Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1108

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1108 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà inizjali tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni, u r-Regolament Delegat (UE) 2019/945 fir-rigward tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u ta’ operaturi minn pajjiżi terzi ta’ sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

C/2024/1570

ĠU L, 2024/1108, 23.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1108/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1108/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1108

23.5.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1108

tat-13 ta’ Marzu 2024

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà inizjali tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni, u r-Regolament Delegat (UE) 2019/945 fir-rigward tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u ta’ operaturi minn pajjiżi terzi ta’ sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) u l-punt (d) tal-Artikolu 61(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2018/1139 dwar il-konformità tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, meta jitqiesu n-natura u r-riskju li joħolqu l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, jistabbilixxi li, skont dan ir-riskju u n-natura, jaf ikun hemm bżonn ċertifikat għad-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u tal-magni, l-iskrejjen, il-partijiet, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-kontroll mill-bogħod tagħhom.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord.

(3)

Il-punt (b) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 jipprevedi li l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikat meħtieġ skont l-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament jistgħu jkunu bbażati jew jikkonsistu mir-rekwiżiti essenzjali għad-disinn kif stabbilit fl-Anness IX tar-Regolament (UE) 2018/1139 u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fl-Anness III tal-istess Regolament.

(4)

Jenħtieġ li jiġi adattat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (3) li jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-produzzjoni tal-inġenji tal-ajru ċivili, u tal-magni, l-iskrejjen u l-partijiet li jridu jiġu installati fihom, biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord.

(5)

Dawn l-ispeċifiċitajiet jinkludu t-tagħmir għall-kontroll mill-bogħod tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1139. Dak it-tagħmir hu ddefinit bħala “unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ” fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1110 (4).

(6)

L-operazzjonijiet sikuri tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li huma soġġetti għal ċertifikazzjoni li teżiġi li l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ tkun soġġetta għall-istess proċeduri li skonthom jinħarġu ċ-ċertifikati għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u li jkunu jiddeterminaw li l-istess proċess taċ-ċertifikazzjoni japplika għas-sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord peress li dawn ikunu magħmula mill-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u mill-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ tiegħu.

(7)

Is-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord eħfef mill-arja joħolqu riskju intrinsiku għal partijiet terzi, għalkemm inqas minn konfigurazzjonijiet oħra ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u għalhekk jistgħu jitħaddmu mingħajr il-bżonn li jinħareġ ċertifikat għad-disinn.

(8)

Il-verifika tad-disinn tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, li jkunu ġew iddisinjati jew modifikati b’mod speċifiku għal finijiet tar-riċerka, esperimentali jew xjentifiċi tista’ ssir mingħajr il-bżonn li jinħareġ ċertifikat tat-tip, għax tipikament dawn joperaw f’ambjent b’riskju iżjed baxx.

(9)

Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalihom hemm bżonn ċertifikat tat-tip jenħtieġ li tikkonforma mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107 (5), filwaqt li l-konformità mhix meħtieġa għas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li huma maħsuba biex jintużaw f’operazzjonijiet li għalihom iċ-ċertifikat tat-tip ma jkunx obbligatorju f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) 2019/945, anke jekk il-manifattur ikun għażel li japplika għalih.

(10)

Biex il-partijiet ikkonċernati jingħataw biżżejjed żmien biex jiżguraw il-konformità mal-qafas il-ġdid għall-ajrunavigabbiltà inizjali tas-sistemi ċċertifikati tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS), dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2025,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (UE) Nru 748/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tal-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali jew dikjarazzjoni ta’ konformità tal-inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet, tagħmir, unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ relatati u komponenti ta’ unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ, kif ukoll għar-rekwiżiti tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni (riformulazzjoni)”;

(2)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi, f’konformità mal-Artikoli 19, 58 u 62 tar-Regolament (UE) 2018/1139 (*1) , rekwiżiti tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi għaċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u ambjentali jew dikjarazzjoni tal-konformità tal-prodotti, il-partijiet, it-tagħmir, l-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ u l-komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ li jispeċifikaw:

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj)”;"

(ii)

il-punti (f) u (g) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(f)

l-identifikazzjoni tal-prodotti, il-partijiet, it-tagħmir, l-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ, u l-komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ;

(g)

iċ-ċertifikazzjoni ta’ ċerti partijiet, tagħmir u komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ;”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

Parti 21” tfisser ir-rekwiżiti u l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenju tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet, tagħmir, unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ u komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ relatati, u ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(d)

“Parti 21 Light” tfisser ir-rekwiżiti u l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni jew id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord maħsuba primarjament għal użu sportiv u rikreazzjonali u tal-prodotti u l-partijiet relatati, u d-dikjarazzjoni tal-kapaċità tad-disinn u tal-produzzjoni tal-organizzazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I(b) (Parti 21 Light) ta’ dan ir-Regolament;”;

(ii)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

“oġġett” tfisser parti u tagħmir li jridu jintużaw fuq inġenju tal-ajru ċivili u kwalunkwe komponent tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ;”;

(iii)

il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

“EPA” tfisser l-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti. L-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti ta’ oġġett tfisser li l-oġġett ikun ġie manifatturat skont id-data tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott u tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ relatati, ħlief għall-oġġetti tal-ETSO;”;

(iv)

jiżdiedu l-punti (l), (m), (n), (o) u (p) li ġejjin:

“(l)

“unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU)” tfisser it-tagħmir għall-kontroll u għall-monitoraġġ mill-bogħod tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif definit fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(m)

“komponent tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ” tfisser element tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ;

(n)

“installazzjoni ta’ unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ” tfisser il-proċess biex jiġu integrati l-komponenti ta’ unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ f’ambjent fiżiku eliġibbli għal dak il-għan skont sett ta’ struzzjonijiet tal-installazzjoni u tal-ittestjar, b’tali mod li l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ installata tkun tista’ tintuża biex jitħaddem inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(o)

“sistema ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS)” tfisser inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif definit fl-Artikolu 3(30) tar-Regolament (UE) 2018/1139, u l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ tiegħu;

(p)

“inġenju tal-ajru b’kapaċità tal-VTOL” (VCA) tfisser inġenju tal-ajru bil-magna u li jkun itqal mill-arja, ħlief ajruplan jew inġenju tal-ajru kbir li jaħdem bir-rotors, li kapaċi jwettaq tlugħ u nżul vertikali b’unitajiet tal-irfigħ u tal-ġbid użati biex jipprovdu rfigħ waqt it-tlugħ u l-inżul.”;

(3)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-intestatura hija sostitwita b’din li ġejja:

“Ċertifikazzjoni ta’ prodotti, partijiet, tagħmir, unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ u komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ”

(2)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-prodotti, il-partijiet, t-tagħmir, l-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ u l-komponenti tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ għandhom jinħarġu b’ċertifikati kif speċifikat fl-Anness I (il-Parti 21).”

;

(3)

fil-paragrafu 2, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“B’deroga mill-paragrafu 1, iċ-ċertifikati nkella jistgħu jinħarġu kif speċifikat fl-Anness I(b) (Parti 21 Light) għall-prodotti li ġejjin, għajr għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord:”;

(4)

fil-paragrafu 3, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, inkella tista’ ssir dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn kif speċifikat fl-Anness I(b) (Parti 21 Light), għall-prodotti li ġejjin, għajr għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord:”;

(4)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ u tal-komponenti tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ, jew għal bidliet jew tiswijiet fihom, għandha turi l-kapaċità tagħha f’konformità mal-Anness I (Parti 21).”

;

(2)

fil-paragrafu 5, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“B’deroga mill-paragrafu 1, organizzazzjoni li l-post prinċipali tan-negozju tagħha ma jkunx fi Stat Membru, tista’ turi l-kapaċità tagħha billi jkollha ċertifikat maħruġ mill-Istat għall-prodott, il-parti, it-tagħmir, l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ u l-komponent tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ li għalihom hija tkun qed tapplika f’konformità mal-Anness I (Parti 21), diment li:”;

(5)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   Organizzazzjoni responsabbli għall-manifattura ta’ prodotti, partijiet, tagħmir, unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ u komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ għandha turi l-kapaċità tagħha f’konformità mal-Anness I (Parti 21). Din it-turija tal-kapaċità mhix meħtieġa għall-partijiet, it-tagħmir jew il-komponenti tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ li jiġu manifatturati minn organizzazzjoni u li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti 21), ikunu eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat tat-tip mingħajr il-bżonn li jkollhom magħhom ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (jiġifieri l-Formola 1 tal-EASA).

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, manifattur li l-post prinċipali tan-negozju tiegħu jkun fi Stat mhux Membru jista’ juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu ċertifikat maħruġ minn dak l-Istat għall-prodott, il-parti, it-tagħmir, l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ u l-komponent tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ li japplika għalih, diment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat ikun l-Istat tal-manifattura;

(b)

l-Aġenzija tkun stabbiliet li s-sistema ta’ dak l-Istat ikollha l-istess livell indipendenti ta’ verifika tal-konformità kif previst f’dan ir-Regolament, permezz ta’ sistema ekwivalenti tal-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet jew permezz tal-involviment dirett tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat.”

;

(2)

fil-paragrafu 8, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-manifattura tal-partijiet, tat-tagħmir u tal-komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ li huma eliġibbli, f’konformità mal-Anness I (Parti 21), għall-installazzjoni fi prodott iċċertifikat tat-tip mingħajr il-bżonn li jkollhom magħhom ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (jiġifieri l-Formola 1 tal-EASA);”;

(6)

L-Anness I (il-Parti 21) huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945

Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

“sistema tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord” (“UAS”) tfisser inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (30), tar-Regolament (UE) 2018/1139 (*2) , u l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ tiegħu;

(*2)  (*) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj)”;"

(b)

il-punt (38) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(38)

“unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ” (“CMU”) tfisser it-tagħmir għall-kontroll u għall-monitoraġġ mill-bogħod tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (32), tar-Regolament (UE) 2018/1139;’;

(c)

il-punt (39) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(39)

“konnessjoni C2” tfisser il-konnessjoni tad-data bejn l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u s-CMU għall-finijiet tal-ġestjoni tat-titjira;”;

(2)

L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għandhom jiġu ċċertifikati d-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni tal-UAS li jissodisfaw xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikollha dimensjoni karatteristika ta’ 3 metri jew aktar, u tkun ġiet iddisinjata biex titħaddem fuq gruppi ta’ persuni, sakemm il-UA ma tkunx eħfef mill-arja;

(b)

tkun ġiet iddisinjata għat-trasport tan-nies;

(c)

tkun ġiet iddisinjata għat-trasport tal-oġġetti perikolużi u teħtieġ livell għoli ta’ sodezza biex jittaffew ir-riskji għall-partijiet terzi f’każ ta’ inċident;

(d)

tkun maħsuba biex tintuża fil-kategorija “speċifika” tal-operazzjonijiet kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/947, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur tal-UAS f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament, li r-riskju tal-operat ma jistax jittaffa kif xieraq mingħajr iċ-ċertifikazzjoni tal-UAS.”

;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-UAS li ġew iddisinjati jew modifikati b’mod speċifiku għall-finijiet ta’ riċerka, esperimentali jew xjentifiċi, u li aktarx jiġu manifatturati b’numri limitati ħafna. L-operat ta’ dawn il-UAS se jkun soġġett għal permess għat-titjir f’konformità mas-Subparti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.”

;

(c)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   UAS li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (*3) , fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 (*4) u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107 (*5) ,

(*3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/748/oj)."

(*4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/640/oj)."

(*5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord u l-komponenti tagħhom, u dwar l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u tal-persunal involuti f’dawn il-kompiti (ĠU L, 2024/1107, 17.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/ reg_del/2024/1107/oj).”;"

(d)

jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   L-UAS iċċertifikati għal raġunijiet għajr dawk speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 748/2012 u fir-Regolament (UE) 2015/640.”

;

(3)

l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_del/2019/945/oj?locale=mt).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/748/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1110 tal-10 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà inizjali ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord soġġetti għal ċertifikazzjoni u għal Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward tar-regoli u l-proċeduri għat-tħaddim tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L, 2024/1110, 17.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1110/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord u l-komponenti tagħhom, u dwar l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u tal-persunal involuti f’dawn il-kompiti (ĠU L, 2024/1107, 17.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/ reg_del/2024/1107/oj).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-titolu tal-Parti 21 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-prodotti, il-partijiet, it-tagħmir, l-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ, u l-komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ relatati, u tal-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni”;

(2)

il-werrej (“Werrej”) huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu tal-punt 21.A.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.2

Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant għal ċertifikat jew id-detentur ta’ ċertifikat”;

(b)

it-titolu tal-punt 21.A.35 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Testijiet tat-titjir”;

(c)

it-titolu tal-punt 21.A.115 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.115

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidliet kbar fil-formola ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari”;

(d)

it-titolu tal-punt 21.A.128 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.128”

Testijiet: magni, skrejjen, u unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMUs)”;

(e)

it-titolu tas-Subparti K tat-Taqsima A huwa sostitwit kif ġej:

“SUBPARTI K — PARTIJIET, TAGĦMIR, U KOMPONENTI TAL-UNITÀ TAL-KONTROLL U TAL-MONITORAĠĠ (CMU)”;

(f)

it-titolu tal-punt 21.A.303 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.303

Konformità mar-rekwiżiti applikabbli”;

(g)

it-titolu tal-punt 21.A.305 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.305

Approvazzjoni ta’ partijiet, tagħmir, u komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU)”;

(h)

jiżdied it-titolu l-ġdid li ġej tal-punt 21.A.308:

“21.A.308

Eliġibbiltà ta’ komponent għall-installazzjoni fuq unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU)”;

(i)

it-titolu tas-Subparti Q tat-Taqsima A huwa sostitwit kif ġej:

“SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET, TAGĦMIR, UNITAJIET TAL-KONTROLL U TAL-MONITORAĠĠ (CMUs) U KOMPONENTI TAS-CMU”;

(j)

it-titolu tal-punt 21.A.801 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.801

Identifikazzjoni ta’ prodotti u unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMUs)”;

(k)

it-titolu tal-punt 21.A.804 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.804

Identifikazzjoni ta’ partijiet, tagħmir u komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU)”;

(l)

it-titolu tas-Subparti K tat-Taqsima B huwa sostitwit kif ġej:

“SUBPARTI K — PARTIJIET, TAGĦMIR U KOMPONENTI TAL-UNITÀ TAL-KONTROLL U TAL-MONITORAĠĠ (CMU)”;

