EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0723

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 tat-2 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell tal-formola standard li għandu jintuża fir-rapporti annwali mressqa mill-Istati Membri (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/3190

ĠU L 124, 13.5.2019, p. 1–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/11/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/723/oj

13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/723

tat-2 ta' Mejju 2019

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell tal-formola standard li għandu jintuża fir-rapporti annwali mressqa mill-Istati Membri

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u partikolarment l-Artikolu 113(2) u l-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 134 tiegħu,.

Billi:

(1)

L-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li, sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, kull Stat Membru jrid jissottometti lill-Kummissjoni rapport annwali dwar il-kontrolli uffiċjali tiegħu, dwar il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità u dwar l-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali pluriennali ta' kontroll tiegħu (MANCP). L-ewwel wieħed minn dawn ir-rapporti għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta' Awwissu 2021.

(2)

Jenħtieġ li l-mudell tal-formola standard jiġi adottat sabiex tiġi żgurata l-preżentazzjoni uniformi tar-rapporti annwali tal-Istati Membri.

(3)

Jenħtieġ li l-mudell tal-formola standard li għandu jintuża fir-rapporti annwali sottomessi mill-Istati Membri jintegra mudelli ta' formoli standard eżistenti oħra adottati mill-Kummissjoni għas-sottomissjoni ta' rapporti dwar kontrolli uffiċjali li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jissottomettu lill-Kummissjoni skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625. B'dan il-mod jiġi evitat rappurtar multiplu u li jinħolqu piżijiet amministrattivi bla bżonn.

(4)

Jenħtieġ li jkun obbligatorju għall-Istati Membri li jimlew il-mudell tal-formola standard f'format elettroniku peress li dan jiffaċilita l-mili tal-informazzjoni u d-data, kif ukoll jevita li jsiru żbalji ta' traskrizzjoni.

(5)

Biex ikun permess l-użu ta' komunikazzjoni avvanzata u l-aktar użu effiċjenti tad-data u l-informazzjoni fir-rapporti annwali, jenħtieġ li l-mudell tal-formola standard jiġi pprovdut fis-sistema kompjuterizzata tal-ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) u jenħtieġ li l-Istati Membri jittrażmettu r-rapporti annwali bl-użu tal-IMSOC.

(6)

Il-mudell tal-formola standard jistabbilixxi ċerti informazzjoni u data li jridu jiġu rrappurtati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, inkluż informazzjoni u data dwar il-benessri tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE (2) bħalissa tistipula r-rekwiżiti għall-ġbir tal-informazzjoni waqt l-ispezzjonijiet tas-siti tal-produzzjoni fejn jinżammu ċerti annimali għal skopijiet ta' biedja u għar-rapportar ta' tali informazzjoni lill-Kummissjoni. Għalhekk, fl-interess tal-koerenza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2006/778/KE titħassar u tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament.

(7)

Il-mudell tal-formola standard jinkludi wkoll informazzjoni u data dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport li għandhom jiġu rrappurtati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/188/UE (3) bħalissa tistipula r-regoli dwar ir-rapporti annwali tal-ispezzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport. Għalhekk, fl-interess tal-koerenza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/188/UE titħassar u tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament.

(8)

Billi r-Regolament (UE) 2017/625 japplika b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll minn dik id-data.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-mudell tal-formola standard għall-informazzjoni u d-data li għandhom jiġu inklużi fir-rapport annwali ppreżentat minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 2

Mudell tal-formola standard

L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-informazzjoni u d-data msemmija fl-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 permezz tal-mudell tal-formola standard stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jsir bl-użu tal-verżjoni elettronika tal-mudell tal-formola standard mogħtija fis-sistema kompjuterizzata tal-ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC).

Artikolu 3

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2006/778/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/188/UE huma mħassra b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE tal-14 ta' Novembru 2006 li tikkonċerna r-rekwiżiti minimi għall-ġbir tal-informazzjoni waqt l-ispezzjonijiet tas-siti ta' produzzjoni li fihom jinżammu ċerti annimali għal skopijiet ta' biedja (ĠU L 314, 15.11.2006, p. 39).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/188/UE tat-18 ta' April 2013 dwar rapporti annwali li jikkonċernaw spezzjonijiet mhux diskriminatorji li twettqu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 107).


ANNESS

Rapport Annwali ppreżentat minn (Stat Membru) għall-perjodu minn 1/1/(xxxx) sa 31/12/(xxxx)

PARTI I

1.

Introduzzjoni

 

 

 

2.

Miżuri meħudin biex jiżguraw l-operat effettiv tal-Pjan Nazzjonali Pluriennali ta' Kontroll, inklużi l-azzjoni ta' infurzar u r-riżultati ta' tali miżuri

 

 

3.

Emendi lill-Pjan Nazzjonali Pluriennali ta' Kontroll

 

 

4.

