzat rakkomandazzjoni għal deċiżjoni lill-Kunsill[40]. Il-Kunsill iddeċieda skont dan fit-2 ta’ Diċembru 2009 skont l-Artikolu 126(8) TFUE.

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97, “ Kull deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti avviż lil Stat Membru parteċipanti konċernat biex jieħu miżuri għat-tnaqqis ta’ defiċit skont l-Artikolu 104(9) tat-Trattat (126(9) TFUE) għandha tittieħed fi żmien xahrejn mid-deċiżjoni tal-Kunsill li tkun stabbilixxiet li ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni effikaċi skont l-Artikolu 104(8) (126(8) TFUE)”, jiġifieri “tagħti avviż lill-Istat Membru biex, f’terminu speċifiku ta’ żmien, jieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit li jkun meqjus neċessarju mill-Kunsill biex is-sitwazzjoni tkun irrimedjata”.

5. IL-ħTIEġA TA’ AġġUSTAMENT FISKALI FL-2010 U WARA U L-ESTENSJONI TAL-ISKADENZA GħALL-KORREZZJONI TAL-IżBILANċ EċċESSIV

Abbażi tal-projezzjonijiet makroekonomiċi tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2009 u tal-istimi ta’ tkabbir potenzjali, l-iżbilanċ strutturali fl-2009 kien ta’ 11,5 % tal-PGD. Għalhekk, l-aġġustament strutturali totali meħtieġ għall-Greċja, biex l-iżbilanċ nominali jinġieb taħt il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD huwa aktar minn disa' punti perċentwali tal-PGD. Għaldaqstant, korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv fl-2010, kif irrakkomandat qabel mill-Kunsill, ma għadhiex aktar realistika.

Konsolidazzjoni baġitarja strutturali kredibbli u kkonċentrata fuq spejjeż u benefiċċji f’perjodu inizjali hija indispensabbli biex jitjiebu l-prospetti ta’ tkabbir għal perjodu ta’ medda medja ta' żmien fil-Greċja, iżda sforz kbir bħal dan f’sena waħda ovvjament mhuwiex fattibbli, waqt li aġġustament ta’ dan il-kobor f’perjodu ta’ tliet snin ikun ta’ sfida. Madankollu, l-iżbilanċi fiskali għoljin u persistenti, flimkien mal-livell ta’ dejn għoli u li qed jiżdied b’mod rapidu, u l-indikaturi ta’ sostenibbiltà disponibbli għal perjodu ta’ żmien fit-tul huma affarijiet li jħassbu serjament u li jeħtieġu azzjoni determinata fuq medda ta’ żmien qasir. Skont ir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni[41], il-Greċja tinsab f’riskju kbir fuq medda twila ta’ żmien fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi għal medda twila ta’ żmien. L-impatt tat-tixjiħ fuq il-baġit għal tul ta’ żmien huwa ħafna ’l fuq mill-medja tal-UE, l-aktar b’riżultat ta’ żieda relattivament għolja fin-nefqa għall-pensjonijiet bħala sehem mill-PGD għall-għexieren ta’ snin li ġejjin, jekk is-sistema tal-pensjonijiet ma ssirilhiex riforma. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2009 tkompli tkabbar l-impatt baġitarju ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ minħabba l-lakuna li hemm fis-sostenibbiltà. Jekk jinkisbu eċċessi primarji għal medda medja ta’ żmien u speċjalment jekk ikun hemm riforma ulterjuri tas-sistema tal-pensjonijiet bil-għan li titrażżan iż-żieda sostanzjali f’infiq marbut mal-età, dawn għandhom jikkontribwixxu biex jitnaqqsu r-riskji għas-sostenibbiltà għal tul ta’ żmien tal-finanzi pubbliċi. Jekk l-iżbilanċi baġitarji tal-Greċja ma jiġux ikkoreġuti malajr, huma jkunu ta’ piż fuq l-istennija tal-aġenti ekonomiċi u jkunu ta’ ħsara għall-prospetti ta’ tkabbir mhux biss għal prospett ta’ perjodu ta’ żmien fit-tul, iżda diġà għall-ġejjieni qrib.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, bl-estensjoni sal-2012 tal-iskadenza għat-tneħħija tal-iżbilanċ eċċessiv fil-Greċja kif deskritt fl-aġġornament ta’ Jannar 2010 tal-programm ta’ stabbiltà, hija tkun qiegħda tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal korrezzjoni bbilanċjata u dejjiema (b'talba li l-korrezzjoni, wara, tilħaq mira fuq medda medja ta’ żmien qrib il-bilanċ jew li taqbżu). Biex din il-mira tintlaħaq, il-Gvern Grieg għandu jimplimenta b’mod rigoruż il-miżuri li jnaqqsu l-iżbilanċ u r-riformi strutturali inklużi fl-aġġornament ta’ Jannar 2010 tal-Programm ta’ Stabbiltà, u jkun lest jadotta aktar miżuri jekk l-aġġustament ma jkunx biżżejjed biex tinkiseb il-mira. Dan għandu jikkontribwixxi biex il-mira li l-iżbilanċ tal-gvern jitnaqqas għal taħt it-3 % tal-PGD fl-2012 tkun kredibbli.

