This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0593
Council Decision 2005/593/CFSP of 18 July 2005 concerning the conclusion of the Agreement between the European Union and the Republic of Chile on the participation of the Republic of Chile in the European Union military crisis management operation in Bosnia and Herzegovina (Operation ALTHEA)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/593/PESK tat- 18 ta' Lulju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika taċ-Ċilì fl-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-immaniġġar tal-kriżi fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA)

ĠU L 202, 3.8.2005, p. 39–39
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 371–371
(MT)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/593/oj
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/593/PESK tat- 18 ta' Lulju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika taċ-Ċilì fl-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-immaniġġar tal-kriżi fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA)
Official Journal L 202 , 03/08/2005 P. 0039 - 0039
Official Journal L 164 , 16/06/2006 P. 0371 - 0371
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/593/PESK tat- 18 ta' Lulju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika taċ-Ċilì fl-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-immaniġġar tal-kriżi fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza, Billi: (1) Fit- 12 ta' Lulju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina [1]. (2) L-Artikolu 11 (3) ta' dik l-Azzjoni Konġunta jistipula li arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim, skond l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. (3) Wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill fit- 13 ta' Settembru 2004, il-Presidenza, assistita mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika taċ-Ċilì fl-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-immaniġġar tal-kriżi fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA). (4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika taċ-Ċilì fl-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-immaniġġar tal-kriżi fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jagħżel il-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex torbot lill-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, 18 ta' Lulju 2005. Għall-Kunsill Il-President J. Straw [1] ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10. --------------------------------------------------