Miżati jew imposti

 

PARTI II

1.   L-ikel u s-sikurezza tal-ikel, l-integrità u t-tjubija tal-ikel f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni tal-ikel, inkluż regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom, u l-manifattura u l-użu ta' materjali u oġġetti li jiġu f'kuntatt mal-ikel

1.1

Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta' konformità miksub

 


1.2

Kontrolli uffiċjali fuq l-operaturi/stabbilimenti

Stabbilimenti approvati

Għadd ta' stabbilimenti

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Stabbilimenti ta' attività ġenerali (imħażen tal-kesħa, stabbilimenti tat-tqartis mill-ġdid jew tal-ippakkjar mill-ġdid, swieq bl-ingrossa, bastimenti refriġeraturi)

 

 

Laħam ta' ungulati domestiċi

 

 

Laħam tal-pollam u tal-lagomorfi

 

 

Laħam ta' annimali tal-kaċċa mrobbija

 

 

Laħam tal-annimali tal-kaċċa slavaġ

 

 

Laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u laħam isseparat mekkanikament (MSM)

 

 

Prodotti tal-laħam

 

 

Molluski bivalvi ħajjin

 

 

Prodotti tas-sajd

 

 

Kolostru, ħalib nej, prodotti bbażati fuq il-kolostru u prodotti tal-ħalib

 

 

Bajd u prodotti tal-bajd

 

 

Saqajn taż-żrinġijiet u bebbux

 

 

Xaħmijiet tal-annimali mdewba u qrieqeċ

 

 

Stonkijiet, vexxiki u msaren ittrattati

 

 

Ġelatina

 

 

Kollaġen

 

 

Sulfat tal-kondrojtina, aċidu jaluroniku, prodotti oħrajn tal-qarquċa idrolizzata, kitosan, glukożammina, tames, isinglass u aċidi amminiċi raffinati ħafna (HRP)

 

 

Għasel

 

 

Ġelbin

 

 

Operaturi/stabbilimenti rreġistrati

Għadd ta' operaturi/stabbilimenti

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Tkabbir ta' wċuħ tar-raba'

 

 

Produzzjoni tal-annimali

 

 

Biedja mħallta

 

 

Kaċċa

 

 

Sajd

 

 

Akkwakultura

 

 

Ipproċessar u ppreservar ta' frott u ħxejjex

 

 

Manifattura ta' żjut u xaħmijiet veġetali

 

 

Manifattura ta' prodotti tal-qmuħ mitħuna, lamti u prodotti oħra tal-lamtu

 

 

Manifattura ta' prodotti tal-furnara u prodotti magħmula bid-dqiq

 

 

Manifattura ta' prodotti oħra tal-ikel

 

 

Manifattura ta' xarbiet

 

 

Bejgħ bl-ingrossa

 

 

Bejgħ bl-imnut

 

 

Trasport u ħżin

 

 

Attivitajiet ta' servizz ta' ikel u xorb

 

 

Oħrajn

 

 

 

Għadd ta' stabbilimenti

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Stabbilimenti li jipproduċu materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel

 

 


1.3

Kontrolli uffiċjali li jeħtieġu l-preżenza kontinwa jew regolari tal-persunal jew tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti fl-impjant tal-operaturi

Tipi ta' impjant tal-operaturi

Għadd ta' stabbilimenti

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa (l-għadd ta' karkassi jew il-piż f'tunnellati)

Rifjuti

Laħam tal-ungulati domestiċi – biċċeriji

 

 

 

Laħam tal-pollam u tal-lagomorfi – biċċeriji

 

 

 

Laħam ta' annimali tal-kaċċa mrobbija – biċċeriji

 

 

 

Laħam ta' annimali tal-kaċċa selvaġġi – Stabbilimenti li jittrattaw l-annimali tal-kaċċa selvaġġi

 

 

 


1.4

Kontrolli uffiċjali fuq prodotti/oġġetti skont ir-regola orizzontali u l-kategorija tal-ikel

Skont regola orizzontali

Skont il-kategorija tal-ikel

Kriterji mikrobijoloġiċi

Pestiċidi fl-ikel

Kontaminanti fl-ikel

Residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel

Tikketti, dikjarazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u dwar is-saħħa

Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM) fl-ikel

Aġenti għat-titjib (addittivi, enzimi, aromatizzanti, aġenti tal-ipproċessar)

Irradjazzjoni

Kontaminazzjoni minn/migrazzjoni ta' materjali li jigu f'kuntatt mal-ikel

Oħrajn

1.

Prodotti tal-ħalib

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Alternattivi għall-prodotti tal-ħalib

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Silġ li jittiekel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.

Frott u ħaxix

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.

Ħlewwiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7.

Ċereali u prodotti taċ-ċereali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8.

Oġġetti moħmija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.

Laħam frisk

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Annimali ungulati domestiċi*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pollam u lagomorfi*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Annimali tal-kaċċa slavaġ*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10.

Laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u MSM

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Laħam ikkapuljat*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Preparazzjonijiet tal-laħam*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MSM*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11.

