This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1192
Commission Regulation (EC) No 1192/2008 of 17 November 2008 amending Regulation (EEC) No 2454/93 laying down provisions for the implementation of Council Regulation (EEC) No 2913/92 establishing the Community Customs Code
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2008 tas- 17 ta' Novembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2008 tas- 17 ta' Novembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju
ĠU L 329, 6.12.2008, p. 1–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481
6.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 329/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1192/2008
tas-17 ta' Novembru 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (1) minn hawn ’il quddiem “il-Kodiċi”, u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) attwalment jistipula id-dispożizzjonijiet dwar l-Awtrozzazzjonijiet Uniċi li jinvolvu amministrazzjonijiet doganali f’iktar minn Stat Membru għall-proċeduri doganali b’impatt ekonomiku u b’użu aħħari biss. |
(2) |
Wara li kkunsidrat l-istrateġija ta’ Liżbona li timmira li lill-UE tagħmilha l-aktar ekonomija kompetittiva fid-dinja, huwa kruċjali li jinħoloq ambjent modern u simplifikat b’kundizzjonijiet għal Suq Intern reali fejn il-kompetittività kummerċjali tiżdied u fejn ikun evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn l-imprizi fl-Istati Membri differenti. L-Awtorizzazzjonijiet Uniċi għal proċeduri simplifikati, kif ukoll l-Awtorizzazzjoni Unika integrata, jippermettu lill-operaturi li jiċċentralizzaw u jintegraw il-kontabbiltà, il-loġistika u l-funzjonijiet tad-distribuzzjoni b’iffrankar konsegwenti fl-ispejjeż amministrattivi u tranżazzjonarji, u għalhekk għandhom ikunu simplifikazzjoni ġenwina. Huwa għalhekk xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar l-Awtorizzazzjonijiet Uniċi jiġu estiżi għall-użu tad-dikjarazzjoni simplifikata u għall-proċedura ta’ rilaxx lokali. |
(3) |
Għalhekk, huwa xieraq li jiġu integrati d-definizzjonijiet eżistenti tal-“Awtorizzazzjoni Unika” rigward il-proċeduri doganali b’impatt ekonomiku u għal użu aħħari ma’ dawk għad-dikjarazzjoni simplifikata u l-proċedura ta’ rilaxx lokali, minħabba l-fatt li dawn il-proċeduri jistgħu jintużaw flimkien. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1875/2006 (3) li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jindika d-dettalji minimi li għandhom jiġu ddikjarati skont il-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata jew għandhom jiġu rreġistrati skont il-proċedura ta’ rilaxx lokali. Fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet uniċi, l-elementi minimi li għandhom jiġi ddikjarati fl-isfond tal- proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata għandhom ikunu d-dettalji massimi li jistgħu ikunu disponibbli lil uffiċċju doganali ta’ Stat Membru ieħor. |
(5) |
Peress li ċ-ċertifikati AEO, u partikolarment dawk għas-simplifikazzjonijiet doganali ta’ sikwit ikunu magħquda mal-Awtorizzazzjonijiet Uniċi, huwa xieraq li r-regoli dwar l-għoti, is-sospensjoni u r-revoka taż-żewġ tipi ta’ awtorizzazzjoni jkunu allinjati kemm jista’ jkun, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar ir-reġistri li jippermettu l-verifika xierqa tal-proċedura. |
(6) |
It-trasportaturi, kummissarji tat-trasport jew kummissarji doganali li huma detenturi ta’ ċertifikat AEO għandhom aċċess eħfef għas-sistemi doganali simplifikati kif ukoll għall-utilizzazzjoni tad-dikjarazzjoni simplifikata u tal-proċedura ta’ rilaxx lokali. Għandu jiġi stipulat li r-rappreżentanti jistgħu jingħataw awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali, sakemm jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet u kriterji. |
(7) |
Jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura għall-applikazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-Awtorizzazzjonijiet Uniċi billi jitnaqqas iż-żmien li jittieħed għall-iskambju tal-informazzjoni u billi jiġu żviluppati regoli komuni biex jiġi evitat dewmien fl-għotja ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet. Dawn ir-regoli għandhom jippermettu lill-awtoritajiet doganali biex jissorveljaw u jimmonitorjaw l-operazzjonijiet skont l-Awtorizzazzjonijiet Uniċi mingħajr arranġamenti amministrattivi sproporzjonati mal-ħtiġijiet ekonomiċi involuti. |
(8) |
Il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-għoti ta’ Awtorizzazzjonijiet nazzjonali, kif ukoll Uniċi, għad-dikjarazzjoni simplifikata u għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għandhom ikunu identiċi sabiex tinkiseb l-armonizzazzjoni fi ħdan is-suq uniku. |
(9) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-emenda, għas-sospensjoni u għar-revoka tal-awtorizzazzjonijiet għad-dikjarazzjoni simplifikata u l-proċedura ta’ rilaxx lokali, biex tiġi żgurata prassi komuni fit-territorju doganali tal-Komunità. |
(10) |
Biex jintlaħaq l-għan li jittejbu l-proċeduri tal-applikazzjoni u tal-awtorizzazzjoni, jeħtieġ l-introduzzjoni ta’ komunikazzjoni elettronika u ta’ sistema ta’ database għall-Awtorizzazzjonijiet Uniċi, biex tintuża għall-ipproċessar tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali, kif ukoll għall-informazzjoni tal-Kummissjoni u tal-operaturi ekonomiċi. Din is-sistema għandha tkun estensjoni tas-sistema tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni pprovduta għall-għoti taċ-ċertifikati AEO. |
(11) |
Wara perjodu ta’ transizzjoni għandu jkun permess l-użu tad-dikjarazzjoni simplifikata u tal-proċedura ta’ rilaxx lokali, biss lill-operaturi ekonomiċi li jressqu dikjarazzjonijiet doganali jew notifikazzjonijiet f’forma elettronika, kif meħtieġ għall-ambjent simplifikat u bla użu ta’ karti. |
(12) |
Għandu jiġi ċċarat li d-dikjarazzjoni doganali tista’, bl-approvazzjoni tal-awtorità doganali jew tal-awtoritajiet involuti fl-għotja tal-awtorizzazzjoni, titressaq f’uffiċċju doganali differenti minn dak fejn tiġi ppreżentata jew tkun ser tiġi ppreżentata l-merkanzija jew fejn titqiegħed disponibbli għall-kontroll. |
(13) |
Għal dak li jirrigwarda l-formalitajiet tat-tranżitu, sal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1875/2006, għandha tiġi -aċċettata d-dikjarazzjoni mqassra fuq il-bażi tal-messaġġ tal-“Avviż tal-Wasla Antiċipata” għandha tkun prevista meta l-formalitajiet jitwettqu bl-użu ta’ teknika elettronika tal-ipproċessar. |
(14) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2454/93, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 837/2005 (4), li jesiġi li d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu titressaq b’metodi kompjuterrizzati mill-1 ta' Ġunju 2005, l-operaturi kollha għandhom iressqu d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu tagħhom bis-sistema kompjuterizzata tat-tranżitu tad-dwana. Barra dan għandu jkun possibbli għall-vjaġġaturi li jressqu d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu bil-miktub lill-awtoritajiet doganali, li min-naħa tagħhom għandhom jiżguraw li jkun hemm skambju tad-dejta tat-tranżitu bejn l-awtoritajiet doganali bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informatika u ta’ netwerks tal-kompjuters. |
(15) |
Il-konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 li jirrigwardjaw il-proċedura komuni ta’ tranżitu (5) kienu emendati biex jirriflettu l-obbligi li t-tressiq tad-dikjarazzjonijiet komuni tat-tranżitu fil-proċedura standard isir b’teknika elettronika tal-ipproċessar tad-dejta u d-dispożizzjonijiet paralleli tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità għandhom jiġu adattati skont dan. |
(16) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu bbażati fuq is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu bil-miktub, fosthom dawk li jikkonċernaw id-dokumenti relatati mad-dikjarazzjoni, għandhom jiġu adattati għall-obbligu li d-dikjarazzjonjiet tat-tranżitu tal-Komunità fil-proċedura standard jitressqu b’teknika elettronika tal-ipproċessar tad-dejta. |
(17) |
Bl-eċċezzjoni tal-vjaġġaturi, l-użu tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub u tad-dokumenti relatati għandhom jiġu ċirkoskritti għall-proċedura ta’ riżerva li tippermetti lill-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta’ tranżitu meta s-sistema kompjuterizzata tat-tranżitu tad-dwana, jew meta s-sistema kompjuterrizzata tal-konsenjatur awtorizzat jew tal-prinċipal ma taħdimx, u meta n-netwerk bejniethom u l-awtoritajiet doganali, ma jkunux disponnibbli. |
(18) |
L-użu tat-tekniki tal-ipproċessar tad-dejta għall-operazzjonijiet TIR li jitwettqu fi ħdan it-territorju doganali tal-Komunità huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurat skambju effiċjenti tad-dejta u l-istess livell ta’ kontroll doganali li qed jopera skont il-proċedura Komunitarju/komunita’ tranżitu. |
(19) |
L-operazzjonijiet tat-TIR fit-territorju Komunitarju għandhom jiġu integrati fl-ambjent elettroniku introdott mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006, sabiex jipprovdu għat-tressiq tad-dikjarazzjonijiet ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq permezz ta’ mezzi elettroniċi. |
(20) |
L-użu tad-dejta elettronika għandu jelimina l-bżonn li tintradd lura l-parti relevanti tal-Fattura Nru 2 tal-carnet TIR fi ħdan it-territorju doganali Komunitarju kull darba li tintuża s-sistema kompjuterizzata, u b’konsegwenza għandu jonqos l-għadd ta’ proċeduri ta’ tiftix bla ħtieġa. Għandu jtejjeb ukoll l-effiċjenza u s-sigurtà tal-operazzjonijiet TIR hekk kif is-sistema kompjuterizzata tħaffef is-superviżjoni tagħhom u għalhekk tipprovdi benefiċċji tanġibbli kemm għall-amministrazzjonijiet doganali kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi. |
(21) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li d-detentur tal-carnet TIR iressaq id-dejta tal-carnet TIR fl-uffiċċju tat-tluq jew tad-dħul permezz ta’ teknika tal-ipproċessar tad-dejta. Madankollu, kwalunkwe konsegwenza legali li tqum minn diskrepanza bejn id-dejta elettronika tal-carnet TIR li titressaq u l-carnet TIR għandha tkun ibbażata fuq id-dettalji tal-carnet TIR, f’konformità mal-Konvenzjoni TIR. Il-formalitajiet li jikkonċernaw partijiet oħra li mhumiex l-awtoritajiet doganali Komunitarji għandhom jibqgħu jitwettqu abbażi tal-carnet TIR u dan jinkludi l-użu tal-carnet TIR bħala evidenza ta’ garanzija internazzjonali. |
(22) |
Dispensa mill-obbligu li titressaq id-dejta tal-carnet TIR permezz ta’ teknika tal-ipproċessar tad-dejta għandha tiġi permessa biss f’każijiet eċċezzjonali, fejn is-sistema kompjuterizzata tat-tranżitu tad-dwana jew l-applikazzjoni biex tittressaq id-dikjarazzjoni ma jkunux qed jaħdmu, jew meta n-netwerk bejn dawn iż-żewġ sistemi ma tkunx qed taħdem. |
(23) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-Artikolu 453(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandha ssir referenza għar-regola li tippermetti li jiġi stabbilit l-istatus Komunitarju tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura TIR. |
(24) |
Id-dettalji dwar id-dejta li għandha tiġi pprovduta fis-sistema kompjuterizzata għad-dejta tal-carnet TIR elettroniku għandhom jiġu integrati fir-regoli u fil-kodiċi tad-dikjarazzjonijiet elettroniċi ta’ tranżitu speċifikati fl-Annessi 37a u 37c. |
(25) |
Sabiex tiġi ssimplifikata u mħaffa l-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe emendi fil-lista tal-uffiċċji ta’ koordinament maħtura mill-Istati Membri għal kwalunke azzjoni li tikkonċerna ksur jew irregolaritajiet relatati mal-carnets ATA, din il-pubblikazzjoni għandha ssir permezz tas-sit tal-Internet uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(26) |
Ir-reviżjoni regolari tal-lista tal-merkanzija li tinvolvi riskju akbar ta’ frodi waqt operazzjoni ta’ tranżitu kif elenkata fl-Anness 44c għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li twettqet skont l-Artikolu 340a ta’ dak ir-Regolament fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri, wriet li ċerta merkanzija li tidher f’dik il-lista ma għadhiex meqjusa li tinvolvi riskju akbar ta’ frodi. Huwa għalhekk xieraq li l-lista fl-Anness 44c tiġi emendata skont dan. |
(27) |
Fl-Anness 67 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 hemm applikazzjoni u formola tal-awtorizzazzjoni komuni għal proċeduri doganali b’impatt ekonomiku u għal użu aħħari; din il-formola għandha tintuża kemm meta jkun hemm involuta amministrazzjoni doganali waħda kif ukoll meta jkun hemm aktar minn waħda. Huwa xieraq li l-użu tal-Anness 67 jiġi estiż għal każijiet fejn issir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll meta jkun hemm involuti aktar minn amministrazzjoni doganali waħda. |
(28) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi emendat skont dan. |
(29) |
Peress li l-emendi previsti fid-Deċiżjoni 1/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA “tranżitu komuni” tas-16 ta' Ġunju 2008 li temenda l-Konvenzjoni ta’ l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta’ tranżitu komuni japplikaw mill-1 ta' Lulju 2008 u mill-1 ta' Lulju 2009, id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għal dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess dati. |
(30) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 1 għandhom jiżdiedu l-punti 13, 14 u 15 li ġejjin:
|
2. |
Fl-Artikolu 183, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: “3. Id-dikjarazzjoni mqassra għall-merkanzija li nġarret skont proċedura ta’ tranżitu, li għaliha l-formalitajiet għandhom isiru b’tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-dejta qabel jitressqu għand id-dwana, hija magħmula minn dejta tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu trażmessa lill-uffiċċju tad-destinazzjoni bl-użu tal-‘Avviż tal-Wasla Antiċipata’. Id-dikjarazzjoni mqassra għandha tieħu l-forma tal-kopja tad-dokument tat-tranżitu jew tad-Dokument li Jakkompanja t-Tranżitu fejn jkun applikat l-Artikolu 353(2).” |
3. |
L-Artikolu 199 (1) u (2) huma sostitwitib’li ġej: “1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli ta’ dispożizzjonijiet penali, it-tressiq ta’ dikjarazzjoni ffirmata mid-dikjarant jew rappreżentant tiegħu fl-uffiċċju doganali jew ta’ dikjarazzjoni ta’ tranżitu mressqa bl-użu ta’ tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-dejta mid-dikjarant jew rappreżentant tiegħu għandha tirrendih responsabbli skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ għal:
2. Meta d-dikjarant juża sistemi tal-ipproċessar tad-dejta biex jipproduċi d-dikjarazzjonijiet tad-dwana tiegħu, fosthom id-dijarazzjonijet tat-tranżitu magħmula skont l-Artikolu 353(2) punt b), l-awtoritajiet doganali jistgħu jistipulaw li l-firma bl-idejn tinbidel b’teknika oħra ta’ identifikazzjoni li tista’ tkun ibbażata fuq l-użu ta’ kodiċijiet. Din il-faċilità għandha tingħata biss jekk il-kundizzjonijiet tekniċi u amministrattivi stipulati mill-awtoritajiet doganali jiġu osservati. L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jistipulaw ukoll li dikjarazzjonijiet, fosthom id-dikjarazzjonijet tat-tranżitu magħmula skont l-Artikolu 353(2)(b), mressaq bl-użu ta’ sistemi doganali tal-ipproċessar tad-dejta jistgħu jkunu awtentikati direttament b’dawk is-sistemi, minflok bl-applikazzjoni manwali jew mekkanika tat-timbru tal-uffiċċju tad-dwana u bil-firma tal-uffiċjal kompetenti.” |
4. |
Fl-Artikolu 201, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni doganali titressaq f’uffiċċju doganali differenti minn dak fejn hija ppreżentata jew ser tiġi ppreżentata l-merkanzija jew ser tkun disponibbli għall-kontroll, sakemm titħares waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin.
