Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024L3237

Direttiva (UE) 2024/3237 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/413 li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

PE/77/2024/REV/1

ĠU L, 2024/3237, 30.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/3237/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/3237/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3237

30.12.2024

DIRETTIVA (UE) 2024/3237 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Diċembru 2024

li temenda d-Direttiva (UE) 2015/413 li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), il-punt (c), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u b’hekk tnaqqas l-impunità tal-awturi tar-reati mhux residenti. Investigazzjoni transfruntiera effettiva tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u l-infurzar tas-sanzjonijiet itejbu s-sikurezza fit-toroq għax iħeġġu lis-sewwieqa mhux residenti jwettqu inqas reati u jsuqu b’mod aktar sikur.

(2)

L-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar ir-regoli tat-traffiku fis-seħħ relatati mas-sikurezza fit-toroq, is-sanzjonijiet applikabbli fid-diversi Stati Membri u l-probabbiltà għolja ta’ sanzjoni inevitabbli jippromwovu s-sikurezza fit-toroq u jnaqqsu l-għadd ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u l-perikli tat-traffiku fit-toroq.

(3)

L-esperjenza tal-awtoritajiet tal-infurzar involuti fl-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq uriet li l-formulazzjoni attwali fid-Direttiva (UE) 2015/413 la tiffaċilita investigazzjoni effettiva tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imwettqa minn sewwieqa mhux residenti u lanqas l-infurzar tal-penali finanzjarji sal-livell mixtieq. Dan jirriżulta f’impunità relattiva tas-sewwieqa mhux residenti u jħalli impatt negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-drittijiet fundamentali u proċedurali tas-sewwieqa mhux residenti mhux dejjem jiġu rispettati fil-kuntest tal-investigazzjonijiet transfruntieri, b’mod partikolari minħabba nuqqas ta’ trasparenza fl-iffissar tal-ammont tal-penali finanzjarji u fil-proċeduri tal-appell. Għalhekk, din id-Direttiva għandha l-għan li ttejjeb l-effettività tal-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imwettqa b’vetturi rreġistrati fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat (“l-Istat Membru fejn isir ir-reat”). Dan jgħin biex jintlaħaq l-għan tal-Unjoni li l-għadd ta’ mwiet fil-modi kollha ta’ trasport jitnaqqas u jinġieb qrib iż-żero sal-2050 u li tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u proċedurali tas-sewwieqa mhux residenti.

(4)

Fil-Qafas ta’ Politika tal-UE dwar is-Sikurezza fit-Toroq 2021-2030 – Il-Passi li jmiss lejn “Viżjoni Żero”tad-19 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni tenniet l-impenn tagħha għall-għan ambizzjuż li jseħħu kważi żero mwiet u żero korrimenti serji fit-toroq tal-Unjoni sal-2050 (“Viżjoni Żero”), kif ukoll għall-għan fuq żmien medju li l-imwiet u l-korrimenti serji jonqsu b’50 % sal-2030, mira oriġinarjament stabbilita fid-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta dwar is-Sikurezza fit-Toroq adottata mill-Ministri għat-Trasport tal-Istati Membri tal-Unjoni fid-29 ta’ Marzu 2017. Biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, il-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2020 intitolata “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur”, ħabbret l-intenzjoni tagħha li tirrevedi d-Direttiva (UE) 2015/413.

(5)

Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413 jiġi estiż għal reati oħra tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tas-sewwieqa. Meta titqies il-bażi legali li fuqha ġiet adottata d-Direttiva (UE) 2015/413, jiġifieri l-Artikolu 91(1), il-punt (c), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jenħtieġ li r-reati li għandhom jiżdiedu ma’ dik id-Direttiva juru rabta diretta mas-sikurezza fit-toroq billi jindirizzaw imġiba perikoluża u imprudenti li toħloq riskju serju għall-utenti tat-toroq. Jenħtieġ li l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413 tirrifletti wkoll il-progress tekniku fl-identifikazzjoni awtomatika tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq.

(6)

Ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq huma kklassifikati bħala reati amministrattivi jew kriminali skont il-liġi nazzjonali. Għalhekk, skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, dawn ir-reati jistgħu jagħtu lok għal proċedimenti mressqa minn awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji quddiem qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni f’materji amministrattivi jew kriminali. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq jiġu pproċessati mill-Istati Membri matul l-ipproċessar tal-massa, li, f’każijiet meta l-identifikazzjoni preċiża tas-sewwieq tkun meħtieġa mil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat bħala prekundizzjoni għall-impożizzjoni tas-sanzjoni rilevanti, tipprevjeni l-applikazzjoni effettiva u/jew il-ħruġ ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet biex tinħareġ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea stipulati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u b’hekk dik id-Direttiva ma tkunx tista’ tiġi applikata, b’mod partikolari meta r-reati jiġu kkwalifikati bħala amministrattivi. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw lill-awturi tar-reati bil-livell ta’ ċertezza meħtieġ mil-liġi nazzjonali tagħhom, ikollhom proċedura effettiva għad-dispożizzjoni tagħhom biex jitolbu assistenza reċiproka mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura li biha jkun twettaq ir-reat (“l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni”) jew l-Istat Membru tar-residenza tal-persuna kkonċernata. Jenħtieġ li dik il-proċedura tkun ibbażata fuq miżuri definiti sew, li ma jaffettwawx serjament id-drittijiet tal-persuni kkonċernati. Madankollu, jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għal sitwazzjonijiet fejn f’każijiet individwali l-kundizzjonijiet biex tiġi applikata d-Direttiva 2014/41/UE jitqiesu bħala ssodisfati, f’liema każ jenħtieġ li jiġu applikati l-proċeduri stabbiliti f’dik id-Direttiva minn dawk l-Istati Membri li huma marbutin b’dik id-Direttiva. Jenħtieġ li jiġi mfakkar li qafas legali speċifiku tal-Unjoni jirregola l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji. Għaldaqstant jeħtieġ li l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413 kif emendata b’din id-Direttiva ma ddgħajjifx id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn liġi applikabbli oħra tal-Unjoni f’materji kriminali, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI (5) dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji u d-Direttiva 2014/41/UE fejn jidħlu l-proċeduri għall-ġbir tal-evidenza, u l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni stabbilita mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (6) fir-rigward tal-proċeduri biex jintbagħtu u jiġu nnotifikati l-atti proċedurali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-proċediment kriminali li jitolbu garanziji speċifiċi għall-individwi kkonċernati, is-salvagwardji proċedurali għall-persuni suspettati u akkużati, minquxa fid-Direttivi 2010/64/UE (7), 2012/13/UE (8), 2013/48/UE (9), (UE) 2016/343 (10), (UE) 2016/800 (11) u (UE) 2016/1919 (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ma jiġux affettwati wkoll mill-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413.

(7)

Jenħtieġ li r-responsabbiltajiet u l-kompetenzi tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali jiġu ddefiniti biex jiġi żgurat li dawn jikkooperaw bla xkiel mal-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fl-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413 kif emendata b’din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali dejjem ikunu disponibbli għal dawn l-awtoritajiet kompetenti u jwieġbu t-talbiet tagħhom mingħajr dewmien żejjed. Jenħtieġ li dan ikun il-każ irrispettivament min-natura tar-reat jew l-istatus legali tal-awtorità kompetenti, u b’mod partikolari irrispettivament minn jekk l-awtorità kompetenti jkollhiex kompetenza nazzjonali jew subnazzjonali jew lokali.

(8)

L-elementi bażiċi tas-sistema tal-iskambju transfruntier tal-informazzjoni stabbilita bid-Direttiva (UE) 2015/413 urew li huma effettivi. Iżda hemm bżonn aktar titjib u aġġustamenti biex jissolvew kwistjonijiet li qed jinqalgħu minħabba data nieqsa, żbaljata jew mhux preċiża. Għalhekk jenħtieġ li jiġu imposti aktar obbligi fuq l-Istati Membri rigward il-ħtieġa li ċerta data fil-bażijiet tad-data rilevanti tinżamm disponibbli u aġġornata biex tiżdied l-effettività tal-iskambju tal-informazzjoni.

(9)

Għadd ta’ Stati Membri issa qed iħabbtu wiċċhom ma’ fenomenu fejn qed isiru reati serji tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq b’karozzi mikrija fi Stati Membri oħra. Is-sewwieqa ta’ dawn il-karozzi tal-kiri li jwettqu reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq mhux qed jiġu kkastigati minħabba li jistgħu jisfruttaw id-differenzi fir-regoli fost l-Istati Membri, kif ukoll nuqqasijiet fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-assistenza reċiproka.

(10)

Jenħtieġ li l-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn isir ir-reat jitħalla jwettaq tiftixiet awtomatizzati fir-reġistri tal-vetturi biex jikseb data dwar l-utenti finali tal-vetturi meta dik l-informazzjoni tkun diġà disponibbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu għaż-żamma tad-data fir-rigward tal-identità tad-detenturi, is-sidien u l-utenti finali preċedenti tal-vetturi biex l-awtoritajiet ikollhom l-informazzjoni xierqa li jeħtieġu għall-investigazzjoni.

(11)

Il-persuna kkonċernata tista’ ma tkunx familjari mas-sistema legali tal-Istat Membru fejn isir ir-reat u lanqas ma tkun titkellem il-lingwa jew lingwi uffiċjali tiegħu, u għalhekk jenħtieġ li d-drittijiet fundamentali u proċedurali tal-persuni kkonċernati jitħarsu aħjar. Sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi obbligatorji għall-kontenut tal-avviż ta’ reat tat-traffiku, u jenħtieġ li ma jibqax jintuża l-mudell attwali għall-ittra ta’ informazzjoni li tinkludi informazzjoni bażika biss, kif stipulat fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/413.

(12)

Bħala minimu, jenħtieġ li l-avviż ta’ reat tat-traffiku juża kliem li jinftiehem minn dawk mingħajr taħriġ legali u jinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-klassifikazzjoni legali u l-konsegwenzi legali tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, b’mod partikolari bit-teħid inkunsiderazzjoni li s-sanzjonijiet għar-reati koperti fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413 kif emendata b’din id-Direttiva jista’ jkollhom natura mhux pekunarja, bħal restrizzjonijiet imposti fuq id-dritt tas-sewqan tal-awtur tar-reat. Jenħtieġ ukoll li d-drittijiet tad-difiża jiġu appoġġati billi tingħata informazzjoni dettaljata dwar fejn, meta u kif jistgħu jiġu eżerċitati dawk id-drittijiet fl-Istat Membru fejn isir ir-reat. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-persuni mhux residenti jingħataw biżżejjed żmien biex ifittxu rimedju, pereżempju appell. Jenħtieġ li tingħata wkoll deskrizzjoni tal-proċeduri in absentia meta dan ikun applikabbli, peress li l-persuna kkonċernata jaf ma tkunx qed tippjana li tirritorna fl-Istat Membru fejn isir ir-reat biex tipparteċipa fil-proċedimenti. Jenħtieġ li anke l-alternattivi tal-ħlas u l-modi kif jista’ jittaffa l-volum tas-sanzjonijiet jinftiehmu faċilment sabiex tiġi inċentivata l-kooperazzjoni volontarja. Fl-aħħar nett, peress li jenħtieġ li l-avviż ta’ reat tat-traffiku jkun l-ewwel dokument li l-persuna kkonċernata tirċievi, jenħtieġ li dan ikun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), li, skont l-Artikolu 13(2), il-punt (d), ta’ dik id-Direttiva jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar is-sors li minnu toriġina d-data personali, u l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Jenħtieġ li din l-informazzjoni tingħata fl-avviż ta’ reat tat-traffiku direttament jew b’referenza għall-post fejn tkun disponibbli. L-Istati Membri jeħtieġ li jgħinu lill-utenti tat-toroq jivverifikaw l-awtentiċità tal-avviżi ta’ reat tat-traffiku u tad-dokumenti ta’ segwitu. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jeħtieġ li jikkondividu bejniethom u mal-Kummissjoni permezz ta’ mezzi siguri l-mudelli tal-avviżi ta’ reati tat-traffiku u l-mudelli tad-dokumenti ta’ segwitu maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, li jintużaw fil-każijiet transfruntieri. L-Istati Membri jridu jinfurmaw ukoll lil xulxin dwar l-awtoritajiet kompetenti li għandhom id-dritt joħorġu dawk l-avviżi ta’ reat tat-traffiku u d-dokumenti ta’ segwitu.

