This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2094
Regulation (EU) 2017/2094 of the European Central Bank of 3 November 2017 amending Regulation (EU) No 795/2014 on oversight requirements for systemically important payment systems (ECB/2017/32)
Regolament (UE) 2017/2094 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 795/2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2017/32)
Regolament (UE) 2017/2094 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 795/2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2017/32)
ĠU L 299, 16.11.2017, p. 11–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/11 |
REGOLAMENT (UE) 2017/2094 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 795/2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2017/32)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1, l-Artikolu 22 u l-ewwel inċiż tal-Artiklu 34.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagament u Saldu (CPSS) tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali u l-Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) ippubblikaw il-Prinċipji għall-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji f'April 2012. (1) Il-Kumitat dwar il-Ħlasijiet u l-Infrastrutturi tas-Suq (CPMI), is-suċċessur tas-CPSS, u l-IOSCO sussegwentement ippubblikaw gwida fuq dawn il-prinċipji. Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jimplimenta l-prinċipji CPMI-IOSCO u gwida sussegwenti sa fejn japplikaw għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (SIPS) permezz tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/28). (2) |
(2) |
Il-Kunsill Governattiv irriveda l-applikazzjoni ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28), bis-saħħa tal-Artikolu 24 tiegħu. Dik ir-reviżjoni ħadet inkunsiderazzjoni r-riżultanzi tal-ewwel valutazzjoni komprensiva tas-SIPS. Il-valutazzjoni kkonstatat li ċerti kwistjonijiet kienu jeħtieġu titjib jew kjarifika u, fi ftit każijiet, bżonn għal emendi iktar sostanzjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-ogħla standards ta' superviżjoni. |
(3) |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, istituzzjonijiet ta' ħlas u istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li għandhom aċċess għal SIPS permezz ta' parteċipanti diretti, skont l-Artikolu 35(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (3) għandhom jiġu ttrattati bħala parteċipanti indiretti. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata mitigazzjoni effettiva ta' riskju, huwa importanti li tinżamm separazzjoni ċara bejn ġestjoni operattiva tar-riskju u funzjonijiet ta' awditu intern, inkluż permezz ta' awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu dawn il-funzjonijiet minn persuni differenti. Barra minn hekk, għal operaturi SIPS mhux Ewropej, għandu jiġi żgurat, bla ħsara għad-dritt nazzjonali, li hemm membru indipendenti fuq il-Bord tagħhom biex itejjeb l-effettività tiegħu. Billi l-Eurosistema għandha għanijiet u responsabbiltajiet ta' politika pubblika u struttura istituzzjonali definita fit-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-operaturi SIPS tal-Eurosistema għandhom jingħataw eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit. |
(5) |
Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv identifika bżonn biex jipprovdi iktar ċarezza dwar ir-responsabbiltajiet tal-Bord ta' operatur ta' SIPS li jinkludu l-approvazzjoni tad-deċiżjonijiet li għandhom impatt sinifikanti fuq il-profil ta' riskju ta' SIPS jew operatur ta' SIPS u tad-dokumenti ta' riskju ewlenin li jirregolaw l-operazzjoni tas-SIPS. |
(6) |
Il-Kunsill Governattiv qabel b'mod ġenerali li hemm il-ħtieġa biex tittejjeb b'mod sostanzjali l-mitigazzjoni tar-riskju ta' likwidità ġġenerat f'sistemi ta' saldu netti diferiti (DNS) billi tiġi żgurata l-mitigazzjoni tar-riskju ta' likwidità effettiva għaċ-ċikli kollha mill-mument li tiġi inkluża ordni ta' trasferiment fil-kalkolu ta' pożizzjonijiet ta' saldu netti u l-pożizzjoni hija viżibbli għall-parteċipant. |