|
5. |
Fl-Artikolu 202 għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandha titressaq u l-merkanzija għandha tiġi preżentata fl-uffiċċju tat-tluq matul il-jiem u s-siegħat stabbiliti mill-awtoritajiet doganali. L-uffiċċju tat-tluq jista’, fuq talba u spejjeż tal-prinċipal, jippermetti li l-merkanzija tkun preżentata fi kwalunkwe lokalità oħra.” |
6. |
L-Artikolu 203 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 203 1. Id-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha tiġi annotata fuqha. 2. Id-dikjarazzjoni Komunitarja ta’ tranżitu għandha tiġi aċċettata u rreġistrata mill-uffiċċju tat-tluq matul il-jiem u s-sigħat stabbiliti mill-awtoritajiet doganali.” |
7. |
Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 205(3), il-ħames u s-sitt inċiżi għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
8. |
Fl-Artikolu 208, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Meta l-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu jew il-proċedura ta’ tranżitu komuni hija ppreċeduta jew segwita bi proċedura doganali oħra, selezzjoni li jkun fiha l-għadd ta’ kopji meħtieġa għall-kompletazzjoni tal-formalitajiet li jirrigwardaw il-proċedura ta’ tranżitu fejn huwa applikat l-Artikolu 353(2) u l-proċedura preċedenti jew segwenti, tista’ tiġi ppreżentata.” |
9. |
Fl-Artikolu 215(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jinbidlu b’dan li ġej: “Il-karta għandha tkun bajda għall-kopji kollha. Madankollu, fil-kopji użati għal tranżitu Komunitarju skont l-Artikolu 353(2), il-kaxxi 1 (l-ewwel u t-tielet subdiviżjonijiet), 2, 3, 4, 5, 6, 8, 15, 17, 18, 19, 21, 25, 27, 31, 32, 33 (l-ewwel subdiviżjoni fuq ix-xellug), 35, 38, 40, 44, 50, 51, 52, 53, 55 u 56 għandu jkollhom sfond aħdar. Il-formuli għandhom jiġu stampati b’linka ħadra.” |
10. |
Fl-Artikolu 219, il-paragrafu 1 b’dan li ġej: “1. Il-merkanzija li hija s-soġġett tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandha tiġi ppreżentata flimkien mad-dokument tat-trasport. L-uffiċċju tat-tluq jista’ jiddispensa r-rekwiżit li jiġi preżentat dan id-dokument meta l-formalitajiet doganali jitlestew, bil-kundizzjoni li d-dokument jinżamm għad-dispożizzjoni tiegħu. Madanakollu, id-dokument tat-trasport għandu jiġi ppreżentat fuq talba tal-awtoritajiet doganali jew kull awtorità oħra kompetenti matul it-trasport.” |
11. |
Fl-Artikolu 247, għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej: “5. Għall-implimetazzjoni tal-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu, l-uffiċċju tat-tluq għandu jirreġistra r-riżultati tal-verifika (billi jdaħħal id-dejta korrispondenti) fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu.” |
12. |
Fl-Artikolu 249, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Għall-implimentazzjoni tal-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu u jekk ir-riżultati tal-verifika tad-dikjarazzjoni tippermetti dan, l-uffiċċju tat-tluq għandu jawtorizza r-rilaxx tal-merkanzija u jirreġistra d-data tar-rilaxx fis-sistema kompjuterizzata.” |
13. |
Fil-Kapitolu 1, it-Titolu IX, il-Parti I, qabel l-Artikolu 253 għandha tiddaħħal l-intestatura li ġejja: “ ” |
14. |
Fl-Artikolu 253, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 4–8 li ġejjin: “4. Kwalunkwe persuna tista’ tapplika għall-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali, biex tingħata lilu stess għall-użu tiegħu nnifsu jew għall-użu bħala rappreżentant, sakemm ikun hemm reġistrazzjoni u proċeduri sodisfaċenti li jippermettu li l-awtorità doganali li tawtorizza tkun tista’ tidentifika l-persuni rappreżentati u twettaq il-kontrolli doganali xierqa. Applikazzjoni bħal din tista’ wkoll tirrigwarda awtorizzazzjoni integrata mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 64 tal-Kodiċi. 5. L-użu tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali huwa bil-kundizzjoni li tkun ipprovduta garanzija fuq id-dazji tal-importazzjoni u l-imposti l-oħra. 6. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet u mal-kriterji stipulati f’dan il-Kapitolu u mal-obbligi li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tad-dikjarant u għar-regoli li jirregolaw il-ħolqien ta’ dejn doganali. 7. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtorità doganali li tawtorizza bl-eventi kollha li jinqalgħu wara li tingħata l-awtorizzazzjoni li jistgħu jinfluwenzaw il-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha. 8. Għandha ssir eżami mill-ġdid tal-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew il-proċedura ta’ rilaxx lokali mill-awtorità doganali li tawtorizza f’dawn il-każijiet:
Fil-każ ta’ awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali maħruġa lil applikant li ilu stabbilit inqas minn tliet snin, għandu jkun hemm kontroll mill-qrib matul l-ewwel sena wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni.” |
15. |
Fl-Artikolu 253a, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-użu tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali huwa bil-kundizzjoni li jiġu ppreżentati dikjarazzjonijiet u notifikazzjonijiet doganali elettroniċi.” |
16. |
Fil-Kapitolu 1, it-Titolu IX, il-Parti I, wara l-Artikolu 253a għandha tiżdied is-Sezzjoni 2 li ġejja: “
Artikolu 253b 1. Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dikjarazzjoni simplifikata jew ta’ proċedura ta’ rilaxx lokali għandhom isiru skont il-mudell tal-applikazzjoni stipulat fl-Anness 67 jew il-format elettroniku korrispondenti. 2. Meta l-awtorità doganali li tawtorizza tistabbilixxi li l-applikazzjoni ma jkunx fiha d-dettalji kollha rekwiżiti, l-awtorità doganali għandha, fi żmien 30 jum tal-kalendarju minn meta tirċievi l-applikazzjoni, titlob lill-applikant biex jagħtiha l-informazzjoni rilevanti, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għat-talba tagħha. 3. L-applikazzjoni ma għandhiex tiġi aċċettata jekk:
4. Qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw ir-reġistri tal-applikant, sakemm ma jistgħux jintużaw ir-riżultati ta’ verifika preċedenti.” Artikolu 253c 1. Awtorizzazzjoni għall-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata għandha tingħata sakemm il-kundizzjonijiet u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 14h, bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1, fil-punti (d), (e) u (g) tal-Artikolu 14i u fl-Artikolu 14j huma sodisfatti. Awtorizzazzjoni għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għandha tingħata sakemm il-kundizzjonijiet u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 14h, bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1, fl-Artikolu 14i u fl-Artikolu 14j huma sodisfatti. Għall-għotja tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, l-awtoritiajiet doganali għandhom japplikaw l-Artikolu 14a(2) u jużaw il-formola tal-awtorizzazzjoni li tinsab fl-Anness 67. 2. Meta l-applikant għandu ċertifikat AEO msemmi fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1), il-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jitqiesu bħala ssodisfatti. Artikolu 253d 1. Awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għandha tiġi sospiża mill-awtorità doganali li tawtorizza meta:
Madankollu, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità doganali li tawtorizza tista’ tiddeċiedi li ma tissospendix awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali jekk tqis li l-ksur huwa wieħed ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel mal-għadd jew id-daqs tal-operazzjonijiet b’rabta doganali, u li ma joħloqx dubji dwar ir-rieda tajba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni. Qabel ma tittieħed deċiżjoni, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lid-detentur tal-awtorizzazzjoni. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu d-dritt jikkoreġi s-sitwazzjoni u/jew jesprimi l-fehma tiegħu fi żmien 30 jum tal-kalendarju mid-data tal-komunikazzjoni. 2. Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni ma jirregolax is-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 fi żmien tletin jum tal-kalendarju, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tinnotifika lid-detentur tal-awtorizzazzjoni, li l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali hija sospiża għal perjodu ta’ tletin jum tal-kalendarju sabiex tippermetti lid-detentur tal-awtorizzazzjoni jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirregola s-sitwazzjoni. 3. Fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tissospendi l-awtorizzazzjoni sat-tmiem tal-proċedimenti tal-qorti. Għandha tinnotifika lid-detentur tal-awtorizzazzjoni b’dan. 4. Meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni ma jkunx seta’ jirregola s-sitwazzjoni fi żmien tletin jum tal-kalendarju iżda jkun jista’ jagħti evidenza li l-kundizzjonijiet ikunu jistgħu jintlaħqu jekk jiġi estiż il-perjodu ta’ sospensjoni, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tissospendi l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għal perjodu ulterjuri ta’ 30 jum tal-kalendarju. 5. Is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ma għandha taffettwa l-ebda proċedura doganali li tkun diġà nbdiet qabel id-data tas-sospensjoni u tkun għadha ma tlestietx. Artikolu 253e 1. Meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkun ħa, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità doganali li tawtorizza, il-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mal-kundizzjonijiet u mal-kriterji li għandhom jintlaħqu fl-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tirtira s-sospensjoni u tinforma lid-detentur tal-awtorizzazzjoni. Is-sospensjoni tista’ tiġi rtirata qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 253d(2) jew (4). 2. Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni ma jieħux il-miżuri meħtieġa matul il-perjodu ta’ sospensjoni previst fl-Artikolu 253(d)(2) jew (4), għandu japplika l-Artikolu 253 g. Artikolu 253f 1. Meta detentur ta’ awtorizzazzjoni, temporanjament, ma jistax jilħaq kwalunkwe kundizzjoni u kriterju stipulati għall-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ rilaxx lokali, jista’ jitlob sospensjoni tal-awtorizzazzjoni. F’dan il-każ, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtorità doganali li tawtorizza, billi jispeċifika d-data meta se jkun jista’ jilħaq il-kundizzjonijiet u l-kriterji mill-ġdid. Għandu jinnotifika wkoll lill-awtorità doganali li tawtorizza bi kwalunkwe miżuri ppjanati u bl-iskeda bid-dati għalihom. 2. Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni jonqos milli jirregolarizza s-sitwazzjoni fil-perjodu stipulat fin-notifika tiegħu, l-awtorità doganali li tawtorizza tista’ tagħti estensjoni raġonevoli, sakemm id-detentur tal-awtorizzazzjoni jkun aġixxa b’rieda tajba. Artikolu 253g Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tal-Kodiċi u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali fil-każijiet li ġejjin:
Madankollu, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità doganali li tawtorizza tista’ tiddeċiedi li ma tirrevokax l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali jekk tqis li l-ksur huwa wieħed ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel mal-numri jew id-daqs tal-operazzjonijiet b’rabta doganali, u li l-ksur ma joħloqx dubji dwar ir-rieda tajba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni. |
17. |
Fil-Parti I, titolu IX, jiddaħħal il-Kapitolu 1 A li ġej: KAPITOLU 1 A Awtorizzazzjoni unika għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali
Artikolu 253h 1. L-applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni Unika għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għandha tintbagħat lil waħda mill-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 14d(1) u (2). Madankollu, meta l-awtorizzazzjoni għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali hija mitluba fil-kuntest ta’, jew wara, applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni Unika għal użu aħħari jew għal proċedura doganali b’impatt ekonomiku, l-Artikolu 292(5) u (6) jew l-Artikoli 500 u 501 għandhom japplikaw. 2. Jekk parti mir-reġistri u mid-dokumentazzjoni rilevanti hija miżmuma fi Stat Membru ieħor barra mill-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni, l-applikant għandu jimla l-kaxxi 5a, 5b u 7 tal-formola tal-applikazzjoni stipulata fl-Anness 67. 3. L-applikant għandu jipprovdi punt ċentrali b’aċċessibbiltà tajba jew persuna ta’ kuntatt fi ħdan l-amministrazzjoni tal-applikant fl-Istat Membru tal-applikazzjoni, sabiex jagħmel disponibbli għall-awtoritajiet doganali l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun ippruvata l-konformità mar-rekwiżiti għall-għotja tal-Awtorizzazzjoni Unika. 4. L-applikanti għandhom, safejn ikun possibbli, jissottomettu d-dejta meħtieġa lill-awtoritajiet doganali b’mezzi elettroniċi. 5. Sakemm tiddaħħal sistema elettronika ta’ skambju bejn l-Istati Membri involuti, li hija meħtieġa għall-għanijiet tal-proċedura doganali relevanti, l-awtorità doganali li tawtorizza tista’ tirrifjuta applikazzjonijet magħmula skont paragrafu 1 jekk l-Awtorizzazzjoni Unika tkun se toħloq piż amministrattiv sproporzjonat. Artikolu 253i 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 253h (1), għand min għandhom isiru l-applikazzjonijiet, u kwalunkwe tibdil sussegwenti f’din il-lista. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fuq l-Internet. Dawn l-awtoritajiet għandhom jaġixxu bħala l-awtoritajiet doganali li jawtorizzaw Awtorizzazzjonijiet Uniċi għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali. 2. L-Istati Membri għandhom jinnominaw uffiċċju ċentrali responsabbli għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta’ dan l-uffiċċju lill-Kummissjoni.