(m)

it-titolu tas-Subparti Q tat-Taqsima B huwa sostitwit kif ġej:

“SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET, TAGĦMIR, UNITAJIET TAL-KONTROLL U TAL-MONITORAĠĠ (CMUs) U KOMPONENTI TAS-CMU”;

(3)

il-punt 21.A.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.2   Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant għal ċertifikat jew id-detentur ta’ ċertifikat

L-azzjonijiet u l-obbligi li jeħtieġ jieħu l-applikant għal ċertifikat jew id-detentur ta’ ċertifikat għal prodott, parti, tagħmir, unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU) jew komponent CMU f’din it-Taqsima tista’ teħodhom kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika f’isimha stess, diment li l-applikant għal ċertifikat jew id-detentur ta’ dak iċ-ċertifikat ikunu jistgħu juru li ftiehmu mal-persuna l-oħra biex jiżguraw li l-obbligi tad-detentur taċ-ċertifikat ikunu jew ikunu se jiġu eżegwiti kif suppost.”;

(4)

il-punt 21.A.3 A huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li għandhom jew li applikaw għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, awtorizzazzjoni tal-Ordni tal-Istandard Tekniku Ewropew (ETSO), approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija maġġuri jew xi approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament għandhom:

1

jistabbilixxu u jżommu sistema għall-ġbir, l-investigazzjoni u l-analiżi tar-rapporti tal-okkorrenzi biex jidentifikaw ix-xejriet negattivi jew jindirizzaw id-defiċjenzi, u biex jisiltu l-okkorrenzi li r-rapportar tagħhom hu obbligatorju f’konformità mal-punt 3 u dawk li jiġu rrapportati b’mod volontarju. Meta s-sede prinċipali tkun fi Stat Membru, tista’ tiġi stabbilita sistema unika li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu u tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. Is-sistema tar-rappurtar għandha tinkludi:

(i)

rapporti u informazzjoni relatati ma’ fallimenti, funzjonament ħażin, difetti jew okkorrenzi oħra li jikkawżaw jew li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fuq l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, tal-parti, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMU jew tal-komponent tas-CMU koperti miċ-ċertifikat tat-tip, miċ-ċertifikat tat-tip ristrett, miċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, mill-awtorizzazzjoni tal-ETSO, mill-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija maġġuri jew minn xi approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament;

(ii)

erruri, kważi aċċidenti u perikli li ma jaqgħux fil-punt (i);

2

jagħmlu disponibbli lill-operaturi magħrufa tal-prodott, tal-parti, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMU jew tal-komponent tas-CMU u, meta jintalbu, lil xi persuna awtorizzata skont atti ta’ implimentazzjoni jew delegati oħra, l-informazzjoni dwar is-sistema stabbilita f’konformità mal-punt 1, u dwar kif għandhom jingħataw rapporti u informazzjoni relatati ma’ fallimenti, funzjonament ħażin, difetti jew okkorrenzi oħra msemmija fil-punt l(i);

3

jirrapportaw lill-Aġenzija kull falliment, funzjonament ħażin, difett jew okkorrenza oħra li jkunu konxji tagħha u li tkun relatata ma’ prodott, parti, tagħmir, UAS, CMU jew komponent tas-CMU kopert miċ-ċertifikat tat-tip, miċ-ċertifikat tat-tip ristrett, miċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, mill-awtorizzazzjoni tal-ETSO, mill-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija maġġuri jew minn xi approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament, u li jkunu rriżultaw jew jistgħu jirriżultaw f’kundizzjoni mhux sikura.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;"

(b)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, kull persuna fiżika jew ġuridika li jkollha jew li tkun applikat għal ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni skont is-Subparti G ta’ din it-Taqsima, jew li tipproduċi prodott, parti, tagħmir, UAS, CMU jew komponent tas-CMU skont is-Suparti F ta’ din it-Taqsima, għandha:

1

tistabbilixxi u żżomm sistema għall-ġbir u l-valutazzjoni tar-rapporti tal-okkorrenzi, inkluż rapporti dwar erruri, kważi aċċidenti u perikli, biex tidentifika x-xejriet negattivi jew tindirizza d-defiċjenzi u tislet l-okkorrenzi li r-rapportar tagħhom hu obbligatorju f’konformità mal-punti 2 u 3 ta’ dan il-punt u dawk li jiġu rrapportati b’mod volontarju. Għall-organizzazzjonijiet li jkollhom is-sede prinċipali tagħhom fi Stat Membru, tista’ tiġi stabbilita sistema waħda li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu u tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu;

2

tirrapporta l-każijiet kollha lid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn responsabbli, meta l-prodotti, il-partijiet, it-tagħmir, il-UAS, is-CMUs jew il-komponenti tas-CMU jkunu ġew rilaxxati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni u sussegwentement ikunu ġew identifikati devjazzjonijiet possibbli mid-data applikabbli tad-disinn, u tinvestiga mad-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn biex tidentifika dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw kundizzjoni mhux sikura;

3

tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-punt 21.1, u lill-Aġenzija, id-devjazzjonijiet li ġew identifikati f’konformità mal-punt 21.A.3 A(b)2 u li jistgħu jikkaġunaw kundizzjoni mhux sikura;

4

jekk l-organizzazzjoni tal-produzzjoni taġixxi bħala fornitur għal organizzazzjoni tal-produzzjoni oħra, tirrapporta wkoll lil dik l-organizzazzjoni l-oħra l-każijiet kollha meta tkun irrilaxxat prodotti, partijiet, tagħmir, UAS, CMUs jew komponenti tas-CMU lil dik l-organizzazzjoni u devjazzjonijiet possibbli mid-data applikabbli tad-disinn sussegwentement applikabbli.”;

(5)

il-punt 21.A.3B huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.3B   Direttivi tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Direttiva tal-ajrunavigabbiltà tfisser dokument maħruġ jew adottat mill-Aġenzija li jordna azzjonijiet li jridu jsiru fuq inġenju tal-ajru jew CMU biex dawn jitreġġgħu lura għal livell aċċettabbli ta’ sikurezza, meta l-evidenza turi li l-livell ta’ sikurezza tal-inġenju tal-ajru, tal-UAS jew tas-CMU tista’ tiġi kompromessa b’xi mod ieħor.

(b)

L-Aġenzija għandha toħroġ direttiva tal-ajrunavigabbiltà meta:

1.

l-Aġenzija tistabbilixxi li teżisti kundizzjoni mhux sikura f’inġenju tal-ajru, f’UAS jew f’CMU, minħabba xi defiċjenza fl-inġenju tal-ajru, jew f’magna, fi skrun, f’parti jew f’tagħmir installat fuq dan l-inġenju tal-ajru, jew minħabba defiċjenza fis-CMU jew fil-komponent tas-CMU; u

2.

dik il-kundizzjoni aktarx li teżisti jew tiżviluppa f’inġenji tal-ajru, UAS jew CMUs oħrajn.

(c)

Meta direttiva ta-ajrunavigabbiltà jkollha tinħareġ mill-Aġenzija biex tissewwa l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza msemmija fil-punt (b), jew biex jintalab li ssir spezzjoni, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew ta’ xi approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament, għandu:

1.

jipproponi l-azzjoni korrettiva xierqa jew l-ispezzjonijiet meħtieġa, jew it-tnejn, u jissottometti d-dettalji ta’ dawn il-proposti lill-Aġenzija għall-approvazzjoni; u

2.

meta tingħata l-approvazzjoni mill-Aġenzija għall-proposti msemmija fil-punt 1, jagħmel disponibbli d-data deskrittiva xierqa u l-istruzzjonijiet tal-eżekuzzjoni għall-operaturi jew għas-sidien magħrufa kollha tal-prodott, tal-parti, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMU jew tal-komponent tas-CMU u, meta jintalab, għal kull persuna li jeħtieġ tikkonforma mad-direttiva tal-ajrunavigabbiltà.

(d)

Direttiva tal-ajrunavigabbiltà għandu jkollha mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1.

identifikazzjoni tal-kundizzjoni mhux sikura;

2.

identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tas-CMU affettwati;

3.

l-azzjoni(jiet) meħtieġa;

4.

il-ħin tal-konformità għall-azzjoni(jiet) meħtieġa;

5.

id-data tad-dħul fis-seħħ tad-direttiva tal-ajrunavigabbiltà.”;

(6)

fil-punt 21.A.4, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-appoġġ xieraq tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, tal-parti, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMU jew tal-komponent tas-CMU.”;

(7)

fil-punt 21.A.5, il-punti (a), (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

meta jfasslu prodott, parti, tagħmir, UAS, CMU jew komponent tas-CMU, jew bidliet jew tiswijiet għalih, jistabbilixxu sistema għaż-żamma tar-rekords u jżommu l-informazzjoni/data rilevanti dwar id-disinn; din l-informazzjoni/data għandha tkun disponibbli għall-Aġenzija biex tipprovdi l-informazzjoni/data meħtieġa biex tiżgura l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, tal-parti, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMU jew tal-komponent tas-CMU, il-validità kontinwa tad-data tal-adegwatezza operattiva, u l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

(b)

meta jipproduċu prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU, jirreġistraw id-dettalji tal-proċess tal-produzzjoni li hu rilevanti għall-konformità tal-prodott, tal-parti, tat-tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU mad-data applikabbli tad-disinn, u r-rekwiżiti imposti fuq is-sħab u l-fornituri tagħhom, u jagħmlu dik id-data disponibbli għall-awtorità kompetenti tagħhom biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, tal-parti, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMU jew tal-komponent tas-CMU;

(c)

fir-rigward tal-permessi għat-titjir:

1.

iżommu d-dokumenti ġġenerati biex jiġu stabbiliti u ġġustifikati l-kundizzjonijiet tat-titjir, u jagħmluhom disponibbli għall-Aġenzija u għall-awtorità kompetenti tagħhom tal-Istat Membru biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwata tal-inġenju tal-ajru, tal-UAS u tas-CMU;

2.

meta joħorġu permess għat-titjir bil-privileġġ tal-organizzazzjonijiet approvati, iżommu d-dokumenti assoċjati miegħu, inkluż rekords tal-ispezzjoni u dokumenti li jappoġġaw l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir u l-ħruġ tal-permess għat-titjir innifsu, u jagħmluhom disponibbli għall-Aġenzija u għall-awtorità kompetenti tagħhom tal-Istat Membru li tkun responsabbli għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni ħalli tingħata l-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru, tal-UAS u tas-CMU;”;

(8)

il-punt 21.A.6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.6   Manwali

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip ristrett, jew ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari għandu:

“(a)

jipproduċi, iżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali jew tal-varjazzjonijiet fil-manwali kollha li huma meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli u mir-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għall-prodott, għall-UAS, għas-CMU jew għall-oġġett, u jekk jintalab, għandu jipprovdi kopji tagħhom lill-Aġenzija;

(b)

għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, jiddetermina jekk l-installazzjoni ta’ CMU f’ambjent fiżiku hix meħtieġa, u jipprovdi l-istruzzjonijiet kollha meħtieġa lill-operatur għall-installazzjoni tas-CMU u biex l-installazzjoni tiegħu tiġi rilaxxata f’konformità mal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107;

(9)

il-punt 21.A.7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.7   Struzzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kontinwa

“(a)

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip ristrett, ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari, ta’ approvazzjoni ta’ bidliet fid-disinn jew ta’ disinji tat-tiswija għandu jiżviluppa jew jagħti referenza tal-istruzzjonijiet meħtieġa biex ikun żgurat li jinżamm l-istandard tal-ajrunavigabbiltà marbut mat-tip ta’ inġenju tal-ajru, ta’ UAS, u ta’ CMU u xi parti assoċjata jew ta’ komponent tas-CMU tul il-ħajja operattiva tal-inġenju tal-ajru jew tal-UAS, meta tintwera l-konformità mal-bażi applikabbli stabbilita u notifikata mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.B.80.

(b)

Għandu jingħata mill-anqas sett wieħed ta’ struzzjonijiet sħaħ għal ajrunavigabbiltà kontinwa mid-detentur ta’:

1.

ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett lil kull sid magħruf ta’ prodott wieħed jew aktar, ta’ UAS jew ta’ CMUs, mal-konsenja tiegħu jew mal-ħruġ tal-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għall-inġenju tal-ajru affettwat, skont liema minnhom tiġri l-aħħar;

2.

ċertifikat tat-tip supplimentari jew approvazzjoni ta’ bidliet fid-disinn għall-operaturi kollha magħrufa tal-prodott, tal-UAS jew tas-CMU affettwata mill-bidla, mar-rilaxx għas-servizz tal-prodott modifikat jew tas-CMU modifikata;

3.

approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija lill-operaturi magħrufa kollha tal-prodott jew tas-CMU affettwati mit-tiswija mar-rilaxx għas-servizz tal-prodott jew tas-CMU li fih ikun inkorporat id-disinn tat-tiswija; il-prodott imsewwi, il-parti, it-tagħmir, is-CMU jew il-komponent tas-CMU jistgħu jiġu rilaxxati fis-servizz qabel ma jkunu tlestew l-istruzzjonijiet relatati għall-ajrunavigabbiltà kontinwa, iżda dan għandu jkun għal perjodu ta’ servizz limitat, u bi qbil mal-Aġenzija.

Minn dakinhar ’il quddiem, dawk id-detenturi ta’ approvazzjoni tad-disinn għandhom jagħmlu dawk l-istruzzjonijiet disponibbli meta jintalbu, lil kull persuna oħra li jeħtieġ tikkonforma ma’ dawk l-istruzzjonijiet.

(c)

Bħala deroga mill-punt (b), id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett jista’ jipposponi d-disponibbiltà ta’ parti mill-istruzzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, li tittratta l-istruzzjonijiet tal-eżekuzzjoni fit-tul ta’ natura skedata, sakemm il-prodott jew is-CMU, jew il-prodott modifikat jew is-CMU modifikata, tidħol fis-servizz, iżda għandu jagħmel dawk l-istruzzjonijiet disponibbli qabel ma jkun meħtieġ l-użu ta’ din id-data għall-prodott jew il-prodott modifikat.