(7) |
Sabiex SIPS tkun tista' taħdem bla xkiel, il-parteċipanti għandu jkollhom għodod adegwati biex jiġġestixxu effettivament il-likwidità tagħhom. L-operatur ta' SIPS għandu jimmonitorja u jiffaċilita l-fluss bla xkiel tal-likwidità fil-livell ta' sistema, wara li tittieħed inkunsiderazzjoni l-iskopertura tal-likwidità ta' kull parteċipant. |
(8) |
Operatur ta' SIPS li jirregola ħlas unilaterali f'euro għandu jiżgura li s-saldu finali jseħħ fi flus ta' bank ċentrali. Peress li dan ir-rekwiżit japplika wkoll meta SIPS li joffri saldu fi flus ta' bank ċentrali jkun f'sitwazzjoni ta' emerġenza, operaturi ta' SIPS li jirregolaw ħlasijiet għal SIPS oħrajn għandhom jippruvaw li jippermettu s-saldu finali anki f'sitwazzjoni bħal dik. |
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li fondi tas-SIPS jiġu protetti kontra telf ta' negozju possibbli, l-assi miżmumin minn operatur ta' SIPS biex ikopru riskju tan-negozju ġenerali għandhom jiġu ssegregati mill-assi miżmumin għal operazzjonijiet tan-negozju ta' kuljum. Barra minn dan, għandha ssir distinzjoni bejn pjan ta' rkupru ta' SIPS u stralċ ordnat, minn naħa waħda, u pjan kapitali SIPS, min-naħa l-oħra. Filwaqt li tal-aħħar jeħtieġ li jirrifletti l-possibbiltà li jinġabar il-kapital, tal-ewwel għandu jiżgura li, fl-andament normali tan-negozju, fondi disponibbli għall-irkupru u l-pjan ordinat ta' stralċ ma jaqgħux taħt l-ammont meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħhom. |
(10) |
Huwa proċess kontinwu li tiġi żgurata l-ġestjoni tar-riskju operattiv, li jeħtieġ li l-politiki operattivi u l-proċeduri jiġu ttestjati u riveduti perjodikament, u kull meta jkun meħtieġ, speċjalment wara tibdil sinjifikanti għas-sistema. Dan huwa partikolarment minnu għall-ġestjoni ta' riskji ċibernetiċi li kibret fl-importanza mill-pubblikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28). Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi li huma importanti sabiex jittaffew ir-riskji ċibernetiċi. |
(11) |
Sabiex awtorità kompetenti teżerċita l-poteri ta' sorveljanza tagħha b'mod effettiv, dawn il-poteri għandhom jiġu kkumplimentati b'żewġ għodod addizzjonali. L-ewwel nett, l-awtorità kompetenti għandu jkollha l-poter li teħtieġ li operatur ta' SIPS jaħtar espert indipendenti biex jagħmel investigazzjoni jew reviżjoni indipendenti tal-operazzjoni tas-SIPS. Barra minn dan, għandha tkun tista' timponi rekwiżiti dwar it-tip ta' espert li għandu jinħatar, il-kontenut u l-ambitu tar-rapport li jiġi prodott, it-trattament tar-rapport, inklużi l-iżvelar u l-pubblikazzjoni, u l-waqt għall-produzzjoni tar-rapport. It-tieni nett, f'konformità mar-Responsabbiltà B tal-Prinċipji msemmija iktar 'il fuq għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju, awtorità kompetenti għandha tkun tista' tagħmel spezzjonijiet fil-post jew tiddelega dan il-kompitu. |
(12) |
Filwaqt li miżuri korrettivi jistgħu jiġu imposti biss għal ksur tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28), għandu jkun hemm sitwazzjonijiet li jimmeritaw il-bidu tal-proċedura għall-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri għar-raġuni ta' nuqqas ta' konformità ssuspettat billi l-operatur ta' SIPS jingħata l-opportunità li jinstema' u jipprovdi spjegazzjonijiet qabel ma jiġi stabbilit ksur. Il-proċedura għall-impożizzjoni ta' miżuri korrettivi għandha tiġi stabbilita f'deċiżjoni. Barra minn hekk, awtorità kompetenti li ma tkunx il-BĊE għandha tinnotifika lill-BĊE bl-intenzjoni tagħha li timponi miżuri kollettivi mingħajr dewmien bla bżonn. |
(13) |
Fid-dawl tar-riżultanzi tar-reviżjoni tal-Kunsill Governattiv u sabiex tiġi implimentata l-gwida CPMI-IOSCO sa fejn japplikaw għas-SIPS, ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) għandu jiġi għalhekk emendat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