Jekk il-proporzjon tal-iżbilanċ nominali tal-gvern ġenerali għall-2010 jinġieb għal livell ta’ 8,7 % tal-PGD abbażi tal-miżuri permanenti mbassra, direzzjoni kredibbli ta’ aġġustament, bil-għan li l-iżbilanċ jinġieb u jibqa’ taħt it-3 % tal-PGD mhux aktar tard mill-2012, tkun teħtieġ ukoll titjib sinifikanti fil-bilanċ strutturali (bilanċ nett aġġustat b’mod ċikliku ta’ darba waħda biss u miżuri temporanji), ukoll fl-2011 u fl-2012. Għaldaqstant, għal dawk is-sentejn l-isforz fiskali strutturali għandu jkun ta’ mill-inqas 3,5 % tal-PGD fl-2010 u fl-2011 u 2,5 % tal-PGD fl-2012.

Jekk il-prestazzjoni tad-dħul fl-2010 tkun aħjar milli mistenni, l-awtoritajiet Griegi għandhom jużaw l-ispazju addizzjonali ta' manuvra biex inaqqsu aktar l-iżbilanċ sabiex jikkontribwixxu għal korrezzjoni sostnuta ’l isfel fil-livelli tad-dejn pubbliku. Fil-każ oppost, il-Gvern Grieg ikollu jieħu miżuri neċessarji biex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ dħul billi jaqta' l-infiq attwali.

Għalkemm qed jonqos, il-kontribut ta’ fatturi li jaffettwaw il-proporzjon tad-dejn, barra s-self nett u t-tkabbir nominali tal-PGD (jiġifieri operazzjonijiet finanzjarji u komponenti oħra tal-hekk imsejjaħ aġġustament tal-fluss tal-istokk), li żiedu l-proporzjon tad-dejn fis-snin l-imgħoddija, huwa pproġettat li jonqos fl-2010. Għalkemm dan l-iżvilupp ippjanat tal-aġġustament tal-fluss tal-istokk jirrappreżenta titjib fir-rigward tal-imgħoddi, il-kontribut tagħhom għaż-żieda ġenerali fil-livell tad-dejn jibqa’ sors ta’ tħassib. Għaldaqstant jeħtieġ li l-Gvern Grieg jieħu azzjoni ulterjuri biex jikkontrolla tranżazzjonijiet li jżidu d-dejn, barra mill-iżbilanċ.

Il-bidla annwali fil-livelli tad-dejn tal-gvern ġenerali fl-2010 sal-2012 ma għandhiex taqbeż iż-żieda implikata mill-miri nominali tal-iżbilanċ ta’ mhux aktar minn 8,7 % tal-PGD fl-2010, 5,6 % tal-PGD fl-2011 u 2,8 % tal-PGD fl-2012, u l-ħruġ ta’ dejn meħtieġ għall-ħlas tal-arretrati u l-ġestjoni normali tal-likwidità. Għalhekk, il-bidla fil-livell tad-dejn gross ma għandhiex taqbeż EUR 22,240 biljun fl-2010, EUR 11,320 biljun fl-2011 u EUR 4,510 biljun fl-2012. Dan jikkorrispondi mal-aġġustament tal-fluss tal-istokk ta’ 0,25 % tal-PGD kull sena, fl-2010, 2011 u 2012.