(13)

Meta sewwieq mhux residenti jiġi ċċekkjat fuq il-post waqt spezzjoni fit-triq, u dik l-azzjoni twassal biex jinbdew proċedimenti ta’ segwitu b’rabta ma’ reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, jenħtieġ li avviż ta’ reat tat-traffiku jintbagħat lis-sewwieq mhux residenti. Fil-każijiet ta’ spezzjonijiet fuq il-post b’rabta ma’ reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq imwettaq mis-sewwieq mhux residenti u meta l-awtorità kompetenti tkun infurzat is-sanzjoni relatata mar-reat imwettaq billi s-sewwieq mhux residenti jkun imġiegħel iħallas il-multa fuq il-post, jenħtieġ li s-sewwieq mhux residenti jingħata biss ċerti elementi essenzjali ta’ avviż ta’ reat tat-traffiku fuq il-post.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li l-persuna kkonċernata tkun dik li fil-fatt tirċievi l-avviż ta’ reat tat-traffiku u kwalnukwe dokument ta’ segwitu, u biex jiġi evitat l-involviment żbaljat ta’ partijiet terzi mhux ikkonċernati, jenħtieġ li din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar in-notifika tal-avviż ta’ reat tat-traffiku u d-dokumenti ta’ segwitu.

(15)

Jenħtieġ li kemm l-avviż ta’ reat tat-traffiku kif ukoll kwalunkwe dokument ta’ segwitu essenzjali jintbagħtu bil-lingwa tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura. F’dawk il-każijiet meta avviż ta’ reat tat-traffiku u dokumenti ta’ segwitu jkunu qed jintbagħtu b’lingwa li l-persuna kkonċernata ma tifhimhiex, jenħtieġ li dik il-persuna kkonċernata titħalla titlob li tirċievi d-dokumenti ta’ segwitu b’lingwa uffiċjali addizzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li tagħżel hi, għajr il-lingwa tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tilqa’ din it-talba.

(16)

Jenħtieġ li jiġi pprovdut rieżami legali effettiv f’każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat ma jikkonformawx mal-istandards tal-lingwa u mar-regoli dwar in-notifika tad-dokumenti stabbiliti f’din id-Direttiva u fil-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom.

(17)

F’każijiet fejn il-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ tiġi identifikata bil-livell ta’ ċertezza meħtieġ mil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat abbażi tal-informazzjoni miksuba mir-reġistru tal-vetturi, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw bejniethom biex jaċċertaw l-identità tal-persuna kkonċernata. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi introdotta proċedura tal-assistenza reċiproka biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata, jew b’talba għal konferma, abbażi tal-informazzjoni diġà miżmuma mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, jew inkella b’talba għal inkjesta mmirata li għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza.

(18)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jużaw formola elettronika standard biex jitolbu u jwieġbu għal assistenza reċiproka, sabiex jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat li tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw il-punti ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom biex ikun jista’ jsir trasferiment sigur u effiċjenti ħafna kemm tat-talbiet għal assistenza reċiproka li joħorġu kif ukoll tat-tweġibiet li jidħlu għalihom. Jenħtieġ li l-informazzjoni mitluba tinġabar mingħajr ebda dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi ħdan l-iskadenzi msemmijin f’din id-Direttiva. Meta jiġbor l-informazzjoni u jwieġeb għat-talba għall-assistenza, l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza li jkun irċieva t-talba għandu jqis kemm il-ħtieġa li l-persuna kkonċernata tiġi nnotifikata fi żmien debitu kif ukoll il-ħtieġa tal-Istat Membru fejn isir ir-reat li jkun għamel it-talba li jkun jista’ jieħu l-passi meħtieġa fi żmien debitu, b’mod partikolari b’kont meħud tal-preskrizzjonijiet stipulati fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.

(19)

Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza tidentifika speċifikament ir-raġunijiet li abbażi tagħhom tista’ tirrifjuta li tagħti assistenza reċiproka għall-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiddaħħlu salvagwardji biex jiġi evitat li meta tingħata assistenza reċiproka, tiġi żvelata l-identità ta’ persuni protetti, bħal xhieda protetti.

(20)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw l-istess proċeduri nazzjonali li kienu jużaw kieku r-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq ikun sar minn wieħed mir-residenti tagħhom sabiex jidentifikaw il-persuna kkonċernata li mhijiex residenti tagħhom. Jenħtieġ li ċ-ċertezza legali tissaħħaħ fir-rigward tal-applikabbiltà ta’ miżuri speċifiċi meħuda skont dawn il-proċeduri, jiġifieri b’rabta mad-dokumenti li jeħtieġu l-konferma jew iċ-ċaħda tat-twettiq tar-reat jew l-impożizzjoni ta’ obbligi fuq il-persuni kkonċernati biex jikkooperaw fl-identifikazzjoni tal-persuna responsabbli. Peress li jenħtieġ li dawk il-miżuri jkollhom l-istess effetti legali fuq il-persuni kkonċernati bħal f’każijiet domestiċi, jenħtieġ li dawk il-persuni jgawdu wkoll l-istess standards ta’ drittijiet fundamentali u proċedurali.

(21)

Meta l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali tipprovdi, b’mod espliċitu, aċċess għall-informazzjoni jew il-possibbiltà ta’ skambju tal-informazzjoni minn bażijiet tad-data oħra nazzjonali jew tal-Unjoni għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2015/413, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiskambjaw l-informazzjoni billi jużaw dawn il-bażijiet tad-data, filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-persuni mhux residenti kkonċernati.

(22)

Fil-każ meta d-dokumenti ma jkunux jistgħu jitwasslu bil-posta, b’konsenja reġistrata, b’posta reġistrata jew b’mezzi elettroniċi tal-istess valur, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat titħalla toqgħod fuq l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza biex tinnotifika d-dokumenti u l-komunikazzjonijiet lill-persuna kkonċernata skont il-liġi nazzjonali tiegħu li tirregola n-notifika tad-dokumenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw il-punti ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom biex ikun jista’ jsir trasferiment sigur u effiċjenti kemm tat-talba li toħroġ biex jintbagħtu atti proċedurali kif ukoll tat-tweġiba li tidħol għaliha.

(23)

Hemm bżonn jiġi enfasizzat li hemm problema sinifikanti ta’ nuqqas ta’ infurzar fir-rigward tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imwettqa minn persuni mhux residenti u li emendi għall-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI li jistabbilixxi d-definizzjoni ta’ deċiżjoni, jistgħu ma jkunux biżżejjed biex din il-problema tiġi indirizzata b’mod effettiv.

(24)

Peress li d-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI mhijiex imfassla għall-ipproċessar tal-massa ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, li għalihom sanzjonijiet pekunarji żgħar spiss jiġu kkwalifikati bħala amministrattivi, u biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tas-sewwieqa residenti u dawk mhux residenti, jenħtieġ li f’din id-Direttiva jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi biex l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jinfurzaw deċiżjonijiet amministrattivi dwar multi tat-traffiku minn naħa għal oħra tal-fruntieri u biex tingħata assistenza reċiproka għal dak l-infurzar. Dan ma jipprekludix l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI.

(25)

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, trid twettaq rieżami tas-soluzzjonijiet għall-aċċess elettroniku transfruntier għar-reġistri tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq ġestiti mill-awtoritajiet nazzjonali bl-għan li jiġu vvalutati modi kif jista’ jittejjeb l-aċċess taċ-ċittadini għall-avviżi ta’ reati tat-traffiku u d-dokumenti ta’ segwitu li jiġu indirizzati lilhom.

(26)

Jenħtieġ li t-talba għall-iżvelar tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi u l-iskambju tal-elementi tad-data f’każijiet transfruntieri jsiru b’sistema elettronika unika. Għalhekk, filwaqt li jibni fuq il-qafas tekniku li diġà jeżisti, jenħtieġ li t-tiftix awtomatizzat tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2015/413 isir biss bl-użu tal-applikazzjoni ta’ software b’livell għoli ta’ sigurtà tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (EUCARIS), u l-verżjonijiet emendati ta’ dik l-applikazzjoni ta’ software. Jenħtieġ li dik l-applikazzjoni ta’ software tippermetti l-iskambju rapidu, kosteffiċjenti, sigur u affidabbli ta’ data speċifika tar-reġistrazzjoni tal-vetturi fost l-Istati Membri, u b’hekk iżżid l-effiċjenza tal-investigazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiskambjawx informazzjoni b’mezzi oħra, li jkunu inqas kosteffiċjenti u possibbilment ma jiżgurawx il-protezzjoni tad-data trażmessa. Fil-proċess tal-iskambju tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, l-awtoritajiet kompetenti jaf jiltaqgħu ma’ talbiet anormali li jistgħu jwasslu għal suspett ta’ użu ħażin tal-proċess ta’ skambju ta’ informazzjoni u jkunu jeħtieġu t-teħid ta’ miżuri xierqa mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn it-talbiet anormali jistgħu b’mod partikolari jkunu talbiet li ma jkunux tas-soltu fil-frekwenza jew fil-kontenut tagħhom, li jsiru għal għarrieda jew li jikkonċernaw reati speċifiċi biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw il-EUCARIS speċifikament għal tiftixiet awtomatizzati ta’ data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi u assistenza reċiproka fl-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata, assistenza reċiproka fin-notifika tal-avviż ta’ reat tat-traffiku u d-dokumenti ta’ segwitu u assistenza reċiproka fl-attivitajiet ta’ infurzar.

(27)

Sabiex jiġu evitati l-prattiki abbużivi li ħarġu matul l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413 u biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kkonċernati mill-proċedimenti transfruntieri stabbiliti minn dik id-Direttiva kif emendata b’din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali inkarigati mill-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413 kif emendata b’din id-Direttiva jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi assenjati lilhom mingħajr ma jagħtu s-setgħa lill-entitajiet legali bi sjieda jew ġestjoni privata li jwettqu l-attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. B’mod partikolari, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tal-persuni kkonċernati, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet tad-difiża, kif ukoll il-funzjonament tajjeb tal-mekkaniżmu ta’ skambju transfruntier ta’ informazzjoni stabbilit mid-Direttiva (UE) 2015/413 jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali maħtura biss ikunu jistgħu jibdew, iwettqu u jinfurzaw proċeduri relatati mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti jiddependu mis-servizzi ta’ appoġġ tekniku pprovduti minn entitajiet legali bi sjieda jew ġestjoni privata, bħal servizzi postali, il-bini jew il-manutenzjoni tar-radars u l-analiżi tal-użu tad-droga jew tal-alkoħol mil-laboratorji privati. Perjodu tranżizzjonali ta’ sentejn jippermetti lill-Istati Membri li kienu rrikorrew għall-entitajiet legali bi sjieda jew ġestjoni privata fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu kompletament operattivi u kapaċi jimmaniġġaw il-proċeduri relatati mal-iskambju transfruntier b’rispett sħiħ għar-regoli stipulati fid-Direttiva (UE) 2015/413 kif emendata b’din id-Direttiva.

