EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2008:179:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 179, 08 ta' Lulju 2008


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 179

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
8 ta' Lulju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2008 tas-7 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 644/2008 tas-7 ta’ Lulju 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

3

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi

5

 

 

REGOLI INTERNI U TA' PROĊEDURA

 

*

Emendi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

12

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/555/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ 26 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fil-Kroazja u l-Iżvizzera (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3020)  ( 1 )

14

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

8.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 179/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 643/2008

tas-7 ta’ Lulju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-7 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

39,1

MK

28,3

TR

101,7

ZZ

56,4

0707 00 05

TR

83,4

ZZ

83,4

0709 90 70

TR

94,4

ZZ

94,4

0805 50 10

AR

114,4

US

55,3

ZA

100,2

ZZ

90,0

0808 10 80

AR

114,6

BR

96,2

CL

105,1

CN

69,1

NZ

116,0

US

88,2

UY

80,8

ZA

92,0

ZZ

95,3

0808 20 50

AR

95,1

CL

100,7

CN

113,9

NZ

142,3

ZA

126,5

ZZ

115,7

0809 10 00

TR

196,4

US

284,0

XS

130,8

ZZ

203,7

0809 20 95

TR

359,1

US

179,9

ZZ

269,5

0809 30

TR

197,2

ZZ

197,2

0809 40 05

IL

153,3

ZZ

153,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


8.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 179/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 644/2008

tas-7 ta’ Lulju 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 173, 3.7.2008, p. 14.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mit-8 ta’ Lulju 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

23,17

4,71

1701 11 90  (1)

23,17

9,95

1701 12 10  (1)

23,17

4,52

1701 12 90  (1)

23,17

9,52

1701 91 00  (2)

25,16

12,79

1701 99 10  (2)

25,16

8,13

1701 99 90  (2)

25,16

8,13

1702 90 95  (3)

0,25

0,40


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


DIRETTIVI

8.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 179/5


DIRETTIVA 2008/51/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Mejju 2008

li temenda d-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/477/KEE (3) stabbilixxiet miżura ta’ akkumpanjament għas-suq intern. Stabbilixxiet bilanċ bejn, minn naħa waħda, l-impenn li tiġi żgurata ċerta libertà ta’ moviment għal ċerti armi tan-nar fi ħdan il-Komunità Ewropea u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li din il-libertà tiġi rregolata permezz ta’ ċerti garanziji ta’ sigurtà, adatti għal dan it-tip ta’ prodott.

(2)

Konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/748/KE tas-16 ta’ Ottubru 2001 dwar l-iffirmar f’isem il-Komunità Ewropea tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-manifattura u t-traffikar illeċitu ta’ l-armi tan-nar, il-partijiet, il-komponenti u l-munizzjon tagħhom, anness mal-Konvenzjoni kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (4), il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, iffirmat il-Protokoll imsemmi (minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll”) fis-16 ta’ Jannar 2002.

(3)

L-adeżjoni tal-Komunità mal-Protokoll teħtieġ emendi f’ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/477/KEE. Fil-fatt, jeħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni koerenti, effikaċi u rapida ta’ l-obbligi internazzjonali li jolqtu d-Direttiva. Barra minn hekk, hu neċessarju li tittieħed l-opportunità ta’ din ir-reviżjoni sabiex tittejjeb dik id-Direttiva billi jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet, b’mod partikulari dawk li kienu identifikati fir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE.

(4)

L-evidenza mill-intelligence tal-pulizija turi żieda fl-użu ta’ armi konvertiti fil-Komunita’. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġi żgurat li tali armi konvertibbli jiddaħħlu fid-definizzjoni ta’ “arma tan-nar” għall-finijiet tad-Direttiva 91/477/KEE.

(5)

L-armi tan-nar u l-partijiet u l-munizzjon taghhom, meta jkunu importati minn pajjiżi terzi huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni Komunitarja u, għalhekk, għar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/477/KEE.

(6)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu ppreċiżati l-kunċetti tal-manifattura u t-traffikar illegali ta’ l-armi tan-nar, tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom, kif ukoll il-kunċett ta’ traċċar, għall-finijiet tad-Direttiva 91/477/KEE.