Malli l-iżbilanċ eċċessiv ikun ġie kkoreġut, il-Greċja għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li jinkiseb baġit ibbilanċjat malajr f’termini strutturali biex iseħħ tnaqqis suffiċjenti u sostnut fil-livelli tad-dejn. L-ilħuq ta’ baġit bilanċjat għal ġestjoni baġitarja xierqa ta’ ekonomija b’ritmu baxx tibqa’ kwistjoni ewlenija.

Tul dawn l-aħħar snin, il-kontijiet esterni tal-ekonomija Griega marru għall-agħar b’mod sinifikanti, bl-iżbilanċi barranin għoljin u persistenti jirriflettu ħafna, id-deterjorament notevoli tal-qagħda fiskali tal-pajjiż. Il-qagħda internazzjonali netta ħżienet b’mod ċar sa mill-2004. Il-pożizzjoni negattiva tal-investimenti netti internazzjonali kienet diġà qabżet il-115 % tal-PGD fl-2009. Għaldaqstant is-settur governattiv mhux biss mhux qed jassorbi l-parti ewlenija tal-fondi barranin disponibbli, iżda qed jimblokka l-aċċess tas-settur privat għal finanzjament. Għalhekk, konsolidazzjoni fiskali kuraġġuża hija wkoll kruċjali biex ikun irkuprat it-telf fil-kompetittività u biex ikunu indirizzati l-iżbilanċi barranin eżistenti. Huma wkoll kruċjali l-miżuri strutturali u l-moderazzjoni fil-pagi biex tinġieb lura l-kompetittività fil-prezzijiet u biex ikunu kkoreġuti l-iżbilanċi barranin.

Il-konsolidazzjoni fiskali hija wkoll kruċjali biex ikun irkuprat it-telf fil-kompetittività u jkunu indirizzati l-iżbilanċi barranin eżistenti. Għal dan il-għan l-awtoritajiet Griegi għandhom jimplimentaw miżuri permanenti biex jikkontrollaw l-infiq primarju attwali, inkluża l-ispiża tal-pagi fis-settur pubbliku; u jimplimentaw b’mod urġenti riformi strutturali. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Griegi għandhom jiżguraw li miżuri ta’ tisħiħ fiskali jkunu mmirati wkoll biex tissaħħaħ il-kwalità tal-finanzi pubbliċi fil-qafas ta’ programm ta’ riforma komprensiva, waqt li jimplimentaw malajr linji politiċi biex jirriformaw aktar l-amministrazzjoni tat-taxxa.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Greċja tissottometti sas-16 ta’ Marzu 2010 rapport li jagħti fid-dettall il-miżuri u l-kalendarju ta' implimentazzjoni sabiex tikseb il-miri baġitarji tal-2010. Il-Greċja għandha tissottometti wkoll rapport sal-15 ta’ Mejju 2010 (u minn hemm ’il quddiem fuq bażi ta’ kull tliet xhur), billi tiddeskrivi l-miżuri li għandhom ikunu implimentati b’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 121(4) u d-Deċiżjoni skont l-Artikolu 126(9). B’mod partikolari, ir-rapport għandu jkollu informazzjoni dettaljata dwar miżuri konkreti implimentati sad-data tar-rapport biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni; miżuri konkreti ppjanati li jiġu implimentati wara d-data tar-rapport għal konformità ma’ din id-Deċiżjoni; il-kalendarju għall-adozzjoni tal-miżuri strutturali, deskritti fl-aġġornament ta’ Jannar 2010 tal-programm ta’ stabbiltà; twettiq ta’ kull xahar tal-baġit tal-Istat; dejta infra-annwali dwar l-implimentazzjoni baġitarja mill-fondi tas-sigurtà soċjali, il-gvern lokali u fondi barra l-baġit; ħruġ u rimborż ta’ dejn tal-gvern; informazzjoni dwar żviluppi fl-impjiegi permanenti u temporanji fis-settur pubbliku, infiq tal-gvern sakemm isir il-ħlas (arretrati akkumulati); u l-qagħda finanzjarja ta’ intrapriżi pubbliċi u entitajiet pubbliċi oħrajn (bi frekwenza annwali).

