This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0490
Council Decision (CFSP) 2020/490 of 2 April 2020 amending Decision 2014/932/CFSP concerning restrictive measures in view of the situation in Yemen
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/490 tat-2 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/490 tat-2 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
ST/6827/2020/INIT
ĠU L 105, 3.4.2020, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/490
tat-2 ta’ April 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK (1) rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen. |
(2) |
Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2511 (2020) fejn esprima tħassib dwar l-isfidi politiċi, ta’ sigurtà, ekonomiċi u umanitarji li għaddejjin fil-Jemen, u tenna l-appell tiegħu biex il-partijiet kollha fil-Jemen isolvu d-differenzi tagħhom permezz ta’ djalogu u konsultazzjoni. |
(3) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2511 (2020) tisħaq dwar l-importanza li tiġi ffaċilitata l-assistenza umanitarja u tistipula li l-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 19 ta’ UNSCR 2140 (2014) jista’, skont il-każ, jeżenta kwalunkwe attività mill-miżuri ta’ sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà fil-UNSCR 2140 (2014) u fil-UNSCR 2216 (2015) jekk il-Kumitat jiddetermina li eżenzjoni bħal din tkun meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet umanitarji oħrajn fil-Jemen jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta’ dawk ir-Riżoluzzjonijiet. |
(4) |
L-UNSCR 2511 (2020) tafferma wkoll li l-vjolenza sesswali f’konflitt armat, jew ir-reklutaġġ jew l-użu ta’ tfal f’konflitt armat bi ksur tad-dritt internazzjonali, jistgħu jikkostitwixxu att, kif speċifikat fil-paragrafu 18(c) tal-UNSCR 2140 (2014), u għalhekk att sanzjonabbli ta’ involviment fi jew għoti ta’ appoġġ lil atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, kif deskritt fil-paragrafu 17 ta’ dik ir-Riżoluzzjoni. |
(5) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/932/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/932/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2a(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 2b(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a B’deroga mill-miżuri imposti mill-UNSCR 2140 (2014) u l-UNSCR 2216 (2015), dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li tkun meħtieġa eżenzjoni biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ organizzazzjonijiet umanitarji oħrajn fil-Jemen jew għal kwalunkwe skop ieħor li jkun konsistenti mal-objettivi ta’ dawk ir-Riżoluzzjonijiet, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meħtieġa.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147).