4. |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa mibdul b'li ġej: “4. Operatur ta' SIPS għandu jiddefinixxi l-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi tas-SIPS. L-operatur ta' SIPS għandu jidentifika xenarji speċifiċi li jistgħu jwaqqfuh milli jkun jista' jipprovdi dawn l-operazzjonijiet kritiċi u servizzi bħala negozju avvjat u għandu jevalwa l-effettività tal-opzjonijiet kollha għall-irkupru jew, bl-eċċezzjoni tas-SIPS tal-Eurosistema, stralċ ordinat. Għandu jirrevedi l-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi mill-inqas kull sena. Abbażi ta' dinl-istima, operatur ta' SIPS għandu jħejji pjan vijabbli għall-irkupru tas-SIPS u, ħlief għas-SIPS tal-Eurosistema, stralċ ordinat. Il-pjan ta' stralċ ordinat u ta' rkupru għandu jikkonsisti, inter alia, f'taqsira sostantiva tal-istrateġiji ewlenin ta' rkupru u ta' stralċ ordinat, stqarrija mill-ġdid tal-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi tas-SIPS, u deskrizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw l-istrateġiji prinċipali. Operatur ta' SIPS għandu, fejn applikabbli, jipprovdi lill-awtoritajiet relevanti bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni.”; |
5. |
L-Artikolu 6 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 6 Riskju tal-kreditu 1. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi qafas b'saħħtu biex ikejjel, jimmonitorja u jimmaniġġja l-iskoperturi ta' kreditu tiegħu fost parteċipanti li jirriżultaw mill-ħlas tas-SIPS, u l-proċessi tal-ikklerjar u tas-saldu. 2. Operatur ta' SIPS għandu jidentifika s-sorsi kollha tar-riskju ta' kreditu. Il-kejl u l-monitoraġġ tal-iskoperturi ta' kreditu għandhom iseħħu matul il-jum, bl-użu ta' informazzjoni fil-ħin u għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju. 2a. Operatur ta' SIPS li jopera sistema DNS għandu jiżgura li:
3. Operatur ta' SIPS, inkluż wieħed li jopera sistema DNS b'garanzija ta' saldu, li matul l-operazzjonijiet tas-SIPS iġarrab skopertura ta' kreditu fil-konfront tal-parteċipanti tiegħu, għandu jkopri l-iskopertura ta' kreditu għal kull parteċipant bl-użu ta' kollateral, fondi ta' garanzija, ekwità (wara tnaqqis tal-ammont iddedikat li jkopri riskju ta' negozju ġenerali) jew riżorsi finanzjarji ekwivalenti oħra. 4. Operatur ta' SIPS, inkluż wieħed li jopera sistema DNS mingħajr garanzija tas-saldu, imma fejn parteċipanti jiffaċċjaw skoperturi ta' kreditu li jinħolqu mill-ħlas tas-SIPS, proċessi tal-ikklerjar u tas-saldu, għandhom ikollhom fis-seħħ regoli jew arranġamenti kuntrattwali ma' dawk il-parteċipanti. Ir-regoli u l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jiżguraw li l-parteċipanti jipprovdu riżorsi suffiċjenti, kif imsemmi fil-paragrafu 3, biex ikopru skoperturi ta' kreditu li jirriżultaw mill-ħlas tas-SIPS, il-proċessi tal-ikklerjar u tas-saldu fir-rigward taż-żewġ parteċipanti li, flimkien mal-affiljati tagħhom, għandhom l-ikbar skopertura ta' riskju aggregat. 5. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi regoli u proċeduri biex jindirizzaw telf li direttament jirriżulta minn inadempjenzi minn parteċipant jew parteċipanti fir-rigward tal-obbligi tagħhom lejn SIPS. Dawn ir-regoli u proċeduri għandhom jindirizzaw l-allokazzjoni ta' telf potenzjali li mhuwiex kopert, inkluż ir-rifużjoni ta' kwalunkwe fondi li operatur ta' SIPS jista' jissellef mingħand fornituri ta' likwidità. Għandhom jinkludu r-regoli u l-proċeduri tal-operatur ta' SIPS dwar il-forniment mill-ġdid ta' riżorsi finanzjarji użati mis-SIPS waqt avveniment ta' stress, sal-livell stipulat fil-paragrafi 3 u 4.”; |
6. |
