Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 32009E0466

    Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/466/PESK tal- 15 ta’ Ġunju 2009 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)

    ĠU L 151, 16.6.2009, p. 40-40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Statutul juridic al documentului care nu mai este în vigoare, Data încetării: 30/09/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2009/466/oj

    16.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 151/40


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/466/PESK

    tal-15 ta’ Ġunju 2009

    li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK (1) dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo).

    (2)

    Fit-23 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/485/PESK (2) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2009.

    (3)

    Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet Kongoliżi u partijiet oħrajn ikkonċernati, jidher meħtieġ li l-missjoni tkun estiża għal perjodu ieħor, u fl-10 ta’ Marzu 2009 il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-missjoni tkun estiża bi 12-il xahar ieħor.

    (4)

    L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 9(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 għandu jkun ta’ EUR 5 500 000.

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sal-31 ta’ Ottubru 2009 għandu jkun EUR 6 920 000.

    Il-Kunsill għandu jistabbilixxi ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010.”;

    2.

    it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

    “Għandha tiskadi fil-30 ta’ Ġunju 2010.”.

    Artikolu 2

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 15 ta’ Ġunju 2009.

    Ġħall-Kunsill

    Il-President

    J. KOHOUT


    (1)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 46.

    (2)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 44.


    Sus