(7)

Barra minn hekk, il-Protokoll jistabbilixxi obbligu ta’ mmarkar ta’ l-armi waqt il-manifattura tagħhom, u waqt it-trasferimenti tagħhom minn ħażniet tal-gvernijiet bil-ħsieb li jitqiegħdu fl-użu ċivili permanenti, filwaqt li d-Direttiva 91/477/KEE tagħmel biss referenza indiretta għall-obbligu ta’ l-immarkar. Sabiex jiġi ffaċilitat l-ittraċċar ta’ l-armi, huwa neċessarju li jintużaw kodiċijiet alfanumeriċi u li fl-immarkar tiġi inkluża s-sena tal-manifattura ta’ l-arma (jekk ma tkunx parti min-numru tas-serje). Il-Konvenzjoni ta’ l-1 ta’ Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Marki ta’ Prova fuq Armi Żgħar għandha tintuża, kemm jista’ jkun possibbli, bħala referenza għas-sistema ta’ l-immarkar fil-Komunità kollha kemm hi.

(8)

Barra minn hekk, filwaqt li l-Protokoll jistipula li t-tul ta’ żmien għaż-żamma tar-reġistri ta’ informazzjoni dwar l-armi għandu jiżdied għal ta’ lanqas għaxar snin, huwa neċessarju, minħabba n-natura perikoluża u t-tul tal-funzjonalità ta’ l-armi, li dan il-perjodu jiġi estiż għal perjodu minimu ta’ 20 sena sabiex l-ittraċċar ta’ l-armi tan-nar ikun jista’ jsir kif suppost. Huwa neċessarju wkoll li l-Istati Membri jżommu sistema kompjuterizzata tal-fajling tad-data, jew sistema ċentralizzata jew sistema deċentralizzata li tiggarantixxi aċċess lill-awtoritajiet awtorizzati għas-sistemi tal-fajling tad-data li fihom ikun hemm l-informazzjoni neċessarja rigward kull arma tan-nar irreġistrata. L-aċċess mill-awtoritajiet tal-pulizija, mill-awtoritajiet ġudizzjarji u mill-awtoritajiet l-oħra awtorizzati għall-informazzjoni li tinsab fis-sistema kompjuterizzata tal-fajling tad-data jrid ikun suġġett għal konformità ma’ l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

(9)

Flimkien ma’ dan, jeħtieġ li jiġi ppreċiżat li l-attivitajiet tas-sensara msemmija fl-Artikolu 15 tal-Protokoll għandhom jiġu definiti għall-finijiet tad-Direttiva 91/477/KEE.

(10)

F’ċerti każi gravi, il-konformità ma’ l-Artikoli 5 u 6 tal-Protokoll tesiġi l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali u l-konfiska ta’ l-armi.

(11)

Fir-rigward tad-diżattivazzjoni ta’ l-armi tan-nar, il-punt (a) tal-Parti III ta’ l-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE jirriferi sempliċement għal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-Protokoll jistipula prinċipji ġenerali aktar espliċiti dwar id-diżattivazzjoni ta’ l-armi. L-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE għaldaqstant jeħtieġ li jiġi emendat.

(12)

Minħabba n-natura speċjali ta’ l-attività tan-negozjanti, jeħtieġ li l-Istati Membri jeżerċitaw kontroll strett fuq din l-attività, b’mod partikulari billi jivverifikaw l-integrità professjonali u l-kapaċitajiet tan-negozjanti.

(13)

L-akkwist ta’ armi tan-nar minn individwi privati permezz ta’ komunikazzjonijiet mill-bogħod, pereżempju permezz ta’ l-internet, fejn awtorizzat, għandu jkun suġġett għar-regoli stipulati f’din id-Direttiva 91/477/KEE u, bħala regola ġenerali, l-akkwist ta’ armi tan-nar minn persuni li jkunu nstabu ħatja minn sentenza finali tal-qorti ta’ ċerti reati kriminali serji għandu jkun ipprojbit.

(14)

Il-Pass Ewropew ta’ l-Armi tan-Nar fil-biċċa l-kbira jiffunzjona b’mod sodisfaċenti u għandu jitqies bħala d-dokument ewlieni meħtieġ minn kaċċaturi u tiraturi għall-pussess ta’ arma tan-nar matul vjaġġ lejn Stat Membru ieħor. L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu l-aċċettazzjoni tal-Pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar fuq kondizzjoni ta’ pagament ta’ kwalunkwe miżata jew ħlas.

(15)

Sabiex ikun iffaċilitat l-ittraċċar ta’ l-armi tan-nar u sabiex jiġu miġġielda b’mod effiċjenti t-traffikar u l-manifattura illegali ta’ l-armi tan-nar u tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom, jeħtieġ li jitjieb l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri.

(16)

L-ipproċessar ta’ informazzjoni huwa suġġett għal konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (5) u ma jippreġudikax il-livell ta’ protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali skond il-liġi Komunitarja u nazzjonali, u b’mod partikolari ma jbiddilx l-obbligi u d-drittijiet stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.

(17)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (6).

