This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1036
Commission Implementing Regulation (EU) No 1036/2012 of 7 November 2012 amending Annex II to Decision 2007/777/EC and Annex II to Regulation (EU) No 206/2010 as regards the entries for Croatia in the lists of third countries or parts thereof from which the introduction of fresh meat and of certain meat products into the Union is authorised Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1036/2012 tas- 7 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 rigward l-annotazzjonijiet għall-Kroazja fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta’ laħam frisk u ta’ ċerti prodotti tal-laħam fl-Unjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1036/2012 tas- 7 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 rigward l-annotazzjonijiet għall-Kroazja fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta’ laħam frisk u ta’ ċerti prodotti tal-laħam fl-Unjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 308, 8.11.2012, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
8.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1036/2012
tas-7 ta’ Novembru 2012
li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 rigward l-annotazzjonijiet għall-Kroazja fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta’ laħam frisk u ta’ ċerti prodotti tal-laħam fl-Unjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistabbilixxi r-regoli dwar l-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3). |
(2) |
Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati, sakemm dawn il-komoditajiet ikunu konformi mat-trattament imsemmi f’dik il-Parti. |
(3) |
Il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattamenti msemmija fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness, filwaqt li tassenja kodiċi lil kull wieħed minn dawk it-trattamenti. Dik il-Parti tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi minn “B” sa “F”, imniżżlin mill-aktar wieħed sever għall-inqas wieħed. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) jistabbilixxi r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew ta’ laħam frisk. Dan jistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, li minnhom jistgħu jiġu introdotti dawk il-kunsinni fl-Unjoni. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistipula li kunsinni ta’ laħam frisk maħsubin għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu importati fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin mill-pajjiżi terzi, mit-territorji jew il-partijiet minnhom elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament li għalih hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi għall-kunsinna kkonċernata mniżżla f’dik il-Parti. |
(6) |
Bħalissa l-Kroazja hija mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ ċerti annimali fl-Unjoni. Madanakollu, bħalissal-Kroazja mhix imniżżla bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk, inkluż laħam kapuljat, ta’ annimali porċini domestiċi fl-Unjoni. |
(7) |
Il-Kroazja ressqet talba lill-Kummissjoni biex tkun awtorizzata tesporta laħam frisk ta’ annimali porċini domestiċi fl-Unjoni. Skont l-informazzjoni li ressqet il-Kroazja, it-tilqim preventiv kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer huwa pprojbit fit-territorju ta’ dak il-pajjiż terz sa minn Jannar 2005. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza ta’ ċirkolazzjoni tal-vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’annimali porċini domestiċi fit-territorju tal-Kroazja minn Marzu 2008 ’l hawn. Għalhekk l-informazzjoni disponibbli turi li l-Kroazja hija ħielsa mid-deni klassiku tal-ħnieżer f’annimali porċini domestiċi, mingħajr tilqima. |
(8) |
L-awtorità kompetenti Kroata tat ukoll garanziji biżżejjed rigward il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer u qed timplimenta programm imtejjeb ta’ sorveljanza għall-annimali porċini domestiċi u ċingjali. |
(9) |
Barra minn hekk, ir-riżultati ta’ spezzjoni li għamlet il-Kummissjoni fil-Kroazja fl-2010 kienu fil-biċċa l-kbira pożittivi. Il-Kroazja ressqet ukoll lill-Kummissjoni l-konferma li ċerti azzjonijiet korrettivi ppjanati dwar in-nuqqasijiet identifikati matul dik l-ispezzjoni ġew implimentati b’mod sodisfaċenti fl-2011. |
(10) |
L-evalwazzjoni tal-informazzjoni mressqa mill-Kroazja twassal għall-konklużjoni li l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ laħam frisk ta’ annimali porċini domestiċi minn dak il-pajjiż terz ma kinitx toħloq riskju għall-qagħda tas-saħħa fl-Unjoni rigward id-deni klassiku tal-ħnieżer. Għalhekk l-importazzjonijiet mill-Kroazja ta’ laħam frisk, inkluż laħam kapuljat, ta’ annimali porċini domestiċi fl-Unjoni għandhom jiġu permessi. |
(11) |
Barra minn hekk, bħalissal-Kroazja hija mniżżla fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati minn annimali porċini domestiċi u annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer) li għaddew mit-trattament speċifiku “D”. |
(12) |
Minħabba l-fatt li l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk, inkluż laħam kapuljat, ta’ annimali porċini domestiċi fl-Unjoni mill-Kroazja għandhom jiġu awtorizzati, huwa xieraq li jkunu permessi wkoll importazzjonijiet fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz ta’ prodotti tal-laħam li nkisbu minn dan il-laħam frisk, mingħajr il-ħtieġa li jgħaddu minn trattament speċifiku. Għalhekk il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(13) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-annotazzjoni għall-Kroazja tinbidel b’dan li ġej:
“HR |
Il-Kroazja |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
D |
XXX |
A |
A |
XXX” |
Artikolu 2
Fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, l-annotazzjoni għall-Kroazja tinbidel b’dan li ġej:
“HR – il-Kroazja |
HR-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
|
|
|
|
POR |
|
|
|
it-8 ta' Novembru 2012” |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.