(d)

Id-detentur ta’ approvazzjoni tad-disinn li jeħtieġ jipprovdi struzzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kontinwa f’konformità mal-punt (b), għandu wkoll jagħmel il-bidliet f’dawk l-istruzzjonijiet disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha tal-prodott, tal-UAS jew tas-CMU affettwata mill-bidla u, meta jintalab, għal kull persuna oħra li jeħtieġ tikkonforma ma’ dawk il-bidliet. Dak id-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn għandu juri lill-Aġenzija, meta jintalab, l-adegwatezza tal-proċess li bih il-bidliet fl-istruzzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kontinwa jsiru disponibbli f’konformità ma’ dan il-punt.”;

(10)

fil-punt 21.A.9, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

tagħti aċċess lill-awtorità kompetenti għal kull faċilità, prodott, parti, tagħmir, CMU, komponent tas-CMU, dokument, rekord, data, proċess, proċedura jew xi materjal ieħor biex tirrieżamina kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni, jew twettaq jew tara kwalunkwe test tat-titjira u tal-art, kif meħtieġ, biex tivverifika l-konformità inizjali u kontinwa tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu;”;

(11)

il-punt 21.A.11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.11   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tat-tip għall-prodotti u għas-CMUs u ċertifikati tat-tip ristretti għall-inġenji tal-ajru, kif ukoll tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal dawk iċ-ċertifikati, jew id-detenturi tagħhom.”;

(12)

il-punt 21.A.15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha tinkludi, imqar, id-data deskrittiva preliminari tal-prodott, l-użu maħsub tal-prodott, tal-UAS jew tas-CMU, u t-tip ta’ operazzjonijiet li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, din għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni, jew tiġi ssupplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, biex tintwera l-konformità mal-punt 21.A.20, li jkun jikkonsisti minn dan li ġej:

1.

deskrizzjoni dettaljata tad-disinn tat-tip, inkluż il-konfigurazzjonijiet kollha li jridu jiġu ċċertifikati;

2.

il-karatteristiċi operattivi proposti u l-limitazzjonijiet;

3.

l-użu maħsub tal-prodott, tal-UAS jew tas-CMU, u t-tip ta’ operazzjonijiet li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

4.

proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inizjali, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, imħejjija f’konformità mar-rekwiżiti u l-opzjonijiet speċifikati fil-punti 21.B.80, 21.B.82 u 21.B.85;

5.

proposta għal diżaggregazzjoni tal-programm taċ-ċertifikazzjoni fi gruppi sinifikattivi ta’ attivitajiet u ta’ data tat-turija tal-konformità, inkluż proposta għall-mezz ta’ konformità u d-dokumenti tal-konformità relatati;

6.

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikattivi tal-attivitajiet u tad-data tat-turija tal-konformità, li jindirizzaw il-probabbiltà ta’ nonkonformità mhux identifikata mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva jew mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u l-impatt potenzjali ta’ dik in-nonkonformità fuq is-sikurezza tal-prodotti u tal-UAS jew fuq il-protezzjoni ambjentali jew fuq is-sikurezza tas-CMU. Il-valutazzjoni proposta għandha tqis imqar l-elementi msemmija fis-sottopunti (1) sa (4) tal-punt 21.B.100(a). Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tat-turija tal-konformità;

7.

skeda tal-proġett li tkun tinkludi t-tappi ewlenin.”;

(b)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat ristrett tat-tip ta’ ajruplan kbir jew ta’ inġenju tal-ajru kbir bir-rotors għandha tkun valida għal 5 snin, u applikazzjoni għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett oħra għandha tkun valida għal 3 snin sakemm, waqt l-applikazzjoni, l-applikant ma jurix li l-prodott, l-UAS jew is-CMU tiegħu jeħtieġ perjodu itwal taż-żmien biex ikun jista’ juri u jiddikjara l-konformità u l-Aġenzija taqbel mal-perjodu itwal taż-żmien.”;

(13)

il-punt 21.A.19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.19   Bidliet li jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproponi bidliet fil-prodott għandha tapplika għal ċertifikat tat-tip ġdid jekk l-Aġenzija ssib li l-bidliet fid-disinn, fil-potenza, fil-forza propulsiva jew fil-massa jkunu tant estensivi li jkun hemm bżonn investigazzjoni sostanzjalment sħiħa tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproponi bidla f’UAS jew f’CMU għandha tapplika għal ċertifikat tat-tip ġdid jekk l-Aġenzija ssib li l-bidla fid-disinn, fil-potenza, fil-forza propulsiva jew fil-massa jkunu tant estensivi li jkun hemm bżonn investigazzjoni sostanzjalment sħiħa tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli.”;

(14)

fil-punt 21.A.20(d), il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tagħmel il-prodott, l-UAS jew is-CMU mhux sikuri għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni.”;

(15)

il-punt 21.A.21 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.21   Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett

(a)

Biex jinħareġ ċertifikat tat-tip ta’ prodott jew ta’ CMU, jew ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru, għall-inġenju tal-ajru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-applikant għandu:

1.

juri l-kapaċità tiegħu f’konformità mal-punt 21.A.14;

2.

juri l-konformità f’konformità mal-punt 21.A.20;

3.

għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru, juri li l-magna jew l-iskrun, jew it-tnejn, jekk jiġu installati fuq l-inġenju tal-ajru:

(i)

għandhom ċertifikat tat-tip maħruġ jew stabbilit f’konformità ma’ dan ir-Regolament; jew

(ii)

huma konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tal-inġenju tal-ajru stabbilita għal inġenji tal-ajru li mhumiex inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, jew mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tal-UAS għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali identifikati u notifikati mill-Aġenzija kif meħtieġ biex ikun żgurat it-titjir sikur tal-inġenju tal-ajru;

4.

għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord:

(i)

juri l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tal-UAS f’konformità mal-punt 21.B.80;

(ii)

juri li s-CMU għandha ċertifikat tat-tip maħruġ f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jekk is-CMU tkun ġiet iċċertifikata separatament mill-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

(b)

B’deroga mill-punt (a)(2), u b’talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-applikant hu intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru maħruġ qabel ma l-applikant juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta din id-data tkun se tintuża effettivament.”;

(16)

il-punt 21.A.31 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.31   Disinn tat-tip

(a)

Id-disinn tat-tip għandu jkun magħmul minn:

1.

it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, u l-lista ta’ dawk it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, li huma meħtieġa biex jiġu ddefiniti l-konfigurazzjoni u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott, tal-UAS jew tas-CMU murija għal konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali;

2.

informazzjoni dwar il-materjali u l-proċessi u dwar il-metodi tal-manifattura u tal-assemblaġġ tal-prodott u tas-CMU meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità tal-prodott u tas-CMU;

3.

taqsima dwar il-limitazzjonijiet approvati tal-ajrunavigabbiltà fl-istruzzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli; u

4.

kull data oħra li b’paragun tippermetti d-determinazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u, jekk rilevanti, il-karatteristiċi ambjentali tal-prodotti u tas-CMUs tal-istess tip li jsiru aktar ’il quddiem.

(b)

Kull disinn tat-tip għandu jiġi identifikat kif xieraq.”;

(17)

fil-punt 21.A.33(b)(1), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

il-partijiet tal-prodotti u tas-CMU jikkonformaw kif xieraq mat-tpinġijiet tad-disinn tat-tip propost; u”;

(18)

il-punt 21.A.35 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-applikant għandu jwettaq it-testijiet kollha tat-titjir li l-Aġenzija tqis meħtieġa biex tiġi stabbilita:

1.

il-konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; u

2.

jekk hemmx aċċertament raġonevoli li l-inġenju tal-ajru, il-partijiet, it-tagħmir, il-UAS jew is-CMU tiegħu huma affidabbli u jiffunzjonaw sew għall-inġenju tal-ajru, għall-UAS u għas-CMUs li jridu jiġu ċċertifikati skont dan l-Anness, ħlief għal:

(i)

sailplanes, għajr is-sailplanes mingħajr bdot abbord, u sailplanes bil-magna, għajr is-sailplanes bil-mutur mingħajr bdot abbord;

(ii)

blalen tal-arja u iġfna tal-ajru definiti għal ELA1 jew ELA2;

(iii)

ajruplani, għajr l-ajruplani mingħajr bdot abbord, b’massa massima waqt it-tlugħ (MTOM) ta’ 2 722 kg jew anqas.”;

(b)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

It-testijiet tat-titjir preskritti fil-punt (b)(2) għandhom jinkludu:

1.

għall-inġenji tal-ajru, għajr l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord:

(i)

is-sigħat tat-titjir li l-Aġenzija tqis meħtieġa biex tiżgura li t-tħaddim sikur tagħha jintwera qabel ma jibda jitħaddem l-inġenju tal-ajru, u għandhom ikunu mill-anqas 150 siegħa;

(ii)

b’mod partikolari, għall-inġenji tal-ajru li jkollhom magni b’turbina ta’ tip li ma jkunx intuża qabel f’inġenji tal-ajru b’ċertifikat tat-tip, mill-anqas 300 siegħa tat-tħaddim, filwaqt li l-bqija tal-magni jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip;

2.

għall-UAS u s-CMUs, is-sigħat tat-titjir li l-Aġenzija tqis meħtieġa, meta jitqies il-grad tal-kumplessità tad-disinn tal-inġenju tal-ajru u tas-CMU u r-riskju tagħhom għas-sikurezza, biex ikun żgurat li jintwera t-tħaddim sikur tagħhom qabel ma l-inġenju tal-ajru u s-CMU jidħlu fis-servizz.”;

(19)

il-punt 21.A.41 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.41   Ċertifikat tat-tip

Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandhom jinkludu d-disinn tat-tip, il-limitazzjonijiet operattivi, l-istruzzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip dwar l-ajrunavigabbiltà u l-emissjonijiet, il-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li magħhom l-Aġenzija tirreġistra l-konformità, u kull kundizzjoni jew limitazzjoni oħra preskritta għall-prodott, għall-UAS jew għas-CMU fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali. Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru għandhom ikunu jinkludu l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, id-data tal-adegwatezza operattiva, u l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip għall-istorbju. L-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip u taċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru għandha tinkludi r-rekord tal-konformità tal-emissjonijiet tas-CO2, u l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna għandha tinkludi r-rekord tal-konformità tal-emissjonijiet tal-egżost.”;

(20)

fil-punt 21.A.90B(a), il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

b’rabta ma’:

(i)

ajruplani b’massa massima waqt it-tlugħ (MTOM) ta’ 5 700 kg jew anqas;

(ii)

inġenji tal-ajru bir-rotors b’MTOM ta’ 3 175 kg jew anqas;

(iii)

sailplanes, sailplanes bil-magna, blalen tal-arja u iġfna tal-ajru, kif definiti għal ELA1 jew ELA2;

(iv)

inġenji tal-ajru b’kapaċità tal-VTOL b’MTOM ta’ 5 700 kg jew anqas;”;

(21)

il-punt 21.A.91 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.91   Klassifikazzjoni tal-bidliet f’ċertifikat tat-tip

Il-bidliet f’ċertifikat tat-tip għandhom jiġu kklassifikati bħala “minuri” jew “maġġuri”. “Bidla minuri” ma għandha l-ebda effett konsiderevoli fuq il-massa, il-bilanċ, is-saħħa strutturali, l-affidabbiltà, il-karatteristiċi operattivi, id-data tal-adegwatezza operattiva, jew karatteristiċi oħra li jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-prodott jew tal-UAS, jew il-karatteristiċi ambjentali tagħha, jew ma għandha l-ebda effett konsiderevoli fuq l-affidabbiltà, il-karatteristiċi operattivi, jew karatteristiċi oħra li jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tas-CMU. Mingħajr preġudizzju għall-punt 21.A.19, il-bidliet l-oħra kollha għandhom jitqiesu bħala “bidliet maġġuri” f’din is-Subparti. Il-bidliet maġġuri u minuri għandhom ikunu approvati f’konformità mal-punti 21.A.95 jew 21.A.97 kif xieraq, u għandhom jiġu identifikati b’mod adegwat.”;

(22)

fil-punt 21.A.93, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Applikazzjoni għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni għat-turija tal-konformità f’konformità mal-punt 21.A.20, jew tiġi ssupplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, li jkun jikkonsisti minn:

1.

deskrizzjoni tal-bidla li tidentifika:

(i)

il-konfigurazzjoni(jiet) tal-prodott, tal-UAS jew tas-CMU fiċ-ċertifikat tat-tip li fihom trid issir il-bidla;

(ii)

l-oqsma kollha tal-prodott, tal-UAS jew tas-CMU fiċ-ċertifikat tat-tip, inkluż il-manwali approvati, li jinbidlu jew jiġu affettwati mill-bidla; u

(iii)

meta l-bidla taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, kull bidla meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva;

2.

identifikazzjoni ta’ investigazzjonijiet mill-ġdid li huma meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-bidla u tal-oqsma affettwati mill-bidla mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; u

3.

fil-każ ta’ bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip:

(i)

proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inizjali, għall-baċi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u għar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, imħejjija f’konformità mar-rekwiżiti u l-opzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.101;

(ii)

proposta għal diżaggregazzjoni tal-programm taċ-ċertifikazzjoni fi gruppi sinifikattivi ta’ attivitajiet u ta’ data tat-turija tal-konformità, inkluż proposta għall-mezz ta’ konformità u d-dokumenti tal-konformità relatati;

(iii)

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikattivi tal-attivitajiet u tad-data tat-turija tal-konformità, li jindirizzaw il-probabbiltà ta’ nonkonformità mhux identifikata mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva jew mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u l-impatt potenzjali ta’ dik in-nonkonformità fuq is-sikurezza tal-prodotti jew tal-UAS jew fuq il-protezzjoni ambjentali jew fuq is-sikurezza tas-CMU; il-valutazzjoni proposta għandha tqis imqar l-elementi stabbiliti fil-punti (1) sa (4) tal-punt 21.B.100(a). Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tat-turija tal-konformità; u

(iv)

skeda tal-proġett li tkun tinkludi t-tappi ewlenin.”;

(23)

il-punt 21.A.95 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (b), il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tagħmel il-prodott jew is-CMU mhux sikuri għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni;”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

B’deroga mill-punt (a), u b’talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), bidla minuri f’ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru tista’ tiġi approvata qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta din id-data tkun se tintuża effettivament.”;

(24)

fil-punt 21.A.97, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

B’deroga mill-punti (2) u (3) tal-punt (b), u b’talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru tista’ tiġi approvata qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta din id-data tkun se tintuża effettivament.”;

(25)

fil-punt 21.A.101, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

Bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-prodott, għall-UAS jew is-CMU mibdula, fid-data tal-applikazzjoni tal-bidla jew tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara dik id-data f’konformità mal-punt (f). Il-validità tal-applikazzjoni għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt 21.A.93(c). Barra minn hekk, il-prodott mibdul jew l-UAS mibdula għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali identifikati mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.B.85.