(18)

Diversi Stati Membri issimplifikaw il-mod kif jikklassifikaw l-armi tan-nar billi qalbu minn erba’ kategoriji għal dawn it-tnejn li ġejjin: armi pprojbiti u armi suġġetti għal awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu konformi ma’ din il-klassifikazzjoni ssimplifikata, għalkemm l-Istati Membri li jaqsmu l-armi tan-nar f’sett ulterjuri ta’ kategoriji jistgħu jżommu, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, is-sistemi ta’ klassifikazzjoni eżistenti tagħhom.

(19)

L-awtorizzazzjonijiet għall-akkwist u l-pussess ta’ armi tan-nar għandhom jinvolvu, kemm jista’ jkun possibbli, proċedura amministrattiva waħda.

(20)

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 91/477/KEE fost affarijiet oħra jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva l-akkwist jew il-pussess ta’ armi u munizzjon konformement mal-liġi nazzjonali minn kollezzjonisti u entitajiet interessati mill-aspetti kulturali u storiċi ta’ l-armi u li jkunu rikonoxxuti hekk mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu stabbiliti.

(21)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar leġiżlazzjoni aħjar (7), l-Istati Membri għandhom ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, kemm jista’ jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u biex jagħmluhom pubbliċi.

(22)

Għalhekk, id-Direttiva 91/477/KEE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 91/477/KEE

Id-Direttiva 91/477/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘arma tan-nar’ tfisser kwalunkwe arma bil-kanna li tista’ tinġarr, li tispara, li hija mfassla biex tispara jew li tista’ tiġi konvertita biex tispara tir, balla jew projettili permezz ta’ l-azzjoni ta’ propellant kombustibbli, sakemm ma tkunx eskluża minħabba waħda mir-raġunijiet elenkati fit-taqsima III ta’ l-Anness I. L-armi tan-nar huma kklassifikati fit-taqsima II ta’ l-Anness I.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, oġġett għandu jitqies bħala kapaċi li jiġi konvertit biex jispara tir, balla jew projettili permezz ta’ l-azzjoni ta’ propellant kombustibbli jekk:

ikollu l-apparenza ta’ arma tan-nar, u

bħala riżultat tal-kostruzzjoni tiegħu jew tal-materjal li jkun magħmul minnu jkun jista’ jiġi faċilment konvertit hekk.”;

(b)

għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“1a.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘parti’ tfisser kwalunkwe element jew element ta’ sostituzzjoni mfassal apposta għal arma tan-nar u li jkun essenzjali sabiex din taħdem, inklużi l-kanna, il-frame jew ir-receiver, is-slide jew iċ-ċilindru, il-bolt jew il-breech block, u kwalunkwe apparat imfassal jew adattat biex inaqqas il-ħoss ikkawżat mill-isparar ta’ arma tan-nar.

1b.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘komponent essenzjali’ tfisser il-mekkaniżmu għall-għeluq, iċ-chamber u l-kanna ta’ arma tan-nar, li billi huma oġġetti separati, huma inklużi fil-kategorija ta’ l-armi tan-nar li fuqhom huma jiġu jew huma maħsuba li jiġu mmuntati.

1c.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘munizzjon’ tfisser ir-round sħiħ jew il-komponenti tiegħu, inklużi l-kaxxi ta’ l-iskrataċ, il-kaps, il-porvli tal-propellant, il-balal jew il-projettili, li jintużaw f’arma tan-nar, sakemm dawk il-komponenti stess ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni fl-Istat Membru rilevanti.

1d.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘traċċar’ tfisser l-ittraċċar sistematiku ta’ l-armi tan-nar u, fejn possibbli, tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom mill-manifattur sax-xerrej bil-għan li tingħata għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri biex jiskopru, jinvestigaw u janalizzaw il-manifattura illeċita u t-traffikar illegali.

1e.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘sensar’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, minbarra negozjant, li l-kummerċ jew in-negozju tagħha jikkonsisti kollu kemm hu jew sa ċertu punt fix-xiri, bejgħ jew arranġament tat-trasferiment ta’ armi.”;

(c)

il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘negozjant’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew legali li l-kummerċ jew in-negozju tagħha jikkonsisti kollu kemm hu jew sa ċertu punt fil-manifattura, il-kummerċ, l-iskambju, il-kiri, it-tiswija jew il-konverżjoni ta’ armi tan-nar, tal-partijiet tagħhom u tal-munizzjon tagħhom.”;

(d)

wara l-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu ż-żewġ paragrafi li ġejjin:

“2a.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘manifattura illegali’ tfisser il-manifattura jew l-immuntar ta’ l-armi tan-nar, tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom:

(i)

minn kwalunkwe parti essenzjali ta’ tali armi tan-nar li jkunu ġew traffikati illegalment;

(ii)

mingħajr awtorizzazzjoni, konformement ma’ l-Artikolu 4 minn awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih iseħħu l-manifattura jew l-immuntar; jew

(iii)

mingħajr l-immarkar ta’ l-armi tan-nar mmuntati waqt il-manifattura, konformement ma’ l-Artikolu 4(1).