Prodotti tal-laħam

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Stonkijiet, vexxiki u msaren*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġelatina, kollaġen u HRP*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12.

Ħut u prodotti tal-ħut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Molluski bivalvi ħajjin*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prodotti tas-sajd*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13.

Bajd u prodotti tal-bajd

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14.

Zokkor, ġuleppijiet, għasel u prodotti li jżidu l-ħlewwa għal fuq il-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15.

Imlieħ, ħwawar, sopop, zlazi, insalati u prodotti tal-proteina

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16.

Ikel maħsub għal użi nutrizzjonali partikolari kif iddefinit mir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17.

Xarbiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Xarbiet mhux alkoħoliċi*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Xarbiet alkoħoliċi, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b' livell ta' alkoħol baxx*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18.

Oġġetti melħin u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19.

Deżerti minbarra l-prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20.

Is-supplimenti tal-ikel kif iddefiniti fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) minbarra supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21.

Oġġetti tal-ikel ipproċessat mhux kopert mill-kategoriji 1 sa 17, minbarra oġġetti tal-ikel għal trabi u tfal żgħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

22.

Oħrajn - ikel mhux kopert mill-kategoriji 1 sa 21

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Materjali ta' kuntatt mal-ikel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


1.5

Kaxxa għall-kummenti*

 

 


1.6

Nuqqas ta' konformità

Azzjonijiet/miżuri

Nuqqas ta' konformità tal-operaturi/stabbilimenti

Amministrattivi

Ġudizzjarji

 

Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa

Għadd totali ta' operaturi/stabbilimenti kkontrollati*

Għadd ta' operaturi/stabbilimenti kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta' konformità*

Stabbilimenti approvati

 

 

 

 

 

Stabbilimenti ta' attività ġenerali (imħażen tal-kesħa, stabbilimenti tat-tqartis mill-ġdid jew tal-ippakkjar mill-ġdid, swieq bl-ingrossa, bastimenti refriġeraturi)

 

 

 

 

 

Laħam ta' ungulati domestiċi

 

 

 

 

Laħam tal-pollam u tal-lagomorfi

 

 

 

 

Laħam ta' annimali tal-kaċċa mrobbija

 

 

 

 

Laħam tal-annimali tal-kaċċa slavaġ

 

 

 

 

Laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u MSM

 

 

 

 

Prodotti tal-laħam

 

 

 

 

Molluski bivalvi ħajjin*

 

 

 

 

Prodotti tas-sajd

 

 

 

 

Kolostru, ħalib nej, prodotti bbażati fuq il-kolostru u prodotti tal-ħalib

 

 

 

 

Bajd u prodotti tal-bajd

 

 

 

 

Saqajn taż-żrinġijiet u bebbux

 

 

 

 

Xaħmijiet tal-annimali mdewba u qrieqeċ

 

 

 

 

Stonkijiet, vexxiki u msaren ittrattati

 

 

 

 

Ġelatina

 

 

 

 

Kollaġen

 

 

 

 

HRP

 

 

 

 

Għasel

 

 

 

 

Ġelbin

 

 

 

 

Operaturi/stabbilimenti rreġistrati

 

 

 

 

 

Tkabbir ta' wċuħ tar-raba'

 

 

 

 

 

Produzzjoni tal-annimali

 

 

 

 

Biedja mħallta

 

 

 

 

Kaċċa

 

 

 

 

Sajd

 

 

 

 

Akkwakultura

 

 

 

 

Ipproċessar u ppriservar ta' frott u ħxejjex

 

 

 

 

Manifattura ta' żjut u xaħmijiet veġetali

 

 

 

 

Manifattura ta' prodotti tal-qmuħ mitħuna, lamti u prodotti oħra tal-lamtu

 

 

 

 

Manifattura ta' prodotti tal-furnara u prodotti magħmula bid-dqiq

 

 

 

 

Manifattura ta' prodotti oħra tal-ikel

 

 

 

 

Manifattura ta' xarbiet

 

 

 

 

Bejgħ bl-ingrossa

 

 

 

 

Bejgħ bl-imnut

 

 

 

 

Trasport u ħżin

 

 

 

 

Attivitajiet ta' servizz ta' ikel u xorb

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Stabbilimenti li jipproduċu materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel

 

 

 

 

 

Nuqqasijiet ta' konformità tal-ikel

Azzjonijiet/miżuri

 

Nuqqasijiet ta' konformità misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Kriterji mikrobijoloġiċi

Pestiċidi fl-ikel

Kontaminanti fl-ikel

Residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel

Tikketti, dikjarazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u dwar is-saħħa

Aġenti għat-titjib (addittivi, enzimi, aromatizzanti, aġenti tal-ipproċessar)

Oħrajn

1.

Prodotti tal-ħalib

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Alternattivi għall-prodotti tal-ħalib

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Xaħmijiet u żjut u emulsjonijiet tax-xaħam u taż-żjut

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Silġ li jittiekel

 

 

 

 

 

 

 

 

5.

