Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C(2022)2201

RETTIFIKA għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu (C(2022)722)

C/2022/2201 final

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAR-RETTIFIKA

L-għan ewlieni tal-abbozz ta’ Regolament Delegat emendatorju (RD) huwa li jiżgura l-interazzjoni effettiva bejn ir-Rekwiżiti ta’ Kopertura tal-Likwidità stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (ir-Regolament Delegat tal-LCR) u r-rekwiżiti introdotti mid-Direttiva 2019/2162 dwar bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti (id-Direttiva dwar il-Bonds Koperti jew “CBD”). Tali interazzjoni effettiva għandha tinkiseb qabel l-iskadenza tat-traspożizzjoni tas-CBD (8 ta’ Lulju 2022).

L-abbozz li jemenda r-RD ġie adottat fl-10 ta’ Frar 2022 u huwa soġġett għal perijodu ta’ tliet xhur ta’ skrutinju mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew. Minħabba li l-abbozz tar-RD emendatorju ġie nnotifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, iżda għadu ma ġiex ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU), huwa xieraq li tinħareġ din ir-rettifika biex jiġi kkorreġut żball identifikat matul il-perjodu ta’ skrutinju. Jekk ir-rettifika tiġi adottata matul il-perjodu ta’ skrutinju tal-abbozz li jemenda r-RD, il-korrezzjoni tista’ tiġi inkorporata direttament fl-att finali li se jiġi ppubblikat fil-ĠU.

2.KONSULTAZZJONIJIET QABEL L-ADOZZJONI TAR-RETTIFIKA

L-ebda konsultazzjoni jew valutazzjoni tal-impatt ma hija meħtieġa fir-rigward ta’ din ir-rettifika.

3.ELEMENTI ĠURIDIĊI TAR-RETTIFIKA

Din ir-rettifika tikkorreġi żball fil-premessa 5 tar-Regolament Delegat tal-LCR.

L-Artikolu 7(4), il-punt (g), tar-Regolament Delegat tal-LCR, kif emendat mill-abbozz li jemenda r-RD adottat fl-10 ta’ Frar 2022, jipprevedi li t-tipi kollha ta’ bonds maħruġa jew iggarrantiti mill-gvern ċentrali tal-Istati Membri u mill-aġenziji uffiċjali ta’ kreditu għall-esportazzjoni (ECAs) jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala assi likwidi ta’ kwalità għolja (HQLA). Madankollu, l-aħħar sentenza tal-premessa 5 tirreferi b’mod żbaljat għal bonds koperti biss. Għalhekk, il-formulazzjoni tal-premessa 5 mhijiex allinjata bis-sħiħ mal-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-LCR u tista’ titqies bħala li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar.

Din ir-rettifika għandha l-għan li tħassar il-kelma “koperti” mill-aħħar sentenza tal-premessa 5 biex tagħmilha ċara li t-tipi kollha ta’ bonds maħruġa mill-ECAs għandhom ikunu eliġibbli bħala HQLA.



RETTIFIKA

għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu

 

(C(2022)722)

 

F’paġna 6, fil-premessa 5:

minflok: “Għalhekk, bonds koperti maħruġa minn aġenziji uffiċjali ta’ kreditu għall-esportazzjoni, irrispettivament mill-istruttura organizzattiva ta’ dawk l-aġenziji, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “assi likwidi” u konsegwentement jingħataw status ta’ livell 1.”

aqra: Għalhekk, bonds maħruġa minn aġenziji uffiċjali ta’ kreditu għall-esportazzjoni, irrispettivament mill-istruttura organizzattiva ta’ dawk l-aġenziji, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “assi likwidi” u konsegwentement jingħataw status ta’ livell 1.

Top