(b)

Għajr meta previst fil-punt (h), b’deroga mill-punt (a), emenda preċedenti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) u f’xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra li tkun relatata direttament, tista’ tintuża f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, diment li l-emenda preċedenti ssir applikabbli qabel id-data meta jkunu saru applikabbli l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni korrispondenti inkorporati b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip:

1.

bidla li l-Aġenzija ma tqisx sinifikanti; waqt id-determinazzjoni ta’ jekk bidla speċifika hix sinifikanti, l-Aġenzija għandha tikkunsidra l-bidla fil-kuntest tal-bidliet rilevanti kollha preċedenti fid-disinn u r-reviżjonijiet relatati kollha mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli inkorporati b’referenza fiċ-ċertifikat tat-tip għall-prodott jew għas-CMU; il-bidliet li jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin għandhom awtomatikament jitqiesu sinifikanti:

(i)

il-konfigurazzjoni ġenerali jew il-prinċipji tal-kostruzzjoni ma jinżammux;

(ii)

is-suppożizzjonijiet użati għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott, tal-UAS jew tas-CMU li se jinbidlu ma jibqgħux validi;

2.

kull qasam, sistema, parti, tagħmir jew komponent tas-CMU li l-Aġenzija jidhrilha li ma jiġux affettwati mill-bidla;

3.

kull qasam, sistema, parti, tagħmir jew komponent tas-CMU li jiġi affettwat mill-bidla u li dwarhom l-Aġenzija jidhrilha li l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) ma tgħinx materjalment għal-livell tas-sikurezza tal-prodott mibdul, tal-UAS mibdula jew tas-CMU mibdula, jew inkella ma tkunx prattika.”;

(26)

fil-punt 21.A.108, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru mibdula magħrufa stabbiliti fl-UE tal-anqas sett wieħed ta’ bidliet fid-data tal-adegwatezza operattiva mħejji skont il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, qabel ma d-data tal-adegwatezza operattiva tkun trid tintuża minn organizzazzjoni tat-taħriġ jew minn operatur stabbilit fl-UE; u”;

(27)

il-punt 21.A.115 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (b)(5), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ikun qabel li jikkollabora mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari biex jiżgura t-twettiq tal-obbligi kollha fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott mibdul, tal-UAS mibdula jew tal-CMU mibdula għal konformità mal-punti 21.A.44 u 21.A.118A.”;

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

B’deroga mill-punti (3) u (4) tal-punt (b) u b’talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-applikant hu intitolat għal ċertifikat tat-tip supplimentari għal inġenju tal-ajru maħruġ qabel ma l-applikant ikun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta din id-data tkun se tintuża effettivament.”;

(28)

il-punt 21.A.117 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.117   Bidliet f’dik il-parti ta’ prodott li hija koperta minn ċertifikat tat-tip supplimentari

(a)

Il-bidliet minuri f’dik il-parti ta’ prodott, ta’ UAS jew ta’ CMU li hija koperta minn ċertifikat supplimentari tat-tip għandhom jiġu kklassifikati u approvati f’konformità mas-Subparti D.

(b)

Kull bidla maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott, ta’ UAS jew ta’ CMU li hija koperta minn ċertifikat tat-tip supplimentari għandha tiġi approvata bħala ċertifikat tat-tip supplimentari separat f’konformità ma’ din is-Subparti.

(c)

B’deroga mill-punt (b), bidla maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott, ta’ UAS jew ta’ CMU li hija koperta minn ċertifikat tat-tip supplimentari sottomessa mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari nnifsu tista’ tiġi approvata bħala bidla fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari eżistenti.”;

(29)

fil-punt 21.A.118 A(a), il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

li huma impliċiti fil-kollaborazzjoni mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip skont il-punt 21.A.115(b)(5)(ii);”;

(30)

il-punt 21.A.120B(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru mibdula magħrufa stabbiliti fl-UE tal-anqas sett wieħed ta’ bidliet fid-data tal-adegwatezza operattiva mħejji f’konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-adegwatezza operattiva applikabbli, qabel ma d-data tal-adegwatezza operattiva tintuża minn organizzazzjoni tat-taħriġ jew minn operatur stabbilit fl-UE; u”;

(31)

il-punt 21.A.121 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.121   Kamp ta’ applikazzjoni

(a)

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għat-turija tal-konformità mad-data applikabbli tad-disinn ta’ prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU li huma maħsuba li jiġu manifatturati mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni skont is-Subparti G.

(b)

Din is-Subparti tistabbilixxi l-obbligi tal-manifattur ta’ prodott, parti, tagħmir, CMU u komponent tas-CMU li jiġu manifatturati skont din is-Subparti.”;

(32)

il-punt 21.A.122 huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika biex turi l-konformità ta’ prodotti, partijiet, tagħmir, CMUs u komponenti tas-CMU skont din is-Subparti, jekk:”;

(b)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

ikollha jew tkun applikat għal approvazzjoni li tkopri d-disinn ta’ dak il-prodott, parti, tagħmir, CMU u komponent tas-CMU; jew”;

(33)

il-punt 21.A.124 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.124   Applikazzjoni

(a)

Kull applikazzjoni għal ftehim dwar it-turija tal-konformità ta’ prodotti, partijiet, tagħmir, CMUs, u komponenti tas-CMU individwali skont din is-Subparti għandha ssir b’mod u manjiera kif stabbilit mill-awtorità kompetenti.

(b)

Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha:

1.

evidenza li turi, meta applikabbli, li:

(i)

il-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni skont is-Subparti G ma jkunx adattat; jew

(ii)

iċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni ta’ prodott, parti, tagħmir, UAS, CMU jew komponent tas-CMU skont din is-Subparti hemm bżonnha sakemm tinħareġ l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni skont is-Subparti G;

2.

il-punti ewlenin tal-informazzjoni meħtieġa fil-punt 21.A.125 A(b).”;

(34)

il-punt 21.A.125 A huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-applikant għandu jkun intitolat għal ittra ta’ ftehim maħruġa mill-awtorità kompetenti li jkun fiha l-ftehim dwar it-turija tal-konformità ta’ prodotti, partijiet, tagħmir, CMUs jew komponenti tas-CMU individwali skont din is-Subparti, wara:”;

(b)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

li tkun ġiet stabbilita sistema ta’ sprezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU ikun konformi mad-data applikabbli tad-disinn u li jkun f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur;”;

(35)

fil-punt 21.A.125C(a), il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista’ tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti biex turiha li għandha kontroll sodisfaċenti tal-manifattura tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tas-CMUs jew tal-komponenti tas-CMU skont l-ittra ta’ ftehim;”;

(36)

il-punt 21.A.126 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 tal-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

il-materjali li jaslu, u l-partijiet mixtrija jew subkuntrattati huma kif speċifikat fid-data applikabbli tad-disinn;”;

(b)

il-punt 3 tal-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

il-proċessi, it-tekniki tal-manifattura u l-metodi tal-assemblaġġ li jaffettwaw il-kwalità u s-sikurezza tal-prodott lest, il-parti, it-tagħmir, l-UAS, is-CMU jew il-komponent tas-CMU jkunu eżegwiti f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet aċċettati mill-awtorità kompetenti;”;

(c)

il-punt 4 tal-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

il-bidliet fid-disinn, inkluż is-sostituzzjoni materjali, ikunu approvati skont dan l-Anness u kkontrollati qabel ma jiġu inkorporati fil-prodott lest, fil-parti, fit-tagħmir, fl-UAS, fis-CMU jew fil-komponent tas-CMU.”;

(d)

il-punti 4 u 5 tal-punt (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“4.

il-materjali u l-partijiet rifjutati jinfirdu u jiġu identifikati b’mod li jipprekludi l-installazzjoni tagħhom fil-prodott lest, fil-parti, fit-tagħmir, fis-CMU jew fil-komponent tas-CMU;

5.

il-materjali u l-partijiet li jitwaqqfu minħabba devjazzjonijiet mid-disinn tat-tip jew mill-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni, iżda li jkunu se jitqiesu għall-installazzjoni fil-prodott lest, fil-parti, fit-tagħmir, fis-CMU jew fil-komponent tas-CMU huma soġġetti għal proċedura approvata ta’ reviżjoni tal-inġinerija u tal-manifattura; dawk il-materjali u l-partijiet li f’dik il-proċedura jkunu nstabu li jistgħu jintużaw, għandhom jiġu identifikati u spezzjonati mill-ġdid kif xieraq jekk ikun meħtieġ ħalli jissawru mill-ġdid jew jissewwew; il-materjali u l-partijiet rifjutati f’dik il-proċedura għandhom jiġu mmarkati u mormija biex ikun żgurat li ma jkunux inkorporati fil-prodott finali;”;

(37)

il-punt 21.A.128 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.128   Testijiet: magni, skrejjen, u unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMUs)

Kull manifattur tal-magni, tal-iskrejjen jew tal-CMUs li jiġu manifatturati skont din is-Subparti għandu jagħmel kull magna, skrun b’angolu tal-qala’ varjabbli, jew CMU soġġetta għal test funzjonali aċċettabbli kif speċifikat fid-dokumentazzjoni tad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, biex jiġi stabbilit jekk ikunx qed jaħdem kif suppost fl-iskala kollha tat-tħaddim li għalih ikollu ċ-ċertifikat tat-tip, u bħala mod biex jiġu stabbiliti l-aspetti rilevanti tal-konformità mal-punt 21.A.125 A(a).”;

(38)

il-punt 21.A.129 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.129   Obbligi tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

Kull manifattur ta’ prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU manifatturati skont din is-Subparti għandu:

(a)

jagħmel kull prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità kompetenti;

(b)

iżomm id-data teknika u t-tpinġijiet meħtieġa fil-post tal-manifattura biex ikun stabbilit jekk il-prodott, il-parti, it-tagħmir, is-CMU jew il-komponent tas-CMU jikkonformax mad-data applikabbli tad-disinn;

(c)

iħaddem sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU jikkonforma mad-data applikabbli tad-disinn u jkun f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur;

(d)

jipprovdi assistenza lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett jew tal-approvazzjoni tad-disinn meta dan ikun qed jittratta ma’ xi azzjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa relatata mal-prodotti, mal-partijiet mas-CMUs jew mal-komponenti tas-CMU li jkunu ġew manifatturati;

(e)

jikkonforma mas-Subparti A ta’ din it-Taqsima.”;

(39)

il-punt 21.A.130 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.130   Dikjarazzjoni tal-konformità

(a)

Kull manifattur ta’ prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU manifatturati skont din is-Subparti għandu jippreżenta dikjarazzjoni tal-konformità, il-Formola 52 tal-EASA (ara l-Appendiċi VIII), għall-inġenji tal-ajru kompluti, jew il-Formola 1 tal-EASA (ara l-Appendiċi I), għall-prodotti, il-partijiet jew it-tagħmir, is-CMUs jew il-komponenti tas-CMU l-oħra. Din id-dikjarazzjoni għandha tiffirmaha persuna awtorizzata li jkollha pożizzjoni responsabbli fl-organizzazzjoni tal-manifattura.

(b)

Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tinkludi dan kollu li ġej:

1.

għal kull prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU, dikjarazzjoni li l-prodott, il-parti, it-tagħmir, is-CMU jew il-komponent tas-CMU jikkonformaw mad-data tad-disinn approvat, u li dawn ikunu f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur;

2.

għal kull inġenju tal-ajru, dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun għadda mit-testijiet tal-art u tal-ajru f’konformità mal-punt 21.A.127(a);

3.

għal kull magna, skrun b’angolu tal-qala’ varjabbli jew CMU, dikjarazzjoni li l-magna, l-iskrun b’angolu tal-qala’ varjabbli jew is-CMU kienu soġġetti għal test funzjonali finali mill-manifattur f’konformità mal-punt 21.A.128;

4.

barra minn hekk, fil-każ tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali:

(i)

dikjarazzjoni li l-magna kompluta tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tal-egżost tal-magna fid-data tal-manifattura tal-magna, u

(ii)

dikjarazzjoni li l-ajruplan komplut jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data tal-ħruġ tal-ewwel ċertifikat tiegħu tal-ajrunavigabbiltà.

(c)

Kull manifattur ta’ prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU msemmi fil-punt (a) għandu jippreżenta dikjarazzjoni attwali tal-konformità għall-validazzjoni mill-awtorità kompetenti fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

1.

meta jagħmel l-ewwel trasferiment tas-sjieda ta’ tali prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU;

2.

meta japplika għall-ħruġ oriġinali ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;

3.

meta japplika għall-ħruġ oriġinali ta’ dokument tar-rilaxx tal-ajrunavigabbiltà għal magna, skrun, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma d-dikjarazzjoni tal-konformità b’kontrofirma jekk wara spezzjoni ssib li l-prodott, il-parti, it-tagħmir, is-CMU jew il-komponent tas-CMU ikunu jikkonformaw mad-data applikabbli tad-disinn u li jkunu f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur.”;

(40)

il-punt 21.A.131 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.131   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi:

(a)

il-proċedura għall-ħruġ ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni għal organizzazzjoni tal-produzzjoni li turi l-konformità tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tas-CMUs jew tal-komponenti tas-CMU mad-data applikabbli tad-disinn;

(b)

id-drittijiet u l-obbligi tal-applikant għal dawn l-approvazzjonijiet, jew tad-detentur tagħhom.”;

(41)

il-punt 21.A.139(d) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

tiżgura li kull prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU manifatturati mill-organizzazzjoni jew mis-sħab tagħha, jew fornuti lilhom minn partijiet esterni jew sottokuntrattati, ikunu jikkonformaw mad-data applikabbli tad-disinn u jkuny f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur, u b’hekk ikunu jistgħu jiġu eżerċitati l-privileġġi stabbiliti fil-punt 21.A.163;”;

(b)

fil-punt 2, il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

għall-verifika li l-prodotti, il-partijiet, il-materjali, it-tagħmir, is-CMUs jew il-komponenti tas-CMU li jaslu, inkluż dawk l-oġġetti ġodda jew użati li jiġu fornuti mix-xerrejja tal-prodotti, ikunu kif speċifikat fid-data applikabbli tad-disinn;”;

(42)

il-punt 21.A.147 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.147   Bidliet fis-sistema tal-ġestjoni tal-produzzjoni

Wara l-ħruġ ta’ ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, kull bidla fis-sistema tal-ġestjoni tal-produzzjoni li tkun sinifikanti għat-turija tal-konformità jew għall-karatteristiċi tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott, tal-parti, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMU jew tal-komponent tas-CMU, għandha tapprovaha l-awtorità kompetenti qabel ma tiġi implimentata. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti li turi li se tkompli tikkonforma ma’ dan l-Anness.”;

(43)

il-punt 21.A.151 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.151   Termini tal-approvazzjoni

It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw l-ambitu tax-xogħol, il-prodotti jew il-kategoriji tal-partijiet u tat-tagħmir, jew it-tnejn, is-CMUs jew il-komponenti tas-CMU, jew it-tnejn, li għalihom id-detentur tal-approvazzjoni hu intitolat li jeżerċita l-privileġġi skont il-punt 21.A.163.

Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti mill-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni.”;

(44)

fil-punt 21.A.159(a), il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista’ tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti biex turi li għandha kontroll sodisfaċenti tal-manifattura tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tas-CMUs jew tal-komponenti tas-CMU tal-approvazzjoni;”;

(45)

il-punt 21.A.163 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

fil-każ tal-inġenji tal-ajru kompluti b’ċertifikat tat-tip, u ladarba tiġi ppreżentata dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52 tal-EASA) maħruġa skont il-punti 21.A.174 u 21.A.204 ta’ dan l-Anness jew skont il-punti 21L.A.143(c) u 21.L.A163 tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light), jikseb ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u ċertifikat tal-istorbju mingħajr aktar turija;”;

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

fil-każ ta’ prodotti, partijiet, tagħmir, CMUs jew komponenti tas-CMU oħra, joħroġ ċertifikati tar-rilaxx awtorizzati (il-Formola 1 tal-EASA) skont is-Subparti G ta’ dan l-Anness jew skont is-Subparti G tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) mingħajr aktar turija;”;

(46)

il-punt 21.A.165 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

jiddetermina li prodotti, partijiet, tagħmir, CMUs jew komponenti tas-CMUs oħra huma kompluti u konformi mad-data tad-disinn approvat u li jkunu f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur qabel il-ħruġ tal-Formola 1 tal-EASA li tiċċertifika l-konformità mad-data tad-disinn approvat u l-kundizzjoni ta’ tħaddim sikur;”;

(ii)

il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

jiddetermina li prodotti, partijiet, tagħmir, CMUs jew komponenti tas-CMU oħra huma konformi mad-data applikabbli qabel il-ħruġ tal-Formola 1 tal-EASA bħala ċertifikat tal-konformità;”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

jipprovdi assistenza lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew ta’ approvazzjoni oħra tad-disinn jew lil persuna fiżika jew ġuridika li tkun għamlet dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn skont is-Subparti C tat-Taqsima A tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) meta dan ikun qed jittratta ma’ xi azzjoni kontinwa tal-ajrunavigabbiltà li tkun relatata mal-prodotti, mal-partijiet, mat-tagħmir, mal-UAS, mas-CMUs jew mal-komponenti tas-CMU li jkunu ġew manifatturati;”;

(47)

fil-punt 21.A.174, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Kull applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għandha tinkludi:

1.

il-klassi taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà li għalih tkun saret l-applikazzjoni;

2.

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru ġdid:

(i)

dikjarazzjoni tal-konformità:

maħruġa skont il-punt 21.A.163(b); jew

maħruġa skont il-punt 21.A.130 u vvalidata mill-awtorità kompetenti; jew

għal inġenju tal-ajru importat, dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa skont il-punt 21.A.163(b) jew, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru importat f’konformità mal-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament, dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità tal-esportazzjoni li l-inġenju tal-ajru jikkonforma ma’ disinn approvat mill-Aġenzija;

(ii)

rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija meta meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-inġenju tal-ajru partikolari; u

(iii)

il-manwal tat-titjir, meta jkun meħtieġ mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal dak l-inġenju tal-ajru partikolari;

3.

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru użat li joriġina minn:

(i)

Stat Membru, ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014  (*2) jew mal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107;

(ii)

pajjiż terz Stat li mhux Membru:

dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn l-inġenju tal-ajru hu jew kien irreġistrat, li tkun tirrifletti l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru fir-reġistru tiegħu fil-mument tat-trasferiment;

rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija meta meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-inġenju tal-ajru partikolari;

il-manwal tat-titjir meta dan il-manwal ikun meħtieġ mill-kodiċijiet tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenju tal-ajru partikolari;

ir-rekords storiċi biex jiġu stabbiliti l-istandards tal-produzzjoni, tal-modifika u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluż il-limitazzjonijiet kollha assoċjati ma’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett maħruġ f’konformità mal-punt 21.B.327;

rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett u għal ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jew għal ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jew mal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107;

id-data meta nħareġ l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u, jekk japplikaw l-istandards tal-Volum III tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, id-data tal-valur metriku tas-CO2.”;

(*2)  (*) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1)."

(48)

fil-punt 21.A.179(a)(2), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

mal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat preċedenti tal-ajrunavigabbiltà u ta’ ċertifikat validu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jew mal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107”;

(49)

fil-punt 21.A.239, il-punt (d) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

tistabbilixxi, timplimenta u tħaddem sistema għall-kontroll u s-sorveljanza tad-disinn, u tal-bidliet fid-disinn u t-tiswijiet, tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMUs jew tal-komponenti tas-CMU koperti mit-termini tal-approvazzjoni; din is-sistema għandha:

(i)

tinkludi funzjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun responsabbli biex tiżgura li d-disinn tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMUs jew tal-komponenti tas-CMU, jew il-bidliet fid-disinn u t-tiswijiet, jikkonformaw mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

(ii)

tiżgura li l-organizzazzjoni tad-disinn twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha kif xieraq f’konformità ma’ dan l-Anness u mat-termini tal-approvazzjoni maħruġa skont il-punt 21.A.251;”;

(b)

il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

tispeċifika l-mod kif is-sistema tal-ġestjoni tad-disinn tikkunsidra l-aċċettabbiltà tal-partijiet, tat-tagħmir, jew tal-komponenti tas-CMU li huma ddisinjati, jew il-kompiti li jagħmlu s-sħab jew is-sottokuntratturi tagħha skont il-metodi li huma soġġeti għal proċeduri bil-miktub.”;

(50)

il-punt 21.A.243 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tad-disinn, l-organizzazzjoni tad-disinn għandha toħloq u tipprovdi manwal lill-Aġenzija li jiddeskrivi, direttament jew b’kontroreferenza, l-organizzazzjoni, flimkien mal-politiki, il-proċessi u l-proċeduri rilevanti tagħha, it-tip tax-xogħol tad-disinn, u l-kategoriji tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-UAS, tal-CMUs jew tal-komponenti tas-CMU li għalihom l-organizzazzjoni tad-disinn ikollha approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, kif identifikat fit-termini tal-approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-punt 21.A.251 u, meta rilevanti, l-interfaċċi mas-sħab jew mas-sottokuntratturi tagħha u l-kontroll tagħhom.”;

(b)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Meta xi parti, tagħmir jew komponent tas-CMU jew xi bidla fil-prodotti, fil-UAS jew fis-CMU tkun ġiet iddisinjata minn organizzazzjonijiet sħab jew sottokuntratturi, il-manwal għandu jinkludi dikjarazzjoni dwar kif l-organizzazzjoni tad-disinn tista’ turi, għall-partijiet, għat-tagħmir, jew għall-komponenti tas-CMU, il-konformità skont il-punt 21.A.239(d)(2), u għandu jkun fih, direttament jew b’kontroreferenza, deskrizzjonijiet u informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-disinn u l-organizzazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet sħab jew sottokuntratturi, kif meħtieġ biex tiġi stabbilita d-dikjarazzjoni”;

(51)

fil-punt 21.A.245(e), il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

ikun hemm biżżejjed persunal fid-dipartimenti tekniċi kollha, bl-esperjenza meħtieġa, u bl-awtorità xierqa biex ikun jista’ jaqdi ir-responsabbiltajiet tiegħu, u li l-faċilitajiet, it-tagħmir u l-akkomodazzjoni jkunu adegwati biex il-persunal ikun jista’ jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-ajrunavigabbiltà, mad-data tal-adegwatezza operattiva u mal-protezzjoni ambjentali fir-rigward tal-prodott, tal-UAS jew tas-CMU;”;

(52)

il-punt 21.A.247 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.247   Bidliet fis-sistema tal-ġestjoni tad-disinn

Wara l-ħruġ ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, kull bidla fis-sistema tal-ġestjoni tad-disinn li tkun sinifikanti biex tintwera l-konformità jew għall-ajrunavigabbiltà, għad-data tal-adegwatezza operattiva u għall-protezzjoni ambjentali tal-prodott, tal-parti, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMU jew tal-komponent tas-CMU għandha tapprovaha l-Aġenzija qabel ma tiġi implimentata. L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tissottometti applikazzjoni lill-Aġenzija għall-approvazzjoni li turi, abbażi tal-bidliet proposti fil-manwal, li se tibqa’ konformi ma’ dan l-Anness.”;

(53)

il-punt 21.A.251 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.251   Termini tal-approvazzjoni

It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw it-tipi tax-xogħol tad-disinn, il-kategoriji tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMUs jew tal-komponenti tas-CMU li għalihom l-organizzazzjoni tad-disinn għandha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, u l-funzjonijiet u d-doveri li l-organizzazzjoni għandha l-approvazzjoni biex twettaq b’rabta mal-ajrunavigabbiltà, mad-data tal-adegwatezza operattiva u mal-karatteristiċi ambjentali tal-prodotti, tal-UAS jew tas-CMUs. Għall-approvazzjonijiet tal-organizzazzjoni tad-disinn li jkopru ċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew l-awtorizzazzjoni ta’ Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew (ETSO) għal unitajiet ta’ potenza awżiljari (APUs), it-termini tal-approvazzjoni għandu jkun fihom ukoll il-lista tal-prodotti, tas-CMUs jew tal-APUs. Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti minn approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn.”;

(54)

fil-punt 21.A.259(a), il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

l-organizzazzjoni tad-disinn tista’ tipprovdi evidenza lill-Aġenzija biex turi li s-sistema tal-ġestjoni tad-disinn tal-organizzazzjoni għandha kontroll u sorveljanza sodisfaċenti tad-disinn tal-prodotti u tas-CMUs, u tat-tiswijiet u l-bidliet li jsirulhom bl-approvazzjoni;”;

(55)

fil-punt 21.A.263, il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

japprova ċerti disinji tat-tiswija maġġuri skont is-Subparti M ta’ dan l-Anness għal prodotti, għal CMUs jew għal unitajiet ta’ potenza awżiljarja (APUs);”;

(b)

fil-punt 7, il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

jikkontrolla l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru, tal-UAS jew tas-CMU, u”;

(56)

fil-punt 21.A.265, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

jiddetermina li d-disinn tal-prodott, tal-UAS jew tas-CMU, jew tal-bidliet jew t-tiswijiet li jsirulhom, jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rigward it-tfassil tad-dikjarazzjonijiet, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, u mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali, u ma jkollu l-ebda karatteristika mhux sikura;”;

(57)

it-titolu tas-Subparti K fit-Taqsima A huwa sostitwit kif ġej:

SUBPARTI K — PARTIJIET, TAGĦMIR, U KOMPONENTI TAL-UNITÀ TAL-KONTROLL U TAL-MONITORAĠĠ (CMU) ”;

(58)

il-punt 21.A.301 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.301   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni tal-partijiet, tat-tagħmir u tal-komponenti tas-CMU.”;

(59)

il-punt 21.A.303 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.303   Konformità mar-rekwiżiti applikabbli

Għandha tintwera l-konformità tal-partijiet, tat-tagħmir u tal-komponenti tas-CMU li jridu jiġu installati fi prodott b’ċertifikat tat-tip, jew f’CMU:

(a)

flimkien mal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tas-Subpartijiet B, D jew E għall-prodott, il-UAS jew is-CMU li din tkun se tiġi installata fih; jew

(b)

meta applikabbli, bil-proċeduri tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO tas-Subparti O; jew

(c)

fil-każ ta’ partijiet standard, f’konformità ma’ standards rikonoxxuti uffiċjalment.”;

(60)

il-punt 21.A.305 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.305   Approvazzjoni ta’ partijiet, tagħmir, u komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU)

Fil-każijiet kollha meta l-liġi tal-Unjoni (1) espliċitament teżiġi l-approvazzjoni ta’ parti, tagħmir jew komponent tas-CMU, jew filwaqt li jitqiesu l-miżuri tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, il-parti, it-tagħmir jew il-komponent tas-CMU għandu jikkonforma mal-ETSO applikabbli jew mal-ispeċifikazzjonijiet meqjusa ekwivalenti mill-Aġenzija fil-każ partikolari.”;

(61)

jiddaħħal il-punt 21.A.308 ġdid li ġej:

“21.A.308   Eliġibbiltà ta’ komponent għall-installazzjoni f’unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU)

(a)

Komponent tas-CMU li hu kritiku għat-tħaddim tal-UAS maħsuba, kif iddeterminat mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn u miftiehem mal-Aġenzija, hu eliġibbli għall-installazzjoni f’CMU, diment li jkun f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur, jiġi mmarkat f’konformità mas-Subparti Q, u miegħu jinhemeż ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA).

(b)

Komponent tas-CMU li ma jitqiesx kritiku għat-tħaddim tal-UAS maħsuba, kif iddeterminat mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn u miftiehem mal-Aġenzija, hu eliġibbli għall-installazzjoni f’CMU diment li:

(1)

il-komponent tas-CMU jkun f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur; u

(2)

l-installatur għandu dokument maħruġ mill-persuna jew mill-organizzazzjoni li tkun immanifatturat il-komponent tas-CMU, li jiddikjara l-isem u l-identifikazzjoni tal-komponent, il-konformità tal-komponent mad-data tad-disinn tiegħu, u li jkun fih id-data tal-ħruġ.”;

(62)

il-punt 21.A.431 A huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija ta’ prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti ta’ dik l-approvazzjoni, jew tad-detentur tagħha.”;

(b)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

“Tiswija” tfisser it-tneħħija ta’ ħsara u/jew ir-restawr għal kundizzjoni ta’ ajrunavigabbiltà wara r-rilaxx inizjali fis-servizz mill-manifattur ta’ xi prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU.