(28)

L-ambitu tal-informazzjoni li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġi estiż biex jinkludi elementi relatati mill-qrib mal-objettiv tat-titjib tas-sikurezza fit-toroq u biex jinkludi informazzjoni dwar l-għadd ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imwettqa minn sewwieqa ta’ vetturi rreġistrati f’pajjiż terz u identifikati minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. L-għan ta’ din l-estensjoni huwa li l-Kummissjoni tkun tista’ tanalizza s-sitwazzjoni attwali fl-Istati Membri u tipproponi inizjattivi fuq bażi fattwali soda. Bħala kumpens għall-piż amministrattiv addizzjonali fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri u biex ir-rappurtar jiġi allinjat mal-kalendarju tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-perjodu tar-rapportar jiġi estiż. Jenħtieġ li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-perjodu attwali ta’ sentejn għar-rapportar ikun jista’ jintemm bla xkiel.

(29)

Biex jinkisbu l-objettivi ppreżentati fil-Qafas ta’ Politika tal-UE dwar is-Sikurezza fit-Toroq 2021-2030 – il-passi li jmiss lejn “Viżjoni Żero”, tista’ tiġi kkunsidrata l-mistoqsija dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imwettqa minn sewwieqa ta’ vetturi reġistrati f’pajjiż terz. Għal dak il-għan, hemm bżonn li jiġu esplorati mezzi differenti għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, dment li tingħata protezzjoni ekwivalenti lill-persuni kkonċernati u li jiġu rispettati r-regoli dwar it-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi. Hemm bżonn li jiġu esplorati wkoll soluzzjonijiet diġitali ddedikati. Dan ikun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jikkonkludu ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi dwar il-kooperazzjoni fl-infurzar b’rabta ma’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq.

(30)

Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jikkonkludu u japplikaw ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejniethom, sa fejn tali ftehimiet jmorru lil hinn mill-proċeduri stipulati f’din id-Direttiva, u jgħinu biex dawn jiġu ssimplifikati jew iffaċilitati.

(31)

Peress li d-data relatata mal-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata tikkostitwixxi data personali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680, u billi l-qafas legali tal-Unjoni dwar it-trattament tad-data personali ġie emendat b’mod sinifikanti minn meta ġiet adottata d-Direttiva (UE) 2015/413 ‘il hawn, id-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta’ data personali jenħtieġ li jiġu allinjati mal-qafas legali l-ġdid.

(32)

Skont l-Artikolu 62(6) tad-Direttiva (UE) 2016/680, il-Kummissjoni rrieżaminat atti legali oħra adottati mill-Unjoni li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva, sabiex tevalwa l-ħtieġa li tallinja dawk l-atti ma’ dik id-Direttiva u biex, meta jkun xieraq, tagħmel il-proposti meħtieġa biex temenda dawk l-atti u tiżgura approċċ konsistenti rigward il-protezzjoni tad-data personali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Dak ir-rieżami ppreżentat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2020 bit-titolu “It-triq ‘il quddiem biex jiġi allinjat dak li kien l-acquis tat-tielet pilastru mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data” wassal għall-identifikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413 bħala waħda minn dawk l-atti l-oħra li kellhom jiġu emendati. Għalhekk jenħtieġ li jiġi ċċarat f’din id-Direttiva li l-ipproċessar tad-data personali jenħtieġ li jikkonforma wkoll mad-Direttiva (UE) 2016/680, meta l-ipproċessar ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali u personali tagħha.

(33)

Kwalunkwe ipproċessar tad-data personali skont id-Direttiva (UE) 2015/413 jenħtieġ li jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679, mad-Direttiva (UE) 2016/680 u mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) meta l-ipproċessar ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali u personali rispettiv tagħhom.

(34)

Il-bażi legali għall-ipproċessar tal-attivitajiet meħtieġ biex tiġi stabbilita l-identità tal-persuna kkonċernata u biex l-avviż ta’ reat tat-traffiku u d-dokumenti ta’ segwitu jintbagħtu lill-persuna kkonċernata, hi stabbilita fid-Direttiva (UE) 2015/413, f’konformità mal-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), u, meta applikabbli, mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2016/680. F’konformità mal-istess regoli, din id-Direttiva tistabbilixxi l-bażi legali għall-obbligu tal-Istati Membri li jipproċessaw id-data personali għall-fini tal-għoti tal-assistenza reċiproka lil xulxin biex jiġu identifikati l-persuni kkonċernati.

(35)

F’xi Stati Membri, id-data personali tal-persuni mhux residenti kkonċernati tinħażen f’network ta’ servers (“cloud”). Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-ksur tad-data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680, u dwar il-ksur tad-data personali u l-inċidenti tas-sigurtà stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jinfurmaw lil xulxin dwar l-inċidenti taċ-ċibersigurtà relatati ma’ dik id-data.

(36)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju proporzjonat għall-inizjattivi li jtejbu l-kooperazzjoni transfruntiera fl-infurzar tar-regoli tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni. Dan l-appoġġ jista’ jingħata wkoll għal kampanji ta’ informazzjoni madwar l-Unjoni dwar id-differenzi fil-liġi nazzjonali, b’enfasi partikolari fuq il-pajjiżi ġirien.

(37)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit portal online (“Portal CBE”) biex l-utenti tat-toroq fl-Unjoni jingħataw informazzjoni komprensiva dwar ir-regoli tat-traffiku fis-seħħ relatati mas-sikurezza fit-toroq fl-Istati Membri. Hemm bżonn li din l-informazzjoni tkun tinftiehem u aċċessibbli. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tkopri informazzjoni dwar rimedji legali, dwar kwalunkwe dritt mogħti lill-persuni kkonċernati skont id-Direttiva (UE) 2015/413 kif emendata b’din id-Direttiva, inkluż għażliet lingwistiċi, informazzjoni dwar ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u dwar is-sanzjonijiet applikabbli, inkluż fejn rilevanti r-riperkussjonijiet mhux finanzjarji applikabbli, u l-iskemi u l-mezzi disponibbli għall-ħlas tal-multi tat-traffiku impost fir-rigward ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq. Ir-riperkussjonijiet mhux finanzjarji jirreferu għal sistemi ta’ punti penali jew għall-fatt li meta jitwettaq reat tat-traffiku speċifiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, dan jista’ jwassal għall-iskwalifika mis-sewqan permezz ta’ rtirar temporanju jew permanenti tal-liċenzja tas-sewqan tal-persuna kkonċernata.

(38)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistinkaw biex jiżguraw li d-dħul iġġenerat minn penali finanzjarji għal reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, infurzati skont id-Direttiva (UE) 2015/413 kif emendata b’din id-Direttiva, jintuża biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq u biex tiġi żgurata t-trasparenza dwar il-miżuri tas-sikurezza fit-toroq.

(39)

Biex jitqiesu l-progress tekniku rilevanti jew il-bidliet fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni biex taġġorna l-Anness ta’ din id-Direttiva billi temendah. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (17). B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(40)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/413, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri, il-kontenut u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż il-miżuri taċ-ċibersigurtà, għat-tiftixiet awtomatizzati li jridu jsiru b’rabta mal-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, il-kontenut tal-formola elettronika standard għat-talba u l-mezzi ta’ trażmissjoni tal-informazzjoni relatata mat-talba għal assistenza reċiproka fl-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata, il-kontenut tal-formoli elettroniċi għat-talba għal assistenza reċiproka għan-notifika tal-avviż ta’ reat tat-traffiku u d-dokumenti ta’ segwitu u l-użu u l-manutenzjoni tal-Portal CBE. Jenħtieġ li s-soluzzjonijiet tekniċi jkunu allinjati mal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà u mas-soluzzjonijiet rilevanti ta’ Ewropa Interoperabbli msemmija fir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Madankollu, sakemm l-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni jsiru applikabbli, jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ miżuri tranżizzjonali għall-iskambju awtomatizzat tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi abbażi tas-sistema elettronika eżistenti biex jiġu żgurati skambji bla xkiel tad-data.

(41)

Hemm bżonn li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi adegwati u effikaċi għall-infurzar jew l-irkupru ta’ penali finanzjarji.

(42)

Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni lill-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni u trattament ugwali tal-persuni kkonċernati billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta’ assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri waqt l-investigazzjoni transfruntiera tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u billi tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni mhux residenti kkonċernati meta dawk ir-reati jsiru b’vettura rreġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(43)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fl-24 ta’ April 2023.

(44)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2015/413 tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva (UE) 2015/413 hija emendata kif ġej:

(1)

it-titolu tad-Direttiva huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni u assistenza reċiproka dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq”

;

(2)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Objettiv

Din id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni billi tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u billi tiffaċilita l-infurzar ta’ sanzjonijiet, meta dawk ir-reati jsiru b’vettura rreġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat.”

;

(3)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu eżistenti jingħata n-numru ta’ paragrafu 1;

(b)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(i)

nuqqas taż-żamma ta’ distanza sikura minn mal-vettura ta’ quddiem;

(j)

qbiż perikoluż;

(k)

ipparkjar jew waqfien perikoluż;

(l)

qsim ta’ linja solida waħda jew aktar;

(m)

sewqan fid-direzzjoni żbaljata;

(n)

nuqqas ta’ rispett tar-regoli dwar il-ħolqien u l-użu tal-kurituri ta’ emerġenza jew dwar in-nuqqas ta’ għoti tad-dritta lill-vetturi tas-servizz ta’ emerġenza;

(o)

użu ta’ vettura mgħobbija żżejjed;

(p)

nuqqas ta’ rispett għar-regoli dwar ir-restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi;

(q)

hit-and-run;

(r)

nuqqas ta’ rispett tar-regoli f’passaġġ invell tal-linja ferrovjarja.”

;

(c)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-punt (p) tal-ewwel subparagrafu, din id-Direttiva ma tapplikax għal imġiba li tikkostitwixxi nuqqas ta’ rispett tar-regoli dwar ir-restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi fil-każijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni dwar il-konfini tar-restrizzjonijiet, il-projbizzjonijiet jew l-obbligi b’validità żonali, l-istatus ta’ aċċess attwali u l-kundizzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni f’żoni ristretti għall-aċċess tal-vetturi kif ukoll data dwar ir-restrizzjonijiet permanenti tal-aċċess għall-vetturi ma nħolqux u saru aċċessibbli permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali, f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/670 (*1);

(b)

is-sewwieq ma jirrispettax ir-regoli relatati mal-imposti u tariffi oħra li għandhom jitħallsu qabel id-dħul f’żona soġġetta għal restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi.

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/670 tat-2 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 122, 25.4.2022, p. 1).”;"

(d)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-atti legali tal-Unjoni:

(a)

id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI (*2);

(b)

id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3);

(c)

il-proċeduri għan-notifika tal-atti proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni stabbilita mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (*4);

(d)

id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati stabbiliti fid-Direttivi 2010/64/UE (*5), 2012/13/UE (*6), 2013/48/UE (*7), (UE) 2016/343 (*8), (UE) 2016/800 (*9) u (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10).

(*2)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16)."

