Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D2938

Deċiżjoni (UE) 2024/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/32) (riformulazzjoni)

ECB/2024/32

ĠU L, 2024/2938, 11.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2938/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2938/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2938

11.12.2024

DEĊIŻJONI (UE) 2024/2938 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Novembru 2024

dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/32)

(riformulazzjoni)

Il-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35) (1) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi. Billi jridu jsiru emendi ulterjuri, dik id-Deċiżjoni għandha tkun riformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

Skont l-Artikolu 26.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandhom jitlestew mill-Bord Eżekuttiv, skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Governattiv u jiġu approvati minn dan tal-aħħar. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-BĊE għall-fini tat-tfassil tal-kontijiet annwali tiegħu.

(3)

Ir-regoli dwar il-kompożizzjoni u l-valutazzjoni għandhom jinkludu l-possibbiltà li l-Kunsill Governattiv jistabbilixxi fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE provvediment li jkopri riskji finanzjarji.

(4)

Id-dħul huwa rikonoxxut skont u b’referenza għar-regoli stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2024/2941 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/31) (2), kif ukoll il-kontabilità għal strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.

(5)

Meta trattament ta’ kontabilità speċifiku mhux stabbilit f’din id-Deċiżjoni u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni bil-kontra mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jsegwi l-prinċipji ta’ valutazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju kif adottati mill-Unjoni Ewropea, kif rilevanti għall-attivitajiet u l-kontijiet tal-BĊE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   It-termini ddefiniti fl-Artikolu 1 tal-Linja Gwida (EU) 2024/2941 (BĊE/2024/31) għandu jkollhom l-istess tifsira meta jintużaw f’din id-Deċiżjoni.

2.   Termini tekniċi oħra użati f’din id-Deċiżjoni għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fl-Anness II tal-Linja Gwida (EU) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Ir-regoli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għall-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jkopru l-karta tal-bilanċ, entrati rreġistrati fil-kotba tal-BĊE li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti għall-kontijiet annwali tal-BĊE.

Artikolu 3

Karatterisitiċi kwalitattivi

Il-karatteristiċi kwalitattivi ddefiniti fl-Artikolu 3 tal-Linja Gwida (EU) 2024/2941 (BĊE/2024/31) għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Prinċipji bażiċi tal-kontabilità

1.   Il-prinċipji bażiċi tal-kontabilità ddefiniti fl-Artikolu 4 tal-Linja Gwida (EU) 2024/2941 (BĊE/2024/31) għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Bħala deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(3) tal-Linja Gwida (EU) 2024/2941 (BĊE/2024/31), avvenimenti li seħħew wara l-karta tal-bilanċ għandhom jiġu kkunsidrati biss sad-data li fiha l-Bord Eżekuttiv jawtorizza l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-BĊE lill-Kunsill Governattiv għall-approvazzjoni.

Artikolu 5

Metodi ekonomiċi u metodi ta’ kontabilità skont id-data tal-ħlas

Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31) għandhom japplikaw għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Rikonoxximent tal-attiv u l-passiv

Attiv/passiv finanzjarju jew ta’ tip ieħor għandu jkun rikonoxxut biss fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE skont l-Artikolu 6 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

KAPITOLU II

KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

Artikolu 7

Kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ

Il-kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ għandha tkun ibbażata fuq l-istruttura stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 8

Provvediment kontra riskji finanzjarji

Filwaqt li jikkunsidra kif jixraq in-natura tal-attivitajiet tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv jista’ jistabbilixxi provvediment għal riskji finanzjarji fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment fuq il-bażi ta’ stima mmotivata tal-iskoperturi għar-riskju tal-BĊE.

Artikolu 9

Regoli għall-valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ

1.   Ir-rati u l-prezzijiet kurrenti tas-suq għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness I.

2.   Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta’ munita barranija, titoli (minbarra titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż amortizzati), kif ukoll strumenti finanzjarji, kemm dawk li jidhru fil-karta tal-bilanċ kif ukoll dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, għandha titwettaq fi tmiem is-sena bir-rati u l-prezzijiet medji tas-suq.