Frott u ħaxix

 

 

 

 

 

 

 

 

6.

Ħlewwiet

 

 

 

 

 

 

 

 

7.

Ċereali u prodotti taċ-ċereali

 

 

 

 

 

 

 

 

8.

Oġġetti moħmija

 

 

 

 

 

 

 

 

9.

Laħam frisk

 

 

 

 

 

 

 

 

Annimali ungulati domestiċi*

 

 

 

 

 

 

 

 

Pollam u lagomorfi*

 

 

 

 

 

 

 

 

Annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet*

 

 

 

 

 

 

 

 

Annimali tal-kaċċa slavaġ*

 

 

 

 

 

 

 

 

10.

Laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u MSM

 

 

 

 

 

 

 

 

Laħam ikkapuljat*

 

 

 

 

 

 

 

 

Preparazzjonijiet tal-laħam*

 

 

 

 

 

 

 

 

MSM*

 

 

 

 

 

 

 

 

11.

Prodotti tal-laħam

 

 

 

 

 

 

 

 

Stonkijiet, vexxiki u msaren*

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġelatina, kollaġen u HRP*

 

 

 

 

 

 

 

 

12.

Ħut u prodotti tal-ħut

 

 

 

 

 

 

 

 

Molluski bivalvi ħajjin*

 

 

 

 

 

 

 

 

Prodotti tas-sajd*

 

 

 

 

 

 

 

 

13.

Bajd u prodotti tal-bajd

 

 

 

 

 

 

 

 

14.

Zokkor, ġuleppijiet, għasel u prodotti li jżidu l-ħlewwa għal fuq il-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

15.

Imluħa, ħwawar, sopop, zlazi, insalati u prodotti tal-proteina

 

 

 

 

 

 

 

 

16.

Ikel maħsub għal użi nutrittivi partikolari kif iddefinit mir-Regolament (UE) Nru 609/2013

 

 

 

 

 

 

 

 

17.

Xarbiet

 

 

 

 

 

 

 

 

Xarbiet mhux alkoħoliċi*

 

 

 

 

 

 

 

 

Xarbiet alkoħoliċi, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b'livell ta' alkoħol baxx*

 

 

 

 

 

 

 

 

18.

Oġġetti melħin u ikliet ħfief lesti biex jittieklu

 

 

 

 

 

 

 

 

19.

Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4

 

 

 

 

 

 

 

 

20.

Is-supplimenti tal-ikel kif iddefiniti fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/46/KE minbarra supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

 

 

 

 

 

 

 

 

21.

Oġġetti tal-ikel ipproċessat mhux kopert mill-kategoriji 1 sa 17, minbarra oġġetti tal-ikel għal trabi u tfal żgħar

 

 

 

 

 

 

 

 

22.

Oħrajn - ikel mhux kopert mill-kategoriji 1 sa 21

 

 

 

 

 

 

 

 

Nuqqasijiet ta' konformità relatati mar-regoli orizzontali

Azzjonijiet/miżuri

 

Nuqqasijiet ta' konformità misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa

Amministrattivi

Ġudizzjarji

OĠM fl-ikel:

 

OĠM mhux awtorizzati

 

 

 

Tikkettar tal-OĠM

 

 

Irradjazzjoni

 

 

 

Ikel ġdid

 

 

 

Materjali ta' Kuntatt mal-Ikel

 

 

 

Prattiki frodulenti jew li jqarrqu

 


1.7

Kaxxa għall-kummenti*

 

 

*

Il-kaxxi jew iċ-ċelloli tat-test immarkati b'asterisk (*), l-Istati Membri għandhom l-għażla li jimlewhom jew li jħalluhom vojta.

2.   Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' OĠM għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf.

2.1

Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta' konformità miksub

 

 


2.2

Kontrolli uffiċjali

 

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Il-kultivazzjoni kummerċjali tal-OĠM għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf (il-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3))

 

Rilaxxi sperimentali ta' OĠM relatati mal-ikel u mal-għalf (il-Parti B tad-Direttiva 2001/18/KE)

 

Żerriegħa u materjal veġetattiv ta' propagazzjoni għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf

 


2.3

Kaxxa għall-kummenti*

 

 


2.4

Nuqqas ta' konformità

Azzjonijiet/miżuri

 

Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa

Għadd totali ta' operaturi kkontrollati*

Għadd ta' operaturi kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta' konformità*

Amministrattivi

Ġudizzjarji

1.

Kultivazzjoni kummerċjali tal-OĠM għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf.

 

 

 

 

 

2.

Rilaxxi sperimentali ta' OĠM relatati mal-ikel u mal-għalf

 

 

 

 

3.

