Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0635

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti l oħra

    ĠU L 304, 30.9.2004, p. 38–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/635/oj

    Related international agreement

    32004D0635



    Official Journal L 304 , 30/09/2004 P. 0038 - 0038


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-21 ta' April 2004

    li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti l oħra

    (2004/635/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu [1],

    Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

    Wara li kkonsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [3],

    Billi:

    (1) L-Ftehim Ewro-Mediterranju jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti ‘l oħra, iffirmat għan-nom tal-Komunità Ewropea, fil-Lussemburgu nhar il-25 ta' Ġunju 2001, għandu jkun approvat.

    (2) Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Taqsima III, it-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jorbot lir-Renju Unit u l-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala parti mill-Komunità Ewropea, sakemm ir-Renju Unit jew l-Irlanda (skond il-każ) jinnotifikaw lir-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu li jkunu ntrabtu bħala parti mill-Komunità Ewropea skond il-protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Tratta dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. L-istess japplika għad-Danimarka, skond il-Protokoll anness ma' dawk it-Trattati dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti l oħra (hawnhekk iżjed l quddiem imsejjaħ il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni), flimkien ma' l-Annessi u l-Protokolli mehmuża miegħu, u d-dikjarazzjonijiet konġunti, id-dikjarazzjonijiet mill-Komunità Ewropea u l-Iskambju ta' Ittri mehmuża ma' l-Att Finali, huma b'dan approvati għan-nom tal-Komunità Ewropea.

    It-testijiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u fi ħdan il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni meta dan imsemmi l-aħħar ikun ingħata s-setgħa li jaġixxi mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, għandha tkun stabbilita mill-Kunsill fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, skond id-diżposizzjonijiet li jikkorrispondu tat-Trattati.

    2. Skond l-Artikolu 75 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni l-President tal-Kunsill għandu jippresjedi fuq il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Rappresentant tal-Kummissjoni għandu jippresjedi fuq il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni skond ir-Regoli ta' Proċeduri tiegħu.

    3. Id-deċiżjoni li jiġu ppublikati d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għandha tittieħed mill-Kunsill fuq il-bażi ta' każ b'każ.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill, għan-nom tal-Komunità Ewropea, huwa b'dan awtorizzat li jaħtar lill-persuni li jkollhom is-setgħa li jagħtu n-notifikazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 92 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

    Magħmula fil-Lussemburgu, nhar il-21 ta' April 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Walsh

    [1] Il-Komunità Ewropea ħadet ir-responsabbiltà tad-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea dwar il-Faħam u l-Azzar, wara li din imsemmija l-aħħar skadiet fit-23 ta' Lulju 2002 (ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 35).

    [2] ĠU C 304 E, tat-30.10.2001, p. 2.

    [3] ĠU C 153 E, tas-27.6.2002, p. 264.

    --------------------------------------------------

    Top