3.   Ebda distinzjoni m’għandha ssir bejn id-differenzi fil-prezz u r-rivalutazzjoni tal-munita għad-deheb, iżda għandha tiġi kontabilizzata differenza fir-rivalutazzjoni tad-deheb waħda, ibbażata fuq il-prezz f’euro għal kull unità definita tal-piż tad-deheb li tirriżulta mir-rata tal-kambju euro/dollaru Amerikan fid-data tar-rivalutazzjoni trimestrali. Għall-kambju barrani, inklużi t-tranżazzjonijiet li jidhru fil-karta tal-bilanċ u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta’ munita b’munita. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, investimenti ta’ drittijiet ta’ żbank speċjali (SDRs), inklużi investimenti individwali f’kambju barrani indikat li huma l-bażi tal-baskett tal-SDR, għandhom jiġu ttrattati bħala investiment wieħed. Għal titoli, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ kodiċi b’kodiċi, jiġifieri l-istess numru/tip ISIN, filwaqt li kull għażla inkorporata ma għandhiex tiġi sseparata għal finijiet ta’ valutazzjoni. Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja jew inklużi fl-entrati “Attiv finanzjarju ieħor” jew “Varji” għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati.

4.   Titoli negozjabbli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati u għandhom jiġu vvaluti jew bil-prezz tas-suq jew bi prezz amortizzat (bla ħsara għal indeboliment), jiddependi fuq kunsiderazzjonijiet ta’ politika monetarja.

5.   Titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati u għandhom jiġu vvalutati bħala spejjeż amortizzati (so ġġetti għal indeboliment). L-istess trattament għandu jingħata lil titoli li mhumiex negozjabbli. Titoli klassifikati bħala miżmumin sal-maturità jistgħu jinbiegħu qabel il-maturità tagħhom f’kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

jekk il-kwantità mibjugħa hija meqjusa bħala mhux sinifikanti meta mqabbla mal-ammont totali tal-portafoll ta titoli miżmumin sal-maturità;

(b)

jekk it-titoli jinbiegħu matul ix-xahar ta qabel id-data tal-maturità;

(c)

f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal pereżempju d-deterjorazzjoni sinjifikanti tal-affidabbiltà kreditizzja ta’ min jagħmel il-ħruġ.

Artikolu 10

Tranżazzjonijiet bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub għandhom jiġu kontabilizzati skont l-Artikolu 10 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

Artikolu 11

Ishma azzjonarji negozjabbli

Ishma azzjonarji negozjabbli għandhom jiġu kontabilizzati skont l-Artikolu 11 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

Artikolu 12

Fondi ta’ investiment negozjabbli

Fondi ta’ investiment negozjabbli għandhom jiġu kontabilizzati skont l-Artikolu 12 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

Artikolu 13

Iħħeġġjar tar-riskju tar-rata ta’ imgħax fuq titoli b’derivati

Iħħeġġjar tar-riskju tar-rata’ ta’ imgħax għandu jiġi kontabilizzat skont l-Artikolu 13 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

Artikolu 14

Strumenti sintetiċi

Strumenti sintetiċi għandhom jiġu kontabilizzati skont l-Artikolu 14 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

KAPITOLU III

RIKONOXXIMENT TAD-DĦUL

Artikolu 15

Rikonoxximent tad-dħul

1.   L-Artikoli 16(1), (2), (3), (5) u (7) tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31) għandhom japplikaw għar-rikonoxximent tad-dħul.

2.   Investimenti f’kontijiet ta’ rivalutazzjoni speċjali li joriġinaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem “l-istatut tal-SEBĊ”) fir-rigward tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li għalihom id-deroga tkun ġiet abrogata għandhom jintużaw biex ipaċu telf mhux realizzat meta dan jeċċedi qligħ ta’ rivalutazzjoni preċedenti rreġistrat fil-kont ta’ rivalutazzjoni standard korrispondenti kif stabbilit fl-Artikolu 16(1), il-punt (c) tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31), qabel ma dan it-telf jiġi paċut skont l-Artikolu 33.2 tal-Istatut tas-SEBĊ. L-investimenti f’kontijiet speċjali ta’ rivalutazzjoni għad-deheb, għall-muniti u għat-titoli għandhom jitnaqqsu pro rata f’każ ta’ tnaqqis fl-investimenti tal-assi rilevanti.

Artikolu 16

Kost tat-tranżazzjonijiet

L-Artikolu 17 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31) għandu japplika għal din id-Deċiżjoni.