Żerriegħa u materjal veġetattiv ta' propagazzjoni għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf

 

 

 

 

3.1

OĠM mhux awtorizzati fiż-żrieragħ u fil-materjal veġetattiv ta' propagazzjoni

 

 

 

 

3.2

Tikkettar tal-OĠM fiż-żrieragħ u fil-materjal veġetattiv ta' propagazzjoni

 

 

 

 

Prattiki frodulenti u li jqarrqu

 


2.5

Kaxxa għall-kummenti*

 

 

*

Il-kaxxi jew iċ-ċelloli tat-test immarkati b'asterisk (*), l-Istati Membri għandhom l-għażla li jimlewhom jew li jħalluhom vojta.

3.   Is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni tal-għalf u l-użu tal-għalf, inkluż regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu s-saħħa u l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom

3.1

Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta' konformità miksub

 

 


3.2

Kontrolli uffiċjali

Minn stabbilimenti

Għadd ta' stabbilimenti

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)

 

 

Produtturi primarji approvati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005*

 

 

Stabbilimenti rreġistrati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, bl-esklużjoni tal-produzzjoni primarja

 

 

Produtturi primarji rreġistrati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 u li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fl-Anness I ta' dak ir-Regolament*

 

 

Operaturi (bdiewa) li jużaw l-għalf

 

 

Operaturi li jimmanifatturaw u/jew jinnegozjaw l-għalf immedikat

 

 

Skont regola orizzontali

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Tikkettar tal-għalf

 

Traċċabilità tal-għalf

 

Addittivi fl-għalf (ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5))

 

Sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf (l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6))

 

Materjali pprojbiti fl-għalf (l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7))

 

Għalf immedikat (id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE (8))

 

Pestiċidi fl-għalf

 

OĠM fl-għalf

 


3.3

Kaxxa għall-kummenti*

 

 


3.4

Nuqqas ta' konformità

Azzjonijiet/miżuri

Minn stabbiliment

Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa

Għadd totali ta' stabbilimenti kkontrollati*

Għadd ta' stabbilimenti kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta' konformità*

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005

 

 

 

 

 

Produtturi primarji approvati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005*

 

 

 

 

Stabbilimenti rreġistrati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, bl-esklużjoni tal-produzzjoni primarja

 

 

 

 

Produtturi primarji rreġistrati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 u li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fl-Anness I ta' dak ir-Regolament*

 

 

 

 

Operaturi (bdiewa) li jużaw l-għalf

 

 

 

 

Operaturi li jimmanifatturaw u/jew jinnegozjaw l-għalf immedikat

 

 

 

 

Skont regola orizzontali

Għadd ta' nuqqasijiet ta' konformità misjuba

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Nuqqas ta' konformità tal-prodott:

Tikkettar/traċċabilità tal-għalf imqiegħed/li se jitqiegħed fis-suq

 

 

 

Nuqqas ta' konformità tal-prodott:

Sikurezza tal-għalf imqiegħed/li se jitqiegħed fis-suq

 

 

Addittivi fl-għalf (Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003)

 

 

Sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf (l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/32/KE)

 

 

Materjali pprojbiti fl-għalf (l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009)

 

 

Għalf immedikat (id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE)

 

 

Pestiċidi fl-għalf

 

 

OĠM mhux awtorizzati fl-għalf

 

 

Tikkettar tal-OĠM fl-għalf

 

 

Prattiki frodulenti u li jqarrqu

 


3.5

Kaxxa għall-kummenti*

 

 

*

Il-kaxxi jew iċ-ċelloli tat-test immarkati b'asterisk (*), l-Istati Membri għandhom l-għażla li jimlewhom jew li jħalluhom vojta.

4.   Rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali

4.1

Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta' konformità miksub

 

 


4.2

Kontrolli uffiċjali

 

Għadd ta' azjendi/stabbilimenti

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Għadd ta' annimali rreġistrati

Għadd ta' annimali ċċekkjati

Identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-bovini

 

 

(fil-bidu tal-perjodu tar-rappurtar jew data ta' referenza nazzjonali oħra għall-istatistika tal-annimali)

 

 

Identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini

 

 

(fil-bidu tas-sena tal-perjodu tar-rappurtar jew data ta' referenza nazzjonali oħra għall-istatistika tal-annimali)

 

 

Ċentri approvati tal-ġbir (bovini, ovini, kaprini, porċini, ekwini)

 

 

 

Negozjanti approvati (bovini, ovini, kaprini, porċini, ekwini)

 

 

Postijiet tal-kontroll (ir-Regolament (KE) Nru 1255/97 (9))

 

 

Korpi, istituti u ċentri approvati (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (10))

 

 

Stabbilimenti approvati għall-kummerċ fl-UE ta' pollam u bajd għat-tifqis

 

 

Stabbilimenti tal-kwarantina għall-għasafar

 

 

Stabbilimenti tal-akkwakultura approvati:

 

 

Stabbilimenti tal-akkwakultura tal-ħut approvati*

 

 

Stabbilimenti tal-akkwakultura tal-molluski bivalvi ħajjin approvati*

 

 

Stabbilimenti tal-akkwakultura tal-krustaċji approvati*

 

 