L-Artikolu 8 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 8 Riskju ta' likwidità 1. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi qafas komprensiv biex jiġġestixxi riskji ta' likwidità maħluqa mill-parteċipanti tas-SIPS, banek tas-saldu, aġenti nostro, banek kustodji, fornituri ta' likwidità u entitajiet relevanti oħra. L-operatur ta' SIPS għandu jipprovdi lill-parteċipanti b'għodda adegwata biex il-likwidità tagħhom tiġi ġestita u għandu jimmonitorja u jiffaċilita l-fluss bla xkiel tal-likwidità fis-sistema. 2. Operatur ta' SIPS għandu jimplimenta għodod operattivi u analitiċi, li jippermettulu jidentifika, ikejjel u jimmonitorja saldu u flussi ta' finanzjament, inkluż l-użu tal-likwidità intraday (dakinhar stess), fuq bażi f'waqtha u kontinwa. 2a. Operatur ta' SIPS li jopera sistema DNS għandu jiżgura li
3. Operatur ta' SIPS għandu jkollu, jew jiżgura li l-parteċipanti jkollhom f'kull ħin, riżorsi likwidi suffiċjenti mill-mument li jiġu stabbiliti obbligi finanzjarji, fil-muniti kollha li jopera bihom, biex jissalda l-obbligi finanzjarji fl-istess jum f'ambitu wiesa' ta' xenarji potenzjali ta' stress. Fejn xieraq, dan jinkludi saldu intraday jew multiday (fuq medda ta' bosta ġranet). Ix-xenarji ta' stress għandhom jinkludu: (a) inadempjenza tal-parteċipant, taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli li, flimkien mal-affiljati tiegħu, għandhom l-ikbar obbligu finanzjarju aggregat; u (b) xenarji oħra skont il-paragrafu 11. 4. Operatur ta' SIPS li jirregola ħlas unilaterali f'euro għandu jkollu, jew jiżgura li l-parteċipanti jkollhom, riżorsi likwidi suffiċjenti, skont il-paragrafu 3, biex jissalda fil-ħin l-obbligi finanzjarji f'każ ta' inadempjenza tal-parteċipant li, flimkien mal-affiljati tiegħu, għandu l-ikbar obbligu finanzjarju aggregat kif determinat mill-paragrafu 3(a) b'xi mod minn dawn li ġejjin:
5. Operatur ta' SIPS li jirregola ħlas unilaterali f'euro għandu jkollu, jew jiżgura li l-parteċipanti jkollhom, riżorsi likwidi addizzjonali, skont il-paragrafu 3(b), bil-modi msemmija fil-paragrafu 4 jew ma' bank kummerċjali finanzjarjament affidabbli f'wieħed jew iktar minn dawn l-istrumenti li ġejjin:
Dawn l-istrumenti kollha għandhom jippermettu li l-flus kontanti jkunu disponibbli f'perijodu ta' żmien li jippermetti s-saldu fl-istess jum. B'mod partikolari, l-operatur ta' SIPS għandu jkun jista' juri li l-istrumenti mhux fi flus kontanti jkunu disponibbli faċilment u konvertibbli fi flus kontanti fuq bażi tal-istess jum bl-użu ta' finanzjamenti rranġati minn qabel u affidabbli ħafna, inkluż f'kundizzjonijiet tas-suq ta' stress. L-operatur ta' SIPS għandu jkun dispost li juri lill-awtorità kompetenti, skont valutazzjoni interna adegwata, li l-bank kummerċjali huwa finanzjarjament affidabbli. 6. Operatur ta' SIPS li jirregola ħlasijiet bilaterali jew ħlasijiet unilaterali f'muniti barra mill-euro għandu jkollu, jew jiżgura li l-parteċipanti jkollhom, riżorsi likwidi suffiċjenti, skont il-paragrafu 3, fil-modi msemmija fil-paragrafu 5. 7. Fejn operatur ta' SIPS jissupplimenta r-riżorsi msemmija fil-paragrafu 3 b'assi oħrajn, dawn l-assi x'aktarx ikunu negozjabbli jew aċċettabbli bħala kollateral (pereżempju għal linji ta' kreditu, swaps, jew repos) fuq bażi ad hoc wara inadempjenza, anke jekk dan ma jistax ikun stabbilit minn qabel jew iggarantit b'mod affidabbli taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi imma plawżibbli. Meta parteċipant jissupplimenta r-riżorsi msemmija fil-paragrafu 3 ma' assi oħrajn, l-operatur ta' SIPS għandu jiżgura li dawk l-assi l-oħrajn jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu. L-assi għandhom jiġu preżunti bħala probabbli li jkunu negozjabbli jew aċċettabbli bħala kollateral jekk l-operatur ta' SIPS ikun ħa inkunsiderazzjoni r-regoli u l-prattiki tal-bank ċentrali relevanti dwar l-eliġibbiltà tal-kollateral. 8. Operatur ta' SIPS m'għandux jassumi li kreditu ta' emerġenza tal-bank ċentrali se jkun disponibbli. 