KAPITOLU IV

REGOLI TA’ KONTABILITA` GĦAL STRUMENTI LI MA JIDHRUX FIL-KARTA TAL-BILANĊ

Artikolu 17

Regoli ġenerali

L-Artikolu 18 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31) għandu japplika għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 18

Tranżazzjonijiet forward tal-kambju

Tranżazzjonijiet forward tal-kambju għandhom jiġu kontabilizzati skont l-Artikolu 19 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

Artikolu 19

Swaps tal-muniti skont ir-rata tal-kambju

Swaps tal-muniti skont ir-rata tal-kambju għandhom jiġu kontabilizzati skont l-Artikolu 20 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

Artikolu 20

Kuntratti tal-futuri

Kuntratti tal-futuri għandhom jiġu kontabilizzati skont l-Artikolu 21 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

Artikolu 21

Swaps tar-rata ta’ imgħax

1.   Swaps tar-rata ta’ imgħax għandhom jiġu kontabilizzati skont l-Artikolu 22 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

2.   Telf mhux realizzat li jiġi ttrasferit għall-kont tal-qligħ u t-telf fl-aħħar tas-sena għandu jiġi amortizzat fis-snin sussegwenti skont il-metodu tal-linja dritta. Għal swaps forward tar-rata ta’ imgħax, l-amortizzament għandu jibda mid-data tal-valur tat-tranżazzjoni.

Artikolu 22

Ftehimiet forward tar-rata

Ftehimiet forward tar-rata għandhom jiġu kontabilizzati skont l-Artikolu 23 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

Artikolu 23

Tranżazzjonijiet forward f’titoli

Tranżazzjonijiet forward f“titoli għandhom jiġu kontabilizzati skont il-Metodu A fl-Artikolu 24(1) tal-Linja Gwida 2024/2941 (BĊE/2024/31).

Artikolu 24

Opzjonijiet

Opzjonijiet għandhom jiġu kontabilizzati skont l-Artikolu 25 tal-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

KAPITOLU V

KARTA TAL-BILANĊ ANNWALI PPUBBLIKATA U RAPPORT TAL-PROFITT U T-TELF IPPUBBLIKAT

Artikolu 25

Formati

1.   Il-format tal-karta tal-bilanċ annwali ppubblikata tal-BĊE għandu jsegwi l-format fl-Anness II.

2.   Il-format tar-rapport tal-profitt u t-telf ippubblikat għandu jsegwi l-format fl-Anness III.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Żvilupp, applikazzjoni u interpretazzjoni ta’ regoli

1.   Fl-interpretazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jiġi kkunsidrat ukoll ix-xogħol preparatorju, il-prinċipji tal-kontabilità armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u l-istandards tal-kontabilità aċċettati ġeneralment.

2.   Jekk trattament ta’ kontabilità speċifiku mhux stabbilit f’din id-Deċiżjoni u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni bil-kontra mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jsegwi l-prinċipji ta’ valutazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju kif adottati mill-Unjoni Ewropea, li huma rilevanti għall-attivitajiet u l-kontijiet tal-BĊE.

3.   F’ċirkostanzi estremament rari fejn il-Kunsill Governattiv jikkonkludi li l-konformità ma’ rekwiżit ta’ din id-Deċiżjoni ma tirriżultax fi preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali, il-BĊE għandu jiddevja minn dak ir-rekwiżit u jagħti r-raġunijiet fin-noti għall-kontijiet annwali.

Artikolu 27

Revoka

1.   Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 (BĊE/2016/35) hija għaldaqstant imħassra.

2.   Ir-referenzi għad-Deċizjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2024.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Novembru 2024.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 1).

(2)  Linja Gwida (UE) 2024/2941 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali (BĊE/2024/31) (ĠU L, 2024/2941, 11.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/2941).


ANNESS I

Kompożizzjoni u regoli tal-valutazzjoni għall-karta tal-bilanċ

ATTIV

 

Entrata tal-karta tal-bilanċ (1)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-entrati tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew “under way”. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’kontijiet gold sight (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu u pretensjonijiet biex jiġi riċevut deheb li jirriżulta mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta’ titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purità fejn ikun hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

2

Pretensjonijiet kontra residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

Pretensjonijiet kontra kontropartijiet residenti mhux fiż-żona tal-euro inkluż banek ċentrali barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

 

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI)

(a)

Drittijiet ta’ żbank fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali bit-tnaqqis tal-bilanċi f’euro għad-dispożizzjoni tal-FMI. Il-kont Nru 2 tal-FMI (kont f’euro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jiġi inkluż taħt din l-entrata jew taħt l-entrata tal-passiv 6 “Passiv għar-residenti mhux fiż-żona tal-euro denominat f’euro”

(a)

Drittijiet ta’ żbank fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Drittijiet speċjali ta’ ġbid (DSP)

Investimenti f’SDRs (gross)

(b)

SDRs

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(c)

Pretensjonijiet oħra

Self taħt arranġamenti speċjali ta’ teħid ta’ self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-FMI

(c)

Pretensjonijiet oħra

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

2.2

Bilanci ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħra

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt l-entrata tal-attiv 11.3 “Attiv finanzjarju ieħor”