Artikolu 253j 1. Meta ssir applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni Unika għad-dikjarazzjoni simplifikata jew għall-proċedura ta’ rilaxx lokali, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tagħmel din l-informazzjoni li ġejja disponibbli lill-awtoritajiet doganali oħrajn konċernati:
Għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 253 m, hekk kif din is-sistema tkun disponibbli. 2. L-informazzjoni msemmija fil-punti a), b) u c) tal-paragrafu 1 għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni mill-awtorità doganali li tawtorizza fil-limiti ta’ żmien kif ġejjin:
Meta l-awtorità doganali li tawtorizza ma tkunx tista’ tosserva dawk il-limiti ta’ żmien, tista testendihom bi 30 jum tal-kalendarju. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha, qabel ma jiskadu dawk il-limiti ta’ żmien, tgħarraf lill-applikant bir-raġunijiet għall-estensjoni. Il-limitu ta’ żmien għandu jibda jgħodd mid-data li fiha l-awtorità doganali li tawtorizza tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa msemmija fil-punti a), b) u c) tal-paragrafu 1. L-awtorità doganali li tawtorizza għandha tinforma lill-applikant li l-applikazzjoni ġiet aċċettata u bid-data minn meta dak il-limitu ta’ żmien għandu jibda jgħodd. 3. Sal-31 ta' Diċembru 2009, il-perjodi massimi ta’ 30 jew 90 jum tal-kalendarju previsti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom jinbidlu għal 90 jew 210 ijiem tal-kalendarju. Artikolu 253k 1. L-awtorità doganali li tawtorizza tal-Istat Membru fejn saret l-applikazzjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħra involuti fl-Awtorizzazzjoni Unika li għaliha saret l-applikazzjoni, għandhom jikkooperaw biex jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-operat u l-irraportar, inkluż pjan ta’ kontroll għas-sorveljanza tal-proċedura doganali mħaddma skont l-Awtorizzazzjoni Unika. Madankollu, l-iskambju tad-dejta għall-għanijiet ta’ proċedura/i doganali bejn l-awtoritajiet doganali konċernati ma għandux ikun aktar minn dawk stipulati fl-Anness 30 A. 2. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħra konċernati mill-awtorizzazzjoni Unika li għaliha saret l-applikazzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità doganali li tawtorizza bi kwalunkwe oġġezzjoni sa tletin jum tal-kalendarju mid-data li fiha rċievew l-abbozz tal-awtorizzazzjoni. Jekk ikun meħtieġ aktar żmien għal din in-notifika, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tkun infurmata kemm jista’ jkun malajr u fi kwalunkwe każ f’dan il-limitu ta’ żmien. Dan il-limitu ta’ żmien addizzjonali ma jistax jiġi estiż b’aktar minn 30 jum tal-kalendarju. F’dan il-każ l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tikkomunika l-estensjoni tal-limitu ta’ żmien lill-applikant. Meta jkun hemm notifika ta’ oġġezzjonijiet u ma jintlaħaqx ftehim bejn l-awtoritajiet doganali f’dak il-perjodu, l-applikazzjoni għandha tiġi rrifjutata sal-limitu li għalih kienu tqajmu l-oġġezzjonijiet. Jekk l-awtorità doganali kkonsultata ma tirrispondiex fil-limitu/i ta’ żmien stipulat/i fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità doganali li tawtorizza tista’ tassumi fuq ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet doganali kkonsultati, li ma jeżistux oġġezzjonijiet għall-ħruġ ta’ din l-awtorizzazzjoni. 3. Qabel ma applikazzjoni tiġi rrifjutata parzjalment jew kompletament, l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tikkomunika r-raġunijiet li fuqhom ser tibbaża d-deċiżjoni tagħha lill-applikant, li għandu jingħata l-opportunità biex jesprimi l-fehma tiegħu fi 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha saret il-komunikazzjoni. Artikolu 253l 1. Meta ssir applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni Unika minn applikant li għandu ċertifikat AEO msemmi fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1), l-awtorizzazzjoni għandha tingħata meta l-iskambju meħtieġ tal-informazzjoni ikun organizzat bejn:
Fil-każijiet li l-applikant ma għandux ċertifikat AEO msemmi fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1), l-awtorizzazzjoni għandha tingħata meta l-awtorità doganali li tawtorizza tkun sodisfatta li l-applikant ikun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-awtorizzazzjoni stipulati jew imsemmija fl-Artikoli 253, 253a u 253c, u meta l-iskambju meħtieġ tal-informazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu jkun organizzat. 2. L-awtorità doganali li tawtorizza għandha, wara li tirċievi il-kunsens jew l-ebda oġġezzjoni raġunata mill-awtoritajiet doganali konċernati l-oħrajn, toħroġ l-awtorizzazzjoni skont il-formola tal-awtorizzazzjoni stipulata fl-Anness 67, fi żmien 30 jum tal-kalendarju wara li jiskadu l-perjodi stipulati fl-Artikolu 253k(2) jew (3). L-awtorità doganali li tawtorizza għandha tagħmel l-awtorizzazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri parteċipanti, permezz tal-użu tas-sistema tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 253 m ladarba din tkun disponibbli. 3. Awtorizzazzjonijiet Uniċi għad-dikjarazzjoni simplifikata u għall-proċedura ta’ rilaxx lokali għandhom ikunu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha mniżżla fil-kaxxa 10 jew fil-kaxxa 11, jew fihom it-tnejn, tal-awtorizzazzjoni skont kif japplika.
“Artikolu 253m 1. Sistema elettronika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, iddefinita mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet doganali bi qbil ma’ xulxin, għandha tintuża, ladarba tkun disponibbli, għall-ipproċessar tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u għall-informazzjoni tal-Kummissjoni u tal-operaturi ekonomiċi. L-informazzjoni tal-operaturi ekonomiċi għandha tkun limitata għad-dejta mhux konfidenzjali ddefinita fil-punt 16, tat-Titolu II, tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni għall-proċeduri simplifikati stipulati fl-Anness 67. 2. Permezz tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu skambju, jaħżnu u jkollhom aċċess għall-informazzjoni li ġejja:
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jinfurmaw lill-pubbliku permezz tal-Internet bil-lista ta’ Awtorizzazzjonijiet Uniċi, kif ukoll bid-dejta mhux konfidenzjali stipulata fil-punt 16, tat-Titolu II, tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni għal proċeduri simplifikati stipulata fl-Anness 67 bi ftehim minn qabel mad-detentur tal-awtorizzazzjoni. Il-lista għandha tiġi aġġornata.” |
(18) |
Fl-Artikolu 260(1) il-kliem “Id-dikjarant” jinbidlu għal “Applikant”. |
(19) |
L-Artikolu 261 għandu jinbidel b’dan li ġej: “L-Artikolu 261 1. Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata għandha tingħata lill-applikant jekk il-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 253, 253a u 253c jiġu sodisfatti. 2. Meta l-applikant għandu ċertifikat AEO msemmi fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1), l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meta l-iskambju ta ’ informazzjoni meħtieġ ikun organizzat bejn l-applikant u l-awtorità doganali li tawtorizza. Il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti.” |
(20) |
L-Artikolu 264 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 264 1. Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ rilaxx lokali għandha tingħata lill-applikant jekk il-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 253, 253a u 253c jintlaħqu. 2. Meta l-applikant għandu ċertifikat AEO msemmi fil-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 14a(1), l-awtorità doganali li tawtorizza għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meta l-iskambju meħtieġ tal-informazzjoni jkun ġie organizzat bejn l-applikant u l-awtorità doganali li tawtorizza. Il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti.” |
(21) |
L-Artikolu 265 għandu jitħassar. |
(22) |
Fl-Artikolu 269, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata għandha tingħata lill-applikant skont il-kundizzjonijiet u l-kriterji u fil-manjiera stipulata fl-Artikoli 253, 253a u 253c u 270.” |
(23) |
L-Artikolu 270 huwa emendat kif ġej:
|
(24) |
Fl-Artikolu 282, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. L-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata għandha tingħata lill-applikant jekk il-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 261 u 262 applikati mutatis mutandis jiġu sodisfatti.” |
(25) |
L-Artikolu 288 għandu jitħassar. |
(26) |
Fl-Artikolu 291(2), għandu jitħassar il-punt (a). |
(27) |
Fl-Artikolu 340b, jiżdiedu l-punti li ġejjin: “6. ‘Dokument li jakkompanja t-tranżitu’: dokument stampat mis-sistema kompjuterizzata li għandu jakkompanja l-merkanzija u bbażat fuq id-dejta fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu 7. ‘Proċedura ta’ riżerva’: Proċedura bbażata fuq l-użu ta’ dokumenti tal-karta stabbiliti biex jippermettu l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni, il-kontroll tat-tranżitu u s-superviżjoni tal-operazzjoni tat-tranżitu, meta ma tkunx possibbli l-implimentazzjoni tal-proċedura standard b’mezzi elettroniċi.” |
(28) |
Fl-Artikolu 340, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Merkanzija mill-Komunità għandha titqiegħed taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu intern jekk tkun konsenjata:
|
(29) |
Fl-Artikolu 342, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Meta l-garanzija tingħata min garanti f’uffiċċju tal-garanzija:
|
(30) |
L-Artikolu 343 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 343 Kull Stat Membru għandu jdaħħal fis-sistema kompjuterizzata l-lista tal-uffiċċji doganali kompetenti biex jamministraw l-operazzjonijiet Komunitarji ta’ tranżitu, waqt li jindikaw in-numri tal-identifikazzjoni rispettivi tagħhom u d-dmirijiet u l-ġranet u l-ħinijiet meta jkunu miftuħin. Kwalunkwe tibdil f’din l-informazzjoni għandu wkoll jiddaħħal fis-sitema kompjuterizzata. Il-Kummissjoni għandha tuża s-sistema kompjuterizzata biex tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.” |
(31) |
Jiżdied l-Artikolu 343a li ġej: “Artikolu 343a Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe uffiċċji ċentrali li jitwaqqfu, u dwar ir-responsibbiltajiet mogħtija lil dawn l-uffiċċji fir-rigward tal-ġestjoni u tal-monitoraġġ tal-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu u tar-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ dokumenti waqt li jindikaw x’tip ta’ dokumenti huma involuti. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.” |
(32) |
Fil-Parti II, Titolu II, Kapitolu 4, Sezzjoni 1, jiżdied l-Artikolu 344a li ġej: “Artikolu 344a 1. Fil-qafas tal-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu, l-formalitajiet għandhom isiru b’teknika elettronika tal-ipproċessar tad-dejta. 2. Il-messaġġi li għandhom jintużaw bejn l-amministrazzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-istruttura u mad-dettalji ddefiniti mill-awtoritajiet doganali bi ftehim bejnithom.” |
(33) |
Fl-Artikolu 345, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Fejn il-garanzija individwali tiġi provduta mill-garanti, il-kodiċi ta’ aċċess assoċjat man-‘Numru tar-Referenza tal-Garanzija’ ma jistax jinbidel mill-prinċipal għajr meta japplika l-Anness 47a, punt 3.” |
(34) |
Fl-Artikolu 346, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Garanzija individwali provduta minn garanti għandha tkun skont il-mudell fl-Anness 49. L-istrument tal-garanzija għandu jinżammu fl-uffiċċju tal-garanzija.” |
(35) |
L-Artikolu 347 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 347 1. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 345(3), il-garanzija individwali għandha tkun skont il-mudell fl-Anness 50. L-Artikolu 346(2) għandu japplika mutatis mutandis. 2. Il-garanti għandu jipprovdi lill-uffiċċju tal-garanzija bid-dettalji kollha mitluba dwar il-fatturi tal-garanzija individwali li jkun ħareġ, bil-manjiera li jiddeċiedu l-awtoritajiet doganali. L-aħħar data li fiha tista’ tintuża l-fattura ma tistax tkun aktar tard minn sena wara d-data tal-ħruġ. 3. ‘Numru tar-Referenza tal-Garanzija’ għandu jiġi kkomunikat mill-garanti lill-prinċipal għal kull fattura ta’ garanzija individwali li tkun ġiet allokata lilu. Il-kodiċi tal-aċċess assoċjat ma jistax nibidel mill-priċipal. 4. Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 353(2)(b) il-garanti għandu jagħti lill-prinċipal fatturi ta’ garanzija individwali mniżżla fuq formola tal-karti kif muri fl-Anness 54, li tinkludi n-numru tal-identifikazzjoni. 5. Il-garanti jista’ joħroġ fatturi ta’ garanzija individwali li mhumiex validi, għal operazzjoni Komunitarja ta’ tranżitu li tinvolvi merkanzija fil-lista ppubblikata fl-Anness 44c. F’ dan il-każ, il-garanti għandu jirratifika kull fattura ta’ garanzija individwali f’formola tal-karti, billi jikteb djagonalment waħda mill-frażijiet li ġejjin:
6. Il-prinċipal għandu jressaq, fl-uffiċċju tat-tluq, l-numri ta’ fatturi ta’ garanzija individwali korrispondenti għall-multiplu ta’ EUR 7 000 meħtieġa biex ikopru l-ammont totali msemmi fl-Artikolu 345(1). Għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 353(2)(b), il-fatturi individwali f’formola tal-karti għandhom jitwasslu u jinżammu mill-uffiċċju tat-tluq li għandu jikkomunika n-numru tal-identifikazzjoni ta’ kull fattura lill-uffiċċju tal-garanzija indikat fuq il-fattura.” |
(36) |
Fl-Artikolu 348, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: “3. L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru responsabbli għall-uffiċiju rilevanti tal-garanziji għandu jdaħħal fis-sistema kompjuterizzata l-informazzjoni dwar kwalunkwe revoka bħal din jew dwar il-kanċellazzjoni u d-data li fiha dawn isiru effettivi.” |
(37) |
L-Artikolu 350 għandu jitħassar. |
(38) |
L-Artikolu 351 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 351 Fil-każ ta’ konsenji li jkun fihom kemm merkanzija li għandha titqiegħed taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu estern kif ukoll merkanzija li għandha titqiegħed taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu intern, għandu jiżdied is-simbolu ‘T1’, ‘T2’ jew ‘T2F’ fuq id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu ta’ kull oġġett fil-merkanzija.” |
(39) |
L-Artikolu 352 għandu jitħassar. |
(40) |