(d)

It-tneħħija ta’ ħsara b’sostituzzjoni ta’ partijiet, tagħmir, komponenti tas-CMU mingħajr il-ħtieġa ta’ attività tad-disinn, għandha titqies bħala xogħol tal-manutenzjoni, u għalhekk ma għandhiex tkun teħtieġ l-approvazzjoni skont dan l-Anness.”;

(63)

fil-punt 21.A.431B(a), il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

b’rabta ma’:

(i)

ajruplani b’massa massima waqt it-tlugħ (MTOM) ta’ 5 700 kg jew anqas;

(ii)

inġenji tal-ajru bir-rotors b’MTOM ta’ 3 175 kg jew anqas;

(iii)

sailplanes, sailplanes bil-magna, blalen tal-arja u iġfna tal-ajru, kif definiti għal ELA1 jew ELA2;

(iv)

inġenji tal-ajru b’kapaċità tal-VTOL b’MTOM ta’ 5 700 kg jew anqas;”;

(64)

fil-punt 21.A.432C(b), il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikattivi tal-attivitajiet u tad-data tat-turija tal-konformità li jindirizzaw il-probabbiltà ta’ nonkonformità mhux identifikata mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u tal-impatt potenzjali ta’ dik in-nonkonformità fuq is-sikurezza tal-prodott, tal-UAS jew tas-CMU. Il-valutazzjoni proposta għandha tqis imqar l-elementi msemmija fil-punt 21.B.100(a), il-punti (1) sa (4). Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tat-turija tal-konformità; u”;

(65)

fil-punt 21.A.433(a), il-punti 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.

meta ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tagħmel il-prodott, il-UAS jew is-CMU mhux sikuri għall-użi li għalihom tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

4.

meta l-applikant ikun speċifika li jkun ipprovda d-data taċ-ċertifikazzjoni abbażi ta’ arranġament ma’ sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip f’konformità mal-punt 21.A.432C(b)(7):

(i)

meta d-detentur ikun indika li ma għandu l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni mressqa skont il-punt (a)(2) ta’ dan il-punt; u

(ii)

meta d-detentur ikun qabel li jikkollabora mad-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija biex jiżgura t-twettiq tal-obbligi kollha fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott mibdul, tal-UAS mibdula jew tas-CMU mibdula permezz ta’ konformità mal-punt 21.A.451.”;

(66)

fil-punt 21.A.439, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-partijiet, it-tagħmir u l-komponenti tas-CMU li jridu jintużaw għat-tiswija għandhom jiġu manifatturati f’konformità mad-data tal-produzzjoni bbażata fuq l-informazzjoni kollha meħtieġa tad-disinn, kif mogħtija mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija:”;

(67)

il-punt 21.A.441 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.441   Inkorporazzjoni tat-tiswija

(a)

L-inkorporazzjoni ta’ tiswija għandha ssir f’konformità mas-Subparti C tal-Anness I (il-Parti-M), jew is-Subparti C tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jew is-Subparti C tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107 jew minn organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata skont is-Subparti G ta’ dan l-Anness, f’konformità mal-privileġġ previst fil-punt 21.A.163(d).

(b)

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tipprovdi l-istruzzjonijiet kollha meħtieġa għall-installazzjoni lill-organizzazzjoni li twettaq it-tiswija.”;

(68)

fil-punt 21.A.445(a), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Meta prodott, parti, tagħmir, CMU jew komponent tas-CMU bil-ħsara jitħalla mhux imsewwi, u ma jkunx kopert minn data approvata qabel, l-evalwazzjoni tal-ħsara għall-finijiet tal-konsegwenzi għall-ajrunavigabbiltà tiegħu tista’ ssir biss:”;

(69)

il-punt 21.A.708 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-konfigurazzjoni(jiet) li għalihom jintalab il-permess għat-titjir, inkluż,għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-konfigurazzjoni tas-CMU li tintuża għall-kontroll tal-inġenju tal-ajru;”;

(b)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“kull kundizzjoni jew restrizzjoni meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inkluż:”;

(ii)

jiddaħħal il-punt 7 ġdid li ġej:

“7.

għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, arranġamenti u struzzjonijiet speċifiċi għat-tħaddim u għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-UAS jew tas-CMU;”;

(c)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

il-metodu użat għall-kontroll tal-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluż, għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-konfigurazzjoni tas-CMU li tintuża għall-kontroll tal-inġenju tal-ajru, biex jibqa’ fil-kundizzjonijiet stabbiliti.”;

(70)

fil-punt 21.A.711, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Organizzazzjoni approvata tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) bil-privileġġ mogħti f’konformità mal-punt CAMO.A.125 tal-Anness Vc (il-Parti-CAMO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jew mal-punt CAO.A.095 tal-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jew il-punt CAO.UAS.095 tal-Anness II (il-Parti-CAO.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107 kif applikabbli, meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 ta’ dan l-Anness ikunu ġew approvati f’konformità mal-punt 21.A.710 ta’ dan l-Anness.”;

(71)

it-titolu tas-Subparti Q huwa sostitwit b’dan li ġej:

SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET, TAGĦMIR, UNITAJIET TAL-KONTROLL U TAL-MONITORAĠĠ (CMUs) U KOMPONENTI TAS-CMU ”;

(72)

il-punt 21.A.801 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’din li ġej:

“21.A.801   Identifikazzjoni ta’ prodotti u unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMUs)”;

(b)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-identifikazzjoni ta’ prodotti u CMUs immanifatturati skont is-Subparti F jew is-Subparti G għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

1.

isem il-manifattur;

2.

id-deżinjazzjoni tal-prodott u tas-CMU;

3.

in-numru tas-serje tal-manifattur;

4.

il-marka “EXEMPT” għall-magni, meta l-awtorità kompetenti tkun tat eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli;

5.

kull informazzjoni oħra li l-Aġenzija jidhrilha li tkun xierqa.”;

(c)

jiżdied il-punt (e) ġdid li ġej:

“(e)

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi CMU skont is-Subparti G jew is-Subparti F għandha tidentifika bi pjanċa, marka, inċiżjoni jew b’xi metodu approvat ieħor ta’ identifikazzjoni reżistenti għan-nar li jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fil-punt (a) b’tali mod li din tkun aċċessibbli u leġibbli u ma tkunx tista’ titħassar jew titneħħa waqt is-servizz normali, jew tintilef jew tinqered b’xi inċident.”;

(73)

il-punt 21.A.803 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-ebda persuna ma tista’ tneħħi, tibdel, jew tpoġġi l-informazzjoni tal-identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801(a) fuq xi inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun, buttun ta’ skrun jew CMU, jew l-informazzjoni tal-identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.807(a) fuq APU, mingħajr l-approvazzjoni tal-Aġenzija.”;

(b)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

B’deroga mill-punti (a) u (b), kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni skont ir-regoli assoċjati applikabbli tista’, f’konformità mal-metodi, mat-teknika u mal-prattiki stabbiliti mill-Aġenzija:

1.

tneħħi, tibdel, jew tpoġġi l-informazzjoni tal-identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801(a) fuq xi inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun, buttun ta’ skrun jew CMU, jew l-informazzjoni tal-identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.807(a) fuq APU; jew

2.

tneħħi pjanċa tal-identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801, jew fil-punt 21.A.807 għall-APU, meta jkun meħtieġ waqt ix-xogħol tal-manutenzjoni.

(d)

L-ebda persuna ma tista’ twaħħal pjanċa tal-identifikazzjoni li tkun tneħħiet f’konformità mal-punt (c)(2) fuq xi inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun, buttun ta’ skrun jew CMU, għajr fuq dak li minn fuqu tkun tneħħiet.”;

(74)

il-punt 21.A.804 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.A.804   Identifikazzjoni ta’ partijiet, tagħmir, u komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU)

(a)

Kull parti jew tagħmir eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott b’ċertifikat tat-tip, u kull komponent tas-CMU eliġibbli għall-installazzjoni f’CMU ċċertifikata f’konformità ma’ dan l-Anness I, għandu jiġi mmarkat b’mod permanenti u leġibbli bi:

1.

isem, marka kummerċjali jew simbolu li jidentifika lill-manifattur b’mod identifikat fid-data applikabbli tad-disinn;

2.

in-numru tal-parti, kif definit fid-data applikabbli tad-disinn; u

3.

l-ittri “EPA”:

(i)

għall-partijiet jew għat-tagħmir manifatturati f’konformità mad-data tad-disinn approvat li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, għajr għall-oġġetti tal-ETSO u l-partijiet u t-tagħmir koperti skont l-punt 21.A.307(b);

(ii)

għall-komponenti tas-CMU manifatturati f’konformità mad-data tad-disinn approvat li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tas-CMU relatata, jew għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-UA meta s-CMU tkun iċċertifikata bħala parti mill-UA, għajr għall-komponenti tas-CMU tal-ETSO u l-komponenti tas-CMU koperti skont il-punt 21.A.308(b).

(b)

B’deroga mill-punt (a), jekk l-Aġenzija taqbel li parti, tagħmir jew komponent tas-CMU jkun żgħir wisq jew inkella li ma jkunx prattiku li parti, tagħmir jew komponent tas-CMU jiġi mmarkat bl-informazzjoni meħtieġa mill-punt (a), id-dokument tar-rilaxx awtorizzat mehmuż mal-parti, mat-tagħmir jew mal-komponent tas-CMU jew mal-kontenitur tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni li ma setgħetx tiġi mmarkata fuq il-parti, it-tagħmir jew il-komponent tas-CMU.”;

(75)

fil-punt 21.B.20, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza sew kull informazzjoni rilevanti għas-sikurezza li tkun irċeviet, u tipprovdi kwalunkwe informazzjoni lill-awtorità rilevanti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, inkluż rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, skont kif meħtieġ għal reazzjoni fil-ħin għal problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, tagħmir, UAS, CMUs, komponenti tas-CMU, persuni jew organizzazzjonijiet li huma soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.”;

(76)

il-punt 21.B.70 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.B.70   Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

L-Aġenzija, f’konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, għandha toħroġ speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, inkluż speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà, data tal-adegwatezza operattiva u protezzjoni ambjentali, li l-awtoritajiet kompetenti, l-organizzazzjonijiet u l-persunal ikunu jistgħu jużaw biex juru l-konformità tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMUs u tal-komponenti tas-CMU mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Annessi II, IV u V ta’ dak ir-Regolament, u ma’ dawk għall-protezzjoni ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9(2) u fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandu jkollhom dettalji biżżejjed u għandhom ikunu speċifiċi biżżejjed biex lill-applikanti juruhom il-kundizzjonijiet li skonthom għandhom jinħarġu, jiġu emendati jew jiġu ssupplimentati ċ-ċertifikati.”;

(77)

fil-punt 21.B.75, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-Aġenzija għandha tippreskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali, imsejħa “kundizzjonijiet speċjali”, għal prodott, UAS jew CMU jekk l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni relatati ma jkunx fihom standards tas-sikurezza adegwati jew xierqa għall-prodott, għall-UAS jew għas-CMU, meta:

1.

il-prodott, l-UAS jew is-CMU jkollhom karatteristiċi tad-disinn ġodda jew mhux tas-soltu b’rabta mal-prattiki tad-disinn li fuqhom ikunu bbażati l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

2.

l-użu maħsub tal-prodott ma jkunx konvenzjonali; jew

3.

l-esperjenza fis-servizz bi prodotti, UAS jew CMUs simili oħra jew bi prodotti jew CMUs b’karatteristiċi simili tad-disinn jew perikli identifikati ġodda wriet li jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet mhux sikuri.”;

(78)

il-punt 21.B.80 huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u tinnotifikaha lill-applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandu jkollha dawn:”;

(b)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(i)

is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà identifikati mill-Aġenzija għall-prodott, għall-UAS jew għas-CMU, kif applikabbli fid-data tal-applikazzjoni għal dak iċ-ċertifikat u kull kundizzjoni speċjali preskritta mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.B.75(a), diment li:”;

(ii)

fil-punt 3, il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

fil-każ ta’ ċertifikat tat-tip, tintwera l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II u, meta applikabbli, tal-Anness IX tar-Regolament (UE) 2018/1139; jew”;

(c)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Riżervat.”;

(79)

fil-punt 21.B.82, il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

l-Aġenzija taċċetta jew tippreskrivi modi alternattivi biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tal-Annessi II, IV, V u IX tar-Regolament (UE) 2018/1139;”;

(80)

fil-punt 21.B.100(a), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Aġenzija għandha tiddetermina l-involviment tagħha fil-verifika tal-attivitajiet għat-turija tal-konformità u tad-data relatata mal-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, approvazzjoni ta’ bidla maġġuri, ċertifikat tat-tip supplimentari, approvazzjoni ta’ disinn tat-tiswija maġġuri jew awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APUs. Din għandha tagħmel dan abbażi ta’ valutazzjoni ta’ gruppi sinifikattivi tal-attivitajiet u tad-data tat-turija tal-konformità tal-programm taċ-ċertifikazzjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tindirizza:

il-probabbiltà ta’ nonkonformità mhux identifikata mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; u

l-impatt potenzjali ta’ dik in-nonkonformità fuq is-sikurezza tal-prodotti, tal-UAS jew tas-CMU jew

il-protezzjoni ambjentali,

u tikkunsidra mqar l-elementi li ġejjin:”;

(81)

fil-punt 21.B.103, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru, magna, skrun jew CMU jew ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.

l-applikant jikkonforma mal-punt 21.A.21;

2.

l-Aġenzija, permezz ta’ verifika tat-turija tal-konformità f’konformità mal-involviment tagħha iddeterminat f’konformità mal-punt 21.B.100, ma tkun sabet l-ebda nonkonformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, meta applikabbli, f’konformità mal-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli;

3.

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tagħmel il-prodott, il-UAS jew is-CMU mhux sikuri għall-użu li għalih tintalab iċ-ċertifikazzjoni.”;

(82)

il-punt 21.B.107 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-punti 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tat-turija tal-konformità f’konformità mal-livell tal-involviment tagħha stabbilit abbażi tal-punt 21.B.100(a) jew (b), ma tkun sabet l-ebda nonkonformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, meta applikabbli, f’konformità mal-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli; u

3.

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tagħmel il-prodott, il-UAS jew is-CMU mhux sikuri għall-użu li għalih tintalab iċ-ċertifikazzjoni.”;

(b)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Fil-każ ta’ bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, b’deroga mill-punti 1 u 2 tal-punt (a), u b’talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-Aġenzija tista’ tapprova bidla f’ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta din id-data tkun se tintuża effettivament.”;

(83)

fil-punt 21.B.111, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat tat-tip supplimentari, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.

l-applikant jikkonforma mal-punt 21.A.115(b);

2.