(*3)  Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1)."

(*4)   ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3."

(*5)  Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1)."

(*6)  Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1)."

(*7)  Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1)."

(*8)  Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1)."

(*9)  Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1)."

(*10)  Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).”;"

(4)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

‘vettura’ tfisser kwalunkwe mezz ta’ trasport soġġett għal reġistrazzjoni skont il-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru fejn isir ir-reat li normalment jintuża għat-trasport ta’ persuni jew merkanzija bit-triq, inkluż kombinamenti ta’ vetturi jew trejlers;”

;

(b)

il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

‘użu ta’ karreġġata pprojbita’ tfisser l-użu illegali ta’ parti permanenti jew temporanja diġà eżistenti mit-triq, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;”

;

(c)

il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(l)

‘punt ta’ kuntatt nazzjonali’ tfisser l-awtoritajiet maħtura għall-finijiet tal-iskambju awtomatizzat tat-talbiet li jidħlu kif ukoll it-tweġibiet li joħorġu tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, it-talbiet li jidħlu u joħorġu għal assistenza reċiproka biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata, it-talbiet li jidħlu u joħorġu għal assistenza reċiproka biex jintbagħtu l-avviż ta’ reat tat-traffiku jew id-dokumenti ta’ segwitu lill-persuna kkonċernata u t-talbiet u t-tweġibiet li jidħlu u joħorġu għal assistenza reċiproka fl-infurzar tad-deċiżjonijiet amministrattivi finali dwar il-multi tat-traffiku imposti għal reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq;”

;

(d)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(o)

‘nuqqas taż-żamma ta’ distanza sikura minn mal-vettura ta’ quddiem’ tfisser li sewwieq ma jżommx biżżejjed distanza mill-vettura ta’ quddiem , kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(p)

‘qbiż perikoluż’ tfisser il-qbiż ta’ vettura oħra jew ta’ utent ieħor tat-toroq b’mod li jikser ir-regoli applikabbli dwar il-qbiż, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(q)

‘ipparkjar jew waqfien perikoluż’ tfisser l-ipparkjar jew il-waqfien tal-vettura b’mod li jikser ir-regoli applikabbli dwar l-ipparkjar jew il-waqfien b’mod perikoluż, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat; in-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffi tal-ipparkjar u reati simili oħra ma jitqisux bħala pparkjar jew waqfien perikoluż;

(r)

‘qsim ta’ linja solida waħda jew aktar’ tfisser tibdil tal-karreġġati bil-vettura taqsam illegalment mill-inqas linja solida waħda, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(s)

‘sewqan fid-direzzjoni żbaljata’ tfisser is-sewqan ta’ vettura kontra d-direzzjoni deżinjata tat-traffiku, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(t)

‘nuqqas ta’ rispett tar-regoli dwar il-ħolqien u l-użu tal-kurituri ta’ emerġenza jew dwar in-nuqqas ta’ għoti tad-dritta lill-vetturi tas-servizz ta’ emerġenza’ tfisser nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli li jippermettu lil vetturi tas-servizz ta’ emerġenza, bħall-vetturi tal-pulizija, il-vetturi tas-salvataġġ jew it-trakkijiet tat-tifi tan-nar, jgħaddu u jaslu fis-sit ta’ emerġenza, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(u)

‘użu ta’ vettura mgħobbija żżejjed’ tfisser l-użu ta’ vettura li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti għall-piż massimu awtorizzat jew piż massimu awtorizzat tal-fusien tagħha, kif stabbilit fil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (*11), jew fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għall-vetturi jew l-operazzjonijiet li għalihom ma hu stabbilit l-ebda rekwiżit bħal dan f’dik id-Direttiva;

(v)

‘avviż ta’ reat tat-traffiku’ tfisser l-ewwel deċiżjoni jew kwalunkwe dokument ieħor maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat lill-persuna kkonċernata;

(w)

‘dokument ta’ segwitu’ tfisser kwalunkwe deċiżjoni jew kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat toħroġ wara l-avviż ta’ reat tat-traffiku b’rabta ma’ dak l-avviż jew mar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq inkwistjoni, sal-istadju tal-appell quddiem awtorità kompetenti bis-setgħa li tadotta deċiżjonijiet legalment vinkolanti;

(x)

‘persuna kkonċernata’ tfisser persuna identifikata f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tar-reat bħala personalment responsabbli għal reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq elenkat fl-Artikolu 2(1) jew id-detentur, is-sid l-utent finali jew is-sewwieq tal-vettura li biha jkun sar reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq elenkat fl-Artikolu 2(1), anke jekk ma tiġix identifikata bħala personalment responsabbli f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(y)

‘utent finali’ tfisser kwalunkwe persuna li mhijiex id-detentur jew is-sid tal-vettura, iżda persuna oħra indikata fir-reġistru tal-vetturi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, li jkollha l-permess tuża dik il-vettura jew tkun responsabbli għat-tħaddim ta’ kuljum tagħha, b’mod partikolari taħt kuntratt ta’ lokazzjoni jew kiri fit-tul jew bħala parti minn flotta ta’ vetturi disponibbli għall-impjegati;

(z)

‘Stat Membru tar-residenza’ tfisser kwalunkwe Stat Membru li jista’ jiġi preżunt sa livell raġonevoli ta’ ċertezza li jkun il-post tar-residenza normali tal-persuna kkonċernata;

(aa)

‘nuqqas ta’ rispett għar-regoli dwar ir-restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi’ tfisser li ma jiġux rispettati regolamenti dwar l-aċċess demarkati b’mod ċar u viżibbli stabbiliti għall-kategoriji kollha tal-vetturi jew ċerti kategoriji minnhom, għall-finijiet tas-sikurezza fit-toroq, bħal żoni pedonali u tal-iskejjel, u korsiji għar-roti, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(ab)

‘hit-and-run’ tfisser sitwazzjoni li fiha s-sewwieq isuq ‘l hemm wara li jkun ikkawża aċċident jew kolliżjoni tat-traffiku sabiex jevita li jiffaċċa l-konsegwenzi tal-aċċident jew tal-kolliżjoni tat-traffiku, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(ac)

‘nuqqas ta’ rispett tar-regoli f’passaġġ invell tal-linja ferrovjarja’ tfisser li wieħed ma jiqafx jew jaġixxi b’mod perikoluż f’passaġġ invell tal-linja ferrovjarja, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(ad)

‘awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi jew liċenzji tas-sewqan, għall-bidu tal-proċedimenti ta’ segwitu jew l-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) jew għall-infurzar tas-sanzjonijiet rilevanti, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tagħha.

(*11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).”;"

(5)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 3a

Punti ta’ kuntatt nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ kuntatt nazzjonali wieħed jew aktar għal:

(a)

l-iskambju awtomatizzat tad-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD) f’konformità mal-Artikolu 4;

(b)

talbiet u tweġibiet deħlin u ħerġin għal assistenza reċiproka biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 5c;

(c)

talbiet u tweġibiet deħlin u ħerġin għal assistenza reċiproka biex l-avviż ta’ reat tat-traffiku jew dokumenti ta’ segwitu jiġu nnotifikati lill-persuna kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 5e; u

(d)

talbiet u tweġibiet deħlin u ħerġin għal assistenza reċiproka biex jiġu infurzati d-deċiżjonijiet amministrattivi finali dwar il-multi tat-traffiku imposti għal reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq f’konformità mal-Artikolu 5f.

Is-setgħat tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom jiġu regolati mil-liġi applikabbli tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali rispettivi tagħhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jiżguraw li l-informazzjoni kollha meħtieġa tiġi kondiviża fil-ħin, u li jkun hemm konformità mal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 5a(2) u fl-Artikolu 5c(7) u (8).”

;

(6)

l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Proċeduri għall-iskambju tal-VRD u assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri

1.   Għall-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) identifikati fit-territorju tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jagħti lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn isir ir-reat aċċess għall-VRD nazzjonali li ġejja, bis-setgħa li jsiru tiftixiet awtomatizzati fiha:

(a)

data relatata mal-vetturi;

(b)

data relatata mad-detenturi u, fejn disponibbli, is-sidien u l-utenti finali tal-vetturi

L-elementi tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), li huma meħtieġa biex isir tiftix għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness.

2.   L-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biss ikollhom aċċess għall-VRD permezz tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tiegħu.Meta jsir tiftix fl-għamla ta’ talba li toħroġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tuża n-numru sħiħ tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiżgura li kull talba li toħroġ tinkludi l-isem tal-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba, l-identifikatur tal-persuna li qed tittratta t-talba u n-numru tal-każ tat-talba.

3.   Sabiex jiġi stabbilit jekk reat tat-traffiku rilevanti relatat mas-sikurezza fit-toroq ikunx sar b’vettura, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tista’ l-ewwel titlob aċċess, permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tagħha, għad-data teknika relatata mal-vetturi elenkati fit-Taqsima 2, il-Partijiet I u II, tal-Anness, u għal dik id-data teknika biss.

Meta jiġi stabbilit li reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq ikun sar b’vettura, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tista’ sussegwentement titlob aċċess, permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tagħha, għad-data personali relatata mal-persuna kkonċernata elenkata fit-Taqsima 2, il-PartiI u l-Partijiet III sa VI, tal-Anness.

4.   L-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu juża d-data miksuba fl-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) biex jistabbilixxi l-identità tal-persuna li tkun personalment responsabbli għal dawk ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.

5.   Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jiżgura li, meta jaċċessaw il-VRD, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat jirċievu messaġġ speċifiku li jinfurmahom, f’tal-anqas il-każijiet li ġejjin, li:

(a)

fil-mument tar-reat, il-vettura kienet irreġistrata bħala distrutta;

(b)

fil-mument tar-reat, il-vettura kienet irreġistrata bħala misruqa f’xi reġistru nazzjonali;

(c)

fil-mument tar-reat, il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tal-vettura kienet irreġistrata bħala misruqa f’xi reġistru nazzjonali;

(d)

fil-mument tar-reat, l-ebda informazzjoni dwar il-vettura ma tista’ tinsab f’xi reġistru nazzjonali;

(e)

l-input tat-tiftix ġie identifikat bħala mhux korrett, abbażi ta’ xi rekwiżiti nazzjonali tas-sintassi;

(f)

l-informazzjoni mitluba ma tkunx tista’ tiġi żvelata f’każ li tikxef l-identità ta’ persuna protetta f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

6.   Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jiżgura li jiġu kondiviżi biss l-elementi tad-data personali relatati mar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq li jkun sar.

7.   Għal assistenza reċiproka f’konformità mal-Artikolu 5c, 5e jew 5f, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull talba għal assistenza reċiproka tinkludi l-isem tal-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba, l-identifikatur tal-persuna li tittratta t-talba u n-numru tal-każ tat-talba.”

;

(7)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

Reġistri nazzjonali tal-vetturi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-elementi tad-data elenkati fit-Taqsima 2, il-Partijiet I sa III u V, tal-Anness, meta jkunu disponibbli fir-reġistri nazzjonali tal-vetturi tagħhom, ikunu aġġornati.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iżommu l-elementi tad-data elenkati fit-Taqsima 2, il-Partijiet V u VI, tal-Anness, meta jkunu disponibbli, fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi għal mill-inqas 12-il xahar wara kwalunkwe modifika tad-detentur, is-sid jew l-utent finali tal-vettura, u mhux aktar kif meħtieġ, kif iddefinit fil-liġi tal-Istati Membri.”

;

(8)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Avviż ta’ reat tat-traffiku

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tibda proċedimenti ta’ segwitu fir-rigward tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1).

Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tiddeċiedi li tibda tali proċedimenti, dik l-awtorità kompetenti għandha, qabel l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 5a(2), toħroġ avviż ta’ reat tat-traffiku li jinforma lill-persuna kkonċernata dwar ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq u, fejn xieraq, bid-deċiżjoni li jinbdew proċedimenti ta’ segwitu.

L-avviż ta’ reat tat-traffiku jista’ jservi skopijiet oħra għajr dawk stipulati fit-tieni subparagrafu li huma meħtieġa għall-infurzar, bħal talba għall-iżvelar tal-identità u l-indirizz tal-persuna responsabbli għar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, inkjesta dwar jekk il-persuna kkonċernata tammettix jew tiċħadx it-twettiq tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq jew talba għall-ħlas.

2.   L-avviż ta’ reat tat-traffiku għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

indikazzjoni li l-avviż ta’ reat tat-traffiku qed jinħareġ għall-finijiet ta’ din id-Direttiva;

(b)

l-isem, l-indirizz postali, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-email tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(c)

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, b’mod partikolari data dwar il-vettura li biha jkun twettaq ir-reat, inkluż in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura, il-post, id-data u l-ħin tar-reat, in-natura tar-reat, referenza dettaljata għad-dispożizzjonijiet legali miksura u, meta jkun xieraq, data dwar l-apparat użat biex jiġi identifikat ir-reat;

(d)

informazzjoni dettaljata dwar il-klassifikazzjoni legali tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, is-sanzjonijiet applikabbli u konsegwenzi legali oħra tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, inkluż informazzjoni relatata mal-iskwalifiki mis-sewqan (inkluż il-punti penali jew restrizzjonijiet oħra imposti fuq id-dritt tas-sewqan), f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(e)

informazzjoni dettaljata dwar fejn, meta u kif jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet tad-difiża jew dwar fejn, meta u kif isir appell għad-deċiżjoni li jitħarrek ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, inkluż ir-rekwiżiti għall-ammissibbiltà ta’ dan l-appell u l-iskadenza biex jitressaq l-appell, kif ukoll dwar jekk u b’liema kundizzjonijiet japplikaw il-proċeduri in absentia, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(f)

meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 5d u l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni;

(g)

meta jkun applikabbli, informazzjoni dettaljata dwar l-isem, l-indirizz u n-Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju (IBAN) tal-awtorità fejn tista’ titħallas penali finanzjarja imposta, dwar l-iskadenza għall-ħlas u dwar metodi vijabbli, alternattivi u aċċessibbli ta’ ħlas, b’mod partikolari applikazzjonijiet speċifiċi tas-software, dment li dawk il-metodi jkunu aċċessibbli għall-persuni residenti u mhux residenti;

(h)

informazzjoni ċara u komprensiva dwar ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data, inkluż indikazzjoni tal-post li minnu ikun possibbli li tinkiseb l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12), jew skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13), inkluż informazzjoni dwar minn liema sors toriġina d-data personali, jew indikazzjoni li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli b’mod ġenerali huma disponibbli fuq il-Portal CBE msemmi fl-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva;

(i)

meta jkun applikabbli, informazzjoni dettaljata dwar jekk u kif jistgħu jittaffew is-sanzjonijiet għar-reati relatati mas-sikurezza tat-traffiku fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1), inkluż bi ħlas bikri ta’ penali finanzjarja;

(j)

matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 5h(2), u meta jkun applikabbli, indikazzjoni ċara li l-entità legali privata li tibgħat l-avviż ta’ reat tat-traffiku tkun ingħatat is-setgħa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, kif imsemmi fl-Artikolu 5h(1), u delineazzjoni ċara bejn l-ammonti tal-flejjes mitluba, abbażi tal-bażi legali tagħhom;

(k)

ħolqa u, jekk ikun possibbli, kodiċi QR għall-Portal CBE msemmi fl-Artikolu 8.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiżgura li sewwieq mhux residenti jirċievi avviż ta’ reat tat-traffiku msemmi fil-paragrafu 2, meta:

(a)

is-sewwieq mhux residenti jkun ġie ċċekkjat fuq il-post fi spezzjoni fit-triq; u

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat ma tkunx infurzat is-sanzjoni relatata mar-reat imwettaq fuq il-post.

L-avviż ta’ reat tat-traffiku għandu jintbagħat lis-sewwieq mhux residenti, f’konformità mal-Artikolu 5a(1) u (2).

4.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiżgura li fil-każ fejn sewwieq mhux residenti jkun ġie ċċekkjat fuq il-post fi spezzjoni fit-triq u meta dik l-awtorità kompetenti tkun infurzat is-sanzjoni relatata mar-reat imwettaq fuq il-post, is-sewwieq mhux residenti jirċievi mill-inqas dan li ġej:

(a)

riċevuta għat-tranżazzjoni finanzjarja jew avviż ta’ imposta ta’ penali finanzjarja li għandha titħallas f’perjodu ta’ żmien speċifiku;

(b)

informazzjoni ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti;

(c)

informazzjoni dwar ir-reati mwettqa u, jekk ikun rilevanti, kif għandha tiġi żgurata l-konformità fil-futur;

(d)

jekk ikun possibbli, ħolqa jew kodiċi QR għall-Portal CBE msemmi fl-Artikolu 8.

Id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu pprovduti b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn isir ir-reat jew bi kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjoni tal-Unjoni meqjusa xierqa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.

5.   Fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, u f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiżgura li jingħata aċċess għall-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha relatata mal-investigazzjoni ta’ -reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq elenkat fl-Artikolu 2(1). L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat jista’ jqis din it-talba bħala talba biex jinkiseb rimedju legali kontra s-sanzjoni imposta, f’liema każ għandu jinforma lill-persuna kkonċernata b’mod ċar u konċiż fl-avviż ta’ reat tat-traffiku li dan ikun il-każ u dwar l-implikazzjonijiet legali u proċedurali ta’ din it-talba.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bidu tal-iskadenzi għall-persuni mhux residenti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ appell jew biex jittaffew is-sanzjonijiet, f’konformità mal-paragrafu 2, il-punti (e) u (i) rispettivament, ikun proporzjonat biex jiġi żgurat l-eżerċitar effettiv ta’ dawn id-drittijiet u jkun jikkorrispondi għad-data tal-ispedizzjoni jew tal-wasla postali jew elettronika tal-avviż ta’ reat tat-traffiku jew tad-deċiżjoni uffiċjali dwar ir-responsabbiltà tal-persuna kkonċernata.

(*12)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89)."

(*13)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;"

(9)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 5a

Notifika tal-avviż ta’ reat tat-traffiku u tad-dokumenti ta’ segwitu

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tibgħat l-avviż ta’ reat tat-traffiku u d-dokumenti ta’ segwitu lill-persuni kkonċernati bil-posta, b’konsenja rreġistrata, b’posta rreġistrata jew b’mezzi elettroniċi b’valur ugwali f’konformità mal-Kapitolu III, it-Taqsima 7 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*14), f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.

2.   L-avviż ta’ reat tat-traffiku indirizzat lid-detentur, lis-sid jew lill-utent finali tal-vettura għandu jinħareġ mhux aktar tard minn 11-il xahar wara r-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq meta t-tiftixiet awtomatizzati msemmijin fl-Artikolu 4(1) ikunu rnexxew u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tkun stabbiliet l-identità u l-indirizz tad-detentur, is-sid jew l-utent finali tal-vettura sal-livell ta’ ċertezza meħtieġ mil-liġi nazzjonali tiegħu.

Meta t-tiftixiet awtomatizzati msemmijin fl-Artikolu 4(1) ma jkunux irnexxew jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat ma setgħetx tistabbilixxi l-identità u l-indirizz tad-detentur, tas-sid jew tal-utent finali tal-vettura bil-livell ta’ ċertezza meħtieġ mil-liġi nazzjonali tiegħu, l-avviż ta’ reat tat-traffiku għandu jinħareġ mhux aktar tard minn ħames xhur wara li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tkun stabbiliet din l-informazzjoni.

3.   L-Istati Membri huma mħeġġa jippermettu lill-persuni kkonċernati jikkonnettjaw b’mod remot mal-proċedimenti tal-qorti permezz ta’ konnessjoni bil-vidjo.

Artikolu 5b

Traduzzjoni tal-avviż ta’ reat tat-traffiku u tad-dokumenti essenzjali ta’ segwitu

1.   Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tiddeċiedi li tibda proċedimenti ta’ segwitu b’rabta mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1), hija għandha toħroġ l-avviż ta’ reat tat-traffiku u kwalunkwe dokument essenzjali ta’ segwitu bil-lingwa tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandhom jiddeċiedu jekk dokument ta’ segwitu jkunx essenzjali. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-fatt li l-persuna kkonċernata teħtieġ li tifhem l-akkużi u tkun tista’ teżerċita bis-sħiħ id-drittijiet ta’ difiża. Dan jinkludi, b’mod partikolari, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-reat, in-natura tar-reat imwettaq, is-sanzjoni imposta, ir-rimedji legali disponibbli kontra dik id-deċiżjoni, l-iskadenza prevista għal dak l-għan u l-identifikazzjoni tal-korp li quddiemu jrid jitressaq l-appell.

2.   Fi kwalunkwe każ partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandhom jiddeċiedu jekk xi dokument ieħor ikunx essenzjali.

3.   M’għandu jkun hemm l-ebda rekwiżit li jiġu tradotti partijiet minn dokumenti essenzjali li ma jkunux rilevanti biex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu bil-kawża kontrihom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu jekk dawk il-partijiet ikunux rilevanti għal dawk il-finijiet filwaqt li jqisu l-elementi msemmijin fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu.

4.   Fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tippermetti lil dik il-persuna tirċievi d-dokumenti ta’ segwitu b’lingwa uffiċjali addizzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ma tkunx il-lingwa tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwalità tat-traduzzjoni tal-avviż ta’ reat tat-traffiku u tad-dokumenti ta’ segwitu tkun mill-inqas tal-kwalità meħtieġa skont l-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2010/64/UE.

6.   L-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu jiżgura li, fuq talba tal-persuna kkonċernata, l-awtorità kompetenti kkonċernata tirrevedi, b’mod effettiv u rapidu, avviż ta’ reat tat-traffiku jew dokument ta’ segwitu maħruġ lil dik il-persuna, għar-raġuni li dak l-avviż ta’ reat tat-traffiku jew dak id-dokument ta’ segwitu ma jkunx jikkonforma ma’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 5, l-Artikoli 5a jew l-Artikolu 5e.

Artikolu 5c

Assistenza reċiproka fl-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, wara li jkunu eżawrew il-mezzi l-oħra kollha disponibbli lilhom, b’mod partikolari wara li jkunu wettqu tiftix awtomatizzat f’konformità mal-Artikolu 4(1) ukkonsultaw bażijiet ta’ data oħrajn li espliċitament huwa permess li jiġu kkonsultati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali, xorta ma jkunux jistgħu jidentifikaw il-persuna kkonċernata sal-livell ta’ ċertezza meħtieġ mil-liġi nazzjonali tiegħu biex jibdew jew iwettqu l-proċedimenti ta’ segwitu msemmija fl-Artikolu 5(1).

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin skont dan l-Artikolu. Madankollu, jekk, wara l-valutazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’ każijiet individwali, jiġi ddeterminat li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/41/UE huma ssodisfati, l-Istati Membri marbuta b’dik id-Direttiva jistgħu japplikaw dik id-Direttiva bejniethom biss.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tiddeċiedi jekk titlobx assistenza reċiproka biex tinkiseb l-informazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu 4.