*

* *

Fid-dawl tal-evalwazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-Kunsill (i) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Greċja bil-għan li tintemm l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika u biex jitneħħa r-riskju ta’ tfixkil għall-funzjonament xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja, skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (ii) li jagħti avviż lill-Greċja skont l-Artikolu 126(9), biex tieħu l-miżuri neċessarji li l-Kunsill iqis li jkunu meħtieġa, biex tkun irrimedjata s-sitwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv tal-gvern u (iii) li jagħti opinjoni dwar il-programm ta’ stabbiltà aġġornat. Barra minn dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li jekk din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tkun magħmula pubblika skont l-Artikolu 121(4), dan għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-linji politiċi tal-Istati Membri u tal-Komunità u għandu jikkontribwixxi biex ikun hemm fehim aħjar fost aġenti ekonomiċi u għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-miżuri rrakkomandati. Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi wkoll lill-Kunsill sabiex jiddeċiedi li jagħmel pubblika r-Rakkomandazzjoni hawn mehmuża; ir-rakkomandazzjonijiet l-oħrajn u d-deċiżjoni huma pubbliċi wkoll.

2010/0031 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li permezz tagħha r-Rakkomandazzjoni ssir pubblika bil-ħsieb li tiġi fi tmiem l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika fil-Greċja u jitneħħa r-riskju li t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja jiġu fil-periklu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 121(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

1. Fi [16 ta' Frar 2010], il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni [Nru. ...] bil-ħsieb li tiġi fi tmiem l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika fil-Greċja u jitneħħa r-riskju li t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja jiġu fil-periklu.

2. Li r-Rakkomandazzjoni ssir pubblika għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Unjoni u għandu jikkontribwixxi biex ikun hemm ftehim aħjar fost l-aġenti ekonomiċi, biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri rrakomandati,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Rakkomandazzjoni [Nru ... tas-16 ta' Frar 2010] bil-ħsieb li tiġi fi tmiem l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika fil-Greċja u jitneħħa r-riskju li t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja jiġu fil-periklu għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi [16 ta’ Frar 2010].

Magħmul fi Brussell, [16 ta' Frar 2010].

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

[2] Tbassir Ekonomiku Ewropew - ħarifa 2009, European Economy , 10.

[3] ĠU 183, 15.7.2009, p. 1.

[4] European Economy , 2/2009, 2009: Ir-Rapport tat-Tixjiħ: projezzjonijiet ekonomiċi u baġitarji għall-Istati Membri UE-27 (2008-2060).

[5] European Economy , 8/2009, Is-suq tax-xogħol u l-iżviluppi fil-pagi fl-2008.

[6] Dan it-tqabbil juża d-dejta tal-kontijiet nazzjonali li jqabblu l-kumpens pubbliku għal kull impjegat fl-amministrazzjoni pubblika mal-kumpens totali industrijali għal kull impjegat matul l-2000-2007. Iż-żieda tal-pagi fis-settur pubbliku fuq dawk tas-settur privat hija wkoll ogħla minn dik ta' Stati Membri oħra fiż-żona tal-euro li dwarhom id-dejta hija disponibbli - pereżempju Spanja jew l-Italja.

[7] European Economy , 9/2009.

[8] Tabilħaqq l-isfida demografika fil-Greċja konsistentement ġiet imbassra li se tkun agħar mill-medja tal-UE u l-projezzjonijiet tal-Eurostat 2008 juru żieda fil-proporzjon ta' dipendenza tat-tixjiħ minn 27,8 % fl-2008 għal 57,1 % fl-2060. Il-proporzjon ta' bejn dawk li jħallsu l-bolla u l-pensjonanti laħaq 1,75:1 minflok ta' 4:1 li huwa meħtieġ biex taħdem is-sistema ta' pensjoni ta' ħlas tul il-ħajja.

[9] Il-proporzjon tal-benefiċċju huwa l-benefiċċju medju tal-pensjonijiet pubbliċi, bħala sehem tal-paga medja fl-ekonomija kollha.

