Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2636

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2636 tal-20 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 b’appoġġ għall-bini ta’ reżiljenza fil-bijosikurezza u l-bijosigurtà permezz tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi

ST/15001/2023/INIT

ĠU L, 2023/2636, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2636/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/12/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2636/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2636

22.11.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2636

tal-20 ta’ Novembru 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 b’appoġġ għall-bini ta’ reżiljenza fil-bijosikurezza u l-bijosigurtà permezz tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi

(1)

Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 (1), li pprevediet perjodu ta’ 24 xahar għall-implimentazzjoni tal-proġetti li jibda fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Dak il-perjodu ta’ implimentazzjoni kellu jintemm fid-19 ta’ Diċembru 2023.

(3)

Fit-23 ta’ Awwissu 2023, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072, talab estensjoni ta’ tnax-il xahar tal-perjodu ta’ implimentazzjoni.

(4)

L-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 sad-19 ta’ Diċembru 2024 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/2072 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fid-19 ta’ Diċembru 2024.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

H. CREVITS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2072 tal-25 ta’ Novembru 2021 b’appoġġ għall-bini ta’ reżiljenza fil-bijosikurezza u l-bijosigurtà permezz tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi (ĠU L 421, 26.11.2021, p. 56).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2636/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top