It-talba għal assistenza reċiproka tista’ tinbeda biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha tuża d-data miksuba b’assistenza reċiproka sabiex tistabbilixxi l-identità tal-persuna li tkun personalment responsabbli għar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq elenkat fl-Artikolu 2(1) imwettaq fit-territorju tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.

4.   Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tkun iddeċidiet li titlob assistenza reċiproka f’konformità mal-paragrafu 1, hija għandha tibgħat talba strutturata elettronikament permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tagħha lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza.

5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tista’ titlob lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew lill-Istat Membru tar-residenza:

(a)

jistabbilixxi l-identità u l-indirizz tal-persuna kkonċernata, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza, inkluż bl-użu ta’ bażijiet ta’ data nazzjonali bħar-reġistri tal-liċenzji tas-sewqan jew ir-reġistri tal-popolazzjoni;

(b)

jitlob lid-detentur, lis-sid jew l-utent finali tal-vettura li biha twettaq ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq jipprovdi informazzjoni dwar l-identità, l-indirizz u, fejn disponibbli, idettalji oħra ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli għar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, f’konformità mal-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza, li għandhom jiġu applikati daqslikieku l-miżura investigattiva kkonċernata ġiet ordnata mill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru stess.

6.   It-talba strutturata elettronikament għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

elementi tad-data relatati mal-persuna kkonċernata miksuba wara t-tiftix awtomatizzat imwettaq f’konformità mal-Artikolu 4(1);

(b)

jekk tkun disponibbli, ir-reġistrazzjoni viżiva tas-sewwieq irkuprata mit-tagħmir tad-detezzjoni, b’mod partikolari l-kameras tal-veloċità;

(c)

data relatata mar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, elenkata fl-Artikolu 2(1);

(d)

data relatata mal-vettura li biha jkun twettaq ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq;

(e)

raġuni għat-talba għal assistenza reċiproka.

7.   Sakemm ma jiddeċidux li jinvokaw waħda mir-raġunijiet għar-rifjut elenkati fil-paragrafu 8 jew ma jkunx possibbli li tinġabar l-informazzjoni mitluba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza għandhom jiġbru l-informazzjoni mitluba msemmija fil-paragrafu 5, mingħajr dewmien żejjed.

Mingħajr ebda dewmien żejjed u mhux aktar tard minn xahrejn mill-jum li fih l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza tkun ġabret l-informazzjoni mitluba, hija għandha twieġeb għat-talba b’mod elettroniku permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tagħha.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza għandha tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri espressament mitluba mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, waqt li tkun qed tiġbor l-informazzjoni mitluba, sa fejn dawn ma jkunux inkompatibbli mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

8.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza tista’ tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba msemmija fil-paragrafu 5. Għandha tagħmel dan f’każ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin biss:

(a)

ikun hemm immunità jew privileġġ skont il-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza, li jagħmilha impossibbli li tingħata l-informazzjoni;

(b)

l-għoti tal-informazzjoni mitluba jmur kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem;

(c)

l-għoti tal-informazzjoni mitluba jipperikola investigazzjoni ta’ reat kriminali li tkun għaddejja;

(d)

l-għoti tal-informazzjoni mitluba jmur kontra jew jagħmel ħsara lill-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza, jipperikola s-sors tal-informazzjoni jew jinvolvi l-użu ta’ informazzjoni klassifikata relatata ma’ attivitajiet speċifiċi ta’ intelligence;

(e)

ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li l-għoti tal-informazzjoni mitluba jkun inkompatibbli mal-obbligi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza f’konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

(f)

l-għoti tal-informazzjoni mitluba jipperikola s-sikurezza ta’ individwu jew jiżvela l-identità ta’ persuna protetta f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza.

Mhux aktar tard minn xahrejn mill-jum li fih l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza tiddeċiedi li tapplika raġuni għal rifjut, jew tistabbilixxi li mhuwiex possibbli li tinġabar l-informazzjoni mitluba, hija għandha tinforma lill-Istat Membru fejn isir ir-reat b’dan permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tagħha. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza tista’ tiddeċiedi li ma tispeċifikax liema raġuni ta’ rifjut tapplika fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (c), (d) u (f).

Artikolu 5d

Miżuri nazzjonali li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni tal-persuna responsabbli

1.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu kwalunkwe miżura, b’rabta mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1), stipulata fil-liġi nazzjonali tagħhom sabiex jirnexxilhom jidentifikaw lill-persuna responsabbli għar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq (il-‘persuna responsabbli’), bħal miżuri relatati mal-obbligu tad-detentur, tas-sid jew tal-utent finali ta’ vettura li jikkoopera fl-identifikazzjoni tal-persuna responsabbli, dment li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali u proċedurali skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b’mod partikolari:

(a)

jinnotifikaw id-dokumenti lill-persuni kkonċernati b’rabta mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1), inkluż id-dokumenti li jitolbu lill-persuni kkonċernati jikkonfermaw ir-responsabbiltà tagħhom għar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq;

(b)

japplikaw obbligi, inkluż sanzjonijiet relatati, imposti fuq il-persuni kkonċernati li jkunu rilevanti għall-identifikazzjoni tal-persuna responsabbli, bl-aktar mod estensiv possibbli.

Artikolu 5e

Assistenza reċiproka fin-notifika tal-avviż ta’ reat tat-traffiku u tad-dokumenti ta’ segwitu

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat tista’ tibgħat l-avviż ta’ reat tat-traffiku jew id-dokumenti ta’ segwitu lill-persuni kkonċernati permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

l-indirizz tal-persuna li għaliha jkun maħsub id-dokument ma jkunx magħruf, ma jkunx komplet jew ma jkunx ċert;

(b)

ir-regoli proċedurali skont il-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat ikunu jeħtieġu prova tan-notifika tad-dokument, minbarra l-prova li tista’ tinkiseb bil-posta, b’konsenja rreġistrata, b’posta rreġistrata jew b’mezzi elettroniċi ekwivalenti msemmijin fl-Artikolu 5a(1);

(c)

id-dokument ma setax jiġi notifikat bil-posta, b’konsenja rreġistrata, b’posta rreġistrata jew b’mezzi elettroniċi ekwivalenti msemmijin fl-Artikolu 5a(1);

(d)

l-Istat Membru fejn isir ir-reat ikollu raġunijiet ġustifikati biex iqis li n-notifika tad-dokument bil-posta, b’konsenja rreġistrata, b’posta rreġistrata jew b’mezzi elettroniċi ekwivalenti msemmijin fl-Artikolu 5a(1) f’dak il-każ partikolari tkun ineffettiva jew mhux xierqa.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat u tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin permezz tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali rispettivi tagħhom.

2.   L-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza għandhom jiżguraw li l-avviż ta’ reat tat-traffiku u d-dokumenti ta’ segwitu li jridu jiġu nnotifikati f’konformità mal-paragrafu 1 jiġu nnotifikati f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jew, meta jkun debitament ġustifikat, b’metodu partikolari mitlub mill-Istat Membru fejn isir ir-reat, dment li dak il-metodu ma jkunx inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tagħhom.

3.   L-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tiegħu tipprovdi tweġiba strutturata elettronikament li tinkludi:

(a)

meta l-konsenja tirnexxi, id-data tan-notifika u data dwar il-persuna li tirċievi d-dokument;

(b)

meta l-konsenja ma tirnexxix, raġuni għan-nuqqas ta’ konsenja tal-avviż ta’ reat tat-traffiku jew tad-dokument ta’ segwitu.

It-tweġiba ta’ konsenja b’suċċess għandha titqies bħala prova tan-notifika tad-dokument.

Artikolu 5f

Assistenza reċiproka fl-attivitajiet ta’ infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza lil xulxin fl-infurzar f’każ li ma titħallasx multa tat-traffiku imposta għat-twettiq ta’ reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq elenkat fl-Artikolu 2(1).

2.   Wara n-notifika tal-avviż ta’ reat tat-traffiku lill-persuna kkonċernata u fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ multa tat-traffiku imposta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, dik l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza biex tassisti fl-infurzar ta’ deċiżjonijiet amministrattivi dwar multi tat-traffiku relatati mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1).

3.   It-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku hija ta’ natura amministrattiva, finali u infurzabbli skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(b)

l-Istat Membru fejn isir ir-reat ikun fil-pussess ta’ prova tan-notifika lill-persuna kkonċernata tat-talba għall-ħlas tal-multa tat-traffiku;

(c)

il-persuna kkonċernata ġiet infurmata u kellha l-opportunità li teżerċita r-rimedji legali kontra d-deċiżjoni amministrattiva li timponi multa tat-traffiku skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(d)

il-multa tat-traffiku tkun ogħla minn EUR 70.

4.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandha, permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali tiegħu, tibgħat it-talba msemmija fil-paragrafu 2 lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew lill-Istat Membru tar-residenza f’forma strutturata elettronikament.

5.   Jekk il-persuna kkonċernata tkun tista’ turi li tħallset il-multa tat-traffiku, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza għandha tinnotifika dan minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.

6.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza għandhom jirrikonoxxu d-deċiżjoni amministrattiva dwar multa tat-traffiku li tkun intbagħtet skont dan l-Artikolu mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalità ulterjuri, u minnufih għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-infurzar tagħha sakemm dik l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet biex ma tirrikonoxxihiex jew ma tinforzahiex previsti fil-paragrafu 8.

7.   L-infurzar tad-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku għandu jkun irregolat mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew fl-Istat Membru tar-residenza.

8.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu u jinfurzaw id-deċiżjoni amministrattiva dwar multa tat-traffiku. Għandha tagħmel dan biss jekk tkun stabbiliet kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-infurzar tad-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku jmur kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem;

(b)

ikun hemm immunità skont il-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza, li tagħmilha impossibbli li tiġi infurzata d-deċiżjoni amministrattiva dwar multa tat-traffiku;

(c)

id-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku ma tkunx għadha infurzabbli skont il-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza minħabba li jkun għadda ż-żmien;

(d)

id-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku ma tkunx finali;

(e)

id-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku jew mill-inqas il-kontenut essenzjali tagħha ma jiġix tradott kif previst fl-Artikolu 5b;

(f)

it-talba ma tkunx kompleta u ma tkunx tista’ timtela kollha mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(g)

il-ksur tad-drittijiet fundamentali jew tal-prinċipji legali fundamentali kif imħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Jekk talba tiġi miċħuda, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għaċ-ċaħda.

9.   Is-somma ta’ flus miksuba mill-infurzar tad-deċiżjoni dwar multa tat-traffiku għandha tkun dovuta lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew lill-Istat Membru tar-residenza sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn l-Istat Membru fejn isir ir-reat u l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru tar-residenza. Il-flus għandhom jiġu akkumulati fil-munita tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew tal-Istat Membru tar-residenza, skont liema minn dawk l-Istati Membri jkun irċieva t-talba.

10.   Il-paragrafi 1 sa 9 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jipprekludu l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI, ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati Membri sa fejn dawn il-ftehimiet jew l-arranġamenti jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għall-infurzar ta’ penali finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5g

Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju ta’ VRD u assistenza reċiproka

1.   L-Istati Membri għandhom jużaw applikazzjoni tas-software mfassla apposta u sigura ħafna tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (EUCARIS) fil-verżjoni aġġornata tagħha biex jiskambjaw l-informazzjoni jew jipproċessaw l-assistenza reċiproka, f’konformità mal-Artikolu 3a(1).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-data jkun sigur, kosteffiċjenti, rapidu u affidabbli, u jsir b’mezzi interoperabbli fi struttura deċentralizzata.