9. Operatur ta' SIPS għandu jwettaq diliġenza dovuta sabiex jivverifika li kull fornitur tar-riżorsi likwidi tas-SIPS, kif imsemmi fil-paragrafu 3: (a) ikollu informazzjoni suffiċjenti u aġġornata biex jifhem u jiġġestixxi r-riskji ta' likwidità assoċjati mal-forniment tal-flus kontanti jew assi; u (b) għandu l-kapaċità li jipprovdi flus kontanti jew assi kif meħtieġ. L-operatur ta' SIPS għandu jirrevedi l-konformità tiegħu mal-obbligu tad-diliġenza dovuta mill-inqas annwalment. Entitajiet b'aċċess ta' kreditu mill-bank ċentrali tal-ħruġ biss għandhom jiġu aċċettati bħala fornituri ta' likwidità. L-operatur ta' SIPS għandu jittestja regolarment il-proċeduri tas-SIPS biex jiġu aċċessati r-riżorsi likwidi tiegħu. 10. Operatur ta' SIPS b'aċċess għal kontijiet ta' bank ċentrali, servizzi ta' ħlas jew servizzi ta' titoli għandu juża dawn is-servizzi, fejn prattikabbli. 11. Operatur ta' SIPS għandu, permezz tal-ittestjar taħt stress rigoruż, jiddetermina l-ammont u jittestja regolarment is-suffiċjenza tar-riżorsi likwidi tiegħu sabiex jissodisfa r-rekwiżiti taħt il-paragrafi 3 u 4. Fit-twettiq tal-ittestjar taħt stress, l-operatur ta' SIPS għandu jikkunsidra firxa wiesgħa ta' xenarji rilevanti, inkluż inadempjenza jew inadempjenzi tal-parteċipant fl-istess jum u f'jumejn jew iktar sussegwenti. Meta jiġu kkunsidrati dawn ix-xenarji, id-disinn u t-tħaddim tas-SIPS għandhom jiġu kkunsidrati u l-entitajiet kollha li jistgħu jkunu ta' riskju materjali għal-likwidità tas-SIPS għandhom jiġu eżaminati, inkluż banek tas-saldu, aġenti nostro, banek kustodji, fornituri ta' likwidità u IFM relatati. Meta jkun xieraq, ix-xenarji għandhom ikopru perijodu multiday. 12. Operatur ta' SIPS għandu jiddokumenta r-raġunijiet tiegħu għall-investiment, u għandu jkollu arranġamenti xierqa ta' governanza relatati mal-flus kontanti u assi oħra miżmuma minnu jew mill-parteċipanti. Għandu jistabbilixxi proċeduri ċari għar-rappurtar tar-riżultati tat-testijiet taħt stress tiegħu lill-Bord u għandu juża dawn ir-riżultati għall-evalwazzjoni tal-adegwatezza u jagħmel aġġustamenti fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tiegħu. 13. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi regoli u proċeduri ċari li jippermettu lis-SIPS li jimplimenta s-saldu tal-obbligi finanzjarji dakinhar u, fejn xieraq, intraday u multiday f'waqtu wara l-inadempjenza ta' wieħed jew iktar mill-parteċipanti tiegħu. Dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom:
(*5) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3)." (*6) Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).”;" |
7. |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “1. Operatur ta' SIPS li jirregola ħlas unilaterali f'euro għandu jiżgura li s-saldu finali jseħħ fi flus ta' bank ċentrali. Operatur ta' SIPS li jirregola ħlasijiet għal SIPS oħrajn għandu jipprova li jippermetti lil SIPS oħrajn li jagħmlu saldu f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.”; |
8. |
L-Artikolu 13 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 13 Riskju ġenerali ta' negozju 1. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi ġestjoni robusta u sistemi ta' kontroll biex jidentifika, jimmonitorja, u jiġġestixxi riskji ġenerali ta' negozju, inkluż telf li jirriżulta minn eżekuzzjoni ta' livell baxx ta' strateġija tan-negozju, flussi negattivi ta' flus kontanti, jew spejjeż mhux mistennija u eċċessivament kbar. 2. Operatur ta' SIPS għandu jżomm irkupru vijabbli u, ħlief għas-SIPS tal-Eurosistema, pjan ta' stralċ ordinat kif meħtieġ skont l-Artikolu 5(4). 3. Operatur ta' SIPS għandu jiddetermina, abbażi tal-profil tar-riskju tan-negozju ġenerali u ż-żmien meħtieġ biex jirnexxi rkupru u/jew stralċ ordnat tal-operazzjonijiet u servizzi kritiċi tiegħu, l-ammont ta' assi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 2. Dan l-ammont m'għandux ikun inqas minn dak irrappreżentat minn sitt xhur ta' spejjeż operattivi kurrenti. 