L-Artikolu 353 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 353 1. Id-dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu għandhom ikunu konformi mal-istruttura u d-dettalji stipulati fl-Anness 37a. 2. L-awtoritajiet doganali għandhom jaċċettaw dikjarazzjoni ta’ tranżitu bil-miktub fuq formula kif muri fl-Anness 31 skont il-proċedura definita mill-awtoritajiet doganali, bi qbil bejnithom, fil-każijiet li ġejjin:
3. L-użu ta’ dikjarazzjoni ta’ tranżitu bil-miktub skont il-paragrafu 2(b), meta s-sistema kompjuterizzata tal-prinċipal u/jew in-netwerk ma tkunx/ikunux disponibbli, għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali. 4. Id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu tista’ tiġi supplimentata b’folja ta’ kontinwazzjoni jew aktar kif muri fl-Anness 33. Il-formoli għandhom jiffurmaw parti integrali mid-dikjarazzjoni. 5. Listi ta’ tagħbija konformi mal-Anness 44a u mimlija skont il-mudell fl-Anness 45 jistgħu jintużaw minflok il-folji ta’ kontinwazzjoni bħala l-parti deskrittiva ta’ dikjarazzjoni ta’ tranżitu bil-miktub, li minnhom għanhom jiffurmaw parti integrali.” |
(41) |
Fil-Parti II, Titolu II, Kapitolu 4, Sezzjoni 2, Subsezzjoni 2, jiżdied l-Artikolu 353a li ġej: “Artikolu 353a 1. Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 353(2)(a), il-vjaġġatur jimla d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu f’konformità mal-Artikolu 208 u mal-Anness 37. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkun hemm skambju tad-dejta ta’ tranżitu bejn l-awtoritajiet kompetenti bl-użu ta’ teknoloġija tal-informatika u n-networks tal-kompjuter.” |
(42) |
Fl-Artikolu 356, għandu jitħassar il-paragrafu 3. |
(43) |
L-Artikolu 357 jiġi emendat kif ġej:
|
(44) |
L-Artikoli 358 u 359 jinbidlu b’dawn li ġejjin: “Artikolu 358 1. Mar-rilaxx tal-merkanzija, l-uffiċċju tat-tluq għandu jitrażmetti d-dettalji tal-operazzjoni Komunitarja ta’ tranżitu lill-uffiċċju tad-destinazzjoni ddikjarat b’messaġġ ‘Avviż Antiċipat tal-Wasla’ u lil kull lill-uffiċċju tat-tranżitu ddikjarat b’messaġġ ‘Avviż Antiċipat tat-Tranżitu’. Dawn il-messaġġi għandhom ikunu bbażati fuq id-dejta derivata mid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, emendata fejn xieraq. 2. Wara r-rilaxx tal-merkanzija, id-dokument li jakkompanja t-tranżitu għandu jakkompanja l-merkanzija li tqegħdet taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu. Id-dokument huwa bħall-mudell u d-dettalji fl-Anness 45a. Jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operatur b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
3. Fejn xieraq, id-dokument li jakkompanja t-tranżitu għandu jkun supplimentat minn lista ta’ oġġetti bħal mudell u n-noti fl-Anness 45b. Dik il-lista għandha tifforma parti integrali mid-dokument li jakkumpanja t-tranżitu.” “Artikolu 359 1. Il-kunsinna u d-dokument li jakkumpanju t-tranżitu għandhom jiġu ppreżentati f’kull uffiċċju ta’ tranżitu. 2. L-uffiċċju tat-tranżitu għandu jirreġistra l-passaġġ fuq il-messaġġ ‘Avviż Antiċipat tat-Tranżitu’ riċevut mill-uffiċċju tat-tluq. Il-passaġġ għandu jiġi nnotifikat lill-uffiċċju tat-tluq bl-użu tal-messaġġ ‘Avviż tal-Qsim tal-Frontiera’. 3. L-uffiċċji tat-tranżitu għandhom jispezzjonaw il-merkanzija jekk jqisu li huwa meħtieġ li jsir hekk. Kwalunkwe spezzjoni tal-merkanzija għandha titwettaq bl-użu, b’mod partikolari, tal-messaġġ l-‘Avviż Antiċipat tat-Tranżitu’ bħala l-bażi ta’ dik l-ispezzjoni. 4. Meta merkanzija differenti minn dik iddikjarata u msemmija fid-dokument li jakkumpanja t-tranżitu tgħaddi minn uffiċċju ta’ tranżitu, dak l-uffiċċju għandu jitlob il-messaġġ tal-‘Avviż Antiċipat tat-Tranżitu’ mill-uffiċċju tat-tluq u jinnotifika dwar il-passaġġ, bl-użu tal-messaġġ tal-‘Avviż tal-Qsim tal-Frontiera’, lill-uffiċċju tat-tluq.” |
(45) |
L-Artikolu 360 jiġi emendat kif ġej:
|
(46) |
L-Artikoli 361, 362 u 363 jinbidlu f’dawn li ġejjin: “Artikolu 361 1. Il-merkanzija u d-dokumenti meħtieġa għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċċju tad-destinazzjoni matul il-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju. Madankollu, l-uffiċċju msemmi jista’, fuq talba u spejjeż tal-parti kkonċernata, jippermetti li d-dokumenti u l-merkanzija jkunu ppreżentati fi ġranet u ħinijiet differenti minn dawk tal-ftuħ. Bl-istess mod, fuq talba u spejjeż tal-parti kkonċernata, l-uffiċċju tad-destinazzjoni jista’ jippermetti li l-merkanzija u d-dokumenti meħtieġa jiġu ppreżentati fi kwalunkwe lokalità oħra. 2. Fejn il-merkanzija tkun ippreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni wara li jiskadi l-limitu taż-żmien preskritt mill-uffiċċju tat-tluq u fejn dan in-nuqqas ta’ konformità mal-limitu taż-żmien huwa dovut għal ċirkustanzi li jkunu spjegati għas-sudisfazzjon tal-uffiċċju tad-destinazzjoni u mhumiex attribbwibbli għall-trasportatur jew għall-prinċipal, dan tal-aħħar ikun meqjus li jkun ikkonforma mal-limitu ta’ żmien preskritt. 3. L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jżomm id-dokument li jakkumpanja t-tranżitu u, l-ispezzjoni tal-merkanzija għandha, b’mod partikolari, issir fuq il-bażi tal-messaġġ tal-‘Avviż Antiċipat tal-Wasla’, riċevut mill-uffiċċju tat-tluq. 4. Fuq talba tal-prinċipal, u biex jipprovdi prova li l-proċedura ntemmet skont l-Artikolu 366(1), l-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu japprova d-dokument li jakkumpanja t-tranżitu bil-frażijiet li ġejjin,
5. Operazz joni ta’ tranżitu tista’ tintemm f’uffiċċju differenti minn dak annotat fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu. Dak l-uffiċċju għandu allura jsir l-uffiċċju tad-destinazzjoni. Fejn l-uffiċċju l-ġdid tad-destinazzjoni jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru differenti minn dak li jkollu l-ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju magħżul oriġinaljament, l-uffiċċju l-ġdid tad-destinazzjoni għandu jitlob messaġġ tal-‘Avviż Antiċipat tal-Wasla’ mingħand l-uffiċċju tat-tluq.” Artikolu 362 1. L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu japprova irċevuta fuq it-talba tal-persuna li tippreżenta l-merkanzija u d-dokumenti meħtieġa. 2. Il-formola għall-irċevuta għandha tikkonforma mad-dettalji tal-mudell fl-Anness 47. 3. L-irċevuta għandha titlesta bil-quddiem mill-persuna konċernata. Jista’ jkun fiha dettalji oħra relatati mal-konsenja, għajr fl-ispazju riservat għall-uffiċċju tad-destinazzjoni. L-irċevuta ma għandiex tintuża bħala prova li l-proċedura ntemmet skont it-tifsira tal-Artikolu 366(1). “Artikolu 363 1. L-uffiċċju tad-destinazzjoni li qed juża l-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, għandu jinnotifika l-uffiċċju tat-tluq bil-wasla tal-merkanzija fil-jum li tkun ippreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni. 2. Meta l-operazzjoni ta’ tranżitu tispiċċa f’uffiċċju differenti minn dak iddikjarat fil-bidu fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, l-uffiċċju l-ġdid tad-destinazzjoni għandu jinnotifika lill-uffiċċju tat-tluq dwar il-wasla permezz ta’ messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’. L-uffiċċju tat-tluq għandu jinnotifika lill-uffiċċju tad-destinazzjoni ddikjarat oriġinaljament dwar il-wasla permezz ta’ messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla Mibgħut mill-Ġdid’. 3. Il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’ msemmi fil-paragrafi (1) u (2) ma għandux jintuża bħala prova li l-proċedura ntemmet għall-għanijiet tal-Artikolu 366(1). 4. Għajr fejn ġustifikat, l-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jibgħat il-messaġġ ‘Riżultati tal-Kontroll’ lill-uffiċċju tat-tluq l-iktar tard sat-tielet jum ta’ wara l-jum li fih il-merkanzija tkunu ġiet ippresentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni. Madankollu, fejn japplika l-Artikolu 408 l-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jibgħat il-messaġġ ‘Riżultati tal-Kontrolli’ lill-uffiċċju tat-tluq sa mhux iktar tard mis-sitt jum ta’ wara il-jum li l-merkanzija tkun waslet.” |
(47) |
L-Artikolu 364 għandu jitħassar. |
(48) |
Fis-Sezzjoni 2, il-Kapitolu 4, it-Titolu II, il-Parti II, l-intestatura tas-Sottosezzjoni 6 tinbidel b’dan li ġej: “ ” |
(49) |
L-Artikolu 365 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 365 1. Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq ma jirċievux il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’ sal-limitu taż-żmien li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni jew ma jirċievux il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontroll’ fi żmien sitt ijiem minn meta jkunu rcievew il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, dawk l-awtoritajiet għandhom iqisu jekk jibdewx il-proċedura ta’ inkjesta sabiex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex tintemm il-proċedura, jew fejn dan ma jkunx possibbli:
2. Il-proċedura ta’ inkjesta għandha tinbeda mhux iktar tard minn sebat ijiem wara l-iskadenza ta’ wieħed mil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 1, minbarra f’każijiet eċċezzjonali ddefiniti mill-Istati Membri bi ftehim bejnithom. Jekk l-awtoritajiet doganali jirċievu informazzjoni qabel li l-proċedura ta’ tranżitu ma ntemmitx, jew jissuspettaw li dan huwa l-każ, il-proċedura ta’ inkjesta għandha tinbeda minnufih. 3. Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq irċevew biss il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta billi jitolbu lill-uffiċċju tad-destinazzjoni li bagħat il-messaġġ ‘Avviż tal-Wasla’ biex jibgħat il-messaġġ ‘Riżultati tal-Kontrolli’. 4. Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq ma irċevewx il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta billi jitolbu l-informazzjoni meħtieġa biex tintemm il-proċedura mingħand il-prinċipal jew, f’każ li fid-destinazzjoni jkun hemm biżżejjed dettalji għall-inkjesta, mill-uffiċċju tad-destinazzjon. Il-prinċipal għandu jintalab jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tintemm il-proċedura sa mhux aktar minn tmienja u għoxrin jum wara li tkun bdiet il-proċedura ta’ inkjesta mal-uffiċċju tad-destinazzjoni meta l-operazzjoni tat-trażitu ma tkunx tista’ titwettaq. 5. L-uffiċċju tad–destinazzjoni u l-prinċipal għandhom jwieġbu t-talba, imsemmija fil-paragrafu 4, fi żmien tmienja u għoxrin jum. Jekk il-prinċipal jipprovdi biżżejjed informazzjoni f’dan iż-żmien, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandhom iqisu din l-informazzjoni jew għandhom itemmu l-proċedura jekk l-informazzjoni pprovduta tippermetti dan. 6. Jekk l-informazzjoni li tasal mingħand il-prinċipal mhix suffiċjenti biex tintemm il-proċedura, imma hija suffiċjenti biex tkompli l-proċedura ta’ inkjesta skont l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq, għandha tintbagħat minnufih talba lill-uffiċċju doganali involut. 7. Fejn l-inkjesta tistabbilixxi li l-proċedura ta’ tranżitu spiċċat kif imiss, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandhom itemmu l-proċedura u jinformaw minnufih lill-prinċipal u, fejn xieraq, lil kwalunkwe awtoritajiet doganali li setgħu jkunu bdew proċedura ta’ rkupru skont l-Artikoli 217 sa 232 tal-Kodiċi.” |
(50) |
Jiżdied l-Artikolu 365a li ġej: “Artikolu 365a 1. Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq, minnhawn ‘il quddiem imsejħa ‘l-awtoritajiet li qed jagħmlu t-talba’, matul il-proċedur ta’ inkjesta u qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 450a, jiksbu evidenza, bi kwalunkwe mezz, dwar il-lokalità fejn seħħu l-avvenimenti li ħolqu d-dejn doganali, u din il-lokalità tinsab fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet doganali għandhom minnufuh jibagħtu l-inforamzzjoni disponobbli kollha lill-awtoritajiet responsabbli minn dik il-lokalità, minn hawn il-quddiem imsejħa ‘l-awtoritajiet indirizzati’. 2. L-awtoritajiet indirizzati għandhom jikkonfermaw li rċievew il-komunikazzjoni u jindikaw jekk humiex responsabbli għall-irkupru. Jekk ma tasal l-ebda risposta fi żmien 28 jum, l-awtoritajiet li qed jagħmlu t-talba għandhom ikomplu minnufih bil-proċedura ta’ inkjesta.” |
(51) |
L-Artikoli 366 u 367 għandhom jinbidlu b’dan li ġej: “Artikolu 366 1. Il-prova li l-proċedura ntemmet fil-limitu ta’ żmien preskritt fid-dikjarazzjoni tista’ tingħata mill-prinċipal, għas-sudisfazzjoni tal-awtoritajiet doganali, f’forma ta’ dokument iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jidentifika l-merkanzija u li jistabbilixxi li din kienet ippreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni jew, fejn japplika l-Artikolu 406, lil destinatarju awtorizzat. 2. Il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu għandha titqies li tkun intemmet ukoll meta l-prinċipal jippreżenta, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, wieħed mid-dokumenti li ġejjin:
3. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinbidlu b’kopji jew b’fotokopji tagħhom, attestati bħala kopji veri mill-korp li ċċertifika d-dokumenti oriġinali, mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat jew mill-awtoritajiet ta’ wieħed mill-Istati Membri. Artikolu 367 Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskambju ta’ messaġġi bejn l-awtoritajiet doganali bl-użu ta’ teknoloġija tal-informatika u ta’ netwerks tal-komputer ma għandhomx japplikaw għall-proċeduri simplifikati ta’ ċerti modi ta’ trasport u għall-proċeduri simplifikati l-oħra bbażati fuq l-Artikolu 97(2) tal-Kodiċi, imsemmija fl-Artikolu 372(1)(f) u (g).” |
(52) |
L-Artikoli 368a, 369, 369a, 370 u 371 jitħassru. |
(53) |
L-Artikolu 372 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 372 1. Wara applikazzjoni mill-prinċipal, jew id-destinatarju, kif xieraq, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw is-simplifikazzjonijiet li ġejjin:
2. Għajr fejn previst mod ieħor f’din is-sezzjoni jew l-awtoriżazzjoni, meta tingħata l-awtorizzazzjoni biex jintużaw is-simplifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), u (f), is-simplifikazzjonijiet għandhom japplikaw fl-Istati Membri kollha. Meta tingħata l-awtorizzazzjoni biex jintużaw is-simplifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b), (c), u (d), is-simplifikazzjonijiet għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet Komunitarji ta’ tranżitu li jibdew fl-Istat Membru fejn ingħatat l-awtoriżazzjoni. Meta tingħata l-awtorizzazzjoni biex tintuża s-simplifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), is-simplifikazzjoni għandha tapplika biss fl-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtoriżazzjoni.” |