[10] Il-Liġi 3655/2008 tindirizza xi wħud mid-djgħufijiet amministrattivi tas-sistema tal-pensjoni Griega, filwaqt li tintroduċi għadd ta' aġġustamenti ta' parametri. L-ewwel, il-Liġi tnaqqas l-għadd ta' fondi minn 113 għal 13, b'hekk tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi u ttejjeb il-monitoraġġ. It-tieni, il-Liġi tintroduċi numru individwali tas-sigurtà soċjali biex ittejjeb il-kontroll tal-infiq u tnaqqas l-evażjoni tal-kontribuzzjoni. It-tielet, twaqqaf il-Fond tal-Assikurazzjoni għas-Solidarjetà Interġenerazzjonali biex tissalvagwardja l-ħlas tal-pensjonijiet fil-ġejjieni. Barra minn hekk, il-Liġi toffri inċentivi finanzjarji biex ittawwal il-ħajja tax-xogħol sa tliet snin lil hinn mill-età statutorja tal-pensjoni u ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar il-liv tal-omm biex iżżid is-sehem tan-nisa fis-suq tax-xogħol.

[11] OECD (2009), Economic Survey of Greece 2009 , kapitolu 3: Kapitolu 3 Titjib fir-rendiment tas-sistema tal-kura tas-saħħa.

[12] Sors: UE KLEMS, 2005.

[13] Dan jidher fl-indikaturi tal-OECD 2007 tar-regolamentazzjoni tal-enerġija, it-trasport u l-komunikazzjoni. L-indikatur tar-regolamentazzjoni tal-Greċja fl-elettriku huwa ta' 2.1 u 3.5 fil-gass, b'paragun ma' 1.5 u 2.5 fil-pajjiżi tal-UE tal-OECD.

[14] Indiċi tal-OECD 2007 ta' 5.3 b'paragun ma' 3.4 fil-pajjiżi tal-UE tal-OECD.

[15] Getting Electricity . A pilot indicator set from the Doing Business project. Bank Dinji. 2010

[16] L-aċċess għas-self tal-Eurosistema tjieb permezz ta' tibdil fir-regoli kollaterali tal-BĊE. Iżda, l-Eurosistema mistennija terġa' tibda tapplika l-kriterji tagħha ta' qabel il-kriżi għall-eliġibbiltà kollaterali fi tmiem l-2010.

[17] Il-liċenzja ta' Aspis Pronoia S.A. ġiet irtirata fil-21 ta' Settembru 2009 flimkien ma' dik ta' erba' kumpaniji żgħar tal-assikurazzjoni tal-Grupp Aspis li jopera fil-Greċja. Dan kien l-aktar minħabba l-istat dgħajjef ħafna tal-karta tal-bilanċi ta' dawn il-kumpaniji. Madankollu, l-ammont li l-Gvern Grieg jista' jintalab li jipprovdi biex tinżamm l-istabbiltà fil-qasam huwa żgħir.

[18] F'aktar dettall, impatt li jżid l-iżbilanċ ta' nefqa ta' darba ta' 1,25 % tal-PGD u taxxa ta' darba ta' madwar 0,25 % tal-PGD. Dan tal-aħħar jinkludi taxxa ta' darba minn familji bi dħul speċjali sa dawk ta' dħul għoli u l-miżuri ta' amnestija fiskali implimentati fl-2009.

[19] http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/publication_summary16053_en.htm

[20] Skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009, l-Eurostat esprima riżerva dwar il-kwalità tad-dejta li ntbagħtet mill-Greċja, minħabba nuqqas ta' ċertezzi sinifikanti dwar iċ-ċifri mibgħuta mill-awtoritajiet Griegi tal-istatistika (Stqarrija għall-Istampa Eurostat 149/2009 tal-21 ta' Ottubru 2009). Ir-riżerva tal-Eurostat dwar l-istatistika tal-finanzi tal-Gvern Grieg għadha ma ġietx irtirata. Ara wkoll ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istatistika tal-Gvern Grieg dwar l-Iżbilanċ u d-Dejn - COM(2010) 1, 8.1.2010.

