Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 32014R0969
Commission Regulation (EU) No 969/2014 of 12 September 2014 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of Calcium ascorbate (E 302) and Sodium alginate (E 401) in certain unprocessed fruit and vegetables Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 969/2014 tat- 12 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Askorbat tal-kalċju (E 302) u l-Alġinat tas-sodju (E 401) f'ċerti frott u ħxejjex mhux proċessati Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 969/2014 tat- 12 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Askorbat tal-kalċju (E 302) u l-Alġinat tas-sodju (E 401) f'ċerti frott u ħxejjex mhux proċessati Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 272, 13.9.2014, str. 8—10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Obowiązujące
13.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 969/2014
tat-12 ta' Settembru 2014
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Askorbat tal-kalċju (E 302) u l-Alġinat tas-sodju (E 401) f'ċerti frott u ħxejjex mhux proċessati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Il-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni. |
(3) |
Fit-12 ta' Novembru 2012 ġiet sottomessa applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu tal-askorbat tal-Kalċju (E 302) u l-alġinat tas-Sodju (E 401) bħala agenti tal-glazing f'ċerti frott u ħxejjex mhux proċessati li huma ppakkjati minn qabel u poġġuti fil-friġġ, lesti għall-konsum, u saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(4) |
Hemm domanda dejjem tikber għall-frott u l-ħxejjex maqtugħin friski, l-iktar minħabba l-konvenjenza tagħhom bħala prodotti lesti għall-konsum kif ukoll għall-benefiċċji tas-saħħa assoċjati mal-konsum tagħhom. |
(5) |
Frott u ħxejjex mhux proċessati li huma ppakkjati minn qabel u poġġuti fil-friġġ, lesti għall-konsum, huma frott u ħxejjex li jinħaslu qabel jitqaxxru u/jew jitqattgħu u/jew jitneħħilhom iz-zokk, jiġu ppakkjati u jinżammu kesħin fil-friġġ. Xi kostitwenti tal-frott u l-ħxejjex huma suxxettibbli għad-degredazzjoni meta esposti għall-ossiġnu jew id-dawl, li għalihom ikun espost l-interjur tal-frott u l-ħxejjex meta jitqaxxru u/jew jitqattgħu u/jew jitneħħilhom iz-zokk. Id-daqqiet fuq il-wiċċ tal-frott u l-ħxejjex joħolqu għadd ta' tħassir fiżjoloġiku bħall-ossidazzjoni, l-iskurar, eċċ. li jnaqqsu l-kwalità nutrittiva ta' dawk il-prodotti tal-ikel u jeħtieġ li jiġu minimizzati. |
(6) |
Hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tal-askorbat tal-Kalċju (E 302) u l-alġinat tas-Sodju (E 401) f'ċerti frott u ħxejjex mhux proċessati li huma ppakkjati minn qabel u poġġuti fil-friġġ, lesti għall-konsum. Dawk l-addittivi jintużaw flimkien biex jiffurmaw ġell li jittiekel li jiġi applikat fuq il-wiċċ tal-frott u l-ħxejjex u b'hekk joħloq passata rqieqa protettiva, li taġixxi ta' ostaklu fiżiku kontra l-ossiġnu l-indewwa, tnaqqas t-tnixxija u n-nixfa tal-wiċċ ta' dawk il-frott u l-ħxejjex. B'riżultat, jonqsu r-reazzjonijiet ta' degredazzjoni fiżjoloġika u b'hekk jgħinu l-preservazzjoni tal-kwalità nutrittiva tal-frott u l-ħxejjex. Għalhekk, il-ġell jippermetti preservazzjoni aħjar u iktar fit-tul ta' dawk il-frott u l-ħxejjex. |
(7) |
L-użu tal-askorbat tal-Kalċju (E 302) u l-alġinat tas-Sodju (E 401) bħala aġenti tal-glazing ikun qed jgħin iż-żamma tal-kwalità tal-frott u l-ħxejjex mhux proċessati li huma ppakkjati minn qabel u poġġuti fil-friġġ, lesti għall-konsum, meta jkunu għall-bejgħ u b'hekk jiffaċilita d-disponibblita u jżid l-aċċess għas-suq tal-frott u ħxejjex lesti għall-ikel, maqtugħin friski. |
(8) |
L-askorbat tal-Kalċju (E 302) u l-alġinat tas-Sodju (E 401) jiffurmaw parti mill-grupp ta' addittivi li għalihom ma ġiex speċifikat livell aċċettabbli tal-konsum ta' kuljum (3). Dan jimplika li ma jirrappreżentawx riskju għas-saħħa fil-livelli meħtieġa għall-kisba tal-effett teknoloġiku mixtieq. |
(9) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel mogħtija fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament ikkonċernat ma jkunx mistenni jħalli effett fuq is-saħħet umana. Minħabba l-fatt li l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-askorbat tal-Kalċju (E 302) u l-alġinat tas-Sodju (E 401) bħala aġenti tal-glazing fi frott u ħxejjex mhux proċessati li huma ppakkjati minn qabel u poġġuti fil-friġġ, lesti għall-konsum, tikkostitwixxi aġġornament tal-lista msemmija qabel, li ma għandhiex il-probabbiltà li jkollha effett fuq is-saħħa umana, ma hemmx ħtieġa tal-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. |
(10) |
Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-użu tal-askorbat tal-Kalċju (E 302) huwa diġà awtorizzat għal “frott u ħxejjex mhux proċessati li huma ppakkjati minn qabel u poġġuti fil-friġġ, lesti għall-konsum u patata mhux proċessata u mqaxxra ppakkjata minn qabel, biss” skont il-kategorija tal-ikel 04.1.2 “Frott u ħxejjex imqaxxra, imqatta u f'biċċiet”. |
(11) |
Għalhekk, jixraq li jiġi awtorizzat l-alġinat tas-Sodju (E 401) bħala aġent tal-glazing fil-kategorija tal-ikel 04.1.2 “Frott u ħxejjex imqaxxra, imqatta u f'biċċiet” fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-livell massimu ta' 2 400 mg/kg, u biss flimkien mal-askorbat tal-Kalċju (E 302) fil-livell massimu ta' 800 mg/kg sabiex jifforma l-ġell li jittiekel. |
(12) |
Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Report from the Commission on Dietary Food Additive Intake in the European Union, COM(2001) 542 final.
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 l-entrata li ġejja għandha tiġi tiddaħħal fil-kategorija tal-ikel 04.1.2 “Frott u ħxejjex imqaxxra, imqattgħin u mqattgħin bċejjeċ bċejjeċ” wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 333:
|
“E 401 |
Alġinat tas-sodju |
2 400 |
(82) |
frott u ħaxix ippakkjati minn qabel imkessħin mhux ipproċessati lesti għall-konsum biss, li jridu jinbiegħu lill-konsumatur finali |
|
|