(54) |
Fl-Artikolu 373(1), il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(55) |
Fl-Artikolu 374, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jintużaw simplifikazzjonijiet, minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘l-applikazzjoni’, għandha tkun iddata u ffirmata. Skont il-kundizzjonjiet u l-manjiera li għandhom jiddeterminaw, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu li l-applikazzjonjiet isiru bil-miktub jew mressqa bl-użu ta’ teknika elettronika tal-ipproċessar tad-dejta.” |
(56) |
Fl-Artikolu 376, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: 3. Fil-każ tas-simplifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 372(1)(b), (c) u (f), l-awtorizazzjonijiet għandhom ikunu ppresentati kull meta jitlob hekk l-uffiċċju tat-tluq. |
(57) |
L-Artikolu 379 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 379 1. Il-prinċipal jista’ juża garanzija komprensiva, jew dispensa mill-granzija, sa ammont ta’ referenza. 2. L-ammont ta’ referenza għandu jkun l-istess bħall-ammont ta’ dejn doganali li jista’ jsir fir-rigward tal-merkanzija li l-prinċipal iqiegħed taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu matul il-perjodu ta’ minn l-inqas ġimgħa. L-uffiċċju tal-garanzija għandu jistabbilixxi l-ammont b’kollaborazzjoni mal-parti kkonċernata abbażi ta’
Għandu jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dejn doganali li jista’ jinħoloq għal kull operazzjoni ta’ tranżitu. Meta id-dejta meħtieġa ma tkunx disponibbli l-ammont huwa preżunt li huwa ta’ EUR 7 000, sa kemm informazzjoni oħra magħrufa mill-awtoritajiet doganali ma twassalx għal figura differenti. 3. L-uffiċċju tal-garanzija għandu jirrevedi l-ammont ta’ referenza, partikolarment fuq talba tal-prinċipal u jekk meħtieġ l-ammont għandu jiġi jaġġustat. 4. Kull prinċipal għandu jiżgura li l-ammont in kwistjoni ma jeċċedix l-ammont ta’ referenza, waqt li jqis kwalunkwe operazzjonijiet li għalihom il-proċedura tkun għadha ma ntemmitx. L-ammonti ta’ referenza għandhom jiġu pproċessati, u jistgħu jiġu mmonitorjati, permezz tas-sistema kompjuterizzata tal-awtoritajiet doganali għal kull operazzjoni ta’ tranżitu.” |
(58) |
Jiżdied l-Artikolu 380a li ġej: “Artikolu 380a Għal kull garanzija komprensiva u/jew dispensa mill-garanzija:
Il-prinċipal jista’ jassenja kodiċi jew aktar għal din il-garanzjia għal użu tiegħu jew tar-repreżentati tiegħu.” |
(59) |
L-Artikolu 382 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 382 1. Il-garanzija komprensiva għandha tiġi fornuta minn garanti. 2. Id-dokumenti tal-garanzija għandhom jikkonformaw mal-mudell fl-Anness 48. L-istrument tal-garanzija għandu jinżammu fl-uffiċċju tal-garanzija. 3. L-Artikolu 346(2) għandu japplika mutatis mutandis.” |
(60) |
L-Artikolu 383 jiġi emendat kif ġej:
|
(61) |
L-Artikolu 384 jiġi emendat kif ġej:
|
(62) |
L-Artikolu 385 għandu jitħassar. |
(63) |
Fl-Artikolu 386, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Il-prinċipali għandhom idaħħlu t-tip, in-numru u l-marki tas-siġilli wżati fid-dejta tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu. Il-prinċipali għandhom iwaħħlu s-siġilli mhux iktar tard minn meta l-merkanzja tiġi rilaxxata.” |
(64) |
Fl-Artikolu 387, il-paragrafu 2 għandu jitħassar. |
(65) |
Fl-Artikolu 398, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Persuni li jixtiequ jwettqu operazzjonijiet Komunitarji ta’ tranżitu mingħajr ma jippreżentaw il-merkanzija u d-dikjarazzjoni korrispondenti ta’ tranżitu fl-uffiċċju tat-tluq jew fi kwalunkwe lokalità oħra li jawtorizza, jistgħu jingħataw l-istatus ta’ konsenjatur awtorizzat.” |
(66) |
Fl-Artikolu 399, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(67) |
L-Artikolu 400 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 400 Il-konsenjatur awtorizzat għandu jressaq dikjarazzjoni ta’ tranżitu fl-uffiċċju tat-tluq. Ir-rilaxx tal-merkanzija ma jistax isseħħ qabel ma jgħaddi l-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 399(b).” |
(68) |
L-Artikolu 401 għandu jitħassar. |
(69) |
L-Artikolu 402 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 402 Il-konsenjatur awtorizzat għandu jdaħħal fis-sistema kompjuterizzata, fejn xieraq, l-itinerarju preskritt skont l-Artikolu 355(2), il-perjodu preskritt skont l-Artikolu 356 li fih il-merkanzija għandha tiġi ppresentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, kif ukoll l-numri, it-tip u l-marki tas-siġilli.” |
(70) |
L-Artikoli 403 u 404 jitħassru. |
(71) |
L-Artikolu 406 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 406 1. Persuni li jixtiequ jirċievu fil-lokalità tagħhom jew fi kwalunkwe lokalità oħra speċifikata merkanzija skont il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu bla ma jippresentawhom u d-dokumnet ta’ akkumpanjament fit-tranżitu fl-uffiċċju tad-destinazzjoni jistgħu jingħataw status ta’ destinatarju awtorizzat. 2. Il-prinċipal għandu jkun wettaq l-obligazzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 96(1)(a) tal-Kodiċi, u l-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu għandha titqies li ntemmet, meta d-dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu, li akkumpanja l-konsenja, flimkien mal-merkanzija intatta, tkun twasslet fiż-żmien preskritt, lid-destinatarju awtorizzat fil-lokalità tiegħu jew fil-lokalità speċifikata fl-awtoriżazzjoni u bil-miżuri ta’ identifikazzjoni osservati kif imiss. 3. Fuq talba tat-trasportatur, id-destinatarju awtorizzat għandu joħroġ l-irċevuta pprovdut fl-Artikolu 362, li għandha tapplika mutatis mutandis, fir-rigward ta’ kull konsenja mwassla skont il-paragrafu 2.” |
(72) |
Fl-Artikolu 407, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika b’mod partikolari:
|
(73) |
L-Artikolu 408 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 408 1. Meta l-merkanzija tasal fil-post tiegħu jew fil-lokalitajiet speċifikati fl-awtorizzazzjoni, id-destinatarju awtorizzat għandu:
2. L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jintroduċi d-dejta fil-messaġġ ‘Riżultati tal-Kontroll’ fis-sistema kompjuterizzata.” |
(74) |
L-Artikolu 408a għandu jitħassar. |
(75) |
Fl-Artikolu 441(1), l-ewwel subparagrafu jinbedel b’dan li ġej: “1. L-Artikoli 353(5) u l-punt 23 tal-Anness 37d għandhom japplikaw għal kwalunkwe lista ta’ tagħbija li takkumpanja n-nota tal-konsenja CIM jew in-nota tat-trażferiment TR.” |
(76) |
Fl-Artikolu 442, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Fejn tapplika l-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 412 sa 441 ma għandhomx jeskludu l-użu tal-proċeduri stipulati fl-Artikoli 344 sa 362, 367 u fil-punt 22 tal-Anness 37d, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 415 u 417 jew 429 u 432 għandhom japplikaw xorta waħda.” |
(77) |
L-Artikolu 450a għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 450a Il-perjodu taż-żmien imsemmi fit-tielet inċiż tal-Artikolu 215(1) tal-Kodiċi għandu jkun ta’:
|
(78) |
Fl-Artikolu 450c, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Meta l-proċedura ma ntemmitx, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandhom, fi żmien disa’ xhur mill-perjodu ta’ żmien preskritt għall-preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, jinnotifikaw lill-garanti li l-proċedura ma ntemmitx.” |
(79) |
Fl-Artikolu 450d, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Dawn l-awtoritajiet għandhom jinformaw lill-uffiċċju tat-tluq u lill-uffiċċju tal-garanzija dwar il-każijiet kollha fejn inħoloq dejn relatat mad-dikjarazzjonijiet Komunitarji ta’ tranżitu li kienu ġew aċċettati mill-uffiċċju tat-tluq, u dwar l-azzjonijiet meħuda kontra d-debitur ħalli jiġu rkuprati l-flus involuti. Barra minn hekk, huma għandhom jinformaw lill-uffiċċju tat-tluq dwar il-ġbir ta’ dazji u imposti oħra, sabiex l-uffiċċju jkun jista’ jtemm l-operazzjoni ta’ tranżitu.” |
(80) |
Fl-Artikolu 453(2), “L-Artikolu 314b” għandu jinbidel bl-“Artikolu 314”. |
(81) |
L-Artikolu 454 għandu jinbidel b’dan li ġej: “L-Artikolu 454 1. Din is-sezzjoni għandha tapplika għat-trasport ta’ merkanzija koperta b’carnets TIR fi ħdan it-territorju doganali tal-Komunità. 2. Il-messaġġi msemmija f’din is-Sezzjoni għandhom jikkonformaw mal-istruttura u d-dettalji iddefiniti mill-awtoritajiet doganali bi ftehim bejnithom. 3. Id-detentur tal-carnet TIR għandu jressaq id-dejta tal-carnet TIR fl-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul permezz ta’ teknika tal-ipproċessar tad-dejta skont l-istruttura u d-dettalji korrispondenti stipulati fl-Annessi 37a u 37c. 4. Mar-rilaxx tal-merkanzija tal-operazzjoni TIR, l-uffiċċju tat-tluq jew tad-dħul għandu jistampa dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu, li għandu jinżamm mal-Fattura Nru 2 u l-istess uffiċċju għandu jittrażmetti d-dejta elettronika lill-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni jew ħruġ u li jkun ġie ddikjarat, bil-messaġġ tal-‘Avviż Antiċipat tal-Wasla’. 5. Id-dettalji tal-carnet TIR għandhom jintużaw biex jiddeterminaw kwalunkwe konsegwenzi legali li jirriżultaw minn diskrepanza bejn id-dejta fil-carnet TIR elettronika u d-dettalji fil-carnet TIR. 6. L-obbligu li titressaq id-dejta fil-carnet TIR permezz ta’ teknika tal-ipproċessar tad-dejta jista’ jiġi dispensat biss fil-każijiet eċċezzjonali li ġejjin:
7. Id-dispensa prevista fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 6 għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali.” |
(82) |
Fl-Artikolu 454a(2) jiddaħħal il-punt (d) b’dan li ġej:
|
(83) |
L-Artikolu 454b għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 454b 1. Fir-rigward ta’ merkanzija li tasal fil-post tiegħu, jew fil-lokalità speċifikata fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 454a, id-destinatarju awtorizzat għandu jikkonforma mal-obbligi li ġejjin, skont il-proċedura stipulata fl-awtorizzazzjoni:
2. Id-destinatur awtorizzat għandu jiżgura li l-carnet TIR u d-dokumenti li jakkumpanjaw it-tranżitu, jiġu ppreżentati mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni. Dawk l-awtoritajiet għandhom jimlew l-iskontrin Nru 2 tal-carnet TIR u għandhom jiżguraw li l-carnet TIR jingħata lura lid-detentur tal-carnet TIR jew lill-persuna li qed taġixxi f’ismu. Il-Fattura Nru 2 għandha tinżamm mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ. 3. Id-data tat-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR għandha tkun id-data tad-dħul fir-reġistri msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1. Madankollu, fil-każijiet fejn tkun seħħet xi irregolarità jew inċident matul it-trasport, id-data tat-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR għandha tkun id-data tal-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontrolli’ msemmi fl-Artikolu 455(4). 4. Fuq it-talba tad-detentur tal-carnet TIR, id-destinatarju awtorizzat għandu joħroġ irċevuta, li tiċċertfika l-wasla tal-merkanzija fil-post tad-destinatarju awtorizzat u li jkun fiha referenza għad-dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu u għall-carnet TIR. L-irċevuta ma għandhiex tintuża bħala prova tat-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni TIR jew tal-Artikolu 455b. 5. L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jdaħħal il-messaġġ ‘Riżultati tal-Kontrolli’ fis-sistema kompjuterizzata. L-awtoritajiet doganali għandhom jibagħtu wkoll id-dejta prevista fl-Anness 10 tal-Konvenzjoni TIR. 6. Meta l-applikazzjoni tal-ipproċessar tad-dejta tad-destinatarju awtorizzat ma tkunx qed taħdem, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu metodi oħrajn għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.” |
(84) |
Fl-Artikolu 454c, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. It-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR, fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni TIR, għandha tkun saret meta ġew sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 454b(1) u (2), l-ewwel sentenza.” |
(85) |
L-Artikolu 455 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 455 1. L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jimla l-iskontrin Nru 2, iżomm l-Fattura Nru 2 u d-dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu u għandu juża l-messaġġ ‘Avviż tal-Wasla’ biex jinnotifika lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul dwar il-wasla tal-merkanzija fil-jum meta din tiġi preżentata fl-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul. 2. Meta l-operazzjoni TIR tiġi terminata f’uffiċċju doganali differenti minn dak iddikjarat fil-bidu fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, l-uffiċċju doganali il-ġdid tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul dwar il-wasla permezz tal-messaġġ l-‘Avviż tal-Wasla’. L-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ iddikjarat fil-bidu, dwar il-wasla, permezz tal-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla Mibgħut Mill-Ġdid’. 3. Il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’ msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jistax jintuża bħala prova li l-proċedura ġiet terminata fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 455b. 4. Għajr fejn ikun iġġustifikat, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jibgħat il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontrolli’ lill-uffiċċju tad-dħul jew tat-tluq sa mhux iktar tard minn tlett ijiem wara l-jim li fih tkun ġiet ppreżentata l-merkanzija fl-uffiċċju tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ. Madankollu, fejn japplika l-Artikolu 454b, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jibgħat il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontroll’ lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul sa mhux iktar tard minn sitt ijiem wara l-jum tal-wasla tal-merkanzija fil-post tad-destinatarju awtorizzat. L-awtoritajiet doganali għandhom jibagħtu wkoll id-dejta prevista fl-Anness 10 tal-Konvenzjoni TIR. 5. Fejn japplika l-Artikolu 454(6), l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandhom jagħtu lura l-parti korrispondenti tal-Fattura Nru 2 tal-carnet TIR lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul mingħajr dewmien u sa mhux iktar tard minn tmint ijiem mid-data ta’ meta tkun ġiet itterminata l-operazzjoni TIR.” |
