Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0431

Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni tal- 25 ta' April 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa waħda, u r-Rumanija, min naħa l-oħra, biex jikkunsidra l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea

ĠU L 155, 17.6.2005, p. 26–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 156–159 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/431/oj

Related international agreement

32005D0431

Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni tal- 25 ta' April 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa waħda, u r-Rumanija, min naħa l-oħra, biex jikkunsidra l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea

Official Journal L 155 , 17/06/2005 P. 0026 - 0029
Official Journal L 164 , 16/06/2006 P. 0156 - 0159


Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni

tal- 25 ta' April 2005

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa waħda, u r-Rumanija, min naħa l-oħra, biex jikkunsidra l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea

(2005/431/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilxxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja (minn hawn ’il quddiem "l-Istati Membri l-ġodda") ma' l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 6(2) ta' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni anness ma' dak it-Trattat,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Il-Ftehim Ewropew, li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa waħda, u r-Rumanija, min naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Ewropew") [2], kien iffirmat fi Brussel fl- 1 ta’ Frar 1993 u daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Frar 1995.

(2) It-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "it-Trattat tal-adeżjoni"), kien iffirmat f’Ateni fis- 16 ta’ April 2003 u daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Mejju 2004.

(3) Huwa meħtieġ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew biex jikkunsidra l-adeżjoni ta’ l-għaxar Stati Membri ġodda.

(4) Saru konsultazzjonijiet fuq dan il-Protokoll Addizzjonali fi qbil ma’ l-Artikolu 28(2) tal-Ftehim Ewropew, biex ikun żgurat li jkunu tqiesu l-interessi reċiproċi tal-Komunità u r-Rumanija.

(5) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [3].

(6) Għalhekk, il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa waħda, u r-Rumanija, min naħa l-oħra, biex jikkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea, qed jiġi hawnhekk approvat.

It-test tal-Protokoll Addizzjonali jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Protokoll bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 3

1. In-numri ta’ l-ordni kif attribwiti għall-kwoti tat-tariffi fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni jistgħu jinbidlu mill-Kummissjoni, fi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-kwoti tat-tariffi b’numru ta’ ordni ’l fuq minn 09.5100 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni fi qbil ma’ l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat- 2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunita' [4].

2. Il-kwantitajiet ta’ merkanzija li tkun soġġetta għall-kwoti tat-tariffi u mħollija għaċ-ċirkolazzjoni libera mill- 1 ta’ Lulju 2004 taħt il-konċessjonijiet li hemm fl-Anness A(b) tal-Protokoll approvat taħt id-Deċiżjoni 2003/18/KE [5], għandhom ikunu magħduda b’mod sħiħ kontra l-kwantitajiet li jidhru fir-raba’ kolonna fl-Anness A(b) għall-protokoll addizzjonali mehmuż ma din id-Deċiżjoni, ħlief għall-kwantitajiet li għalihom kienu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni qabel l- 1 ta’ Lulju 2004.

Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tat-Tmexxija għaz-Zokkor kif stabbilit fl-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad- 19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-qasam taz-zokkor [6] jew, fejn ikun xieraq, mill-kumitat stabbilit bid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolamenti l-oħra fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE għandhom jgħoddu.

Il-perjodu mogħti fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. The Committee shall adopt its rules of procedure.

Artikolu 5

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Protokoll Addizzjonali f’ isem il-Komunità Ewropea.

Artikolu 6

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 9 tal-Protokoll Addizzjonali. Il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti din in-notifika f’isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussel, 25 ta' April 2005.

Għall-Kunsil

Il-President

J. Asselborn

l Għall-Kummissjoni

Il-President

J. M. Barroso

[1] Kunsens mogħti fit- 22.2.2005.

[2] ĠU L 357, tal-31.12.1994, p. 2, kif emendat.

[3] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, tal-31.12.2003, p.1).

[5] Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE tat- 8 ta’ April 2003 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, biex tagħti kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 18).

[6] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Numri ta’ l-ordni għall-kwoti tat-tariffi ta’ l-UE għall-prodotti ġejjin mir-Rumanija

(kif imsemmi fl-Artikolu 3)

Nru ta’ l-Ordni tal-Kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni |

09.4769 | 01029005 01029021 01029029 01029041 01029049 01029051 01029059 01029061 01029071 | Annimali bovini ħajjin |

09.4753 | 0201 0202 | Laħam taċ-ċanga, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

09.4756 | ex0203 021011 021012 021019 | Laħam tal-majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

09.4765 | 02061095 | Falda taċ-ċanga ħoxna jew irqiqa, tajba għall-ikel, friska jew imkessħa |

02062991 | Falda taċ-ċanga ħoxna jew irqiqa, tajba għall-ikel, iffriżata |

021020 | Laħam ta’ annimali bovini, fis-salmura, imnixxef jew affumikat |

02109951 | Falda ta’ annimali bovini ħoxna jew irqiqa |

09.5855 | 0207 | Laħam u l-ġewwieni tat-tjur ta’ l-intestatura Nru 0105 |

09.4771 | 04021019 04022111 04022119 04022191 | Ħalib u krema, fi trab jew għamliet solidi oħra |

09.4772 | 04031011 to 04031039 | Jogurt, bla ħwawar u mingħajr frott, ġewż jew kawkaw miżjuda |

04039011 to 04039069 | Oħrajn, bla ħwawar u mingħajr frott, ġewż jew kawkaw miżjuda |

09.4758 | 0406 | Ġobon u baqta |

09.5835 | 04070011 04070019 04070030 | Bajd ta’ l-għasafar fil-qoxra |

0408 | Bajd ta’ l-għasafar mhux fil-qoxra |

09.6101 | 07020000 | Tadam |

09.5837 | 07070005 | Ħjar għall-ipproċessar |

09.5839 | 07070005 | Ħjar għajr l-ipproċessar |

09.4726 | 07115100 20031020 20031030 | Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus |

09.6119 | 08081020 08081050 08081090 | Tuffieħ, għajr it-tuffieħ tas-sidru |

09.4766 | 1001 | Qamħ u meslin |

09.5841 | 100300 | Xgħir |

11029010 | Dqiq tax-xgħir |

11031930 | Xgħir mitħun oħxon u mhux raffinat |

11032020 | Frak tax-xgħir |

09.5843 | 10040000 | Ħafur |

11029030 | Dqiq tal-ħafur |

11031940 | Ħafur mitħun oħxon u mhux raffinat |

11032030 | Frak tal-ħafur |

09.5871 | 10051090 | Żerriegħa tal-qamħirrum, għajr iż-żerriegħa ibrida |

09.4767 | 10059000 | Qamħirrum, għajr iż-żerriegħa |

09.5872 | 1101 | Qamħ u dqiq tal-meslin |

110311 | Qamħ mitħun oħxon u mhux raffinat |

11032060 | Frak tal-qamħ |

09.5873 | 1107 | Xgħir |

09.6139 | 160231 160232 160239 | Laħam imħejji jew ippreservat tat-tjur |

09.4752 | 16024110 16024210 16024911 16024913 16024915 16024919 16024930 16024950 | Laħam ippreservat tal-majjal domestiku |

09.4768 | 160250 | Laħam imħejji jew ippreservat jew il-ġewwieni ta’ annimali bovini |

09.5844 | 1701 | Zokkor |

1702 | Zokkor ieħor |

09.5545 | 20031020 20031030 | Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus |

--------------------------------------------------

Top