[21] Konċessjoni speċjali mħallsa lill-familji b'salarju baxx (EUR 203 miljun euro), spiża amministrattiva marbuta mal-elezzjonijiet bikrijin ta' Ottubru 2009 (EUR 244 miljun) u ħlas ta' arretrati marbuta mal-isptarijiet (EUR 975 miljun), sussidji u għotjiet lil entitajiet pubbliċi oħra (EUR 394 miljun), ħlas ta' penali wara deċiżjoni tal-qorti dwar il-kumpanija nazzjonal ta' trasport bl-ajru u affarijiet oħra (EUR 541 miljun). It-total huwa EUR 3 228 miljun jew 1,25 % tal-PGD.

[22] Il-biċċa l-kbira tal-miżuri ppjanati kellhom l-għan ewlieni li jżidu d-dħul fuq bażi temporanja (ħlas ta' taxxi, kontribuzzjoni supplementari ta' taxxi għal dawk li jaqilgħu ħafna, taxxa addizzjonali fuq bini bi vjolazzjoni tal-użu tal-art, eċċ.) jew permanenti (żieda fid-dazji tas-sisa fuq it-tabakk u l-alkoħol, rata ta' taxxa ogħla fuq id-dividendi u l-istokk options, eċċ.). Fuq in-naħa tal-infiq, tħabbru xi miżuri (bħal tnaqqis fl-infiq kurrenti, iffriżar tal-pagi u tal-pensonijiet fis-settur pubbliku, tnaqqis fl-għajnuna għall-iżvilupp lil hinn mix-xtajta, eċċ.) matul is-sena.

[23] Pereżempju, l-impożizzjoni ta' taxxa addizzjonali fuq il-bini bi qsur tal-liġi fl-użu tal-art (b'impatt baġitarju stmat għal madwar 0,5% of PGD) imħabbra f'Ġunju 2009 ma ġietx implimentata, billi ġiet dikjarata bħala li hija kontra l-kostituzzjoni mill-qrati Griegi. Aktar eżempji ta' miżuri li sarfu f'anqas mill-ammonti ppjanati fil-bidu kienu jinkludu l-iffriżar tal-pagi u l-pensjonijiet fis-settur pubbliku, l-estensjoni tal-iskadenza għall-ħlas tat-taxxi, dazji fuq l-użu tal-mowbajls, taxxi addizzjonali fuq is-sidien tal-jottijiet, eċċ.

[24] http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/product_details/publication?p_product_ code=COM_2010_report_greek

[25] Dan ikun l-impatt nett baġitarju ta' dħul ta' darba ta' 0,5 % tal-PGD (fondi miġbura fir-rigward tal-iskema ta' likwidità tal-qasam finanzjarju, u taxxa speċjali fuq impriżi li għandhom qligħ għoli u fuq il-proprjetajiet kbar) u infiq ta' darba ta' 0,25 % tal-PGD (marbut mat-tieni pagament tal-benefiċċju ta' solidarjetà soċjali mħallas lill-familji foqra).

[26] Iż-żieda tar-rati ta' użu tat-telefonija mobbli u tad-dazji tas-sisa fuq il-karburant diġà kienet ġiet leġiżlata mill-Parlament ta' qabel, qabel l-elezzjonijiet ġenerali ta' Ottubru.

[27] L-unifikazzjoni tas-sistemi ta' ġbir tat-taxxi u tas-sigurtà soċjali, l-adozzjoni ta' approċċ imsejjes fuq ir-riskju fil-proċess ta' verifika tal-kontijiiet, l-impożizzjoni ta' obbligu legali għall-impriżi biex iżommu kontabbiltà b'mod professjonali mal-banek kommerċjali u jwettqu l-ħlas permezz tas-sistema bankarja, reviżjoni ta' verifiki attwali doppji, is-sostituzzjoni tal-verifiki formali minn fuq kotba u dokumenti b'verifiki fil-fond, il-ġbir ta' dettalji tar-riċevuti kollha maħruġa, it-tneħħija tal-innegozjar fil-proċess ta' valutazzjoni tal-piena u adozzjoni ta' sistema ta' punti msejsa fuq kriterji oġġettivi, it-twaqqif u l-użu ta' sistema ta' ġestjoni tal-każi ta' verifika msejsa fuq l-informatika, amnestija għall-individwi jew kumpaniji li jgħinu biex uffiċjali korrotti jittelgħu quddiem il-qorti, it-tneħħija tad-diretturi reġjonali tal-uffiċċji fiskali mill-proċess ta' soluzzjoni ta' tilwim billi dan it-tilwim jinstema f'postijiet ċentralizzati, it-tnaqqis tal-għadd ta' uffiċċji reġjonali fiskali bl-adozzjoni ta' mezzi oħra ta' ksib ta' formoli, għajnuna u mili ta' formoli ta' dikjarazzjoni ta' taxxa (imsejsa fuq il-web, il-posta jew ċentru telefoniku) eċċ.