Stabbilimenti tal-ipproċessar tal-annimali tal-akkwakultura awtorizzati

 

 

Ċentri tal-ġbir tas-semen:

 

 

Bovini*

 

 

Porċini*

 

 

Ovini/kaprini*

 

 

Ekwini*

 

 

Ċentri tal-ħżin tas-semen:

 

 

Bovini*

 

 

Ovini/kaprini*

 

 

Ekwini*

 

 

Timijiet tal-ġbir/produzzjoni tal-embrijuni:

 

 

Bovini*

 

 

Porċini*

 

 

Ovini/kaprini*

 

 

Ekwini*

 

 


4.3

Kaxxa għall-kummenti*

 

 


4.4

Nuqqas ta' konformità

Azzjonijiet/miżuri

 

Għadd ta' azjendi agrikoli/stabbilimenti bin-nuqqasijiet ta' konformità

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Restrizzjoni fuq iċ-ċaqliq ta' annimali individwali

Restrizzjoni fuq iċ-ċaqliq tal-annimali kollha

Qerda ta' annimali

Identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-bovini

 

 

 

Annimali affettwati

Azjendi affettwati

Annimali affettwati

Azjendi affettwati

Annimali affettwati

Azjendi affettwati

 

 

 

 

 

 

Identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini

 

 

 

Ċentri approvati tal-ġbir (bovini, ovini, kaprini, porċini, ekwini)

 

 

Negozjanti approvati (bovini, ovini, kaprini, porċini, ekwini)

 

 

Postijiet tal-kontroll (ir-Regolament (KE) Nru 1255/97)

 

 

Korpi, istituti u ċentri approvati (id-Direttiva 92/65/KEE)

 

 

Stabbilimenti approvati għall-kummerċ fl-UE ta' pollam u bajd għat-tifqis

 

 

Stabbilimenti tal-kwarantina għall-għasafar

 

 

Stabbilimenti tal-akkwakultura approvati:

 

 

Stabbilimenti tal-akkwakultura tal-ħut approvati*

 

 

Stabbilimenti tal-akkwakultura tal-molluski bivalvi ħajjin approvati*

 

 

Stabbilimenti tal-akkwakultura tal-krustaċji approvati*

 

 

Stabbilimenti tal-ipproċessar tal-annimali tal-akkwakultura awtorizzati

 

 

Ċentri tal-ġbir tas-semen:

 

 

Bovini*

 

 

Porċini*

 

 

Ovini/kaprini*

 

 

Ekwini*

 

 

Ċentri tal-ħżin tas-semen:

 

 

Bovini*

 

 

Ovini/kaprini*

 

 

Ekwini*

 

 

Timijiet tal-ġbir/produzzjoni tal-embrijuni:

 

 

Bovini*

 

 

Porċini*

 

 

Ovini/kaprini*

 

 

Ekwini*

 

 

Prattiki frodulenti u li jqarrqu

 


4.5

Kaxxa għall-kummenti*

 

 

*

Il-kaxxi jew iċ-ċelloli tat-test immarkati b'asterisk (*), l-Istati Membri għandhom l-għażla li jimlewhom jew li jħalluhom vojta.

5.   Prevenzjoni u minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali li jirriżultaw minn prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

5.1

Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta' konformità miksub

 

 


5.2

Kontrolli uffiċjali

Minn stabbiliment/impjant

Għadd ta' stabbilimenti/impjanti

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Stabbilimenti jew impjanti approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11)

 

 

Stabbiliment jew impjanti rreġistrati skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

 

 

Skont regola orizzontali

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Tikkettar u t-traċċabbiltà ta' prodotti sekondarji/derivati tal-annimali

 


5.3

Kaxxa għall-kummenti*

 

 


5.4

Nuqqas ta' konformità

Azzjonijiet/miżuri

Minn stabbilimenti/impjanti

Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa

Għadd totali ta' stabbilimenti/impjanti kkontrollati*

Għadd ta' stabbilimenti/impjanti kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta' konformità*

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Stabbiliment jew impjanti approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

 

 

 

 

 

Stabbiliment jew impjanti rreġistrati skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

 

 

 

 

Skont regola orizzontali

Għadd ta' nuqqasijiet ta' konformità misjuba

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Nuqqas ta' konformità tal-prodott: tikkettar u traċċabbiltà ta' prodotti sekondarji/derivati tal-annimali:

 

 

 

Kategoriji 1 u 2*

 

 

Kategorija 3*

 

 

Nuqqas ta' konformità tal-prodott: sikurezza ta' prodotti sekondarji/derivati tal-annimali:

 

 

Kategoriji 1 u 2*

 

 

Kategorija 3*

 

 

Prattiki frodulenti u li jqarrqu

 


5.5

Kaxxa għall-kummenti*

 

 

*

Il-kaxxi jew iċ-ċelloli tat-test immarkati b'asterisk (*), l-Istati Membri għandhom l-għażla li jimlewhom jew li jħalluhom vojta.