2b.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘traffikar illegali’ tfisser l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsenja, il-moviment jew it-trasferiment ta’ l-armi tan-nar, tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom, bi tluq mit-territorju ta’ Stat Membru jew b’passaġġ minn dan it-territorju lejn dak ta’ Stat Membru ieħor, jekk wieħed miż-żewġ Stati Membri kkonċernati ma jawtorizzax li dan isir skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew jekk l-armi tan-nar immuntati ma jkunux immarkati konformement ma’ l-Artikolu 4(1).”;

(e)

il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-‘Pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar’ għandu jinħareġ fuq talba mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil persuna li b’mod legali tikseb pussess ta’ arma tan-nar u tużaha. Għandu jkun validu għal perjodu massimu ta’ ħames snin, li jista’ jiġi estiż, u li għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness II. M’għandux ikun trasferibbli u għandu jirreġistra l-arma tan-nar jew l-armi tan-nar fil-pussess tad-detentur tal-Pass użati minnu in konnessjoni miegħu. Irid dejjem ikun fil-pussess tal-persuna li tkun qed tuża l-arma tan-nar u kwalunkwe bidla fil-pussess jew fil-karatteristiċi ta’ l-armi tan-nar, kif ukoll is-serq jew it-telf tagħhom, għandhom jiġu indikati fuq il-Pass.”;

(2)

l-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe arma tan-nar jew komponent essenzjali tagħha li titqiegħed fis-suq tkun immarkata u rreġistrata konformement ma’ din id-Direttiva, jew li tkun ġiet diżattivata.

2.   Għall-finjiet ta’ l-identifikazzjoni jew l-ittraċċar ta’ kull arma tan-nar immuntata, l-Istati Membri, waqt il-manifattura ta’ kull arma tan-nar, għandhom jew:

(a)

jesiġu li ssirilha marka unika inklużi l-isem tal-manifattur, il-pajjiż jew il-post tal-manifattura, in-numru tas-serje u s-sena tal-manifattura (jekk ma tkunx parti min-numru tas-serje). Dan għandu jkun bla ħsara għaż-żieda tat-trademark tal-manifattur. Għal dawn il-finijiet, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ l-1 ta’ Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Marki ta’ Prova fuq Armi Żgħar (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘l-Konvenzjoni ta’ Brussell dwar il-Marki ta’ Prova’); jew

(b)

iżommu fis-seħħ marka unika alternattiva u ta’ użu faċli li tuża numru jew kodiċi alfanumeriku, li tippermetti l-identifikazzjoni faċli, minn kull Stat, tal-pajjiż tal-manifattura.

Il-marka għandha tkun imwaħħla ma’ komponent essenzjali ta’ l-arma tan-nar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull pakkett elementari ta’ munizzjon sħiħ ikun immarkat sabiex jipprovdi l-isem tal-manifattur, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-lott, il-kalibru u t-tip ta’ munizzjon. Għal dawn il-finijiet l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ l-1 ta’ Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Marki ta’ Prova fuq Armi Żgħar tan-Nar.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-ħin tat-trasferiment ta’ arma tan-nar mill-ħażniet governattivi bil-ħsieb ta’ użu ċivili permanenti, din l-arma jkollha marka unika adegwata li tkun tippermetti lill-Istati li jidentifikaw faċilment il-pajjiż ta’ dan it-trasferiment.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-eżerċizzju ta’ l-attività ta’ negozjant ta’ l-armi fit-territorju tagħhom dipendenti fuq approvazzjoni, li tingħata fuq il-bażi almenu ta’ verifika ta’ l-integrità privata u professjonali u tal-kapaċitajiet tan-negozjant. Fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-verifika għandha ssir fir-rigward tal-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ sistema kompjuterizzata tal-fajling tad-data, jew sistema ċentralizzata jew sistema deċentralizzata li tiggarantixxi aċċess lill-awtoritajiet awtorizzati għas-sistemi tal-fajling tad-data li fihom kull arma tan-nar suġġetta għal din id-Direttiva tkun irreġistrata. Din is-sistema tal-fajling għandha tirreġistra u żżomm għal mhux inqas minn 20 sena t-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru u n-numru tas-serje kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornitur u tal-persuna li takkwista jew tieħu pussess ta’ l-arma tan-nar.