4. Sabiex jiġi kopert l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3, operatur ta' SIPS għandu jkollu assi netti likwidi ffinanzjati mill-ekwità, pereżempju stokk komuni, riżervi żvelati jew qligħ ieħor miżmum, sabiex ikun jista' jkompli l-operazzjonijiet u s-servizzi bħala negozju avvjat. Dawn l-assi għandhom jiżdiedu mar-riżorsi miżmuma biex ikopru l-inadempjenza tal-parteċipant jew riskji oħrajn koperti taħt l-Artikoli 6 u 8. L-ekwità miżmuma taħt standards internazzjonali tal-kapital ibbażati fuq ir-riskju jistgħu jiġu inklużi biex jiġu evitati rekwiżiti tal-kapital doppji. 5. Assi msemmija fil-paragrafu 4 miżmuma biex ikopru riskju ġenerali tan-negozju għandhom ikunu ta' likwidità suffiċjenti u ta' kwalità għolja sabiex ikunu disponibbli fil-ħin meħtieġ, u għandhom ikunu ssegregati mill-assi tal-operatur ta' SIPS użati għall-operazzjonijiet użati għal operazzjonijiet ta' kuljum. L-operatur ta' SIPS għandu jkun jista' jirrealizza dawn l-assi miżmuma biex ikopru r-riskju tan-negozju ġenerali bi ftit effett negattiv, jekk ikun hemm, sabiex ikun jista' jkompli b'operazzjonijiet u servizzi bħala negozju avvjat jekk ikollu telf tan-negozju ġenerali. 6. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi pjan kapitali vijabbli sabiex iżid ekwità addizzjonali jekk l-ekwità tiegħu taqa' viċin jew taħt l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3. 7. Il-paragrafi 3 sa 6 m'għandhomx japplikaw għas-SIPS tal-Eurosistema.”; |
9. |
L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
10. |
L-Artikolu 16 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 16 Kriterji ta' aċċess u parteċipazzjoni 1. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi u jiżvela pubblikament kriterji ta' aċċess u parteċipazzjoni li mhumiex diskriminatorji lis-servizzi tas-SIPS għal parteċipanti diretti, u, fejn relevanti, parteċipanti indiretti u għal IFM oħrajn. Għandu jirrevedi l-kriterji mill-inqas b'mod annwali. 2. Il-kriterji ta' aċċess u parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ġġustifikati f'termini ta' sigurtà u effiċjenza tas-SIPS u tas-swieq li jservu, u jkunu mfassla għal u proporzjonati mar-riskji speċifiċi tas-SIPS. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi rekwiżiti li jirrestrinġu aċċess bl-inqas mod possibbli. Jekk operatur ta' SIPS jiċħad aċċess għal entità li tapplika, għandu jagħti r-raġunijiet bil-miktub għal dan, ibbażat fuq analiżi komprensiva tar-riskju. 3. Operatur ta' SIPS għandu jimmonitorja l-konformità tal-parteċipanti mal-kriterji ta' aċċess u parteċipazzjoni tas-SIPS fuq bażi kontinwa. Għandu jistabbilixxi proċeduri li mhumiex diskriminatorji li jiffaċilitaw is-sospensjoni u t-terminazzjoni ordinata tad-drittijiet tal-parteċipant fejn il-parteċipant jonqos milli jikkonforma mal-kriterji u għandu jiżvela pubblikament aspetti ewlenin rilevanti ta' dawn il-proċeduri. Għandu jirrevedi l-proċeduri mill-inqas annwalment.”; |
11. |
fl-Artikolu 17, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b'dan li ġej: “1. Għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riskju, operatur ta' SIPS għandu jiżgura li r-regoli, il-proċeduri u l-arranġamenti kuntrattwali tas-SIPS jippermettulu jiġbor informazzjoni dwar parteċipazzjoni indiretta sabiex jidentifika, jimmonitorja u jiġġestixxi kwalunkwe riskju materjali għas-SIPS li jinħoloq minn parteċipazzjoni. Din l-informazzjoni għandha, bħala minimu, tkopri dawn li ġejjin:
2. Operatur ta' SIPS għandu jidentifika dipendenzi materjali bejn parteċipanti diretti u indiretti li jistgħu jaffettwaw is-SIPS, wara li tittieħed inkunsiderazzjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.”; |
12. |
L-Artikolu 21 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 21 Setgħat ta' awtorità kompetenti 1. Awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li:
2. Il-BĊE għandu jadotta deċiżjoni dwar il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-eżerċitar tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1.”; |
13. |