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tat-turija tal-konformità f’konformità mal-livell tal-involviment stabbilit abbażi tal-punt 21.B.100(a), ma tkun sabet l-ebda nonkonformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, meta applikabbli, f’konformità mal-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli;

3.

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tagħmel il-prodott, il-UAS jew is-CMU mhux sikuri għall-użu li għalih tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b)

Fil-każ ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari li jaffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, b’deroga mill-punti 1 u 2 tal-punt (a), u b’talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-Aġenzija tista’ toħroġ ċertifikat tat-tip supplimentari qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta din d-data tkun se tintuża effettivament.”;

(84)

fil-punt 21.B.320(b), il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

spezzjoni ta’ inġenju tal-ajru u, għal inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, tas-CMU;”;

(85)

il-punt 21.B.325 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.B.325   Ħruġ taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 25 tal-EASA, ara l-Appendiċi VI), jew tagħmel bidliet fih, mingħajr dewmien żejjed, meta tkun sodisfatta li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-punt 21.B.326 u r-rekwiżiti applikabbli tas-Subparti H tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness.

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett (il-Formola 24 tal-EASA, ara l-Appendiċi V), jew tagħmel bidliet fih, mingħajr dewmien żejjed, meta tkun sodisfatta li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-punt 21.B.327 u r-rekwiżiti applikabbli tas-Subparti H tat-Taqsima A ta’ dan l-Anness.

(c)

Għall-inġenji tal-ajru l-ġodda, u għall-inġenji tal-ajru użati li joriġinaw minn Stat li mhux Membru, apparti ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà applikabbli imsemmi fil-punt (a) jew fil-punt (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ:

1.

għall-inġenji tal-ajru soġġetti għall-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15a tal-EASA, ara l-Appendiċi II);

2.

għall-inġenji tal-ajru ġodda soġġetti għall-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15c tal-EASA, ara l-Appendiċi II);

3.

għall-inġenji tal-ajru użati li joriġinaw minn Stat li mhux Membru u li huma soġġetti għall-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, ċertifikat inizjali tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15c tal-EASA, ara l-Appendiċi II), meta l-awtorità kompetenti tkun għamlet ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà;

4.

għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ġodda li huma soġġetti għall-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107 ċertifikat inizjali ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15d tal-EASA, ara l-Appendiċi II);

5.

għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord użati li joriġinaw minn Stat li mhux Membru u li huma soġġetti għall-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107 ċertifikat inizjali ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15d tal-EASA, ara l-Appendiċi II) meta l-awtorità kompetenti tkun wettqet ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.”;

(86)

il-punt 21.B.326 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jew l-UAS, kif applikabbli, huma konformi ma’ disinn approvat u jinsabu f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur; dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni; u”;

(b)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

l-inġenju tal-ajru jew l-UAS, kif applikabbli, jikkonformaw ma’ disinn tat-tip approvat skont ċertifikat tat-tip u skont kull ċertifikat tat-tip supplimentari, bidla jew tiswija approvata f’konformità ma’ dan l-Anness, u”;

il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tkun saret f’konformità mad-dispożizzjonijiet tas-Subparti I tal-Anness I (il-Parti-M) jew tas-Subparti I tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jew tas-Subparti I tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107 kif xieraq;”;

(ii)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jew l-UAS, kif applikabbli, huma konformi ma’ disinn approvat u jinsabu f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur; dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni; u”;

(87)

fil-punt 21.B.327, il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1, il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenji tal-ajru jew l-UAS, kif applikabbli, huma konformi ma’ disinn approvat mill-Aġenzija b’ċertifikat tat-tip ristrett jew ma’ speċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà speċifiċi, u li jinsabu f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni;”;

(b)

il-punt 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (i), il-punt (A) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(A)

l-inġenju tal-ajru jew l-UAS, jikkonformaw ma’ disinn approvat mill-Aġenzija skont ċertifikat tat-tip ristrett jew f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà speċifiċi u skont kull ċertifikat tat-tip supplimentari, bidla jew tiswija approvata f’konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21); u”;

(ii)

fil-punt (i), il-punt (C) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(C)

l-inġenju tal-ajru jkun ġie spezzjonat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti-M) jew tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jew tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107 kif xieraq;”;

(iii)

il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jew l-UAS, kif applikabbli, huma konformi mad-disinn approvat u jinsabu f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur; dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.”;

(88)

fil-punt 21.B.432(b)(1), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

l-awditi tal-prodott, tal-UAS u tas-CMU ta’ kampjun rilevanti tad-disinn u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMUs u tal-komponenti tas-CMU li huma fl-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjoni;”;

(89)

it-titolu tas-Subparti K tat-Taqsima B huwa sostitwit b’dan li ġej:

SUBPARTI K — PARTIJIET, TAGĦMIR, U KOMPONENTI TAL-UNITÀ TAL-KONTROLL U TAL-MONITORAĠĠ (CMU) ”;

(90)

fil-punt 21.B.453(a), il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista’ tagħmel il-prodott, il-UAS jew is-CMU mhux sikuri għall-użu li għalih tintalab iċ-ċertifikazzjoni.”;

(91)

fil-punt 21.B.520(b), il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

spezzjoni tal-inġenju tal-ajru u, għal inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, tas-CMU;”;

(92)

it-titolu tas-Subparti Q tat-Taqsima B huwa sostitwit kif ġej:

SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET, TAGĦMIR, UNITAJIET TAL-KONTROLL U TAL-MONITORAĠĠ (CMUs) U KOMPONENTI TAS-CMU ”;

(93)

il-lista tal-Appendiċijiet (FORMOLI TAL-EASA) hija emendata kif ġej:

“Appendiċi I – Il-Formola 1 tal-EASA – Ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat

Appendiċi II – Il-Formoli 15a, 15c u 15d tal-EASA — Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà

Appendiċi III — Il-Formola 20a tal-EASA — Permess għat-Titjir

Appendiċi IV — Il-Formola 20b tal-EASA — Permess għat-Titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati)

Appendiċi V — Il-Formola 24 tal-EASA — Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett

Appendiċi VI – Il-Formola 25 tal-EASA — Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà

Appendiċi VII — Il-Formola 45 tal-EASA — Ċertifikat tal-Istorbju

Appendiċi VIII – Formola 52 tal-EASA/Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-Inġenju tal-Ajru/Sistema tal-Inġenju tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord

Appendiċi IX – Il-Formola 53 tal-EASA – Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz

Appendiċi X – Il-Formola 55 tal-EASA — Ċertifikat tal-Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni

Appendiċi XI – Il-Formola 65 tal-EASA — Ittra ta’ Ftehim għal produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

Appendiċi XII – Kategoriji tat-testijiet tat-titjir u tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ assoċjat tat-testijiet tat-titjir”

(94)

fl-Appendiċi I “Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat — il-Formola 1 tal-EASA msemmija fl-Anness I (il-Parti 21)”, l-istruzzjonijiet għall-użu tal-Formola 1 tal-EASA huma emendati kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Dawn l-istruzzjonijiet huma relatati biss mal-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal finijiet ta’ produzzjoni. Qed tinġibed l-attenzjoni għall-Appendiċi II tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 u għall-Appendiċi III tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107 li jkopri l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għall-finijiet ta’ manutenzjoni.”;

(b)

il-punt 1 “SKOP U UŻU” huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.1.

L-iskop primarju taċ-ċertifikat hu li jiddikjara l-ajrunavigabbiltà tal-magni, tal-iskrejjen, tal-partijiet, tat-tagħmir, tas-CMUs u tal-komponenti tas-CMU tal-avjazzjoni ġodda (“l-oġġett(i)”).’;

(ii)

il-punt 1.6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.6.

Iċ-ċertifikat ma jfissirx approvazzjoni biex jiġi installat l-oġġett f’inġenju tal-ajru, magna, skrun partikolari, jew f’CMU partikolari fil-każ ta’ komponenti tas-CMU, iżda jgħin lill-utent finali jiddetermina l-istatus tal-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.”;

(c)

fil-punt 5 “TLESTIJA TAĊ-ĊERTIFIKAT MILL-ORIĠINATUR”, il-Kaxxa 8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa 8

Numru tal-Parti

Indika n-numru tal-parti kif jidher fuq l-oġġett jew fuq it-tikketta/l-imballaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ magna, skrun jew CMU, tista’ tintuża d-deżinjazzjoni tat-tip.”;

(95)

L-Appendiċi II huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi II

Il-Formoli 15a, 15c u 15d tal-EASA — Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà

 

;

(b)

tiżdied il-Formola 15d tal-EASA li ġejja:

Iċ-Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà – il-Formola 15d tal-EASA –

ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)

(għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UA) li jikkonformaw mal-Parti-ML.UAS)

Referenza ARC: …

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

[ISEM L-AWTORITÀ KOMPETENTI]

b’dan tiċċertifika li:

saret reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, f’konformità mal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107 tal-UA li ġej:

[jew]

l-UA l-ġdid li ġej:

Manifattur tal-UA: … Deżinjazzjoni tal-manifattur tal-UA: …

Reġistrazzjoni tal-UA: … Numru tas-serje tal-UA: …

(u dan l-inġenju tal-ajru) fil-mument tar-reviżjoni jitqies adegwat għat-titjir.

Data tal-ħruġ: … Data tal-iskadenza: …

Sigħat tat-titjir tal-UA (FHs) fid-data tar-reviżjoni: …

Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): …

[JEW]

[ISEM L-ORGANIZZAZZJONI APPROVATA, INDIRIZZ u REFERENZA TAL-APPROVAZZJONI] (*3)

b’dan tiċċertifika li saret reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, f’konformità mal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107, tal-UA li ġej:

Manifattur tal-UA: … Deżinjazzjoni tal-manifattur tal-UA: …

Reġistrazzjoni tal-UA: … Numru tas-serje tal-UA: …

u fil-mument tar-reviżjoni, dan l-inġenju tal-ajru jitqies adegwat għat-titjir.

Data tal-ħruġ: … Data tal-iskadenza: …

Sigħat tat-titjir tal-UA (FHs) fid-data tar-reviżjoni: …

Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): …

=============================================================================

L-ewwel estensjoni: Il-UA jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-punt ML.UAS.901(c) tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107

Data tal-ħruġ: … Data tal-iskadenza: …

Sigħat tat-titjir tal-UA (FHs) fid-data tal-ħruġ: …

Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem l-organizzazzjoni approvata: … Referenza tal-approvazzjoni: …

=============================================================================

It-tieni estensjoni: Il-UA jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-punt ML.UAS.901(c) tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107

Data tal-ħruġ: … Data tal-iskadenza: …

Sigħat tat-titjir tal-UA (FHs) fid-data tal-ħruġ: …

Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem l-organizzazzjoni approvata: … Referenza tal-approvazzjoni: …

Il-Formola 15d tal-EASA — Il-Ħarġa 1

(96)

L-Appendiċi III huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi III

Permess għat-Titjir — Il-Formola 20a tal-EASA

Logo tal-awtorità kompetenti

PERMESS GĦAT-TITJIR

 

 

 (*4)

 

Dan il-permess għat-titjir qed jinħareġ skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u jiċċertifika li l-inġenju tal-ajru kapaċi jwettaq titjiriet mingħajr periklu skont l-iskop u l-kundizzjonijiet elenkati hawn taħt, u hu validu fl-Istati Membri kollha.

Dan il-permess għat-titjir hu validu wkoll għat-titjir lejn u fi Stati li mhumiex Membri diment li tinkiseb approvazzjoni separata mingħand l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati:

1.

Nazzjonalità u marki tar-reġistrazzjoni:

2.

Manifattur/tip ta’ inġenju tal-ajru:

[għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, żid il-mudell u l-isem tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ]

3.

Nru tas-Serje:

4.

Il-permess għat-titjir ikopri: [skop f’konformità mal-punt 21.A.701(a)]

5.

Id-detentur: [f’każ ta’ permess għat-titjir maħruġ għall-finijiet tal-punt 21.A.701(a)(15), dan għandu jiddikjara: “is-sid irreġistrat”]

6.

Kundizzjonijiet/Rimarki:

7.

Perjodu ta’ validità:

8.

Post u data tal-ħruġ:

9.

Firma tar-rappreżentant tal-awtorità kompetenti:

Il-Formola 20a tal-EASA — Il-Ħarġa 2”;

(97)

L-Appendiċi IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi IV

Permess għat-titjir (maħruġ mill-organizzazzjonijiet approvati) — Il-Formola 20b tal-EASA

L-Istat Membru tal-Awtorità Kompetenti li tagħti l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni li permezz tagħha jinħareġ il-permess għat-titjir; jew

“EASA” meta l-approvazzjoni tagħtiha l-EASA.

PERMESS GĦAT-TITJIR

 

 

L-isem u l-indirizz tal-organizzazzjoni li toħroġ il-permess għat-titjir.

 (*5)

Dan il-permess għat-titjir qed jinħareġ skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u jiċċertifika li l-inġenju tal-ajru kapaċi jwettaq titjiriet mingħajr periklu skont l-iskop u l-kundizzjonijiet elenkati hawn taħt, u hu validu fl-Istati Membri kollha.

Dan il-permess għat-titjir hu validu wkoll għat-titjir lejn u fi Stati li mhumiex Membri diment li tinkiseb approvazzjoni separata mingħand l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati.

1.

Nazzjonalità u marki tar-reġistrazzjoni:

2.

Manifattur/tip ta’ inġenju tal-ajru:

[għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, żid il-mudell u l-isem tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ]

3.

Nru tas-Serje:

4.

Il-permess għat-titjir ikopri: [skop f’konformità mal-punt 21.A.701(a)]

5.

Id-detentur: [organizzazzjoni li toħroġ il-permess għat-titjir]

6.

Kundizzjonijiet/Rimarki:

7.

Perjodu ta’ validità:

8.

Post u data tal-ħruġ:

9.

Firma awtorizzata:

 

Isem:

 

Nru ta’ referenza tal-Approvazzjoni:

Il-Formola 20b tal-EASA — Il-Ħarġa 2

;

(98)

L-Appendiċi V huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi V

Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett — Il-formula 24 tal-EASA

LOGO tal-awtorità kompetenti

ĊERTIFIKAT TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETT

 (*6)

[Stat Membru tar-reġistrazzjoni]

[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU]

 (*6)

1.

Nazzjonalità u marki tar-reġistrazzjoni

2.

Manifattur u deżinjazzjoni mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru

3.

Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru

4.

Kategoriji

5.