Kontijiet kurrenti, depożiti b’terminu fiss, self b’avviż ta’ jum, tranżazzjonijiet ta’ repo bil-maqlub

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Investimenti f’titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-entrata tal-attiv 11.3 “Attiv finanzjarju ieħor”

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, ishma azzjonarji, fondi ta’ investiment miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti mhux fiż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(ii)

Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost soġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost soġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(iv)

Ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(v)

Fondi ta’ investiment negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(c)

Self barrani (depożiti) lil residenti mhux fiż-żona tal-euro minbarra dawk taħt l-entrata tal-attiv 11.3 “Attiv finanzjarju ieħor”

(c)

Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali, maqluba bir-rata tas-suq tal-kambju

(d)

Attiv barrani ieħor

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-euro

(d)

Attiv barrani ieħor

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

3

Pretensjonijiet kontra residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

(a)

Investimenti f’titoli fiż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-entrata tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor”

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, ishma azzjonarji, fondi ta’ investiment miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti fiż-żona tal-euro

(a)

(i)

Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(ii)

Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost soġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost soġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(iv)

Ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(v)

Fondi ta’ investiment negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Pretensjonijiet oħra kontra residenti fiż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-entrata tal-attiv 11.3 “Attiv finanzjarju ieħor”

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub, self varju

(b)

Pretensjonijiet oħra

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

4

Pretensjonijiet kontra residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro

 

 

4.1

Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt l-entrata tal-attiv 11.3 “Attiv finanzjarju ieħor”

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b’rabta mal-ġestjoni ta’ titoli denominati f’euro

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali

(b)

Titoli maħruġin minn entitajiet barra ż-żona tal-euro minbarra dawk taħt l-entrata tal-attiv 11.3 “Attiv finanzjarju ieħor” jew l-entrata tal-attiv 7.1 “Titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja”

Ishma azzjonarji, fondi ta’ investiment, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti mhux fiż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(ii)

Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost soġġett għal indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost soġġett għal indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(iv)

Ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

(v)

Fondi ta’ investiment negozjabbli

Prezz tas-suq

(c)

Self lil residenti mhux fiż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-entrata tal-attiv 11.3 “Attiv finanzjarju ieħor”

(c)

Self lil residenti mhux fiż-żona tal-euro

Depożiti skont il-valur nominali

4.2

Pretensjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt il-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju II (ERM II)

Self skont il-kondizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

5

Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro

Entrati 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (2)

 

5.1

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità bi frekwenza ta’ kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa

Valur nominali jew kost repo

5.2

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità bi frekwenza ta’ kull xahar, u b’maturità itwal minn dik ta’ operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament

Valur nominali jew kost repo

5.3

Operazzjonijiet bil-maqlub ta’ rfinar

Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta’ rfinar

Valur nominali jew kost repo

5.4

Operazzjonijiet bil-maqlub strutturali

Tranżazzjonijiet ta’ retroriakkwist li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew kost repo

5.5

Faċilità ta’ self marġinali

Faċilità ta’ likwidità mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali jew kost repo

5.6

Pretensjonijiet relatati ma’ appelli għall-marġni

Kreditu addizzjonali lil istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali jew kost

6

Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b’rabta mal-amministrazzjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-entrata 7 tal-attiv “Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta’ qabel ta’ munita barranija taż-żona tal-euro u pretensjonijiet oħra. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Pretensjonijiet u operazzjonijiet oħra mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Valur nominali jew kost

7

Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro

 

 

7.1

Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja

Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta’ dejn tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mixtrijin għal finijiet ta’ rfinar

(a)

Titoli negozjabbli

Kontabilizzati skont konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja:

(i)

Prezz tas-suq. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(ii)

Kost soġġett għal indeboliment (kost meta l-indeboliment ikun kopert minn provvediment taħt l-entrata tal-passiv 13.2(a) “Provvedimenti Oħra”). Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(b)

Titoli mhux negozjabbli

Kost soġġett għal indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt l-entrata tal-attiv 7.1 “Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja”, taħt l-entrata tal-attiv 8 “Dejn tal-gvern ġenerali denominat f’euro”, u taħt l-entrata tal-attiv 11.3 “Attiv finanzjarju ieħor”: karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox. Ishma azzjonarji u fondi ta’ investiment

(a)

Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(b)

Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost soġġett għal indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(c)

Titoli mhux negozjabbli

Kost soġġett għal indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(d)

Ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

(e)