L-Artikoli 21a u 21b huma mdaħħlin: “Article 21a Organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' sorveljanza Awtorità kompetenti tista' twettaq attivitajiet ta' sorveljanza kontinwi u/jew ad hoc biex tevalwa l-konformità minn operatur ta' SIPS mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 sa 21 jew biex tippromwovi l-operat bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas f'livell sistemiku. Artikolu 21b Kunfidenzjalità Informazzjoni kondiviża minn operatur ta' SIPS ma' awtorità kompetenti fuq bażi kunfidenzjali tista' tiġi kondiviża mas-Sistema Ewropew ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Dik l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali mill-membri tas-SEBĊ, skont id-dmir ta' segretezza stabbilit fl-Artikolu 37.1 tal-Istatut tas-SEBĊ.”; |
14. |
L-Artikolu 22 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 22 Miżuri korrettivi 1. Meta operatur ta' SIPS ma jkunx ikkonforma ma' dan ir-Regolament jew meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jiġi ssuspettat li operatur ta' SIPS ma kkonformax ma' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha:
2. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn operatur ta' SIPS, l-awtorità kompetenti tista' timponi miżuri korrettivi fuq l-operatur tas-SIPS sabiex jirrimedja n-nuqqas ta' konformità u/jew jevita li jirrepetih. 3. L-awtorità kompetenti tista' timponi miżuri korrettivi immedjatament kif tidentifika li n-nuqqas ta' konformità huwa serju biżżejjed li jirrikjedi azzjoni immedjata. Għandha tipprovdi raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. 4. Awtorità kompetenti li ma tkunx il-BĊE għandha tinforma lill-BĊE bl-intenzjoni tagħha li timponi miżuri korrettivi fuq operatur ta' SIPS mingħajr dewmien bla bżonn. 5. Miżuri korrettivi jistgħu jiġu imposti indipendentement jew b'mod parallel mas-sanzjonijiet imposti taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 (*7). 6. Il-BĊE għandu jadotta deċiżjoni fuq il-proċedura li għandha tiġi segwita jekk jiġu imposti miżuri korrettivi. (*7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998, dwar il-poter tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p.19).”" |
15. |
L-Artikolu 23 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 23 Sanzjonijiet F'każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament, il-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/99 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/1999/4) (*8). Il-BĊE għandu jippubblika avviż dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont tas-sanzjonijiet. (*8) Regolament (KE) Nru 2157/99 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Settembru 1999 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p.139).”;" |
16. |
L-Artikolu 24 huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 24 Reviżjoni Il-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi l-applikazzjoni ġenerali ta' dan ir-Regolament sa mhux iktar tard minn sentejn mid-data meta jidħol fis-seħħ, u sussegwentement kull tliet snin, u jivvaluta jekk għandux jiġi emendat.”. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Operaturi ta' SIPS li ġew innotifikati bid-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu jkollhom sena mid-data tad-dħul fis-seħħ sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, ħlief għar-rekwiżiti stipulati fil-punti (5) u (6) tal-Artikolu 1 li fir-rigward tagħhom huma għandhom 18-il xahar.
3. Operaturi SIPS li jiġu nnotifikati bid-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu jkollhom sena mid-data tan-notifika biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, ħlief għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(5) u (6) li fir-rigward tagħhom għandu jkollhom 18-il xahar.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Disponibbli fuq il-websajt tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuqhttp://www.bis.org.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16).
(3) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).