Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0002

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat, majjal, tar-razza taż-żwiemel, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam, u li tħassar id-Deċiżjoni 1999/301/KE (notifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 4844)Test b'relevanza mal-ŻEE

ĠU L 1, 4.1.2000, p. 17–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/2(1)/oj

32000D0002



Official Journal L 001 , 04/01/2000 P. 0017 - 0019


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta' Diċembru 1999

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat, majjal, tar-razza taż-żwiemel, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam, u li tħassar id-Deċiżjoni 1999/301/KE

(notifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 4844)

(Test b'relevanza mal-ŻEE)

(2000/2/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u l-ispezzjonijiet veterinarji marbuta ma' l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat, nagħaġ, mogħoż u majjal, laħam frisk kif ukoll prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 3(1) tagħha.

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 li tikkonċerna l-miżuri biex ikunu ssorveljati ċerti sustanzi u residwi ta' dawn f'annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE kif ukoll id-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE [3], u partikolarment l-Artikolu 29 tagħha,

Billi:

(1) L-Istati Membri jistgħu jimpurtaw biss laħam frisk inkluż ir-raċanċ minn pajjizi terzi jew minn partijiet ta' pajjiżi terzi li jidhru fuq il-lista stabbilita mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni;

(2) Il-lista ta' dawn il-pajjiżi terzi jew ta' partijiet minn dawn tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/301/KE [5];

(3) Id-dħul u ż-żamma ta' pajjiżi terzi fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li hemm provvediment dwarhom fil-leġislazzjoni tal-Komunità u li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw prodotti ta' l-oriġini mill-annimali li huma koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE, huma suġġetti għas-sottomissjoni, mill-pajjiżi terzi konċernati, ta' pjan li jistabbilixxi l-garanziji li joffru dwar is-sorveljanza tal-gruppi tar-residwi u s-sustanzi li hemm referenza dwarhom fl-Anness I tad-Direttiva msemmija; dan il-pjan għandu jiġi aġġornat fuq it-talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta l-verifiki li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 29(3) tad-Direttiva msemmija hawn fuq ikunu jeħtieġu li jsir dan;

(4) Meta l-kriterji tal-paragrafu t'hawn fuq ma jkunx hemm konformità magħhom, l-inklużjoni ta' pajjiżi terzi fil-listi tal-pajjiżi terzi, stabbiliti bil-leġislazzjoni tal-Komunità, tista' tiġi sospiża b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE;

(5) L-applikazzjoni tal-pjani tas-sorveljanza tar-residwi, kif ukoll it-tkomplija biex ikun hemm evidenza dwar l-użu ta' sustanzi mhux awtorizzati jew tal-livelli tar-residwi li jeċċedu l-limiti tar-residwi massimi tal-Komunità, huma meħtieġa biex jipproteġu s-saħħa pubblika;

(6) L-Istati Uniti ta' l-Amerka ftehmu li jieħdu l-miżuri ta' l-azzjoni rimedjali biex jirratifikaw d-defiċjenzi identifikati fid-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm tagħhom tas-sorveljanza tar-residwi; dawn il-miżuri kienu ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni;

(7) Fid-dawl tal-miżuri nnotifikati mill-Istati Uniti ta' l-Amerka, il-Kummissjoni wettqet missjoni biex tivverifika l-adegwatezza u l-effettività ta' dawn il-miżuri;

(8) Il-missjoni ta' verifika li twettqet mill-Kummissjoni wriet problemi serji dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-programm tas-sorveljanza tar-residwi li hemm fis-seħħ fl-Istati Uniti ta' l-Amerka, u wriet ukoll li l-programm ma jipprovdix il-garanziji li jikkonċernaw il-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra riskji minn residwi kif meħtieġ mill-Komunità Ewropea; billi l-Istati Uniti ta' l-Amerka ftiehmu li jieħdu aktar azzjoni biex jirrimedjaw rapidament dawn id-defiċjenzi;

(9) F'ċirkostanzi bħal dawk deskritti hawn fuq, il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità u l-ftehim internazzjonali applikabbli f'dan il-każ iwasslu biex il-Komunità Ewropea tkun tista' tissospendi l-importazzjoni mill-Istati Uniti ta' l-Amerka; billi għandu jkun ipprovdut perjodu ta' żmien limitat għall-Istati Uniti ta' l-Amerka biex dawn jieħdu l-miżuri u l-azzjoni meħtieġa biex jissodisfaw b'mod oġġettiv li l-livell ta' protezzjoni sanitarja applikata fil-Komunità Ewropea jkunu mħarsa;

(10) L-Istati Uniti ta' l-Amerka għandhom għalhekk jiġu sospiżi mil-lista tal-pajjiżi terzi li minnha l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw laħam għall-konsum uman b'effett mill-15 ta' Frar 2000; billi s-sospensjoni ta' l-importazzjoni, fiċ-ċirkostanzi tal-każ preżenti, hija l-uniku tip ta' miżura li hija disponibbli b'mod raġonevoli għall-Komunità Ewropea;

(11) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti fid-dawl tal-garanziji provduti mill-Istati Uniti ta' l-Amerka dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri għas-sorveljanza tar-residwi;

(12) Fid-dawl ta' din id-Deċiżjoni huwa meħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/301/KE li temenda d-Deċiżjoni 87/257/KEE dwar il-lista ta' stabbilimenti fl-Istati Uniti ta' l-Amerka approvati għalbiex jimpurtaw laħam frisk fil-Komunità u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat, majjali, laħam frisk kif ukoll prodotti tal-laħam, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/417/KE [6];

(13) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Parti I ta' l-Anness għad-Deċiżjoni 79/542/KEE huwa emendat kif ġej:

1. il-linja

"US | Stati Uniti ta' l-Amerka | s | x | x | x | x | x | x | x | x | x | # | # | # | XR(b)" |

hija mibdula bi:

"US | Stati Uniti tal-Amerka | s | s | s | s | s | s | x | x | x | x | # | # | # | o." |

2. It-test tan-nota s huwa mibdul b'dan li ġej:

"s = sospiż(a) mill-esportazzjoni tal-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam għall-konsum uman.".

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jibdlu l-miżuri li huma jkunu applikaw fil-qasam tal-kummerċ biex iġibuhom f'linja waħda ma' l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 għandhom jiġu rriveduti fid-dawl tal-garanziji provduti mill-Istati Uniti ta' l-Amerka dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri għas-sorveljanza tar-residwi.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 1999/301/KE hija hawnhekk imħassra.

Artikolu 5

L-Artikolu 1 għandu jkun japplika mill-15 ta' Frar 2000.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-17 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10.

[4] ĠU L 146, tal-14.6.1979, p. 15.

[5] ĠU L 117, tal-5.5.1999, p. 52.

[6] ĠU L 159, tal-25.6.1999, p. 56.

--------------------------------------------------

Top