Fondi ta’ investiment negozjabbli

Prezz tas-suq

8

Dejn tal-gvern ġenerali denominat f’euro

Pretensjonijiet kontra l-gvern li joriġinaw minn qabel l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

9

Pretensjonijiet intra-Eurosistema

 

 

9.1

Pretensjonijiet relatati mat-TARGET (nett)

Pretensjonijiet relatati mat-TARGET (nett)

Valur nominali

9.2

Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-euro fl-Eurosistema

Pretensjonijiet relatati mal-ħruġ ta’ karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3)

Valur nominali

9.3

Pretensjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni netta tas-subentrati li ġejjin:

(a)

kontijiet korrispondenti tal-BĊNi,

(a)

Valur nominali

(b)

bilanċi oħra intra-Eurosistema denominati f’euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

10

Entrati fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (pretensjonijiet), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

11

Attiv ieħor

 

 

11.1

Muniti taż-żona tal-euro

Muniti Euro

Valur nominali

11.2

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Kost wara d-deprezzament

Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta’ assi fuq il-perijodu ta’ utilità tiegħu. Il-perijodu ta’ utilità huwa l-perijodu li matulu assi fissi huma mistennija li jkunu jistgħu jintużaw mill-entità. Il-perijodi ta’ utilità ta’ assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi jkunu differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b’perijodi ta’ utilità differenti. Il-perijodi ta’ utilita’ ta’ dawn il-komponenti għandhom jiġu evalwati individwalment.

Il-kost tal-assi intanġibbli jinkludi l-kost għall-akkwist tal-assi mhux tanġibbli. Spejjeż oħra diretti jew indiretti għandhom jiġu nklużi

Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT: mingħajr kapitalizzazzjoni)

11.3

Attiv finanzjarju ieħor

Interessi parteċipanti u investimenti f’sussidjarji; ishma azzjonarji u fondi ta’ investiment miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/ta’ politika

Titoli inklużi ishma azzjonarji u fondi ta’ investiment, u strumenti finanzjarji u bilanċi oħra inklużi depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti miżmumin bħala portafoll immarkat

Tranżazzjonjiet ta’ repo bil-maqlub ma’ istituzzjonijiet finanzjarji b’rabta mal-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt din l-entrata tal-attiv

Tranżazzjonijiet repo bil-maqlub denominati f’euro ma’ istituzzjonijiet finanzjarji taż-żona tal-euro għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mal-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli għajr dawk miżmumin taħt din l-entrata

(a)

Ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju jekk denominat f’muniti barranin

(b)

Fondi ta’ investiment negozjabbli

Prezz tas-suq, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju jekk denominat f’muniti barranin

(c)

Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta’ ishma azzjonarji oħra miżmumin bħala investimenti permanenti

Kost soġġett għal indeboliment

(d)

Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-assi nett

(e)

Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas- suq, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju jekk ikun denominat f’muniti barranin. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(f)

Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Kost soġġett għal indeboliment, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju jekk denominat f’muniti barranin. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(g)

Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli

Kost soġġett għal indeboliment

(h)

Bilanċi ma’ banek u self

Valur nominali, maqlub skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani jekk il-bilanċi/id-depożiti huma denominati f’muniti barranin

11.4

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards tal-kambju, swaps tal-muniti skont ir-rata tal-kambju, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta’ varjazzjoni ta’ kuljum), ftehimiet tar-rata forward, tranżazzjonijiet forward f’titoli, tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani immedjati mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u immedjata, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

11.5

Dovuti u prepagamenti

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrapportat. Prepagamenti u imgħax dovut imħallas, jiġifieri imgħax dovut mixtri b’titolu

Valur nominali, maqlub skont ir-rata tas-suq tal-kambju

11.6

Varji

(a)

Avvanzi, self u entrati minuri oħra. Self mogħti fuq bażi fiduċjarja.

(a)

Valur nominali jew kost

(b)

Investimenti relatati ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijenti

(b)

Valur tas-suq

(c)

Attiv nett tal-pensjoni

(c)

Skont l-Artikolu 26 (2)

(d)

Pretensjonijiet u titoli pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza ta’ kontropartijiet jew emittenti eliġibbli fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema

(d)

Valur nominali/rekuperabbli (qabel/wara s-saldu tat-telf)

(e)

Attiv jew pretensjonijiet (fil-konfront ta’ terzi) approprjati u/jew akkwistati fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-kollateral ippreżentat mill-kontropartijiet inadempjenti tal-Eurosistema

(e)

Kost (maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fil-ħin tal-akkwist jekk l-attiv finanzjarju huwa denominat f’muniti barranin)

PASSIV

 

Entrata tal-karta tal-bilanċ (4)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-entrati tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29

Valur nominali

2

Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro

Entrati 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f’euro kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

 

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi)

Kontijiet denominati f’euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi f’konformità mal-Istatut tas-SEBĊ, minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu eżenti mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi. Din l-entrata fiha primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi u teskludi fondi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex disponibbli liberament.

