This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31972R1674
Regulation (EEC) No 1674/72 of the Council of 2 August 1972 laying down general rules for granting and financing aid for seed
Ir-Regolament (KEE) Nru 1674/72 tal-Kunsill tat-2 ta' Awissu 1972 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-iffinanzjar ta’ l-għajnuna għaż-żerriegħa
Ir-Regolament (KEE) Nru 1674/72 tal-Kunsill tat-2 ta' Awissu 1972 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-iffinanzjar ta’ l-għajnuna għaż-żerriegħa
ĠU L 177, 4.8.1972, p. 1–2
(DE, FR, IT, NL) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1972(III) P. 827 - 828
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Imħassar b' 32005R1947
Official Journal L 177 , 04/08/1972 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0232
Danish special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0788
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0232
English special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0827
Greek special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0096
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0057
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0057
Ir-Regolament (KEE) Nru 1674/72 tal-Kunsill tat-2 ta' Awissu 1972 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-iffinanzjar ta’ l-għajnuna għaż-żerriegħa IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 [1] tas-26 ta' Ottubru 1971 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (4) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 729/70 [2] tal-21 ta' April 1970 fuq l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu (2), Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jipprovdi għall-possibbiltà li tingħata għajnuna għall-produzzjoni ta' ċerti żrieragħ u billi għandhom jiġu stabbiliti regoli ġenerali għat-tħaddim ta' din id-disposizzjoni; Billi l-għajnuna tista' tingħata biss għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika jew żerriegħa attestata u billi dawn il-prodotti għandhom jiġu definiti sewwa; Billi, biex is-superviżjoni tkun possibbli, iż-żerriegħa bażi u ż-żerriegħa attestata għandhom jitkabbru skond kuntratti rreġistrati ta' tkabbir u billi l-istabbilimenti u dawk li jkattru ż-żrieragħ għandhom jkunu uffiċjalment approvati jew irreġistrati; Billi, għal raġunijiet ta' amministrazzjoni, l-għajnuna għandha f'kull Stat Membru, tingħata biss fir-rigward tal-prodotti maħsuda fit-territorju ta' dak l-Istat; Billi, biex is-sistema ta’ l-għajnuna tkun taħdem sewwa, teħtieġ sistema ta' superviżjoni li tiżgura li l-għajnuna tingħata biss rigward il-prodotti li jikkwalifikaw għaliha; Billi għajnuna bħal din tkun tinvolvi spiża; billi skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 id-disposizzjonijiet li jirregolaw l-iffinanzjar tal-politika agrarja komuni jgħoddu għal din l-għotja; billi għandu għalhekk jiġi speċifikat li l-iffinanzjar ta’ l-għajnuna msemmija jiġi rregolat mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-għajnuna stabbilita skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 għandha tingħata kif speċifikat fl-Artikoli li ġejjin rigward iż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa attestata: - kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-14 ta' Ġunju 1966 [3] dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tat-30 ta' Marzu 1971 [4]; - li tissodisfa l-livelli u l-kondizzjonijiet stabbiliti minn dawn id-Direttivi u - li huma uffiċjalment attestati. 2. Mill-1 ta' Frar 1973, bħala miżura tranżizzjonali għall-Istati Membri ġodda, l-għajnuna ser tingħata wkoll fir-rigward taż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa attestata li jkunu koperti b'Deċiżjoni tal-Kunsill fuq l-ekwivalenza. Artikolu 2 Iż-żerriegħa għandha titnissel: (a) jew taħt kuntratt tat-tkabbir milħuq bejn stabbiliment taż-żrieragħ jew min ikattar u min ikabbar iż-żrieragħ; (b) jew direttament mill-istabbiliment taż-żerriegħa jew min inissel; produzzjoni bħal din għandha tiġi attestata bi stqarrija ta' tkabbir. Artikolu 3 L-istabbilimenti taż-żerriegħa u min inissel kif imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu approvati jew irreġistrati mill-Istati Membri. L-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni minn xi Stat Membru għandha tkun tgħodd mal-Komunità kollha. Artikolu 4 Kull Stat Membru għandu jagħti għajnuna biss fir-rigward ta' żerriegħa maħsuda fuq it-territorju tiegħu matul is-sena kalendarja li fiha tibda s-sena kummerċjali li għaliha tkun ġiet iffissata l-għotja. L-għajnuna għandha tingħata lil dawk kollha li jkabbru ż-zerriegħa taħt kondizzjonijiet li jiżguraw trattament ugwali għall-benefiċjarji irrispettivament mill-post fejn ikunu stabbiliti fil-Komunità. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema ta' supervizjoni amministrattiva biex jiżguraw li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-għoti ta’ l-għajnuna jiġu mħarsa; dawn għandhom b'mod partikolari jaraw li l-kuntratti tat-tkabbir u l-istqarrijiet imsemmija fl-Artikolu 2 jiġu rreġistrati. Artikolu 6 1. L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 taqa' taħt id-definizzjoni ta' intervent li tinstab fl-Artikolu 3 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70. 2. L-ispiża li tirriżulta mill-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ugwali ma’ l-ammonti mħallsa skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru No 2358/71 u mad-dispozizzjonijiet magħmula skond dan l-Artikolu. Artikolu 7 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Lulju 1972. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Awissu 1972. Għall-Kunsill Il-President T. Westerterp [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. [2] ĠU L 94, tal-28.4.1970, p. 13. [3] ĠU L 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66 (66/403). [4] ĠU L 87, tas-17.4.1971, p. 24 (71/162). --------------------------------------------------