In-negozjanti, matul il-perjodu ta’ attività tagħhom, għandhom jintalbu jżommu reġistru li fih għandhom jiġu rreġistrati l-armi tan-nar kollha suġġetti għal din id-Direttiva u li huma jirċievu jew li ma jibqgħux, flimkien ma’ tali partikularitajiet li jippermettu li l-arma tan-nar tiġi identifikata u ttraċċata, b’mod partikulari t-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru u in-numru tas-serje tagħha u l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni li jfornu u li jakkwistawha. Meta jieqaf mill-attivitajiet tiegħu, in-negozjant għandu jagħti r-reġistru lill-awtorità nazzjonali responsabbli mis-sistema ta’ fajling stipulata fis-subparagrafu 1.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-armi tan-nar kollha jkunu jistgħu jiġu assoċjati mas-sidien attwali tagħhom. Iżda, fir-rigward ta’ l-armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija D, l-Istati Membri għandhom jattwaw, sa mit-28 ta’ Lulju 2010, miżuri xierqa ta’ ttraċċar, inklużi, sa mill-31 ta’ Diċembru 2014, miżuri li jippermettu assoċjazzjoni mas-sid attwali ta’ l-armi tan-nar li jitqiegħdu fis-suq wara it-28 ta’ Lulju 2010.”;

(3)

għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 4a

Bla ħsara għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta’ armi tan-nar minn persuni li jkunu ngħataw liċenzja jew, fir-rigward tal-kategoriji C jew D, li jkunu speċifikament awtorizzati li jakkwistaw u jkollhom pussess ta’ tali armi tan-nar jagħmlu dan konformement mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 4b

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu sistema li tirregola l-attivitajiet tas-sensara. Tali sistema għandha mnejn tinkludi miżura waħda jew aktar bħal:

(a)

rekwiżit ta’ reġistrazzjoni ta’ sensara li joperaw fit-territorju tagħhom;

(b)

rekwiżit ta’ l-għoti ta’ liċenzja jew awtorizzazzjoni ta’ l-attivita’ ta’ senserija.”;

(4)

l-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Bla ħsara għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta’ armi tan-nar biss minn persuni li għandhom raġuni tajba u li:

(a)

ikollhom mill-inqas 18-il sena, ħlief fil-każ ta’ l-akkwist, b’mod ieħor milli permezz tax-xiri, u l-pussess ta’ armi tan-nar għal kaċċa u sparar fuq bersall, bil-kondizzjoni li f’dak il-każ persuni li jkollhom inqas minn 18-il sena jkollhom il-permess tal-ġenituri, jew ikunu taħt il-gwida tal-ġenituri jew il-gwida ta’ adult li jkollu liċenzja valida ta’ l-armi tan-nar jew tal-kaċċa jew ikunu f’ċentru ta’ taħriġ liċenzjat jew approvat xort’oħra;

(b)

mhux probabbli li jkunu ta’ periklu għalihom infushom, għall-ordni pubblika jew għas-sikurezza pubblika. Il-fatt li wieħed ikun instab ħati ta’ reat intenzjonat vjolenti jitqies bħala indikattiv ta’ tali periklu.

L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw l-awtorizzazzjoni għall-pussess ta’ arma tan-nar jekk kwalunkwe kondizzjoni li fuq il-bażi tagħha tkun inħarġet ma tibqax issodisfata.

L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu lill-persuni residenti fit-territorju tagħhom milli jkollhom pussess ta’ arma akkwistata fi Stat Membru ieħor sakemm l-akkwist ta’ arma bħal din ma jkunx ipprojbit fit-territorju tagħhom stess.”;

(5)

fl-Artikolu 6, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, ħlief fir-rigward tan-negozjanti, l-akkwist ta’ armi tan-nar u l-partijiet tagħhom u ta’ munizzjon permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni ta’ konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti b’distanza (*) fejn awtorizzat, għandu jkun kkontrollat b’mod strett.

(*)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/29/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).”;"

(6)

fl-Artikolu 7, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jagħtu lil persuni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ arma tan-nar, liċenzja pluriennali għall-akkwist u l-pussess ta’ l-armi tan-nar kollha li jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni, bla ħsara għal dawn li ġejjin:

(a)

l-obbligu li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar trasferimenti;

(b)

il-verifika perjodika li dawk il-persuni għadhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet; u

(c)

il-limiti massimi għall-pussess stipulati fil-liġi nazzjonali.