2.   L-informazzjoni skambjata permezz ta’ EUCARIS għandha tintbagħat f’forma kriptata.

3.   Sal-20 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri, il-kontenut u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-software, inkluż miżuri taċ-ċibersigurtà għat-talbiet u t-tweġibiet strutturati elettronikament relatati mal-Artikolu 3a(1), il-punt (a), u l-mezzi ta’ trażmissjoni tal-informazzjoni għall-ipproċessar tal-assistenza reċiproka, inkluż l-użu ta’ mudelli uniformi, u proċeduri kif stipulati fl-Artikoli 4, 5c, 5e u 5f. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10a(2).

4.   Meta tkun qed tistabbilixxi l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-possibbiltà li jidentifikaw aċċess dirett u indirett meta t-talba ma tkunx ġejja minn membru magħruf tal-pjattaforma ta’ komunikazzjoni elettronika;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkonsultaw it-talbiet sabiex jiggarantixxu li dawn ikunu debitament ġustifikati u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(c)

il-ħtieġa li jiġu stabbiliti proċessi li jippermettu lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa b’rispons għal allerti awtomatiċi u għal talbiet anormali, sabiex jittaffew ir-riskji għad-data, kif ukoll biex tiġi organizzata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-monitoraġġ, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju, b’mod partikolari biex ma tintbagħatx data b’rispons għal talbiet anormali bħala deroga għall-Artikolu 4(1);

(d)

l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jkollu l-possibbiltà li jitlob id-dettalji tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq qabel it-trażmissjoni tad-data tar-reġistrazzjoni lill-Istat Membru fejn isir ir-reat, u li jirrifjuta t-trażmissjoni tad-data tar-reġistrazzjoni jekk l-Istat Membri fejn isir ir-reat ma jweġibx għal dik it-talba fi żmien xahar;

(e)

il-ħtieġa għal ġurnal ta’ konsultazzjonijiet li jwasslu għal allerti awtomatiċi lill-membri fil-każ ta’ talbiet anormali;

(f)

meta l-awtoritajiet kompetenti jrid ikollhom il-possibbiltà li jiskambjaw data f’modalità unika sinkronika u meta jrid ikollhom il-possibbiltà li jiskambjaw data f’modalità asinkronika bil-lott.

5.   Sakemm isiru applikabbli l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, it-tiftixiet awtomatizzati msemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva għandhom isiru f’konformità mal-proċeduri deskritti fil-Kapitolu 3, il-punti 2 u 3, tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (*15), applikati b’mod konġunt mal-Anness ta’ din id-Direttiva.

6.   Kull Stat Membru għandu jġarrab il-kostijiet tiegħu stess li jirriżultaw mill-amministrazzjoni, l-użu, il-manutenzjoni u l-aġġornamenti tal-EUCARIS u l-verżjonijiet emendati tagħha.

Artikolu 5h

Entitajiet legali privati

1.   Sal-20 ta’ Lulju 2029, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma jagħtux is-setgħa lil entitajiet legali bi sjieda privata jew ġestjoni privata b’personalità ġuridika distinta li jwettqu kwalunkwe attività relatata mal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.   fil-perjodu sad-data msemmija fil-paragrafu 1 (‘il-perjodu tranżizzjonali’), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti biss jitħallew jibdew u jwettqu proċeduri relatati mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1), bħall-proċeduri relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni, l-infurzar, jew kwalunkwe tip ta’ assistenza reċiproka skont din id-Direttiva.

(*14)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73)."

(*15)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).”;"

(10)

l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Rappurtar u monitoraġġ

1.   Sal-20 ta’ Jannar 2029, u kull erba’ snin wara dan, kull Stat Membru għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkun fih data u statistika li jikkorrispondu għal kull sena kalendarja tal-perjodu ta’ rappurtar.

2.   Ir-rapport għandu jindika l-għadd ta’ tiftixiet awtomatizzati mwettqa mill-Istat Membru fejn isir ir-reat f’konformità mal-Artikolu 4(1) u indirizzati lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, wara t-twettiq ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) fit-territorju tiegħu, flimkien mat-tip ta’ reati li għalihom ikunu ġew indirizzati xi talbiet u l-għadd strutturat ta’ talbiet li ma rnexxewx skont it-tip ta’ falliment. Din l-informazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq id-data pprovduta permezz ta’ EUCARIS.

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tas-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali b’rabta mas-segwitu mogħti lir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u ta’ kwalunkwe problema relatata li l-Istati Membri jkunu ltaqgħu magħha. Id-deskrizzjoni għandha mill-inqas tispeċifika:

(a)

l-għadd totali ta’ reati tat-traffiku rreġistrati relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) li jkunu ġew identifikati awtomatikament jew mingħajr l-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata fuq il-post;

(b)

l-għadd ta’ reati tat-traffiku reġistrati relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) li jkunu twettqu b’vetturi rreġistrati fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru fejn ikun seħħ ir-reat u li jkunu ġew identifikati awtomatikament jew mingħajr l-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata fuq il-post;

(c)

l-għadd ta’ tagħmir tad-detezzjoni awtomatika fiss jew li jista’ jitneħħa, inkluż il-kameras tal-veloċità;

(d)

l-għadd ta’ penali finanzjarji mħallsa volontarjament mill-persuni mhux residenti;

(e)

l-għadd ta’ talbiet u tweġibiet għal assistenza reċiproka trażmessi elettronikament f’konformità mal-Artikolu 5c u l-għadd ta’ talbiet bħal dawn meta l-informazzjoni ma tkunx ingħatat;

(f)

l-għadd ta’ talbiet u tweġibiet għal assistenza reċiproka trażmessi elettronikament f’konformità mal-Artikolu 5e u l-għadd ta’ talbiet bħal dawn meta ma kienx possibbli li d-dokumenti jiġu notifikati;

(g)

l-għadd ta’ talbiet u tweġibiet għal assistenza reċiproka trażmessi elettronikament f’konformità mal-Artikolu 5f, l-għadd ta’ talbiet bħal dawn meta kien possibbli li jiġu infurzati s-sanzjonijiet u l-għadd ta’ talbiet bħal dawn meta ma kienx possibbli li jiġu infurzati s-sanzjonijiet.

3.   Ir-rapport għandu jindika wkoll l-għadd u t-tip ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2(1) imwettqa minn sewwieqa b’vettura rreġistrata f’pajjiż terz.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rapporti mibgħuta mill-Istati Membri u tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 10a(1) dwar il-kontenut tagħhom mhux aktar minn sitt xhur wara li tirċievi r-rapporti mingħand l-Istati Membri kollha.”

(11)

l-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Obbligi addizzjonali

L-entitajiet legali fin-natura tagħhom ta’ detenturi, sidien jew utenti finali tal-vetturi soġġetti għall-iskambju tad-data ta’ din id-Direttiva għandu jkollhom id-dritt li jiksbu informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar inċidenti taċ-ċibersigurtà, notifikati skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*16), meta l-inċidenti jkunu relatati ma’ data maħżuna fi clouds virtwali jew fiżiċi jew f’servizzi ta’ hosting tal-cloud.

(*16)  Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).”;"

(12)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

Appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni transfruntiera

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għal inizjattivi li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni transfruntiera fl-infurzar tar-regoli tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni, b’mod partikolari għall-iskambju tal-aqwa prattiki, għall-applikazzjoni ta’ metodoloġiji u tekniki tal-infurzar intelliġenti fl-Istati Membri, u żieda fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar. Jista’ jingħata wkoll appoġġ finanzjarju għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar infurzar transfruntier ta’ regoli tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u kampanji ta’ informazzjoni madwar l-Unjoni dwar id-differenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.”

;

(13)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Portal ta’ informazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (Portal CBE)

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm portal online dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (‘Portal CBE’) disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istutzzjonijiet tal-Unjoni ddedikat għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni mal-utenti tat-toroq dwar ir-regoli fil-qasam kopert minn din id-Direttiva fis-seħħ fl-Istati Membri, inkluż, meta jkun ta’ rilevanza partikolari, dwar kif għandha tiġi żgurata l-konformità. Il-Portal CBE għandu jinkludi informazzjoni dwar rimedji legali, dwar kwalunkwe dritt mogħti lill-persuni kkonċernati skont din id-Direttiva, inkluż għażliet lingwistiċi, informazzjoni dwar ir-regoli tal-protezzjoni tad-data u dwar is-sanzjonijiet applikabbli, inkluż, fejn rilevanti, ir-riperkussjonijiet mhux finanzjarji applikabbli, u l-iskemi u l-mezzi disponibbli għall-ħlas tal-multi imposti b’rabta mar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq.

2.   Il-Portal CBE għandu jkun kompatibbli mal-interfaċċa stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*17) u ma’ portals jew pjattaformi oħra b’għan simili, bħall-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni, għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta ħolqa għall-portal online fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti.

(*17)  Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).”;"

(14)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Ftehimiet bilaterali u multilaterali bejn l-Istati Membri

Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni ta’ ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati Membri sakemm tali ftehimiet jew arranġamenti jkun fihom rekwiżiti addizzjonali għal dawk imposti minn din id-Direttiva u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri stipulati fiha.”

;

(15)

l-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10 biex temenda l-Anness biex taġġornah fid-dawl tal-progress tekniku jew meta dan ikun meħtieġ minn atti legali tal-Unjoni direttament rilevanti għall-aġġornament tal-Anness.”

;

(16)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 10a

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*18).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 10b

Rappurtar mill-Kummissjoni

Sal-20 ta’ Lulju 2030 u minn hemm ’il quddiem, kull 18-il xahar wara li tirċievi r-rapporti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri.

Artikolu 10c

Rappurtar tranżizzjonali

Sas-6 ta’ Mejju 2026, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport komprensiv lill-Kummissjoni f’konformità mat-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ dan l-Artikolu.

Ir-rapport komprensiv għandu jindika l-għadd ta’ tiftixiet awtomatizzati li jkun għamel l-Istat Membru fejn isir ir-reat indirizzati lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istati Membri tar-reġistrazzjoni, wara t-twettiq ta’ reati fit-territorju tiegħu, flimkien mat-tip ta’ reati li għalihom ikunu ġew indirizzati talbiet u l-għadd ta’ talbiet li ma rnexxewx.

Ir-rapport komprensiv għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tas-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali b’rabta mas-segwitu mogħti lir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, abbażi tal-proporzjon ta’ dawk ir-reati li jkunu ngħataw segwitu b’avviżi ta’ reati tat-traffiku.

(*18)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;"

(17)

l-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Reviżjoni

Sal-20 ta’ Lulju 2030, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal reviżjoni ulterjuri ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-inklużjoni ta’ reati oħra, sa fejn id-data tal-Istati Membri turi effetti pożittivi u kwantifikabbli fuq is-sikurezza fit-toroq.”

;

(18)

l-Anness I huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva;

(19)

l-Anness II jitħassar.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-20 ta’ Lulju 2027. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(1)   ĠU C 228, 29.6.2023, p. 154.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2024.

(3)  Id-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9).

(4)  Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16).

(6)   ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.

(7)  Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

(10)  Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

(11)  Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).

(13)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(16)  Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).

