This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1480
Council Implementing Regulation (EU) 2025/1480 of 18 July 2025 implementing Regulation (EU) 2023/2147 concerning restrictive measures in view of activities undermining the stability and political transition of Sudan
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1480 tat-18 ta’ Lulju 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1480 tat-18 ta’ Lulju 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
ST/7677/2025/INIT
ĠU L, 2025/1480, 18.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1480/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1480 |
18.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1480
tat-18 ta’ Lulju 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 tad-9 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2023/2147. |
|
(2) |
Fis-27 ta’ Novembru 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni, li fiha l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tennew il-kundanna qawwija tagħhom tal-ġlied kontinwu bejn il-Forzi Armati Sudaniżi (SAF) u l-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu (RSF) u l-milizzji affiljati rispettivi tagħhom. Id-dikjarazzjoni ddeplorat ukoll l-eskalazzjoni drammatika tal-vjolenza u d-dannu irreparabbli li sar għall-ħajja tan-nies fid-Darfur u fil-pajjiż kollu, kif ukoll il-ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, jenħtieġ li żewġ individwi u żewġ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2147. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/2147 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2147 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2147 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
taħt l-intestatura “A. Persuni Fiżiċi”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
|
(2) |
taħt l-intestatura “B. Entitajiet”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1480/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)