5.   L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli biex jiżguraw li l-persuni li jkollhom awtorizzazzjonijiet għal armi tan-nar fil-kategorija B fis-seħħ skond il-liġi nazzjonali sa mit-28 ta’ Lulju 2008 ma jkollhomx bżonn japplikaw għal liċenzja jew permess rigward l-armi tan-nar li jkollhom fil-kategoriji C jew D minħabba d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 (**). Madankollu, kwalunkwe trasferiment sussegwenti ta’ armi tan-nar ta’ kategoriji C jew D għandu jkun fuq kondizzjoni li l-persuna li lilha tiġi ttrasferita l-arma tikseb jew ikollha liċenzja jew tkun permessa speċifikament li jkollha l-pussess ta’ dawk l-armi tan-nar konformement mal-liġi nazzjonali.

(**)  ĠU L 179, 8.7.2008, p. 5”;"

(7)

fl-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Qabel id-data ta’ trasferiment, f’perjodu li jagħti biżżejjed żmien lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li minnu jkun se jsir it-trasferiment, in-negozjant għandu jikkomunika lil dawk l-awtoritajiet il-partikularitajiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu spezzjonijiet, fejn xieraq fuq il-post, biex jivverifikaw il-korrispondenza bejn l-informazzjoni kkomunikata min-negozjant u l-karatteristiċi attwali tat-trasferiment. L-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata min-negozjant fi żmien suffiċjenti.”;

(8)

fl-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Minkejja l-paragrafu 1, il-kaċċaturi, fil-każ tal-kategoriji C u D, u t-tiraturi, fil-każ tal-kategoriji B, C u D, jistgħu mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel ikunu fil-pussess ta’ arma tan-nar waħda jew aktar waqt vjaġġ minn ġewwa żewġ Stati Membri jew aktar bil-għan li jipprattikaw l-attivitajiet tagħhom, sakemm ikunu fil-pussess ta’ Pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar li fuqu jkunu mniżżlin tali arma jew armi u sakemm ikunu jistgħu jissostanzjaw ir-raġunijiet tal-vjaġġ tagħhom, b’mod partikulari billi jippreżentaw invit jew prova oħra ta’ l-attivitajiet tagħhom tal-kaċċa jew ta’ l-isparar fuq bersall fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu l-aċċettazzjoni ta’ pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar fuq kondizzjoni ta’ pagament ta’ kwalunkwe miżata jew ħlas.”;

(9)

l-Artikolu 13(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

“3.   Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni effiċjenti ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jaqsmu ma’ xulxin informazzjoni fuq bażi regolari. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, sat-28 ta’ Lulju 2009, grupp ta’ kuntatt għall-iskambju ta’ informazzjoni sabiex ikun applikat dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet li jkollhom ir-responsabilità li jittrażmettu u jirċievu informazzjoni u li jkunu konformi ma’ l-obbligi stipulati fl-Artikolu 11(4).”;

(10)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (***), b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

(***)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).”;"

(11)

l-Artikolu 16 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”;

(12)

l-Artikolu 17 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Il-Kummissjoni għandha sat-28 ta’ Lulju 2015 tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni li tkun inħolqot minħabba l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, flimkien ma’ proposti, jekk ikun xieraq.

Il-Kummissjoni għandha sat-28 ta’ Lulju 2012 twettaq riċerka u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli ta’ tnaqqis għal żewġ kategoriji ta’ armi tan-nar (ipprojbiti jew awtorizzati) bil-għan li s-suq intern għall-prodotti kkonċernati jiffunzjona aħjar, permezz ta’ simplifikazzjoni possibbli.

Il-Kummissjoni għandha sat-28 ta’ Lulju 2010 tippreżenta rapport li jippreżenta l-konklużjonijiet ta’ studju dwar il-kwistjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ armi tan-nar li jkunu replika sabiex ikun determinat jekk l-inklużjoni ta’ tali prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hix possibbli u mixtieqa.”;

(13)

l-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti I, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

“—

kwalunkwe arma tan-nar kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva,”;

(b)

il-Parti III għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

ikunu saru definittivament mhux tajba għall-użu permezz ta’ diżattivazzjoni li tiżgura li l-partijiet kollha essenzjali ta’ l-arma tan-nar ikunu saru għal kollox mhux utilizzabbli u li ma jkunux jistgħu jiġu maqlugħa, sostitwiti jew mibdula bil-għan ta’ kwalunkwe riattivazzjoni”;

(ii)

il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu:

“L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti biex awtorità kompetenti tivverifika l-miżuri ta’ diżattivazzjoni msemmija fil-punt (a), sabiex jiġi ggarantit li l-modifiki li jkunu saru fuq l-arma tan-nar ikunu għamluha mhux tajba għall-użu b’mod irriversibbli. L-Istati Membri għandhom jipprovdu, fil-kuntest tal-verifika msemmija, għall-ħruġ ta’ ċertifikat jew ta’ dokument li jixhed li l-arma tan-nar tkun ġiet diżattivata jew li saret marka viżibbli b’mod ċar fuq l-arma tan-nar li tixhed dan. Il-Kummissjoni għandha, waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(2), toħroġ linji gwida komuni dwar l-istandards u t-teknika ta’ diżattivazzjoni sabiex tiżgura li l-armi tan-nar diżattivati jsiru inoperabbli b’mod irriversibbli.”.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom sat-28 ta’ Lulju 2010 idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 21 ta’ Mejju 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 83.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2008.