[28] Il-konċessjonijiet ta' kull xhar lill-uffiċjali tal-gvern, barra mis-salarju nominali tagħhom, mhumiex uniformi mad-dipartimenti kollha tal-gvern. Hemm konċessjonijiet f'ministeri li jaqbżu l-100 % tas-salarju statutorju nominali li fil-fatt jirduppjaw il-qligħ ta' kull xahar tal-impjegati tal-ministeru, filwaqt li hemm ministeri oħra u entitajiet pubbliċi fejn il-konċessjonijiet ta' kull xahar ma jaqbżux it-30 % tas-salarju statutorju nominali.

[29] S'issa, l-indikaturi disponibbli iżda mhux kompluti jissuġġerixxu li r-riskju ta' nuqqas ta' lħuq ta' miri tal-baġit tal-2009, barra mit-12,7% tal-PGD, jekk ikun hemm, għandu jkun żgħir. Kif meħtieġ bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009, l-ewwel riżultat fiskali għall-2009 se jkun nnotifikat mis-Servizz tal-Istatistika Nazzjonali tal-Greċja sal-1 ta' April 2010.

[30] 'Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku', Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew, COM(2008) 800, 26.11.2008.

[31] Ara l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell, tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008, referenza 17271/1/08 REV 1.

[32] Ara d-deċiżjoni tal-Eurostat dwar ir-reġistrazzjoni tal-istatistika ta' interventi pubbliċi b'appoġġ tal-istituzzjonijiet finanzjarji u s-swieq finanzjarji matul il-kriżi finanzjarja, l-Istqarrija tal-Eurostat għall-Aħbarijiet Nru 103/2009 tal-15 ta' Lulju 2009, u ‘ Accounting for Bank Rescues’ f' Public Finances in EMU-2009 , European Economy, 5, p. 59-63.

[33] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2008/390/KE (ĠU L 137, 27.5.2008, p. 13).

[34] ĠU L 183, 15.7.2009, p. 1.

[35] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Qed titqies ukoll l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju dwar "L-ispeċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-linji gwida dwar il-format u l-kontenut ta' programmi ta' stabbiltà u konverġenza", approvata mill-Kunsill tal-ECOFIN tal-20 ta' Novembru 2009, disponibbli f’: http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/deficit/legal_texts/index_en.htm

[36] Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 (li sadanittant ġie sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, darbtejn fis-sena, dwar id-defiċit u l-livelli tad-dejn tal-gvern. In-notifiki l-aktar riċenti tal-Greċja huma disponibbli fuq:http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/government_finance_statistics/procedure/edp_notification_tables

[37] Stqarrija għall-Istampa tal-Eurostat Nru 147/2008 tat-22.10.2008.

[38] Id-dokumenti kollha marbuta mal-PŻE għall-Greċja jinsabu fil-websajt li ġejja:http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/deficit/countries/index_en.htm

[39] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/415/KE (ĠU L 135, 30.5.2009, p. 21).

[40] http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/publication_summary16243_en.pdf

[41] Skont il-projezzjonijiet inklużi fir-Rapport tal-2009 dwar is-Sostenibbiltà ( European Economy , 9), l-infiq tal-gvern f'infiq marbut mal-età jista' jiżdied, fuq suppożizzjoni ta' politika li ma tinbidilx, sa 16-il punt perċentwali tal-PGD mill-2010 sal-2060, li minnhom 12,5 punti jirreferu għal pensjonijiet. Ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ‘Is-Sostenibbiltà fit-Tul tal-Finanzi Pubbliċi għal Ekonomija li qed Tirkupra’ - COM(2009) 545, 14.10.2009.

Top