Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C(2019)5360

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) .../... li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 li jaġġorna l-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni

C/2019/5360 final

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...

ta’ 25.7.2019

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 li jaġġorna l-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 2 jistabbilixxi lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni (“lista tal-Unjoni”), li għandha tiġi aġġornata kif xieraq, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

(2)Il-Kummissjoni kkonkludiet, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli u l-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, li l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament ġew sodisfatti għall-ispeċijiet aljeni invażivi li ġejjin: Acacia saligna (Labill.) H.L.Wendl. (Acacia cyanophylla Lindl.), Acridotheres tristis Linnaeus, 1766, Ailanthus altissima (Mill.) Swingle, Andropogon virginicus L., Arthurdendyus triangulatus (Dendy, 1894) Jones & Gerard (1999), Cardiospermum grandiflorum Sw., Cortaderia jubata (Lemoine ex Carrière) Stapf, Ehrharta calycina Sm., Gymnocoronis spilanthoides (D.Don ex Hook. & Arn.) DC., Humulus scandens (Lour.) Merr., Lepomis gibbosus Linnaeus, 1758, Lespedeza cuneata (Dum.Cours.) G.Don (Lespedeza juncea var. sericea (Thunb.) Lace & Hauech), Lygodium japonicum (Thunb.) Sw., Plotosus lineatus (Thunberg, 1787), Prosopis juliflora (Sw.) DC., Salvinia molesta D.S. Mitch. (Salvinia adnata Desv.), Triadica sebifera (L.) Small (Sapium sebiferum (L.) Roxb.).

(3)Il-Kummissjoni kkonkludiet li għal dawk l-ispeċijiet invażivi kollha, tqiesu b’mod xieraq l-elementi kollha stabbiliti fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

(4)Mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141, l-ismijiet xjentifiċi ta’ wħud mill-ispeċijiet fuq il-lista tal-Unjoni ġew riveduti. Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)Mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141, il-kodiċijiet tan-NM stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 3 ġew aġġornati. Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(6)Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25.7.2019

   Għall-Kummissjoni

   Il-President
   Jean-Claude JUNCKER

(1)    ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35
(2)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 tat-13 ta’ Lulju 2016 li jadotta lista ta' speċijiet aljeni invażivi ta' tħassib għall-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 189, 14.7.2016, p.4).
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
Top

ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 huwa emendat kif ġej:

(1)Fit-tabella tal-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi ta’ tħassib għall-Unjoni, jiddaħħlu l-ispeċijiet li ġejjin f’ordni alfabetiku:

 

Speċijiet

(i)

Kodiċijiet NM għall-eżemplari ħajjin

(ii)

Kodiċijiet NM għall-partijiet li jistgħu jirriproduċu

(iii)

Kategoriji ta’ oġġetti assoċjati

(iv)

“Acacia saligna (Labill.) H.L.Wendl. (Acacia cyanophylla Lindl.)

ex 0602 90 47

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

Acridotheres tristis Linnaeus, 1766

ex 0106 39 80

ex 0407 19 90 (bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni)

Ailanthus altissima (Mill.) Swingle

ex 0602 90 48

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

Andropogon virginicus L.

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

(13)

Arthurdendyus triangulatus (Dendy, 1894) Jones & Gerard (1999)

ex 0106 90 00

-

(5)

Cardiospermum grandiflorum Sw.

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

Cortaderia jubata (Lemoine ex Carrière) Stapf

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

Ehrharta calycina Sm.

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

(13)

Gymnocoronis spilanthoides (D.Don ex Hook. & Arn.) DC.

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

Humulus scandens (Lour.) Merr.

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

Lepomis gibbosus Linnaeus, 1758

ex 0301 99 17

ex 0511 91 90 (bajd fertili tal-ħut għat-tifqis)

(1), (2), (3), (4)

Lespedeza cuneata (Dum.Cours.) G.Don (Lespedeza juncea var. sericea (Thunb.) Lace & Hauech)

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

(13)

Lygodium japonicum (Thunb.) Sw.

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

(5)

Plotosus lineatus (Thunberg, 1787)

ex 0301 19 00; ex 0301 99 85

ex 0511 91 90 (bajd fertili tal-ħut għat-tifqis)

Prosopis juliflora (Sw.) DC.

ex 0602 90 47

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

Salvinia molesta D.S. Mitch. (Salvinia adnata Desv.)

ex 0602 90 50

-

Triadica sebifera (L.) Small (Sapium sebiferum (L.) Roxb.)

ex 0602 90 48

ex 1209 99 99 (żrieragħ)”

(2)Fit-tabella tal-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma ta’ tħassib għall-Unjoni, “Orconectes limosus Rafinesque, 1817” hija sostitwita bi “Orconectes limosus Rafinesque, 1817 (Faxonius limosus Rafinesque, 1817)”.

(3)Fit-tabella tal-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma ta’ tħassib għall-Unjoni, “Orconectes virilis Hagen, 1870” hija sostitwita bi “Orconectes virilis Hagen, 1870 (Faxonius virilis Hagen, 1870)”.

(4)Fit-tabella tal-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma ta’ tħassib għall-Unjoni, “Procambarus fallax (Hagen, 1870) f. virginalis” hija sostitwita bi “Procambarus fallax (Hagen, 1870) f. virginalis (Procambarus virginalis Lyko, 2017)”.

(5)Fit-tabella tal-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma ta’ tħassib għall-Unjoni, il-kodiċi tan-NM għall-partijiet li jistgħu jirriproduċu tal-Eichhornia crassipes (Martius) Solms “ex 1209 30 00” huwa sostitwit bil-kodiċi “ex 1209 99 99”.

(6)Fin-noti tat-tabella għall-kolonna (iv), punt (2) “0301 93 00: Carp (Cyprinus carpio, Carassius carassius, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus)" hija sostitwita bi “0301 93 00: Carp (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.)”.

(7)Fin-noti tat-tabella għall-kolonna (iv), punt (6) “1211 90 86: Pjanti oħra u partijiet tagħhom (inklużi żerriegħa u frott), tat-tip li jintużaw l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ insettiċidi, fungiċidi jew simili, friski jew imnixxfa, kemm jekk maqtugħin jew le, misħuqin jew f’forma ta’ trab” hija sostitwita bi “ex 1211 90 86: żrieragħ friski, mhux maqtugħin, misħuqin jew f’forma ta’ trab”.

(8)Fin-noti tat-tabella għall-kolonna (iv), jiżdied il-punt li ġej:
“(13) ex 1213: Hay”.

Top