(3)  ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51. Test kif ikkoreġut bil-ĠU L 54, 5.3.1993, p. 22.

(4)  ĠU L 280, 24.10.2001, p. 5.

(5)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(7)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


REGOLI INTERNI U TA' PROĊEDURA

8.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 179/12


EMENDI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ħames subparagrafu ta’ l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-ħames subparagrafu ta’ l-Artikolu 140 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 63 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Wara li kkunsidrat il-kunsens tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Wara li kkunsidrat l-approvazzjoni tal-Kunsill mogħti fl-14 ta’ Mejju 2008;

Billi huwa meħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura sabiex, minn naħa waħda, jittieħed in kunsiderazzjoni r-rwol tal-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva u, min-naħa l-oħra, dawn jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta’ organizzazzjoni effiċjenti tal-Qorti;

Billi fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, huwa neċessarju adattament sabiex il-Qorti tkun tista’ tisma’ u tiddeċiedi l-kawżi, b’mod iktar effiċjenti, li jaqgħu fil-qasam tal-proprjetà intellettwali;

ADOTTAT L-EMENDI LI ĠEJJIN TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta’ Mejju 1991 (ĠU L 136, 30.5.1991, p. 1), emendati fil-15 ta’ Settembru 1994 (ĠU L 249, 24.9.1994, p. 17), fis-17 ta’ Frar 1995 (ĠU L 44, 28.2.1995, p. 64), fis-6 ta’ Lulju 1995 (ĠU L 172, 22.7.1995, p. 3), fit-12 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 103, 19.4.1997, p. 6, b’rettifika fil-ĠU L 351, 23.12.1997, p. 72), fis-17 ta’ Mejju 1999 (ĠU L 135, 29.5.1999, p. 92), fis-6 ta’ Diċembru 2000 (ĠU L 322, 19.12.2000, p. 4), fil-21 ta’ Mejju 2003 (ĠU L 147, 14.6.2003, p. 22), fid-19 ta’ April 2004 (ĠU L 132, 29.4.2004, p. 3), fil-21 ta’ April 2004 (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 108), fit-12 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 298, 15.11.2005, p. 1) u fit-18 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 45), huma emendati kif ġej:

(1)

ma’ l-Artikolu 24(7) għandha tiżdied sentenza ġdida:

“Bl-istess mod, għandhom jintbagħtu kopji ta’ dawk id-dokumenti lill-Parlament Ewropew sabiex ikun jista’ jikkonstata jekk tkunx qiegħda tiġi invokata, taħt l-Artikolu 241 tat-Trattat KE, l-inapplikabbiltà ta’ xi att li jkun ġie adottat konġuntement minnu u mill-Kunsill.”

(2)

Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 51(1), l-aħħar sentenza għandha tiġi ssostitwita minn dan li ġej:

“Id-deċiżjoni ta’ rinviju ta’ kawża quddiem kulleġġ kompost minn numru ikbar ta’ Mħallfin għandha tittieħed mill-Qorti tal-Prim’Istanza f’seduta Plenarja, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali.”

(3)

Fl-Artikolu 77, għandu jiġi ssostitwit, fis-subinċiż ċ) “.” bi “;” u għandu jidħol is-subinċiż d) li jgħid li ġej:

“(d)

f’każijiet oħra partikolari, meta l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja hekk teħtieġ.”

(4)

Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 100(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-kliem “minbarra tas-sentenzi u tad-digrieti tal-Qorti tal-Prim’Istanza” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “inklużi s-sentenzi u d-digrieti tal-Qorti tal-Prim’Istanza”; is-subparagrafu ġdid li ġej għandu jidħol minnufih wara l-ewwel subparagrafu: “Is-sentenzi u d-digrieti nnotifikati skond l-Artikolu 55 ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet li ma kinux parti fil-kawża għandhom jiġu trażmessi permezz ta’ faks jew permezz ta’ kull mezz tekniku ieħor ta’ komunikazzjoni”; fl-aħħar nett, fis-subparagrafu segwenti, il-kliem “n-natura jew” għandhom jitħassru.