Valur nominali

2.2

Faċilità ta’ depożitu

Depożiti mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali

2.3

Depożiti b’terminu fiss

Ġbir għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta’ rfinar

Valur nominali

2.4

Operazzjonijiet bil-maqlub ta’ rfinar

Tranżazzjonijiet b’rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta’ likwidità

Valur nominali jew kost repo

2.5

Depożiti relatati ma’ appelli għall-marġni

Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ assi sottostanti fil-konfront ta’ krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali

3

Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro

Tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-entrata tal-attiv 7 “Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”. Operazzjonijiet oħra mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Fondi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma humiex disponibbli liberament, u kontijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu eżenti mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi.

Valur nominali jew kost repo

4

Ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊE

Ċertifikati ta’ dejn kif deskritt fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Karta ta’ skont, maħruġa bil-għan ta’ assorbiment tal-likwidità

Kost. Kull skont jiġi amortizzat

5

Obbligazzjonijiet fil-konfront ta’ residenti oħra fiż-żona tal-euro denominati f’euro

 

 

5.1

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti b’terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba

Valur nominali

5.2

Passiv ieħor

Kontijiet kurrenti ta’ persunal, kumpaniji u klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji mhux soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżervi minimi (ara l-entrata tal-passiv 2.1); tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-ġestjoni ta’ titoli minbarra dawk taħt l-entrata tal-attiv 11.3.3 “Attiv finanzjarju ieħor”; depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba

Valur nominali

6

Obbligazzjonijiet lejn residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro

Kontijiet kurrenti, depożiti b’terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba inklużi kontijiet miżmumin għal skopijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmumin għal skopijiet ta’ ġestjoni tar-riżerva. Tranżazzjonijiet repo għall-ġestjoni ta’ titoli denominati f’euro. Bilanċi ta’ kontijiet TARGET tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro

Valur nominali jew kost repo

7

Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

Kontijiet kurrenti. Obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’munita barranija jew deheb

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8

Obbligazzjonijiet lejn residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

 

 

8.1

Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra

Kontijiet kurrenti. Obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’munita barranija jew deheb

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8.2

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt il-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (ERM II)

Self f’konformità mal-kondizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

9

Kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ prelevament allokati mill-FMI

Entrata denominata bħala SDR li turi l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinarjament allokati lill-pajjiż/BĊN rispettiv

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

10

Obbligazzjonijiet Intra-Eurosistema

 

 

10.1

Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin

Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominat f’euro

Valur nominali

10.2

Passiv relatat mat-TARGET (nett)

Obbligazzjonijiet relatati mat-TARGET (nett)

Valur nominali

10.3

Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni netta tas-subentrati li ġejjin:

(a)

kontijiet korrispondenti tal-BĊNi,

(a)

Valur nominali

(b)

bilanċi oħra intra-Eurosistema denominati f’euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

11

Entrati fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta’ trasferimenti giro

Valur nominali

12

Passiv ieħor

 

 

12.1

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards tal-kambju, swaps tal-muniti skont ir-rata tal-kambju, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta’ varjazzjoni ta’ kuljum), ftehimiet forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f’titoli, tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani immedjati mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u immedjata, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

12.2

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Nefqa li ssir dovuta f’perijodu fil-futur imma relatata mal-perijodu ta’ rapportar. Dħul riċevut fil-perijodu rrapportat imma relatat ma’ perijodu futur

Valur nominali, kambju maqlub skont ir-rata tas-suq

12.3

Varji

(a)

Kontijiet ta’ sospiża għat-taxxa. Kreditu f’munita barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija. Tranżazzjonjiet repo ma’ istituzzjonijiet finanzjarji għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-entrata tal-attiv 11.3 “Attiv finanzjarju ieħor”. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta’ riżerva. Entrati minuri oħra. Obbligazzjonijiet fuq bażi fiduċjarja.

(a)

Valur nominali jew kost (repo)

(b)

Depożiti f’deheb tal-klijenti

(b)

Valur tas-suq

(c)

Obbligazzjonijiet tal-pensjoni netti

(c)

Skont l-Artikolu 26(2)

13

Provvedimenti

 

 

13.1

Provvedimenti li jkopru riskju

Provvedimenti li jkopru riskji li ma mmaterjalizzawx, inkluż il-kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fil-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati.