Dan iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett qed jinħareġ skont [il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali datata s-7 ta’ Diċembru [1944] u [ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] fir-rigward tal-inġenji tal-ajru msemmija hawn fuq li jitqiesu bħala li jistgħu jittajru meta jinżammu u jitħaddmu f’konformità mal-limitazzjonijiet operattivi ta’ hawn fuq u dawk pertinenti. (*7)

Minbarra dawn ta’ hawn fuq, japplikaw ukoll ir-restrizzjonijiet li ġejjin:

(5)

(8)

[L-inġenju tal-ajru jista’ jintuża għan-navigazzjoni internazzjonali minkejja r-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq].

Rimarki: [għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, żid il-mudell u l-isem tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ]

Data tal-ħruġ:

Firma:

6.

Dan iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett hu validu sakemm ma jiġix revokat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

Ma’ dan iċ-ċertifikat għandu jiġi mehmuż ċertifikat ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà attwali.

Il-Formola 24 tal-EASA — Il-Ħarġa 3

Dan iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għandu jinżamm abbord tul it-titjiriet kollha.

;

(99)

L-Appendiċi VI huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi VI

Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà — Il-Formola 25 tal-EASA

LOGO tal-awtorità kompetenti

ĊERTIFIKAT TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

 (*8)

[Stat Membru tar-reġistrazzjoni]

[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU]

 (*8)

1.

Nazzjonalità u marki tar-reġistrazzjoni

2.

Manifattur u deżinjazzjoni mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru

3.

Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru

4.

Kategoriji

5.

Dan iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett qed jinħareġ skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali datata s-7 ta’ Diċembru 1944 u r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inġenji tal-ajru msemmija hawn fuq li jitqiesu bħala li jistgħu jittajru meta jinżammu u jitħaddmu f’konformità mal-limitazzjonijiet operattivi ta’ hawn fuq u dawk pertinenti.

Limitazzjonijiet/Rimarki:

(7)

[għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, żid il-mudell u l-isem tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ]

Data tal-ħruġ:

Firma:

 

6.

Dan iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett hu validu sakemm ma jiġix revokat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

Ma’ dan iċ-ċertifikat irid jinhemeż ċertifikat ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà attwali.

Il-Formola 25 tal-EASA — Il-Ħarġa 3

Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm abbord tul it-titjiriet kollha.

;

(100)

L-Appendiċi VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru/tas-sistema tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord — il-Formola 52 tal-EASA”;

(b)

il-formola “Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru” hija sostitwita b’dan li ġej:

DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-INĠENJU TAL-AJRU/TAS-SISTEMA TAL-INĠENJU TAL-AJRU MINGĦAJR BDOT ABBORD

1.

Stat tal-manifattura

2.

[STAT MEMBRU] (*9) Membru tal-Unjoni Ewropea (*10)

3.

Nru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni:

4.

Organizzazzjoni

5.

Tip ta’ inġenju tal-ajru

6.

Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat tat-tip:

7.

Reġistrazzjoni jew marka tal-inġenju tal-ajru

8.

Nru tal-identifikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni:

9.

Dettalji tal-magna/tal-iskrun/tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (*11)

10.

Modifiki u/jew bullettini tas-servizz (*11)

11.

Direttivi tal-ajrunavigabbiltà

12.

Konċessjonijiet

13.

Eżenzjonijiet, rinunzji jew derogi (*11)

14.

Rimarki:

15.

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

16.

Rekwiżiti addizzjonali

17.

Dikjarazzjoni tal-konformità

Dan jiċċertifika li l-inġenju tal-ajru/sistema tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot tikkonforma għalkollox mad-disinn taċ-ċertifikat tat-tip u mal-elementi indikati fil-Kaxxi 9, 10, 11, 12 u 13.

L-inġenju tal-ajru jinsab f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur.

L-inġenju tal-ajru ġie ttestjat waqt it-titjir u ta riżultati sodisfaċenti.

18.

Iffirmat

19.

Isem

20.

Data (jj/xx/ssss)

21.

Referenza tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

Il-Formola 52 tal-EASA — Il-Ħarġa 4

(c)

l-Istruzzjonijiet għall-użu tad-“Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru — il-Formola 52 tal-EASA” huma emendati kif ġej:

(i)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Struzzjonijiet għall-użu tad-“Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru/tas-sistema tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord — il-Formola 52 tal-EASA ”;

(ii)

il-punt 1 “SKOP U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   SKOP U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

L-użu tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru/tas-sistema tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord maħruġa minn organizzazzjoni tal-produzzjoni li tipproduċi skont il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti F, huwa deskritt fil-punt 21.A.130 u fil-mezzi relatati aċċettabbli tal-konformità (AMC).

1.2.

L-iskop tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru/sistema tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord (il-Formola 52 tal-EASA) maħruġa skont il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti G, hu li tippermetti lid-detentur ta’ ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni xierqa jeżerċita l-privileġġ li jikseb ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru individwali, u jekk mitlub, ċertifikat tal-istorbju mingħand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.”;

(iii)

il-punt 3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.2.

Ma tista’ tinħareġ l-ebda dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, qabel ma jiġu approvati d-disinn tal-inġenju tal-ajru/sistema tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-prodotti installati tagħha u, fil-każ tas-sistemi tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, is-CMU.”;

(iv)

il-punt 3.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.4

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità mhix maħsuba biex tinkludi dawk l-elementi tat-tagħmir li jaf ikun hemm bżonn jiġu installati biex jiġu ssodisfati r-regoli operattivi applikabbli. Madankollu, uħud minn dawk l-elementi individwali jistgħu jiddaħħlu fil-Kaxxa 10 jew fid-disinn tat-tip approvat. Għalhekk, l-operaturi qed jitfakkru fir-responsabbiltà tagħhom li jiżguraw il-konformità mar-regoli operattivi applikabbli għall-operazzjonijiet partikolari li jwettqu.”;

(v)

il-Kaxxa 9 hija sostitwita b’dan li ġej:

Kaxxa 9

It-tip(i) tal-magna u tal-iskrun, speċifikati b’mod sħiħ, kif definit fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti u fl-iskeda informattiva assoċjata tiegħu. Iridu jiġu ddikjarati wkoll in-numru tal-identifikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tagħhom u l-post assoċjat magħhom. Għas-sistemi tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, it-tip tas-CMU b’mod sħiħ, kif speċifikat fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti, fl-iskeda informattiva assoċjata tiegħu, u fin-numru tal-identifikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tagħha.”;

(vi)

il-Kaxxa 11 hija sostitwita b’dan li ġej:

Kaxxa 11

Lista tad-direttivi kollha tal-ajrunavigabbiltà (jew ekwivalenti) applikabbli u dikjarazzjoni tal-konformità, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-metodu applikat biex tkun żgurata l-konformità tal-inġenju tal-ajru individwali jew tas-sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord, li tkun is-suġġett taċ-ċertifikat, inkluż il-partijiet u t-tagħmir u, fil-każ tas-sistemi tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, is-CMUs u l-komponenti tas-CMU. Kwalunkwe limitu taż-żmien futur li fih trid tintlaħaq il-konformità jrid jiġi ddikjarat.”;

(vii)

il-Kaxxa 17 hija sostitwita b’dan li ġej:

Kaxxa 17

Il-validità tad-dikjarazzjoni tal-konformità hi soġġetta għall-kompletezza sħiħa tal-kaxxi kollha fil-formola. Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jrid jarkivja kopja tar-rapport tat-test tat-titjira, flimkien ma’ kull difett irreġistrat u dettall tat-tiswijiet. Ir-rapport irid jiġi ddikjarat bħala sodisfaċenti u ffirmat mill-persunal ċertifikanti xieraq u minn membru tal-ekwipaġġ, eż. il-bdot tat-test jew l-inġinier tat-test tat-titjir. It-testijiet tat-titjir li jsiru huma dawk definiti skont il-kontroll tal-element tal-ġestjoni tal-kwalità tas-sistema tal-produzzjoni, kif stabbilit fil-punt 21.A.139, b’mod partikolari fil-punt (d)(2)(vi), biex ikun żgurat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-data applikabbli tad-disinn u li jinsab f’kundizzjoni ta’ tħaddim sikur.

L-elenkar tal-oġġetti pprovduti (jew magħmula disponibbli) biex jiġu ssodisfati l-aspetti ta’ din id-dikjarazzjoni li huma relatati mat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, irid jiġi arkivjat mid-detentur taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni.”;

(101)

fl-Appendiċi X, l-ewwel formola (il-Formola 55a tal-EASA – Il-Ħarġa 3) hija sostitwita b’dan li ġej:

“[STAT MEMBRU] (*12)

Membru tal-Unjoni Ewropeai (*13)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (*12) ].21G.XXXX

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, li bħalissa huma fis-seħħ u soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, l-[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU] b’dan tiċċertifika:

[L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]

bħala organizzazzjoni tal-produzzjoni f’konformità mat-Taqsima A tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, hija approvata biex tipproduċi prodotti, partijiet, tagħmir, unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ u komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ elenkati fl-iskeda tal-approvazzjoni mehmuża u biex toħroġ ċertifikati relatati billi tuża r-referenzi ta’ hawn fuq.

KUNDIZZJONIJIET:

1.

Din l-approvazzjoni hija limitata għal dik speċifikata fit-termini tal-approvazzjoni mehmuża.

2.

Din l-approvazzjoni hija soġġetta għal konformità mal-proċeduri speċifikati fl-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata.

3.

Din l-approvazzjoni tibqa’ valida sakemm l-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata tibqa’ f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012.

4.

Soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet indikati hawn fuq, din l-approvazzjoni għandha tibqa’ valida għal żmien bla limitu, sakemm din ma tkunx ġiet preċedentement ċeduta, sostitwita, sospiża jew revokata.

Data tal-ħruġ oriġinali: …

Data ta’ din ir-reviżjoni: …

Nru tar-reviżjoni: …

Iffirmat: …

Għall-awtorità kompetenti: [IDENTIFIKAZZJONI TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI (*13) ]

Il-Formola 55a tal-EASA — Il-Ħarġa 4”;

(102)

L-Appendiċi XI huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi XI

Ittra ta’ ftehim għal produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni — il-Formola 65 tal-EASA

L-ittra ta’ ftehim imsemmija fis-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21)

[STAT MEMBRU] (*14)

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (*15)

ITTRA TA’ FTEHIM GĦAL PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

[ISEM L-APPLIKANT]

[ISEM KUMMERĊJALI (jekk differenti minn isem l-applikant)]

[L-INDIRIZZ SĦIĦ TAL-APPLIKANT]

Data (jum, xahar, sena)

Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU].21F.XXXX (*15)

Għażiż(a) Sur/Sa [isem l-applikant],

is-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni tiegħek ġiet evalwata u nstabet konformi mat-Taqsima A, is-Subparti A u s-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012.

Għalhekk, soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, naqblu li t-turija tal-konformità tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ u tal-komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ imsemmija hawn taħt tista’ ssir skont it-Taqsima A tas-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012.

Numru ta’ Unitajiet P/N S/N

INĠENJU TAL-AJRU

PARTIJIET

Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal din l-ittra ta’ ftehim:

(1)

Din tibqa’ valida sakemm [isem il-kumpanija] tibqa’ konformi mat-Taqsima A, is-Subparti A u s-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012.

(2)

Din teħtieġ il-konformità mal-proċeduri speċifikati fir-referenza tal-manwal ta’ [isem il-kumpanija]/data tal-ħruġ …

(3)

Din tintemm nhar …

(4)

Id-dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa minn [isem il-kumpanija] skont il-punt 21.A.130 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 għandha tivvalidaha l-awtorità emittenti ta’ din l-ittra ta’ ftehim f’konformità mal-proċedura...... tal-manwal referenzjat.

(5)

[isem il-kumpanija] għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità emittenti ta’ din l-ittra ta’ ftehim dwar kull bidla fis-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni li tista’ taffettwa l-ispezzjoni, il-konformità jew l-ajrunavigabbiltà tal-prodotti, il-partijiet, l-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ u l-komponenti tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ elenkati f’ din l-ittra ta’ ftehim.

Għall-awtorità kompetenti: [IDENTIFIKAZZJONI TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI (*14), (*15) ]

Data u Firma

Il-Formola 65 tal-EASA — Il-Ħarġa 4”.


(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;

(*2)  (*) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”


(1)  [Lista tal-atti applikabbli li jridu jiddaħħlu bħala nota f’qiegħ il-paġna]

(*3)  L-emittent tal-formola jista’ jfassalha skont il-ħtiġijiet tiegħu billi jħassar l-isem, id-dikjarazzjoni taċ-ċertifikazzjoni, ir-referenza għall-inġenju tal-ajru inkwistjoni u d-dettalji tal-ħruġ li mhumiex rilevanti għall-użu tiegħu.”

(*4)  Għall-użu mill-Istat tar-reġistrazzjoni.

(*5)  (*) Għall-użu mid-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni.

(*6)  (*) Għall-użu mill-Istat tar-reġistrazzjoni.

(*7)  (**) Ħassar skont kif japplika.

(*8)  Għall-użu mill-Istat tar-reġistrazzjoni.

(*9)  Jew “EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(*10)  Ħassar fil-każ ta’ Stat Membri mhux tal-UE jew l-EASA.

(*11)  Ħassar skont kif japplika.”;

(*12)  Jew “EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(*13)  Jew “EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(*14)  Jew “EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(*15)  Ħassar għal pajjiżi terzi..


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-PARTI 2 “Rekwiżiti għal sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord tal-klassi C1”, il-punt (15) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(15)

tipprovdi twissija ċara lill-bdot mill-bogħod meta l-batterija tal-UA jew is-CMU tagħha tilħaq livell baxx, ħalli l-bdot mill-bogħod ikollu biżżejjed ħin biex jillandja l-UA b’mod sikur;”;

(2)

fil-PARTI 3 “Rekwiżiti għal sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord tal-klassi C2”, il-punt (17) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(17)

tipprovdi twissija ċara lill-bdot mill-bogħod meta l-batterija tal-UA jew is-CMU tagħha tilħaq livell baxx, ħalli l-bdot mill-bogħod ikollu biżżejjed ħin biex jillandja l-UA b’mod sikur;”;

(3)

fil-PARTI 4 “Rekwiżiti għal sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord tal-klassi C3”, il-punt (13) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(13)

tipprovdi twissija ċara lill-bdot mill-bogħod meta l-batterija tal-UA jew is-CMU tagħha tilħaq livell baxx, ħalli l-bdot mill-bogħod ikollu biżżejjed ħin biex jillandja l-UA b’mod sikur;”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1108/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top