6.   Rekwiżiti ta' benessri tal-annimali

6.1

Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta' konformità miksub

 

 


6.2

Benessri tal-annimali fl-irziezet (id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE  (12) )

Annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja

(kategorija tal-annimali)

Għadd ta' siti tal-produzzjoni

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Nuqqas ta' konformità

Azzjonijiet/miżuri

Għadd totali ta' siti tal-produzzjoni kkontrollati*

Għadd ta' siti tal-produzzjoni kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta' konformità

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Ħnieżer (kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE (13))

 

 

 

 

 

 

Tiġieġ tal-bajd (kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE (14))

 

 

 

 

 

Tiġieġ (kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE (15))

 

 

 

 

 

Ġħoġġiela (kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE (16))

 

 

 

 

 

Oħrajn (speċifika)

 

 

 

 

 


6.3

Analiżi u pjan ta' azzjoni għall-benessri tal-annimali fl-irziezet

 

 


6.4

Benesseri tal-annimali waqt it-trasport (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005  (17) )

Protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport

(skont l-ispeċi)

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Għadd u kategorija ta' nuqqasijiet ta' konformità

Azzjonijiet/miżuri

1.

L-istat tas-saħħa tal-annimali

2.

Prattiki tat-trasport, spazju, għoli

3.

Mezz tat-trasport

4.

Ilma, għalf, vjaġġ u ħin ta' mistrieħ

5.

Dokumenti

6.

Oħrajn

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Bovini

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Annimali porċini

 

 

 

 

 

 

 

 

Ovini/kaprini

 

 

 

 

 

 

 

 

Ekwidi

 

 

 

 

 

 

 

 

Pollam

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 


6.5

Analiżi u pjan ta' azzjoni għall-benessri tal-annimali waqt it-trasport

 

 


6.6

Benesseri tal-annimali fil-waqt tal-qtil (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009  (18) )

 

 


6.7

Kaxxa għall-kummenti*

 

 

*

Il-kaxxi jew iċ-ċelloli tat-test immarkati b'asterisk (*), l-Istati Membri għandhom l-għażla li jimlewhom jew li jħalluhom vojta.

7.   Miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti

7.1

Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta' konformità miksub

 

 


7.2

Kontrolli uffiċjali

 

Għadd ta' operaturi

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Operaturi awtorizzati li joħorġu passaporti tal-pjanti

 

 

Operaturi awtorizzati biex japplikaw il-marka (materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, injam jew oġġetti oħrajn)

 

 


7.3

Kaxxa għall-kummenti*

 

 


7.4

Nuqqas ta' konformità

Azzjonijiet/miżuri

 

Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa

Għadd totali ta' operaturi kkontrollati*

Għadd ta' operaturi kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta' konformità*

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Operaturi awtorizzati li joħorġu passaporti tal-pjanti

 

 

 

 

 

Operaturi awtorizzati biex japplikaw il-marka (materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, injam jew oġġetti oħrajn)

 

 

 

 

 

Prattiki frodulenti u li jqarrqu

 


7.5

Kaxxa għall-kummenti*

 

 

*

Il-kaxxi jew iċ-ċelloli tat-test immarkati b'asterisk (*), l-Istati Membri għandhom l-għażla li jimlewhom jew li jħalluhom vojta.

8.   Rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, bl-eċċezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi

8.1

Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta' konformità miksub

 

 


8.2

Kontrolli uffiċjali

Dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPPs)

Għadd ta' operaturi

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Punti tad-dħul

 

 

Manifatturi/formulaturi

 

 

Impjanti tal-imballaġġ/tal-imballaġġ mill-ġdid/tat-tikkettar mill-ġdid

 

 

Distributuri/bejjiegħa bl-ingrossa/bejjiegħa bl-imnut - professjonali u/jew użu amatorjali tal-PPPs

 

 

Imħażen/operaturi tat-trasport/kumpaniji tal-loġistika

 

 

Detentur tal-awtorizzazzjoni/permess għall-kummerċ parallel

 

 

Oħrajn

 

 

Dwar l-użu tal-PPPs u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi

Għadd ta' operaturi

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Utenti agrikoli

 

 

Applikanti fl-Iskema ta' Pagament Bażiku tal-UE jew skemi ta' Żvilupp Rurali, soġġetti għal kontrolli tal-kundizzjonalità (Cross Compliance)*

 

 

Utenti tal-agrikoltura barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kontrolli tal-kundizzjonalità*

 

 

Utenti professjonali oħra

 

 

Użu industrijali eż. ferroviji, toroq*

 

 

Operaturi tat-trattament taż-żrieragħ*

 

 

Kuntratturi tal-isprej/fornituri tas-servizz*

 

 

Forestrija*

 

 

Żoni mhux agrikoli (korsi tal-golf/żoni pubbliċi oħrajn)*

 

 

Oħrajn

 

 


8.3

Kaxxa għall-kummenti*

 

