Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0459

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/459 tad-19 ta' Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina

ĠU L 77, 20.3.2018, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/459/oj

20.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/459

tad-19 ta' Marzu 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/173/PESK (1), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, jenħtieġ li dawk il-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-31 ta' Marzu 2019.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/173/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2019.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Il-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/173/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 68).


Top