Valur nominali

13.2

Provvedimenti oħra

(a)

Provvedimenti minħabba l-indeboliment ta’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja.

(a)

Valur nominali (ibbażat fuq valutazzjoni fi tmiem is-sena mill-Kunsill Governattiv)

(b)

Għal skopijiet oħra, eż., spejjeż futuri mistennija

(b)

Kost/valur nominali

14

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

(a)

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati ma’ ċaqliq fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta’ titoli denominati f’euro, għal kull tip ta’ titoli denominati f’munita barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq relatati ma’ derivattivi tar-riskji tar-rata ta’ imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati ma’ ċaqliq fir-rata tal-kambju barrani għal kull pożizzjoni netta ta’ munita miżmumin, inklużi swaps/forwards tal-valuti skont ir-rata tal-kambju u SDRs.

Kontijiet speċjali ta’ rivalutazzjoni li joriġinaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fil-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati. Ara l-Artikolu 15(2)

(a)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq

(b)

Ir-riżultati tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit nett (assi) fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg, li hija l-pożizzjoni nett tas-subentrati li ġejjin:

(i)

Qligħ u telf attwarjali fil-valur preżenti ta-obbligu tal-benefiċċju ddefinit;

(ii)

Ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit nett (attiv)

(iii)

Kull tibdil fl-effett tal-massimu tal-attiv, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit nett (attiv)

(b)

Skont l-Artikolu 26(2)

15.

Kapital u riżervi

 

 

15.1

Kapital

Kapital imħallas

Valur nominali

15.2

Riżervi

Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ, u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati

Valur nominali

16.

Telf akkumulat riportat

 

Valur nominali

17

Profitt/ (telf) għas-sena

 

Valur nominali


(1)  Bl-eċċezzjoni tal-entrata tal-attiv 7.1, l-allokazzjoni tal-bilanċi għal dawk l-entrati tal-karta tal-bilanċ li jirreferu għar-residenza u/jew għas-settur ekonomiku hija bbażata fuq il-klassifikazzjoni għal skopijiet statistiċi.

(2)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).

(4)  L-allokazzjoni tal-bilanċi għal dawk l-entrati tal-karta tal-bilanċ li jirreferu għar-residenza u/jew għas-settur ekonomiku hija bbażata fuq il-klassifikazzjoni għal finijiet ta’ statistika.


ANNESS II

KARTA TAL-BILANĊ ANNWALI TAL-BĊE

(EUR miljun)

Assi (2)

Sena tar-rapportar

Sena preċedenti

Passiv

Sena tar-rapportar

Sena preċedenti

1.

Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb

2.

Pretensjonijiet fuq residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

2.1.

Ammonti riċevibbli mill-IMF

2.2.

Bilanci ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħra

3.

Pretensjonijiet kontra residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

4.

Pretensjonijiet fuq residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro

4.1.

Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self

4.2.

Krediti li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt ERM II

5.

Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatat ma’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja denominati f’euro

5.1.

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin

5.2.

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

5.3.

Operazzjonijiet bil-maqlub ta’ rfinar

5.4.

Operazzjonijiet bil-maqlub strutturali

5.5.

Faċilità ta’ self marġinali

5.6.

Krediti relatati ma’ appelli għall-marġni

6.

Pretensjonijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fi tal-euro denominati f’euro

7.

Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro

7.1.

Titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja

7.2.

Titoli oħra

8.

Dejn tal-gvern ġenerali denominat f’euro

9.

Pretensjonijiet Intra-Eurosistema

9.1.

Pretensjonijiet relatati mat-TARGET (nett)

9.2.

Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-euro fl-Eurosistema

9.3.

Pretensjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (nett)

10.

Entrati fil-proċess li jiġu saldi

11.

Attiv ieħor

11.1.

Muniti taż-żona tal-euro

11.2.

Attiv fiss tanġibbli u intanġibbli

11.3.

Attiv finanzjarju ieħor

11.4.

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ

11.5.

Dovuti u prepagamenti

11.6.

Varji

 

 

1.

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

2.

Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatati ma’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja denominati f’euro

2.1.

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi)

2.2.

Faċilità ta’ depożitu

2.3.

Depożiti b’terminu fiss

2.4.

Operazzjonijiet bil-maqlub ta’ rfinar

2.5.

Depożiti relatati ma’ appelli għall-marġni

3.

Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro

4.

Ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊE

5.

Obbligazzjonijiet fil-konfront ta’ residenti oħra fiż-żona tal-euro denominati f’euro

5.1.