 


8.4

Nuqqas ta' konformità

Azzjonijiet/miżuri

Dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-PPPs

Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa

Għadd totali ta' operaturi kkontrollati*

Għadd ta' operaturi kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta' konformità*

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Punti tad-dħul

 

 

 

 

 

Manifatturi/formulaturi

 

 

 

 

Impjanti tal-imballaġġ/tal-imballaġġ mill-ġdid/tat-tikkettar mill-ġdid

 

 

 

 

Distributuri/bejjiegħa bl-ingrossa/bejjiegħa bl-imnut - professjonali u/jew użu amatorjali tal-PPPs

 

 

 

 

Imħażen/operaturi tat-trasport/kumpaniji tal-loġistika

 

 

 

 

Detentur tal-awtorizzazzjoni/permess għall-kummerċ parallel

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

Dwar l-użu tal-PPPs u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi

Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa

Għadd totali ta' operaturi kkontrollati*

Għadd ta' operaturi kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta' konformità*

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Utenti agrikoli

 

 

 

 

 

Applikanti fl-Iskema ta' Pagament Bażiku tal-UE jew skemi ta' Żvilupp Rurali, soġġetti għal kontrolli tal-kundizzjonalità (Cross Compliance)*

 

 

 

 

Utenti tal-agrikoltura barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kontrolli tal-kundizzjonalità*

 

 

 

 

Utenti professjonali oħra

 

 

 

 

Użu industrijali eż. ferroviji, toroq*

 

 

 

 

Operaturi tat-trattament taż-żrieragħ*

 

 

 

 

Kuntratturi tal-isprej/fornituri tas-servizz*

 

 

 

 

Forestrija*

 

 

 

 

Żoni mhux agrikoli (korsi tal-golf/żoni pubbliċi oħrajn)*

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

Prattiki frodulenti u li jqarrqu

 


8.5

Kaxxa għall-kummenti*

 

 

*

Il-kaxxi jew iċ-ċelloli tat-test immarkati b'asterisk (*), l-Istati Membri għandhom l-għażla li jimlewhom jew li jħalluhom vojta.

9.   Il-produzzjoni organika u t-tikkettjar tal-prodotti organiċi

9.1

Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta' konformità miksub

 

 

 

Skont l-Artikolu 92f tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (19) (kif jinqara flimkien mal-ewwel tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2017/625), l-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw li l-pjanijiet ta' kontroll nazzjonali pluriennali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 109(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 ikopru s-superviżjoni tal-kontrolli mwettqa fuq il-produzzjoni organika skont ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 u jinkludu d-data speċifika dwar dik is-superviżjoni, minn hawn' il quddiem imsejħa “d-data organika”, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. Id-data organika hija meħtieġa biex tkopri s-suġġetti elenkati fl-Anness XIIIb għar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Id-data organika għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni dwar il-kontrolli mwettqa mill-korpi ta' kontroll u/jew l-awtoritajiet ta' kontroll dwar l-awditi mwettqa mill-awtorità kompetenti. Id-data għandha tiġi ppreżentata skont il-mudelli rispettivi previsti fl-Anness XIIIb u fl-Anness XIIIc tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

 

9.3

Kaxxa għall-kummenti*

 

*

Il-kaxxi jew iċ-ċelloli tat-test immarkati b'asterisk (*), l-Istati Membri għandhom l-għażla li jimlewhom jew li jħalluhom vojta.

10.   L-użu u t-tikkettjar tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

10.1

Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta' konformità miksub

 

 


10.2

Kontrolli uffiċjali

 

Għadd ta' kontrolli uffiċjali mwettqa

Qabel it-tqegħid fis-suq

 

Suq konvenzjonali

 

Kummerċ elettroniku

 


10.3

Kaxxa għall-kummenti*

 

 


10.4

Nuqqas ta' konformità

Azzjonijiet/miżuri

 

Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa

Għadd totali ta' operaturi kkontrollati

Għadd ta' operaturi kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta' konformità

Amministrattivi

Ġudizzjarji

Qabel it-tqegħid fis-suq

 

 

 

 

 

Suq konvenzjonali

 

 

 

 

Kummerċ elettroniku

 

 

 

 

Prattiki frodulenti u li jqarrqu

 


10.5

Kaxxa għall-kummenti*

 

 

*

Il-kaxxi jew iċ-ċelloli tat-test immarkati b'asterisk (*), l-Istati Membri għandhom l-għażla li jimlewhom jew li jħalluhom vojta.

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(2)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(3)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

(6)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE tas-26 ta' Marzu 1990 li tistipula l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fuq is-suq u l-użu fil-Komunità ta' prodotti tal-ikel medikat (ĠU L 92, 7.4.1990, p. 42).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/97 tal-25 ta' Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta' waqfien u li jemenda l-pjan ta' rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (ĠU L 174, 2.7.1997, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal finijiet ta' biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5)

(14)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53).

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19).

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7)

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1)

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).


Top