This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007E0748
Council Joint Action 2007/748/CFSP of 19 November 2007 amending Joint Action 2007/87/CFSP amending and extending the mandate of the European Union Special Representative in Bosnia and Herzegovina
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/748/PESK tad- 19 ta’ Novembru 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/87/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/748/PESK tad- 19 ta’ Novembru 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/87/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
ĠU L 303, 21.11.2007, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009
21.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 303/38 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/748/PESK
tad-19 ta’ Novembru 2007
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/87/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta' Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/87/PESK (1). |
(2) |
Fit-18 ta' Ġunju 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/427/PESK (2) li taħtar lis-Sur Mr Miroslav Lajčák bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bosnja u Ħerzegovina. |
(3) |
Fid-19 ta' Diċembru 2006, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà endorsja rakkomandazzjonijiet li għandhom l-għan li jiksbu l-aqwa koordinazzjoni u koerenza f'sitwazzjonijiet fejn mill-inqas żewġ atturi ta' l-UE fil-qasam tal-maniġġar ta' kriżijiet huma attivi fl-istess pajjiż, speċjalment permezz ta' konsultazzjoni eqreb bejn Kmandant ta' Forza ta' l-UE u r-RSUE u, bejn Kmandant ta' Forza ta' l-UE u Kap ta' Missjoni tal-Pulizija ta' l-UE, rispettivament. |
(4) |
Fit-18 ta' Ġunju 2007 l-Kunsill approva r-rakkomandazzjonijiet ta' hawn fuq għall-fini ta' l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea ALTHEA. |
(5) |
Fid-19 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiĦ) (3), li tirrifletti fost oħrajn l-istruttura ġdida ta' kmand u ta' kontroll għall-operazzjonijiet ta' l-UE ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili, kif approvata mill-Kunsill fit-28 ta' Ġunju 2007. |
(6) |
Il-mandat tar-RSUE fil-BiĦ għandu jiġi emendat biex jirrifletti r-rwol tiegħu fir-rigward ta' l-operazzjoni militari ALTHEA ta' l-UE, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet approvati mill-Kunsill fit-18 ta' Ġunju 2007, u lill-EUPM fil-BiĦ, f'konformità ma' l-istruttura ġdida ta' kmand u ta' kontroll għall-operazzjonijiet ta' l-UE ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2007/87/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 3 Mandat Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika ta' l-UE fil-BiĦ, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
|
(2) |
il-punt (v) ta' l-Artikolu 8(2) għandu jitħassar. |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(2) ĠU L 159, 20.6.2007, p. 63.
(3) Ara paġna 40 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.