This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996R0753
Council Regulation (EC) No 753/96 of 22 April 1996 amending Regulation (EEC) No 3906/89 with a view to extending economic aid to Bosnia and Herzegovina
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 753/96 tat-22 ta' April 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 bl-għan li jestendi l-għajnuna ekonomika lill-Bosnja u l-Ħerzegovina
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 753/96 tat-22 ta' April 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 bl-għan li jestendi l-għajnuna ekonomika lill-Bosnja u l-Ħerzegovina
ĠU L 103, 26.4.1996, p. 5–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
Official Journal L 103 , 26/04/1996 P. 0005 - 0005
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 753/96 tat-22 ta' April 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 bl-għan li jestendi l-għajnuna ekonomika lill-Bosnja u l-Ħerzegovina IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [2] jipprovdi ghall-għajnuna ekonomika biex jappoġġa l-proċess tar-riforma ekonomika u soċjali f'ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant; Billi l-Anness għal dak ir-Regolament fih il-lista tal-pajjiżi li jistgħu jirċievu din l-għajnuna; Billi, wara l-ftehim tal-paċi ffirmat mill-Bosnja u l-Ħerzegovina f'Pariġi nhar l-14 ta' Diċembru 1995, dak l-Istat għandu jkun magħdud mal-lista tal-pajjiżi benefiċjarji biex b'hekk ikun jista' jirċievi l-għajnuna taħt dan l-imsemmi Regolament; Billi l-kundizzjonijiet li jippermettu lill-Bosnja u l-Ħerzegovina li jiġu inklużi fost il-pajjiżi benefiċjarji issa jistgħu jiġu kkunsidrati li ntlaħqu, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-pajjiż li ġej għandu jiġi magħdud mal-lista ta' l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89: "Il-Bosnja u l-Ħerzegovina". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-22 ta' April 1996. Għall-Kunsill Il-President S. Agnelli [1] ĠU C 96, ta' l-1.4.1996. [2] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar li ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 463/96 (ĠU L 65, tal-15.3.1996, p. 3). --------------------------------------------------