(86) |
L-Artikolu 455a għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 455a 1. Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul ma jkunux irċevew il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’ fiż-żmien stipulat li fih il-merkanzija trid tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ, jew ma jkunx ircevew il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontrolli’ fi żmien sitt ijiem wara li jkun wasal il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, dawk l-awtoritajiet għandhom iqisu jekk jibdewx il-proċedura ta’ inkjesta sabiex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex itemmu l-operazzjoni TIR jew, fejn dan ma jkunx possibbli:
2. Il-proċedura ta’ inkjesta għandha tinbeda mhux iktar tard minn sebat ijiem wara l-iskadenza ta’ wieħed mil-limiti ta’ żmien imsemmija fl-ewwel paragrafu, minbarra f’każijiet eċċezzjonali ddefiniti mill-Istati Membri bi ftehim bejnithom. Jekk l-awtoritajiet doganali jirċievu informazzjoni minn qabel li l-operazzjoni TIR ma ntemmitx, jew jissuspettaw li dan huwa l-każ, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta minnufih. 3. Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tal-dħul irċevew biss il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta billi jitolbu lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ li bagħat il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’ biex jibgħat il-messaġġ tar-‘Riżultati tal-Kontrolli’. 4. Jekk l-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul ma jirċevux il-messaġġ tal-‘Avviż tal-Wasla’, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta billi jitolbu l-informazzjoni li jkollhom bżonn biex itemmu l-operazzjoni TIR mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ. Dan l-uffiċċju għandu jwieġeb it-talba fi żmien 28 jum. 5. Id-detentur tal-carnet TIR għandu jintalab jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tintemm il-proċedura sa mhux aktar minn 28 jum wara li tkun bdiet il-proċedura ta’ inkjesta mal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ meta l-operazzjoni TIR ma tkunx tista’ tintemm. Id-detentur tal-carnet TIR għandu jwieġeb it-talba fi żmien tmienja u għoxrin jum. Fuq talba tad-detentur tal-carnet TIR, dan il-perjodu jista’ jittawwal bi tmienja u għoxrin jum ieħor. L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tal-dħul għandhom jinfurmaw ukoll lill-assoċjazzjoni garanti kkonċernata, mingħajr preġudizzju għan-notifikazzjoni li għandha ssir skont l-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni TIR, u jistednuha sabiex tipprovdi evidenza li l-operazzjoni TIR intemmet. 6. Fejn japplika l-Artikolu 454(6), l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta msemmija fl-ewwel paragrafu kull darba li ma jirċevux evidenza li l-operazzjoni TIR ġiet itterminata fi żmien xahrejn mid-data li fiha jkun ġie aċċettat il-carnet TIR. Għal dak il-għan, dawn l-awtoritajiet jibagħtu t-talba flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ. Jekk l-awtoritajiet jirċievu informazzjoni minn qabel li l-operazzjoni TIR ma ġietx itterminata, jew jissuspettaw li dan huwa l-każ, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta minnufih. Il-proċedura ta’ inkjesta għandha tibda ukoll jekk sussegwentament jsir magħruf li l-evidenza tat-terminazzjoni tal-operazzjoni TIR kienet iffalsifikata u l-proċedura ta’ inkjesta hija meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tal-ewwel paragrafu. Il-proċedura stipulata fil-paragrafu 5 għandha tapplika mutatis mutandis. L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandhom iwieġbu fi żmien tmienja u għoxrin jum. 7. Fejn proċedura ta’ inkjesta tistabbilixxi li l-operazzjoni TIR ġiet itterminata kif imiss, l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq jew tad-dħul għandhom itemmu l-proċedura u għandhom jinformaw minnufih lill-assoċjazzjoni garanti u lid-dententur tal-carnet TIR u, fejn xieraq, lil kwalunkwe awtoritajiet doganali li setgħu bdew proċedura ta’ rkupru skont l-Artikoli 217 sa 232 tal-Kodiċi.” |
(87) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 455b li ġej: “Artikolu 455b 1. L-evidenza li l-operazzjoni TIR ġiet itterminata fil-limitu ta’ żmien preskritt fil-carnet TIR, tista’ tkun fornuta għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali fil-forma ta’ dokument iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ u li jidentifika l-merkanzija u li jistabbilixxi li din ġiet ippreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ jew fejn japplika l-Artikolu 454a, lid-destinatarju awtorizzat. 2. L-operazzjoni TIR għandha wkoll titqies li ġiet itterminata meta d-detentur tal-carnet TIR jew l-assoċjazzjoni garanti jressqu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, wieħed mid-dokumenti li ġejjin li jidentifika l-merkanzija:
3. Id-dokumenti msemmija f’punt (a) u (b) jistgħu jiġu mibdula b’kopji jew b’fotokopji tagħhom li għandhom ikunu attestati bħala kopji veri mill-korp li ċċertifika d-dokumenti oriġinali, mill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi ikkonċernati jew mill-awtoritajiet ta’ wieħed mill-Istati Membri.” |
(88) |
L-Artikolu 456 huwa emendat kif ġej:
|
(89) |
L-Artikolu 457b għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 457b 1. Meta operazzjoni TIR tikkonċerna l-istess merkanzija bħal dik speċifikata fl-Artikolu 340a jew fejn l-awtoritajiet doganali jqisu meħtieġ, l-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-dħul jista’ jippreskrivi itinerarju għall-merkanzija kkunsidrata. 2. L-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li fih tinsab il-merkanzjia għandhom ikollhom id-dettalji rilevanti fuq id-dokument li jakkumpanjaw it-tranżitu u l-iskontrin Nru 1 tal-carnet TIR f’każijiet fejn:
L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tal-ħruġ għandu jdaħħal l-informazzjoni rilevanti fis-sistema kompjuterizzata. 3. Fil-każijiet imsemmija f’punt (b) tal-paragrafu 2, il-merkanzija, id-dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu u l-carnet TIR għandhom jiġu ppreżentati, mingħajr dewmien, lill-eqreb awtoritajiet doganali.” |
(90) |
Fl-Artikolu 458(1), l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tinbidel b’dan li ġej: “Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra permezz tal-websajt uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” |
(91) |
Fl-Artikolu 496, għandu jitħassar il-punt (c). |
(92) |
Fl-Artikolu 843 għandu jitħassar it-tieni paragrafu. |
(93) |
Fl-Anness 30 A, il-Punt 1. Fil-punt 5.1, tan-Nota 5 Proċeduri simplifikati, fin-Noti ta’ Introduzzjoni għat-tabelli, titħassar il-figura “288”. |
(94) |
Fil-punt A, (c) Titolu I fl-Anness 37, l-ewwel frażi tinbidel b’dan li ġej:
|
(95) |
Il-Punt B, tat-Titolu II, fl-Anness 37a, (“Id-dettalji dwar id-dejta tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu”), jiġi emendat kif ġej:
|
(96) |
Fl-Anness 37c, jiżdiedu dawn il-punti 9 u 10 li ġejjin:
|
(97) |
Jiżdied l-Anness 37d, li t-test tiegħu jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(98) |
L-Anness 38 hu emendat skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(99) |
Il-punt 1 tat-Titolu I fl-Anness 44a għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(100) |
L-Anness 44b huwa emendat kif ġej:
|
(101) |
L-Anness 44c għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
(102) |
L-Anness 45a huwa emendat kif ġej:
|
(103) |
L-Anness 45b, għandu jiġi emendat skont l-Anness V għal dan ir-Regolament. |
(104) |
Fl-Anness 46b, it-tieni kolonna tat-tabella hija emendata kif ġej:
|
(105) |
L-Anness 47a huwa emendat kif ġej:
|
(106) |
Il-punt 1.2.1 tal-Anness 51b,.għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(107) |
L-Anness 67 – Formoli ta’ Applikazzjoni u Awtorizzazzjoni – huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Sa l-1 ta' Jannar 2012 l-awtoritajiet doganali għandhom, skont l-Artikolu 253(8) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, jeżaminaw mill-ġdid l-awtorizzazzjonijiet għall-finijiet ta’ dikjarazzjonijiet simplifikati jew tal-proċedura ta’ rilaxx mogħtija qabel id-data ffissata fl-Artikolu 3(3)u joħorġu awtorizzazzjonijiet ġodda skont ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 kif emendat minn dan ir-Regolament.
Artikolu 3
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sebat ijiem wara l-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Il-punti 2, 3, 5 sa 12, 27 sa 48, 51 sa 76, 92, 94, 95(a); (b) u (c), u l-punti 97 sa 100 u 102 sa 106 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2008.
3. Il-Punti 1, 4, 13, 14, 16 sa 24, 26, 80 sa 85, 87, 89, 90, 91, 95(d), 96, 101 u 107 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2009.
4. Il-punti 49, 50, 77, 78, 79 u 86 u 88 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2009.
5. Il-Punti 15, 25 u 93 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011.
6. Il-punt 2 tal-Artikolu 1 japplika sat-30 ta' Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta' Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(3) ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.
(5) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 1.
ANNESS I
“ANNESS 37D
(skont l-Artikolu 353(2)(b))
PARTI I
PROĊEDURA TA’ RIŻERVA
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. |
Dan l-Anness jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-użu tal-proċedura ta’ riżerva, skont l-Artikolu 353(2), fil-każijiet li ġejjin:
|
2. |
Il-Parti I, Titolu VII, VIII u l-Parti II, Titolu II, Kapitolu 4, Sezzjonijijet 1, 2 u 3, Subsezzjoni 1 sa 7 japplikaw għall-proċedura ta’ riżerva sakemm mhux iddikjarat mod ieħor fil-punti 3 sa 31 tal-Anness preżenti. |
3. |
Dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu: |
3.1. |
Id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu użata għall-proċedura ta’ riżerva għandha tkun tingħaraf mill-partijiet kollha involuti fl-operazzjoni ta’ tranżitu ħalli jiġu evitati problemi fl-uffiċċju/i ta’ tranżitu u fl-uffiċċju tad-destinazzjoni. Għal din ir-raġuni d-dokumentazzjoni użata hija limitati għal dawn li ġejjin:
|
3.2. |
Għall-implimetazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punt 3.1, (it-tielet inċiż) ta’ dan l-Anness it-TAD għandu jimtela f’konformità mal-Annessi 37 u 45a. |
3.3. |
Meta d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness jirreferu għal kopji tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu li jakkumpanjaw il-konsenja, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-TAD. |
KAPITOLU II
Regoli ta’ l-implimentazzjoni
4. |
Is-sistema kompjuterizzata ta’ l-awtoritajiet doganali ma tkunx disponibbli |
4.1. |
Il-regoli għandhom jiġu implimentati kif ġej, irrispettivament mid-dokument użat:
|
4.2. |
Meta tittieħed deċiżjoni biex tintuża l-proċedura ta’ riżerva, għandha tiġi mħassra kull dikjarazzjoni li ddaħħlet fis-sistema kompjuterizzata, iżda li ma ġietx ipproċessata minħabba li s-sistema kellha xi ħsara. Il-kummerċjant jeħtieġlu jipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet doganali kull darba li titressaq dikjarazzjoni fis-sistema iżda min hemm ‘il quddiem għandha tintuża l-proċedura ta’ riżerva fir-rigward ta’ dik id-dikjarazzjoni. |
4.3. |
L-awtorità doganali għandha timmonitorja l-użu tal-proċedura ta’ riżerva sabiex jiġi evitat l-abbuż tagħha. |
5. |
Meta s-sistema u/jew in-netwerk bejn talprinċipali ma tkunx disponibbli.
|
6. |
Is-sistema kumpjuterizzata u/jew in-netwerk tal-konsenjatur awtorizzat ma tkunx disponibbli. Meta s-sistema komputerizzata u/jew in-netwerk tal-konsenjatur awtorizzat ma tkunx/jkunux disponibbli, tapplika l-proċedura li ġejja:
|
7. |
Ġbir tad-dejta mill-Awtoritajiet Nazzjonali. Madankollu, fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq (5 u 6), l-awtoritajiet doganali nazzjonali jistgħu jippermettu lill-operaturi ekonomiċi li jippreżentaw id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu b’kopja waħda (bl-użu tas-SAD jew, fejn relevanti, tat-taqsim tat-TAD) lill-uffiċċju tat-tluq ħalli tiġi pproċessata mis-sistema kompjuterizzata tad-dwana. |
KAPITOLU III
Tħaddim tal-proċedura
8. |
Il-merkanzija li tqegħdet taħt il-proċedura Komunitarja ta’ tranżitu għandha tinġarr taħt il-kopertura tal-Kopji Nru 4 u Nru 5 tas-SAD jew taħt il-kopertura tat-TAD mogħtija lill-prinċipal mill-uffiċċju tat-tluq. |
9. |
Il-forniment ta’ garanzija individwali minn garanti. Meta l-uffiċċju tal-garanzija mhux l-istess uffiċċju tat-tluq, l-uffiċċju tal-garanzija għandu jżomm kopja ta’ l-istrument li tipprovi prova li kien aċċetta l-impenn tal-garanti. Il-prinċipal għandu jippreżenta l-oriġinali lill-uffiċċju tat-tluq, fejn din għandha tinżamm. Jekk meħtieġ l-uffiċċju jista’ jitlob traduzzjoni għal-lingwa uffiċċjali, jew għal waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż ikkonċernat. |
10. |
Konsenji mħallta. Fil-każ ta’ konsenji li jinkludu kemm merkanzija li għandha tinġarr skont il-proċedura T1 kif ukoll merkanzija li għandha tinġarr skont il-proċedura T2, id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu bis-simbolu ‘T’ għandha tiġi supplementata minn:
|
11. |
Il-preżunzjoni tal-proċedura T1. Meta s-simbolu ‘T1’, ‘T2’ jew ‘T2F’ ma tqiegħedx fis-subdiviżjoni tal-lemin tal-kaxxa 1 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu jew meta, fil-każ ta’ konsenji li jinkludu kemm merkanzija li qed tinġarr skont il-proċedura T1 u merkanzija li qed tinġarr skont il-proċedura T2, id-dispożizzjonijiet tal-punt 10 ta’ hawn fuq ma ġewx osservati, il-merkanzija jitqies li qed tinġarr skont il-proċedura T1. |
12. |
Firma tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu u l-impenn tal-prinċipal. Il-firma tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu mill-prinċipal torbtu bir-responsabbiltà li josserva d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 199(1). |
13. |
Miżuri ta’ identifikazzjoni. Meta l-Artikolu 357(4) jiġi applikat, l-uffiċċju tat-tluq għandu iniżżel l-frażi li ġejja mas-‘siġilli mwaħħlin’ bl-intestatura fil-kaxxa ‘D Kontroll mill-uffiċċju tat-tluq’ tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu:
|
14. |
Annotazzjonijiet fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu u r-rilaxx tal-merkanzija.