Gvern ġenerali

5.2.

Obbligazzjonijiet oħra

6.

Obbligazzjonijiet lejn residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro

7.

Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

8.

Obbligazzjonijiet lejn residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

8.1.

Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra

8.2.

Passiv li jirriżulta mill-faċilità ta’ kreditu taħt ERM II

9.

Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament allokati mill-FMI

10.

Obbligazzjonijiet Intra-Eurosistema

10.1.

Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin

10.2.

Obbligazzjonijiet relatati mat-TARGET (nett)

10.3.

Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)

11.

Entrati fil-proċess li jiġu saldi

12.

Passiv ieħor

12.1.

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ

12.2.

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

12.3.

Varji

13.

Provvedimenti

13.1.

Provvedimenti li jkopru riskju

13.2.

Provvedimenti oħra

14.

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

15.

Kapital u riżervi

15.1.

Kapital

15.2.

Riżervi

16.

Telf akkumulat riportat

17.

Profitt/(telf) għas-sena

 

 

Attiv totali

 

 

Passiv totali

 

 


(1)  Alternattivament il-BĊE jista’ jippubblika l-ammonti eżzatti f’euro, jew ammonti rrawndjati b’mod differenti

(2)  It-tabella tal-attiv tista’ tiġi ppubblikata wkoll fuq it-tabella tal-passiv.


ANNESS III

Rapport tal-qligħ u t-telf ippubblikat tal-BĊE

(EUR miljun)

Kont tal-qligħ u t-telf għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru...

Rapportar sena

Preċedenti sena

1.

Dħul nett mill-imgħax/(spiża)

 

 

1.1.

Dħul minn imgħax

 

 

1.2.

Spejjeż ta’ imgħax

 

 

2.

Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji u tnaqqis

 

 

2.1.

Qligħ/(tel.)f realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji

 

 

2.2.

Tnaqqis fil-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji

 

 

3.

Dħul/(spiża) nett ta’ tariffi u kummissjonijiet

 

 

4.

Dħul minn ishma azzjonarji u interessi parteċipanti

 

 

5.

Dħul ieħor

 

 

6.

Spejjeż tal-persunal (2)

 

 

7.

Spejjeż amministrattivi (2)

 

 

8.

Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli

 

 

9.

Servizzi ta’ produzzjoni ta’ karti tal-flus (3)

 

 

10.

Spejjeż oħra

 

 

Profitt/(telf) qabel it-trasferiment (lejn)/mill-provvedimenti li jkopru riskju

 

 

11.

Trasferiment (lil)/minn provvedimenti (4)

 

 

Profitt/(telf) għas-sena

 

 


(1)  Alternattivament il-BĊE jista’ jippubblika l-ammonti eżzatti f’euro, jew ammonti rrawndjati b’mod differenti

(2)  Dan jinkludi provvedimenti amministrattivi.

(3)  Din l-entrata tintuża fil-każ ta’ produzzjoni esterna tal-karti tal-flus (għall-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mill-kumpaniji esterni responsabbli mill-produzzjoni f’isem il-banek ċentrali). Huwa rrakkomandat li l-ispejjeż magħmulin fir-rigward tal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-euro għandhom jitqiegħdu fil-kont tal-qligħ u t-telf kif ikun hemm il-fattura għalihom jew meta jsiru, ara wkoll il-Linja Gwida (UE) 2024/2941 (BĊE/2024/31).

(4)  Dan jinkludi biss trasferimenti (lejn)/minn proovvedimenti kontra r-riskji li ma mmaterjalizzawx, għalhekk trasferimenti (lejn)/minn provvedimenti minħabba l-indeboliment ta’ operazzjonijiet monetarji u provvedimenti oħra mhumiex inklużi f’din l-entrata.


ANNESS IV

Deċiżjoni Mħassra bil-lista tal-emendi suċċessivi tagħha

Deċiżjoni (UE) 2016/2247 (BĊE/2016/35)

ĠU L 347, 20.12.2016, p. 1

Deċiżjoni (UE) 2017/2239 (BĊE/2017/36)

ĠU L 320, 6.12.2017, p. 18.

Deċiżjoni (UE) 2019/2215 (BĊE/2019/35)

ĠU L 332, 23.12.2019, p. 168

Deċiżjoni (UE) 2021/2040 (BĊE/2021/52)

ĠU L 419, 24.11.2021, p. 1


ANNESS V

Tabella ta’ korrelazzjoni

Deċiżjoni (UE) 2016/2247 (BĊE/2016/35)

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11a

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 28


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2938/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top