EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0801
2002/801/EC: Council Decision of 8 October 2002 amending Decision 98/509/EC on the conclusion of an Agreement on mutual recognition in relation to conformity assessment between the European Community and New Zealand
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2002 illi temenda Deċiżjoni 98/509/KE fuq il-konklużjoni ta’ Ftehim fuq għarfien xilxieni li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand (2002/801/KE)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2002 illi temenda Deċiżjoni 98/509/KE fuq il-konklużjoni ta’ Ftehim fuq għarfien xilxieni li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand (2002/801/KE)
ĠU L 278, 16.10.2002, p. 20–20
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 278 , 16/10/2002 P. 0020 - 0020
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2002 illi temenda Deċiżjoni 98/509/KE fuq il-konklużjoni ta’ Ftehim fuq għarfien xilxieni li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand (2002/801/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra T-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 133 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwl paragrafu ta’ taħtu, l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 300(3),l-ewwel paragrafu ta’ taħtu, l-ewwel sentenza, u (4) ta’ dan, Wara li kkunsidra il-proposta magħmula mill-Kummissjoni, billi: Sabiex jiġi assigurat it-tħaddim effiċjenti ta’ l-Ftehim fuq għarfien xilxieni li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand [1] (aktar il-quddiem imsejjaħ il- "Ftehim") huwa mehtieġ illi tiġi emendata Deċiżjoni 98/509/KE [2] sabiex il-Kummissjoni tiġi mogħtija s-setgħa li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-Ftehim ikun imħaddem, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu waħdieni L-Artikolu 3 ta’ Deċiżjoni 98/509/KE jiġi mwaqqa’ u minfloku jitqiegħed dan li ġej: "L-Artikolu 3 1. Il-Kummissjoni sejra tirrapreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Imħallat provdut fl-Artikolu 12 al-Ftehim, assistita mill-Kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill. Il-Kummissjoni sejra tgħaddi, wara konsultazzjoni ma’ dan il-Kumitat speċjali, għall-appuntamenti, notifikazzjonijiet, bdil reċiproku ta’ informazzjoni u talb għal informazzjoni speċifikata fil-Ftehim. 2. Il-qagħda tal-Komunità fil-Kumitat Imħallat tkun determinata mill-Kummissjoni, wara kosultazzjoni mal-Kumitat speċjali msemmi fil-paragrafu 1." Magħmul fil-Lussemburgu, fit-8 ta’ Ottubru 2002. Għall-Kunsill Il-President T. Pedersen [1] ĠU L 229, 17.08.98, p. 62. [2] ĠU L 229, 17.08.98, p. 61. --------------------------------------------------