|
15. |
Uffiċċju ta’ tranżitu. |
15.1. |
It-trasportatur għandu jippreżenta avviż ta’ tranżitu magħmul fuq formola li tikkorrispondi għall-mudell fl-Anness 46 lil kull uffiċċju ta’ tranżitu, liema uffiċċji għandhom iżommu din il kopja. |
15.2. |
Meta l-merkanzija tgħaddi minn uffiċċju ta’ tranżitu li m’huwiex dak imniżżel fil-Kopji Nru 4 u Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, dan l-uffiċċju
|
16. |
Preżentazzjoni fl-uffiċċju tad-destinazzjoni. |
16.1. |
L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jirreġistra l-Kopji Nru 4 u Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, jannota fuqhom id-data tal-wasla u jniżżel id-dettalji tal-kontrolli li twettqu. |
16.2. |
Operazzjoni ta’ tranżitu tista’ tintemm f’uffiċċju differenti minn dak annotat fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu. Dak l-uffiċċju għandu allura jsir l-uffiċċju tad-destinazzjoni. Meta l-uffiċċju l-ġdid tad-destinazzjoni jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru differenti minn dak li jkollu l-ġurisdizzjoni fuq l-uffiċċju magħżul oriġinarjament, l-uffiċċju l-ġdid tad-destinazzjoni għandu jdaħħal fil-kaxxa ‘I. Kontroll mill-uffiċċju tal-wasla’ tal-Kopja Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu din l-approvazzjoni flimkien mal-kummenti normali li jeħtieġlu jagħmel:
|
16.3. |
Meta japplika t-tieni inċiż tal-punt 16(2) u jekk id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu jkollha mniżżel id-dikjarazzjoni li ġejja, l-uffiċċju tad-destinazzjoni l-ġdid għandu jżomm il-merkanzija taħt il-kontroll tiegħu u ma jippermettix il-ħruġ tagħha ħlief jekk mhux biex tinġarr lejn l-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni fuq l-uffiċċju tat-tluq, sakemm ma jkunx speċifikament awtorizzat minn dan ta’ l-aħħar:
|
17. |
Irċevuta. L-irċevuta tista’ ssir fuq wara tal-Kopja Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu tas-SAD, fl-ispazju pprovdut. |
18. |
Ritorn tal-Kopja Nru 5. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jirritornaw il-kopja Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istat Membru tat-tluq mingħajr dewmien u l-aktar f’żmien tmint ijiem mid-data tat-tmiem tal-proċedura. Meta jintuża t-TAD, tiġi ritornata l-kopja tat-TAD ippreżentata, skont l-istess kundizzjonijiet tal-Kopja Nru 5. |
19. |
Jiġi informat il-prinċipal u prova alternattiva tat-tmiem tal-proċedura. Jekk il-Kopja Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu ma jiġix ritornat lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istat Membru tat-tluq fi żmien xahar mil-limitu ta’ żmien għal preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, dawn l-awtoritajiet għandhom javżaw lill-prinċipal u jitolbuh iforni prova li l-proċedura ntemmet. |
20. |
Proċedura ta’ inkjesta. |
20.1. |
Meta l-awtoritajiet doganali ta’ l-Istat Membru tat-tluq ma jirċievux prova, fi żmien xahrejn mil-limitu ta’ żmien għal preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, li l-proċedura ntemmet, huma għandhom jibdew minnufih proċedura ta’ inkjesta biex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa għar-rilaxx tal-proċedura, jew, fejn dan m’huwiex possibbli, biex:
|
20.2. |
Jekk l-awtoritajiet doganali jirċievu informazzjoni qabel li l-proċedura tat-tranżitu ma ntemmitx, jew jissuspettaw li dan huwa l-każ, għandhom jibdew il-proċedura ta’ inkjesta minnufih. |
20.3. |
Il-proċedura ta’ inkjesta għandha wkoll tinbeda meta jirriżulta aposteriori li l-prova tat-tmiem tal-proċedura ta’ tranżitu ġiet iffalsifikata u li l-proċedura ta’ inkjesta hija meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-għanijiet tal-punt 20.1. |
21. |
Garanzija – Ammont ta’ referenza. |
21.1. |
Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-Artikolu 379(1), il-prinċipal jagħmel kalkolu ta’ l-ammont ta’ dejn li jista’ jinħoloq għal kull operazzjoni ta’ tranżitu u għandu jiżgura li l-ammonti impenjati ma jkunux aktar mill-ammont ta’ referenza, wara li jkun ikkunsidra wkoll l-operazzjonijiet li tkun għadha ma ntemmitx il-proċedura tagħhom. |
21.2. |
Il-prinċipal għandu javża lill-uffiċċju tal-garanzija meta l-ammont ta’ referenza ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-operazzjonijiet tiegħu ta’ tranżitu Komunitarju. |
22. |
Ċertifikati ta’ garanzija komprensiva u ċertifikati ta’ dispensa mill-garanzija. Fuq il-bażi tal-awtorizzazzjoni, skont l-Artikolu 372(1)(a): Iċ-ċertifikati ta’ garanzija komprensiva u ċ-ċertifikati ta’ dispensa mill-garanzija maħruġa mill-awtoritajiet doganali għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċċju tat-tluq. Id-dettalji taċ-ċertifikati għandhom jiddaħħlu fid-dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu. |
23. |
Listi speċjali ta’ tagħbija. |
23.1. |
L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-prinċipal li jkun qiegħed jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali elenkati fl-Artikolu 373 biex juża listi ta’ tagħbija li ma jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-Annessi 44 a, 44bu 45. L-użu ta’ dawn il-listi għandu jiġi awtorizzat biss meta:
|
23.2. |
Jista’ jiġi wkoll awtorizzat, l-użu ta’ listi ta’ tagħbija mfassla għall-finijiet tat-twettiq tad-dettalji ta’ dispaċċ/esportazzjoni bħala listi ta’ tagħbija skont il-punt 23.1, anke fejn dawn il-listi huma prodotti minn impriżi li ma jużawx sistema integrata ta’ pproċessar elettroniku jew awtomatiku tad-dejta biex iżommu r-reġistri. |
23.3. |
L-impriżi li jużaw sistema integrata ta’ pproċessar elettroniku jew awtomatiku tad-dejta biex iżommu r-reġistril u huma diġà awtorizzati, skont 23.1 u 23.2, biex jużaw listi ta’ tip speċjali, jistgħu jiġu wkoll awtorizzati biex jużaw dawn il-listi għall-operazzjonijiet Komunitarji ta’ tranżitu li jinvolvu tip wieħed ta’ merkanzija, sakemm din il-faċilità issir meħtieġa mill-programmi kompjuterizzati ta’ l-impriżi kkonċernati. |
24. |
L-użu ta’ siġilli ta’ tip speċjali. Il-prinċipal għandu jannota, faċċata tal-intestatura ‘Siġilli Mwaħħlin’ fil-kaxxa ‘D. Kontroll mill-uffiċċju tat-tluq’ tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, l-għamla, it-tip u n-numru tas-siġilli mwaħħlin. |
25. |
Eżenzjoni mill-itinerarju preskritt. Id-detenturi ta’ dawn l-eżenzjoni għandhom iniżżlu din li frażi li ġejja fil-kaxxa ta’ attribut korrispondenti 44 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu:
|
26. |
Konsenjatur awtorizzat – Awtentikazzjoni bil-quddiem u formalitajiet tat-tluq. |
26.1. |
Għall-applikazzjoni tal-punti 4 u 6, l-awtorizzazzjoni għandha tistipula li l-kaxxa ‘C. Uffiċċju tat-tluq’ tal-formoli tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandhom:
Il-konsenjatur awtorizzat għandu jimla l-kaxxa billi jannota d-data tal-konsenja tal-merkanzija u għandu jalloka numru lid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu skont ir-regoli stipulati fl-awtorizzazzjoni. |
26.2. |
L-awtoritajiet doganali jistgħu jippreskrivu l-użu ta’ formoli li jkollhom fuqhom marka distintiva bħala mezz ta’ identifikazzjoni. |
27. |
Konsenjatur awtorizzat – Miżuri ta’ sigurtà għat-timbru. |
27.1. |
Il-konsenjatur awtorizzat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura l-ħarsien tat-timbri speċjali u/jew tal-formoli li jkollhom fuqhom it-timbru ta’ l-uffiċċju tat-tluq jew timbru speċjali. Huwa għandu javża lill-awtoritajiet doganali bil-miżuri ta’ sigurtà li qed jieħu sabiex japplika s-subparagrafu preċedenti. |
27.2. |
F’każ ta’ abbuż, minn kwalunkwe persuna, tal-formoli ttimbrati bil-quddiem bit-timbru tal-uffiċċju tat-tluq jew bit-timbru speċjali, il-konsenjatur awtorizzat għandu jkun responsabbli, mingħajr preġudizzju għal kull proċedura kriminali, għall-ħlas ta’ dazji u imposti oħra pagabbli f’pajjiż partikolari fir-rigward tal-merkanzija ttrasportata skont il-kopertura ta’ dawn il-formoli, sakemm ma jistax jissodisfa lill-awtoritajiet doganali li kienu awtorizzawh li huwa ħa l-miżuri meħtieġ minnu skont il-punt 27.1. |
28. |
Konsenjatur awtorizzat – Informazzjoni li għandha tiġi annotata fid-dikjarazzjonijiet. |
28.1. |
Sa mhux aktar tard mill-konsinja tal-merkanzija, il-konsenjatur awtorizzat għandu jimla d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu u, fejn meħtieġ, iniżżel fil-kaxxa 44 l-itinerarju preskritt skont l-Artikolu 355(2) u, fil-kaxxa ‘D. Kontroll mill-uffiċċju tat-tluq’, il-perjodu taż-żmien preskritt skont l-Artikolu 356 li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, il-miżuri ta’ identifikazzjoni applikati u din l-approvazzjoni li ġejja:
|
28.2. |
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tat-tluq jikkontrollaw konsenja qabel ma titlaq, għandhom jirreġistraw il-fatt fid-dikjarazzjoni, fil-kaxxa ‘D. Kontroll mill-uffiċċju tat-tluq’. |
28.3. |
Wara l-konsenja, il-Kopja Nru 1 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu għandha tintbagħat minnufih lill-uffiċċju tat-tluq. L-awtoritajiet doganali jistgħu jistipulaw fl-awtorizzazzjoni li l-Kopja Nru 1 tintbagħat lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-tluq hekk kif tintemm id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu. Il-kopji l-oħra għandhom jakkumpanjaw il-merkanzija skont il-punt 8 ta’ dan l-Anness. |
29. |
Konsenjatur awtorizzat – Dispensa mill-firma. |
29.1. |
Il-konsenjatur awtorizzat jista’ jiġi awtorizzat li ma jiffirmax id-dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu li jkollhom it-timbru speċjali msemmi fl-Anness 62 li huma magħmula permezz ta’ sistema integrata ta’ pproċessar elettroniku jew awtomatiku tad-dejta. Din id-dispensa għandha tiġi soġġetta għall-kundizzjoni li l-konsenjatur awtorizzat ikun ta minn qabel, lill-awtoritajiet doganali, impenn bil-miktub li fih jirrikonoxxi li huwa l-prinċipal ta’ l-operazzjonijiet kollha ta’ tranżitu mwettqa taħt il-kopertura tad-dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu bit-timbru speċjali. |
29.2. |
Id-dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu magħmula skont il-punt 29.1 għandhom ikun fihom, fil-kaxxa rriservata għall-firma tal-prinċipal, il-frażi li ġejja:
|
30. |
Destinatarju awtorizzat – Obbligi. |
30.1. |
Meta l-merkanzija taslu fil-post tiegħu jew fil-lokalitijiet speċifikati fl-awtorizzazzjoni, id-destinatarju awtorizzat għandu, mingħajr dewmien, jibgħat lill-uffiċċju tad-destinazzjoni t-TAD jew il-Kopji Nru 4 u Nru 5 tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu li akkumpanjat il-merkanzija, li turi d-data tal-wasla, l-istat ta’ kwalunkwe siġill imwaħħal u kwalunkwe irregolarità. |
30.2. |
L-uffiċċju tad-destinazzjoni għandu jniżżel l-annotazzjonijiet previsti fil-punt 16 ta’ dan l-Anness, fl-imsemmija kopji tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu. |
31. |
Projbizzjoni temporanja ta’ l-użu tal-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jew tal-garanzija komprensiva. Ir-regoli fid-dettall għall-applikazzjoni tal-Artikolu 381(4), kif imsemmija fl-Anness 47a, huma ssupplimentati bid-dispożizzjonijiet li ġejjin: |
31.1. |
Il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu li jinvolvu merkanzija li hija soġġetta għal deċiżjonijiet li ipprojbixxu l-użu tal-garanzija komprensiva:
|
31.2. |
Miżuri biex jittaffew il-konsegwenzi finanzjarji tal-projbizzjoni ta’ l-użu tal-garanzija komprensiva. Meta l-użu tal-garanzija komprensiva jiġi temporanjament projbit għall-merkanzija msemmija fl-elenku tal-Anness 44ċ, id-detenturi tal-garanziji komprensivi jistgħu, fuq talba, jużaw garanzija ndividwali. Madankollu għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet speċjali li ġejjin:
|
PARTI II
TIMBRU GĦALL-PROĊEDURA TA’ RIŻERVA
PROĊEDURA TA’ RIŻERVA NCTS
L-EBDA DEJTA DISPONIBBLI FIS-SISTEMA
MIBDIJA FI _____________________
(Data/ħin)
(Id-daqs: 26 x 59 mm, linka ħamra)”
ANNESS II
It-Titolu III li ġej hu miżjud mal-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93:
“TITOLU III
TABELLA TAR-REFERENZI LINGWISTIĊI U TAL-KODIĊI TAGĦHOM
Referenzi lingwistiċi |
Kodiċi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Validità limitata – 99200 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dispensa – 99201 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Prova alternattiva – 99202 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Differenzi: uffiċċju fejn ġiet ippreżentata l-merkanzija …… (isem u pajjiż) – 99203 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħruġ minn …………… soġġett għal restrizzjonijiet jew ħlasijiet skont ir-Regola/id-Direttiva/id-Deċiżjoni Nru … – 99204 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dispensa mill-itinerarju preskritt – 99205 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Konsenjatur awtorizzat – 99206 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dispensa mill-firma – 99207 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
GARANZIJA KOMPRENSIVA PROJBITA- 99208 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
UŻU MHUX LIMITAT – 99209 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Varji – 99211 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kwantità – 99212 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Konsenjatur – 99213 |
ANNESS III
“ANNESS 44c
MERKANZIJA LI TINVOLVI RISKJU IKBAR TA' FRODI
(kif imsemmija fl-Artikolu 340a)
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
Kodiċi SA |
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Kwantitajiet minimi |
Kodiċi tal-Merkanzija sensittiva (1) |
Ir-rata minima tal-garanzija individwali |
0207 12 |
Laħam u interjuri li jittieklu, tat-tjur taħt l-intestatura 0105 , tat-tjur tal-ispeċi Gallus Domesticus, iffriżat |
3 000 kg |
|
— |
0207 14 |
|
|
|
|
1701 11 |
Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrosju kimikament pur, fl-istat solidu |
7 000 kg |
|
— |
1701 12 |
|
|
|
— |
1701 91 |
|
|
|
— |
1701 99 |
|
|
|
— |
2208 20 |
Spirti, likuri u xorb ieħor alkoħoliku |
5 hl |
|
EUR 2 500 /hl Alkoħol pur |
2208 30 |
|
|
|
|
2208 40 |
|
|
|
|
2208 50 |
|
|
|
|
2208 60 |
|
|
|
|
2208 70 |
|
|
|
|
ex ex 2208 90 |
|
|
1 |
|
2402 20 |
Sigaretti li fihom it-tabakk |
35 000 biċċa |
|
EUR 120/1 000 biċċa |
2403 10 |
Tabakk għat-tipjip, kemm jekk fih jew ma fihx sostituti tat-tabakk fi kwalunkwe proporzjon |
35 kg |
|
— |
(1) Meta jkun hemm skambju tad-dejta tat-tranżitu bl-użu ta' tekniki elletroniċi ta' l-ipproċessar tad-data u l-Kodiċi HS mhux biżżejjed biex jidentifika mingħajr ambigwità l-merkanzija elenkata fil-kolonna 2, għandhom jintużaw kemm il-Kodiċi tal-Merkanzija Sensittiva fil-kolonna 4 kif ukoll il-Kodiċi HS fil-kolonna 1.”