(17)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(18)  Ir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha (Att dwar Ewropa Interoperabbli) (ĠU L, 2024/903, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/903/oj).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


ANNESS

Elementi tad-data meħtieġa biex isir it-tiftix imsemmi fl-Artikoli 4(1) u (3)

1.   Elementi tad-data tat-tiftix tal-bidu (talba ħierġa)

Entrata

M (1)

Rimarki

Stat Membru tar-reġistrazzjoni

M

Simbolu distintiv (2) tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura

Numru tar-reġistrazzjoni

M

Numru sħiħ tar-reġistrazzjoni tal-vettura

Data relatata mar-reat u/jew l-ispezzjoni tal-vettura

 

 

Post fejn seħħ ir-reat jew fejn seħħet l-ispezzjoni tal-vettura

M

Indirizz jew il-marka tal-kilometri fit-triq fejn seħħ ir-reat jew fejn seħħet l-ispezzjoni tal-vettura

Stat Membru fejn seħħ ir-reat u/jew fejn seħħet l-ispezzjoni tal-vettura

M

Simbolu distintiv (2) tal-Istat Membru fejn seħħ ir-reat

Awtorità kompetenti

M

Isem l-awtorità kompetenti li hija responsabbli biex titlob id-data jew li hija responsabbli għall-proċedimenti

Identifikatur tal-utent

M

Identifikatur tal-utent tal-persuna li hija responsabbli biex titlob id-data jew li hija responsabbli għall-proċedimenti

Numru tal-kawża

M

Numru tal-kawża pprovdut mill-awtorità kompetenti li hija responsabbli biex titlob id-data jew li hija responsabbli għall-proċedimenti

Data ta’ referenza tar-reat u/jew tal-ispezzjoni tal-vettura

M

 

Ħin ta’ referenza tar-reat u/jew tal-ispezzjoni tal-vettura

M

 

Għan tat-tiftix

M

Kodiċi li jindika t-tip ta’ reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq kif elenkat fl-Artikolu 2(1)

1. = Sewqan b’veloċità eċċessiva

2. = Sewqan taħt l-influwenza tax-xorb

3. = Sewqan bla ċinturin tas-sikurezza

4. = Nuqqas ta’ waqfien fuq dawl aħmar tat-traffiku

5. = Użu ta’ karreġġata pprojbita

10. = Sewqan taħt l-influwenza tad-drogi

11. = Sewqan bla elmu protettiv

12. = Użu illegali ta’ telefown ċellulari jew ta’ xi apparat ieħor ta’ komunikazzjoni waqt is-sewqan

14. = Nuqqas taż-żamma ta’ distanza ta’ sikurezza minn mal-vettura ta’ quddiem

15. = Qbiż perikoluż

16. = Parkeġġ jew waqfien perikoluż

17. = Qsim ta’ linja solida waħda jew aktar

18. = Sewqan fid-direzzjoni żbaljata

19. = Nuqqas ta’ rispett tar-regoli dwar il-ħolqien u l-użu tal-kurituri ta’ emerġenza jew dwar l-għoti tad-dritta lill-vetturi tas-servizz ta’ emerġenza

20. = Użu ta’ vettura mgħobbija żżejjed

33. = Nuqqas ta’ rispett tar-regoli dwar ir-restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi

34. = Hit-and-run

35. = Nuqqas ta’ rispett tar-regoli f’passaġġ invell ta’ linja ferrovjarja

2.   Elementi tad-data pprovduti b’riżultat tat-tiftix tal-bidu mwettaq skont l-Artikoli 4(1) u (3)

Parti I. Data relatata mal-vetturi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 4(1) u (3)

Entrata

M/F (4)

Rimarki (5)

Numru tar-reġistrazzjoni

M

(Kodiċi A) Numru sħiħ tar-reġistrazzjoni tal-vettura

Numru tax-xażì/VIN (3)

M

(Kodiċi E) Numru sħiħ tax-xażì/VIN sħiħ tal-vettura

Stat Membru tar-reġistrazzjoni

M

Simbolu distintiv (6) tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura

Marka

M

(Kodiċi D.1) Marka tal-vettura eż. Ford, Opel, Renault

Deskrizzjoni(jiet) kummerċjali

M

(Kodiċi D.3) Deskrizzjoni kummerċjali tal-vettura eż. Focus, Astra, Megane

Kodiċi tal-kategorija tal-UE

M

(Kodiċi J) eż. N1, M2, N2, L, T

L-ewwel data tar-reġistrazzjoni

M

(Kodiċi B) Data tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura

L-aħħar data tar-reġistrazzjoni

M

(Kodiċi I) Data tal-aħħar reġistrazzjoni tal-vettura

Lingwa

M

Lingwa tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura

Talbiet preċedenti

F

Id-dati tat-talbiet preċedenti dwar il-vettura

Parti II. Data relatata mal-vetturi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 4(1) u (3)

Entrata

M/F (7)

Rimarki (8)

Piż massimu li jista’ teknikament jiġi mgħobbi għajr għall-muturi

M

(Kodiċi F.1)

Piż massimu permess tal-vettura mgħobbija mħaddma fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni

M

(Kodiċi F.2)

Piż massimu permess tal-vettura kollha mgħobbija mħaddma fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni

M

(Kodiċi F.3)

Piż tal-vettura mħaddma bil-karozzerija u b’mekkaniżmu tat-tqabbid fil-każ ta’ vettura tal-irmonk imħaddma minn kull kategorija għajr dik M1 (f’kg)

M

(Kodiċi G)

Numru ta’ fusien

M

(Kodiċi L)

Bażi tar-roti (f’mm)

M

(Kodiċi M)

Għal vetturi b’piż totali li jaqbeż it-3 500  kg, id-distribuzzjoni tal-piż massimu li jista’ teknikament jiġi mgħobbi fost il-fusien:

M

 

fus 1 (f’kg)

(Kodiċi N.1)

fus 2 (f’kg), fejn xieraq

(Kodiċi N.2)

fus 3 (f’kg), fejn xieraq

(Kodiċi N.3)

fus 4 (f’kg), fejn xieraq

(Kodiċi N.4)

fus 5 (f’kg), fejn xieraq

(Kodiċi N.5)

Piż massimu teknikament permess tat-trejler li jista’ jiġi rmunkat:

M

 

bil-brejkijiet (f’kg)

(Kodiċi O.1)

mingħajr brejkijiet (f’kg)

(Kodiċi O.2)

Magna:

F

 

Tip ta’ fjuwil jew sors ta’ enerġija

 

(Kodiċi P.3)

Kategorija EURO

F

(Kodiċi V.9)

Parti III. Data relatata mad-detenturi u s-sidien tal-vetturi

Entrata

M/F (9)

Rimarki (10)

Data relatata mad-detenturi tal-vettura

 

(Kodiċi C.1)

Id-data tirreferi għad-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni speċifiku

Kunjom jew isem tan-negozju

M

(Kodiċi C.1.1)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-kunjom, l-infissi, it-titli, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Isem

M

(Kodiċi C.1.2)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-isem/ismijiet u l-inizjali, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Indirizz

M

(Kodiċi C.1.3)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għat-triq, in-numru tad-dar u l-anness, il-kodiċi postali, il-post ta’ residenza, il-pajjiż ta’ residenza, eċċ., u l-indirizz għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara.

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija

Data relatata mas-sidien tal-vettura

 

(Kodiċi C.2)

Id-data tirreferi għas-sid tal-vettura

Kunjom jew isem tan-negozju

M

(Kodiċi C.2.1)

Isem

M

(Kodiċi C.2.2)

Indirizz

M

(Kodiċi C.2.3)

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija

Parti IV. Data relatata mal-utenti finali tal-vetturi

Entrata

M/F (11)

Rimarki

Data relatata mal-utenti finali tal-vettura

 

Id-data tirreferi għall-utent finali tal-vettura

Kunjom jew isem tan-negozju

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-kunjom, l-infissi, it-titli, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Isem

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-isem/ismijiet u l-inizjali, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Indirizz

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għat-triq, in-numru tad-dar u l-anness, il-kodiċi postali, il-post ta’ residenza, il-pajjiż ta’ residenza, eċċ., u l-indirizz għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija

Parti V. Data fi żmien it-twettiq tar-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq relatata mad-detentur u s-sid preċedenti tal-vettura li tkun soġġetta għat-tiftix tal-bidu fit-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness, f’konformità mal-Artikolu 4a(2)

Entrata

M/F (12)

Rimarki (13)

Data relatata mad-detenturi preċedenti tal-vettura

 

(Kodiċi C.1)

Id-data tirreferi għad-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni speċifiku

Kunjom jew isem tan-negozju

M

(Kodiċi C.1.1)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-kunjom, l-infissi, it-titli, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Isem

M

(Kodiċi C.1.2)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-isem/ismijiet u l-inizjali, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Indirizz

M

(Kodiċi C.1.3)

Għandhom jintużaw kaxxi separati għat-triq, in-numru tad-dar u l-anness, il-kodiċi postali, il-post ta’ residenza, il-pajjiż ta’ residenza, eċċ., u l-indirizz għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija

Data relatata mas-sidien preċedenti tal-vettura

 

(Kodiċi C.2)

Id-data tirreferi għas-sid preċedenti tal-vettura.

Kunjom jew isem tan-negozju

M

(Kodiċi C.2.1)

Isem

M

(Kodiċi C.2.2)

Indirizz

M

(Kodiċi C.2.3)

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija

Parti VI. Data fi żmien it-twettiq tar-reat relatata mal-utent finali preċedenti tal-vettura li tkun soġġetta għat-tiftix tal-bidu fit-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness, f’konformità mal-Artikolu 4a(2)

Entrata

M/F (14)

Rimarki

Data relatata mal-utenti finali preċedenti tal-vettura

 

Id-data tirreferi għall-utent finali preċedenti tal-vettura

Kunjom jew isem tan-negozju

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-kunjom, l-infissi, it-titli, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Isem

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għall-isem/ismijiet u l-inizjali, u l-isem għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Indirizz

M

Għandhom jintużaw kaxxi separati għat-triq, in-numru tad-dar u l-anness, il-kodiċi postali, il-post ta’ residenza, il-pajjiż ta’ residenza, eċċ., u l-indirizz għandu jiġi kkomunikat f’format li jista’ jiġi stampat

Mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi

F

Indirizz tal-email għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata f’konformità mal-Artikolu 5a(1)

Ġeneru

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Persuna fiżika jew ġuridika

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-ID

M

Identifikatur li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija


(1)  M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data

(2)  Simbolu distintiv f’konformità mal-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni dwar it-traffiku fit-toroq, magħmula fi Vjenna fit-8 ta’ Novembru 1968, jew il-kodiċi ta’ Stat Membru tal-EUCARIS.

(3)  VIN = numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

(4)  M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = Komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data.

(5)  Il-kodiċijiet huma armonizzati skont l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

(6)  Simbolu distintiv f’konformità mal-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni dwar it-traffiku fit-toroq, magħmula fi Vjenna fit-8 ta’ Novembru 1968, jew il-kodiċi ta’ Stat Membru tal-EUCARIS.

(7)  M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data.

(8)  Il-kodiċijiet huma armonizzati skont l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

(9)  M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data.

(10)  Il-kodiċijiet huma armonizzati skont l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

(11)  M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data.

(12)  M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data.

(13)  Il-kodiċijiet huma armonizzati skont l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

(14)  M = komunikazzjoni mandatorja tal-element tad-data meta jkun disponibbli f’xi reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru, F = komunikazzjoni fakultattiva tal-element tad-data. f


ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/3237/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top