ANNESS IV
“KAPITOLU II
Noti ta' spjegazzjoni u dettalji (dejta) tad-Dokument ta' akkumpanjament fit-Tranżitu
Il-karta li għandha tintuża għad-Dokument ta' akkumpanjament fit-Tranżitu tista' tkun ta' lewn aħdar.
Id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu għandu jkun stampat abbażi tad-dejta pprovduta mid-dikjarazzjoni ta' tranżitu, fejn xieraq emendata mill-prinċipal u/jew ivverifikata mill-uffiċċju tat-tluq u kompluta bi:
1. |
L-MRN (numru ta' referenza tat-trasport) L-informazzjoni tkun ippreżentata f'forma alfanumerika ta' 18-il karattru numeriku skont il-mudell li ġej:
Il-każelli 1 u 2 jimtlew kif spjegati hawn fuq. Il-każella 3 għandha timtela b’ identifikatur għat-transazzjoni tat-tranżitu. Il-mod kif tintuża din il-każella huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Amministrazzjonijiet Nazzjonali iżda kull transazzjoni ta' tranżitu pproċessata matul sena waħda fil-pajjiż ikkonċernat għandha jkollha numru uniku. L-Amministrazzjonijiet Nazzjonali li jixtiequ jinkludu fl-MRN in-numru ta' referenza tal-uffiċċju tal-awtoritajiet doganali jistgħu jużaw sa l-ewwel sitt karattri biex iżidu n-numru nazzjonali tal-uffiċċju. Il-każella 4 għandha timtela’ b’valur li huwa ċifra ta' kontroll għall-MRN kollu. Din il-każella tippermetti li jinstab żball waqt il-ġbir tal-MRN kollu. L-‘MRN’ għandu wkoll jkun stampat fil-forma ta' bar code bl-użu tal-‘kodiċi 128’ standard, bis-sett tal-karattri ‘B’. |
2. |
Kaxxa 3:
|
3. |
Fl-ispazju li hemm fuq il-lemin tal-kaxxa 8: L-isem u l-indirizz ta' l-uffiċċju doganali fejn għandha tintbagħat l-kopja ta' ritorn tad-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu meta tintuża l-proċedura ta' riżerva. |
4. |
Kaxxa C:
|
5. |
Kaxxa D:
Id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu ma għandux jiġi modifikat u ma għandu jiżdiedlu jew jitnaqqslu xejn sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan ir-regolament. |
6. |
Formalitajiet matul it-tranżitu Minn meta il-merkanzija titlaq mill-uffiċċju tat-tluq sakemm tasal fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, jista' jkollhom jiżdiedu ċerti dettalji fuq id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu li jkun mal-merkanzija. Dawn id-dettalji jikkonċernaw l-operazzjoni tat-trasport u għandhom jiżdiedu mit-trasportatur responsabbli għal mezz ta' trasport li fuqu l-merkanzija titgħabba, kif u meta jseħħu dawn l-attivitajiet korrispondenti. Dawn id-dettalji jistgħu jinkitbu bl-idejn b’mod li jinqraw sew u f'dan il-każ għandhom jsiru bil-linka u b’ittri majjuskoli. It-trasportaturi huma mfakkra li l-merkanzija jista' biss tittrażborda skont awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li fit-territorju tiegħu ser isir it-trażbord. Fejn dawn l-awtoritajiet iqisu li l-operazzjoni Komunitarja ta' tranżitu involuta tista' tkompli normalment għandhom, wara li jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa, japprovaw id-dokumenti li jakkumpanjaw t-tranżitu. L-awtoritajiet doganali tal-uffiċċju ta' tranżitu jew tal-uffiċċju tad-destinazzjoni, skont il-każ, għandhom l-obbligu li jdaħħlu fis-sistema d-dejta miżjuda fuq id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu. Id-data tista' wkoll tiddaħħal mid-destinatarju awtorizzat. Il-kaxxi u l-attivitajiet involuti huma:
Kaxxa 55: Trażbord It-trasportatur għandu jimla l-ewwel tliet linji ta' din il-kaxxa, meta l-merkanzija tiġi trażbordata minn mezz ta' trasport għal ieħor jew minn kontejner għal ieħor matul l-operazzjoni kkonċernata. Madankollu, meta l-merkanzija tinġarr f'kontejners li ser jinġarru minn vetturi tat-triq, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-prinċipal biex ma jimlix il-kaxxa 18, jekk is-sitwazzjoni loġistika mat-tluq tista' tfixkel milli jiġu pprovduti l-identità u n-nazzjonalità tal-mezz ta' trasport waqt li tkun qiegħda titħejja d-dikjarazzjoni ta' tranżitu, u fejn jistgħu jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa dwar il-mezz ta' trasport għandha tiddaħħal sussegwentament fil-kaxxa 55.
Kaxxa 56: Inċidenti oħra matul it-trasport Il-kaxxa li għandha timtela skont l-obbligi attwali għal tranżitu. Barra minn hekk, meta l-merkanzija tkun tgħabbiet fuq semitrejler u t-trattur jinbidel matul il-vjaġġ (mingħajr ma l-merkanzija tiġi mċaqalqa jew trażbordata), daħħal f'din il-kaxxa n-numru ta' reġistrazzjoni u n-nazzjonalità tat-trattur il-ġdid. F'dan il-każ, mhijiex meħtieġa l-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti.” |
ANNESS V
F'Anness 45(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, Kapitolu II jigi mibdul bli gej:
“KAPITOLU II
Noti ta' spjegazzjoni u d-dettalji (id-dejta) għal-lista ta' l-Oġġetti
Meta moviment jikkonċerna aktar minn oġġett wieħed, il-folja A tal-lista tal-oġġetti għandha dejjem tiġi stampata mis-sistema kompjuterizzata u għandha tiġi annessa mad-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu.
Il-kaxxi tal-lista ta' oġġetti jistgħu jitkabbru vertikalment.
Id-dettalji għandhom jiġu stampati kif ġej:
1. |
Fil-kaxxa tal-identifikazzjoni (ir-rokna tax-xellug ta' fuq):
|
2. |
OoDep – l-isem ta' l-uffiċċju tat-tluq. |
3. |
Id-data – tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu. |
4. |
NRM – numru ta' referenza tat-trasport kif stipulat fl-Anness 45a. |
5. |
Id-dettalji fil-kaxxi differenti tal-parti dwar l-oġġetti għandhom jiġu stampati kif ġej:
|
ANNESS VI
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
“NOTI TA' SPJEGAZZJONI GĦALL-FORMOLI TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĊEDURI SIMPLIFIKATI
TITOLU I
Dettalji li għandhom jiddaħħlu fid-diversi kaxxi tal-formola tal-applikazzjoni
Remarka ġenerali:
Jekk meħtieġ l-informazzjoni mitluba tista' tiġi ppreżentata f'anness separat mill-formola tal-applikazzjoni, b'referenza għall-kaxxa tal-formola konċernata.
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu aktar informazzjoni.
1. |
Daħħal l-isem u l-indirizz sħaħ tal-applikant. L-applikant huwa l-persuna li lilha ser tinħareġ l-awtorizzazzjoni. |
1.a |
Daħħal in-numru ta' Identità tal-Kummerċjant. |
1.b |
Jekk applikabbli, daħħal kwalunkwe numru ta' referenza interna, biex ikun hemm referenza għal din l-applikazzjoni fl-awtorizzazzjoni. |
1.c |
Daħħal l-informazzjoni tal-kuntatt rilevanti (persuna ta' kuntatt, indirizz ta' kuntatt, numri tat-telefon u tal-fekx, indirizz tal-posta elettronika) |
1.d |
Indika t-tip ta' rappreżentazzjoni għal preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni billi timmarka ‘X’ fil-kaxxa adattata. |
2. |
Indika liema tip ta' proċedura simplifikata (rilaxx lokali u/jew dikjarazzjoni simplifikata) u liema proċedura doganali (għal importazzjoni u/jew esportazzjoni) li qed issir applikazzjoni għaliha billi timmarka ‘X’ fil-kaxxa adattata. |
2.a u b. |
Rigward il-proċedura ta' pproċessar 'il ġewwa, daħħal il-kodiċi 1 għas-sistema ta' sospensjoni u l-kodiċi 2 għas-sistema ta' rimbors. Rigward l-esportazzjoni mill-ġdid, issir applikazzjoni għal proċeduri simplifikati meta tkun meħtieġa dikjarazzjoni doganali. |
3. |
Daħħal il-kodiċi rilevanti:
|
4.a |
Indika jekk l-istatus ta' l-operatur ekonomiku awtorizzat huwiex iċċertifikat; jekk ‘IVA’, daħħal in-numru korrispondenti. |
4.b |
Daħħal it-tip, ir-referenza u – jekk applikabbli – id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni(jiet) rilevanti li għaliha/hom se tintuża l-proċedura simplifikata li għalija saret applikazzjoni; fil-każ fejn awtorizzazzjoni(jiet) għadha kif saret applikazzjoni għaliha/hom, daħħal it-tip ta' awtorizzazzjoni(jiet) li għaliha/hom saret l-applikazzjoni u d-data ta' l-applikazzjoni Għat-tip ta' awtorizzazzjoni daħħal wieħed mill-kodiċi li ġejjin
|
5. |
Informazzjoni dwar kontijiet ewlenin.
|
5.a |
Daħħal l-indirizz sħiħ tal-lokalità fejn jinżammu l-kontijiet ewlenin. |
5.b |
Niżżel it-tip ta' kontijiet (elettroniċi jew miżmuma fuq karti, u t-tip tas-sistema u softwer użati). |
6. |
Daħħal l-għadd ta' formoli ta' kontinwazzjoni mehmuża ma' din l-applikazzjoni. |
TITOLU II
Dettalji li għandhom jiddaħħlu fid-diversi kaxxi tal-formola ta' kontinwazzjoni
għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni
7. |
Informazzjoni dwar reġistri (kontijiet relatati mad-dwana). |
7.a |
Daħħal l-indirizz sħiħ tal-lokalità fejn jinżammu r-reġistri. |
7.b |
Daħħal it-tip ta' reġistri (elettroniċi jew miżmuma fuq karti, u t-tip tas-sistema u softwer li jintużaw). |
7.c |
Daħħal, jekk applikabbli, informazzjoni rilevanti oħra dwar ir-reġistri. |
8. |
Informazzjoni dwar it-tip ta' merkanzija u tranżazzjonijiet. |
8.a |
Daħħal, jekk applikabbli, il-Kodiċi tan-NM rilevanti; jew daħħal għall-anqas il-kapitoli tan-NM u d-deskrizzjoni tal-merkanzija. |
8.b–e |
Daħħal l-informazzjoni rilevanti darba fix-xahar. |
8.f. |
Fl-importazzjoni, l-applikant għandu l-possibbiltà li jindika li jrid juża r-rata tal-kambju valida fl-ewwel jum tal-perjodu tad-dikjarazzjoni, skont l-Artikolu 172. Immarka ‘X’ fil-kaxxa adattata, jekk meħtieġa. |
9. |
Daħħal il-kodiċijiet rilevanti għall-proċedura doganali kif stipulati fl-Anness 38 (eż. kodiċi 40 għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u għall-użu domestiku). |
10. |
Informazzjoni dwar il-lokalitajiet awtorizzati tal-merkanzija u dwar l-uffiċċju doganali responsabbli. |
10.a |
Għall-proċedura ta' rilaxx lokali, daħħal l-Istat Membru parteċipanti, bl-użu tal-kodiċi tal-pajjiż (ISO alpha 2), li fih hemm il-lokalità tal-merkanzija msemmija fil-kaxxa 10.b. |
10.b |
Għall-proċedura ta' rilaxx lokali daħħal l-indirizz sħiħ tal-lokalità tal-merkanzija. |
10.c |
Daħħal l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt sħaħ ta' l-uffiċċju doganali lokali responsabbli mil-lokalità tal-merkanzija msemmija fil-kaxxa 10.b. |
11. |
Daħħal l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt sħaħ ta' l-uffiċċji doganali rilevanti fejn ser tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni simplifikata. |
12. |
Daħħal, jekk applikabbli, l-informazzjoni rilevanti dwar il-kumpaniji inklużi fl-Awtorizzazzjoni Unika li jaġixxu f'isem id-detentur tal-Awtorizzazzjoni Unika. |
12.a |
Daħħal l-Istat Membru parteċipanti, billi tuża l-kodiċi tal-pajjiż (ISO alpha 2). |
12.b |
Daħħal l-isem u l-indirizz sħaħ tal-kumpanija li taġixxi f'isem id-detentur tal-Awtorizzazzjoni Unika fl-Istat Membru msemmi fil-kaxxa 12.a. |
13. |
Daħħal, jekk applikabbli, l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni tal-kuntatt sħaħ ta' l-uffiċċju ta' sorveljanza. |
14. |
Indika, billi timmarka ‘X’ fil-kaxxa adattata, it-tip ta' dikjarazzjoni simplifikata; fil-każ ta' l-użu ta' dokumenti kummerċjali jew amministrattivi oħra, għandu jiġu speċifikati t-tip ta' dokumenti li qed jintużaw. |
15. |
Daħħal, jekk applikabbli, informazzjoni addizzjonali jew kundizzjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti għall-proċedura simplifikata konċernata, bħall-proċedura u l-limitu ta' żmien biex tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni supplimentari |
16. |
Fil-waqt tal-applikazzjoni għall-Awtorizzazzjoni Unika, l-applikant għandu jagħti l-kunsens għall-iskambju ta' kwalunkwe informazzjoni mal-awtoritajiet doganali ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor u mal-Kummissjoni; jista' jagħti kunsens għall-pubblikazzjoni tad-dejta mhix konfidenzjali għall-pubbliku permezz ta' l-Internet billi jimmarka ‘X’ fil-kaxxa adattata. |
Dejta mhix konfidenzjali aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali:
Id-dejta li ġejja trid tkun aċċessibbli għall-pubbliku inġenerali (b'referenza għan-numru tal-kaxxa fil-formola tal-applikazzjoni):
— |
Isem u indirizz tad-detentur tal-Awtorizzazzjoni Unika għal proċeduri simplifikati (kaxxa 1.); |
— |
Numru tal-awtorizzazzjoni (mogħti mill-awtorità doganali); |
— |
Il-kodiċi ta' proċedura/i kif stipulat fl-Anness 38 (kaxxa 9); |
— |
Indikazzjoni jekk il-proċedura simplifikata ingħatatx għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni (kaxxa 2.a jew 2.b); |
— |
Il-kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-2 tal-Istati Membri involuti kif imsemmi fl-Anness 38 (kaxxa 10.a); |
— |
Isem u l-indirizz tal-kumpaniji inklużi fl-Awtorizzazzjoni Unika li jaġixxu f'isem id-detentur tal-Awtorizzazzjoni Unika (kaxxa12.b).” |