(5)

Artikolu 135a ġdid għandu jidħol bejn l-Artikolu 135 u l-Artikolu 136:

“Artikolu 135a

Wara l-preżentata tas-sottomissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 135(1), skond il-każ, fl-Artikolu 135(2) u (3), il-Qorti tal-Prim’Istanza, fuq rapport ta’ l-Imħallef Relatur, wara li jinstemgħu l-Avukat Ġenerali u l-partijiet, tista’ tiddeċiedi li taqta’ fuq ir-rikors mingħajr fażi orali tal-proċedura, sakemm waħda mill-partijiet ma tippreżentax talba li fiha tindika r-raġunijiet li għalihom hija tixtieq li tinstema’. Din it-talba għandha tiġi ppreżentata f’terminu ta’ xahar li jiddekorri min-notifika lill-parti ta’ l-egħluq tal-proċedura bil-miktub. Dan it-terminu jista’ jiġi pprorogat mill-President.”

Artikolu 2

Dawn l-emendi tar-Regoli tal-Proċedura, awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 35(1) tar-Regoli, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara l-pubblikazzjoni tagħhom.

Magħmula fil-Lussemburgu, 12 ta’ Ġunju 2008.

E. COULON

Reġistratur

M. JAEGER

Il-President


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

8.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 179/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ 26 ta’ Ġunju 2008

li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fil-Kroazja u l-Iżvizzera

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3020)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/555/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) u (6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 2(1) u (5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE tat-28 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom tjur, bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata, laħam ta’ tjur, ta’ ratiti u ta’ tjur selvaġġi tal-kaċċa, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni jistgħu jiġu importati ġewwa u jgħaddu mill-Komunità u l-kondizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja u kif emendat bid-deċiżjonijiet 93/342/KEE, 2000/585/KE u 2003/812/KE (3), tistabbilixxi kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fil-Komunità u għat-tranżitu mill-Komunità ta’ tjur u ċerti prodotti minnhom Għaċ-ċarezza u l-konsistenza tar-regoli Komunitarji, huwa xieraq li d-definizzjonijiet ta’ tjur u bajd li jfaqqsu f’dik id-Deċiżjoni jitqiesu għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 tat-23 ta’ Marzu 2007 i jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (4) jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjonijiet ta’ ċerti għasafar fil-Komunità minn pajjiżi terzi u partijiet minnhom. Għaċ-ċarezza u l-konsistenza tar-regoli Komunitarji, huwa xieraq li d-definizzjoni ta’ għasafar f’dak ir-Regolament jitqiesu għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2006 dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien li għandhom x’jaqsmu ma’ suspett ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja fl-Iżvizzera (5) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2006 li tirrigwarda ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja fil-Kroazja (6) ġew adottati wara sejbiet pożittivi għal influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 f’għasafar selvaġġi f’dawk iż-żewġ pajjiżi terzi. Dawk id-Deċiżjonijiet stipulaw li l-Istati Membri jridu jissospendu l-importazzjonijiet minn ċerti partijiet tal-Kroazja u l-Iżvizzera ta’ tjur ħaj, ratiti, tjur tal-priża ta’ l-irżiezet jew selvaġġi u ċerti għasafar ħajjin oħra inklużi għasafar bħala annimali domestiċi u bajd għat-tfaqqis ta’ dawk l-ispeċi, kif ukoll ta’ ċerti prodotti ta’ għasafar.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità li tħassar id-Deċiżjoni 2006/135/KE (7) tistipula ċerti miżuri ta’ bijosikurezza u restrizzjoni biex dik il-marda ma titħalliex tinxtered, fosthom permezz tat-twaqqif ta’ żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew konfermata tal-marda fit-tjur.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Awwissu 2006 dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien b’rabta ma’ l-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna tas-sottotip H5N1 fi tjur selvaġġ fil-Komunità li tħassar id-Deċiżjoni 2006/115/KE (8) tistipula ċerti miżuri ta’ protezzjoni biex dik il-marda ma titħalliex tinxtered minn għasafar selvaġġi għal tjur inklużi, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, it-twaqqif ta’ żoni ta’ kontroll u monitoraġġ filwaqt li jitqiesu l-fatturi epidemjoloġiċi, ġeografiċi u ekoloġiċi wara sejba pożittiva ssuspettata jew ikkonfermata għal dik il-marda fl-għasafar selvaġġi.

(6)

Il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz qed japplikaw miżuri ta’ ħarsien li huma ekwivalenti għal dawk applikati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, kif stipulat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE, meta tkun issuspettata jew ikkonfermata influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 f’għasafar selvaġġi u li se tinnotifika mill-ewwel lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidliet futuri fl-istat tas-saħħa ta’ l-annimali tagħha, inkluż b’mod speċifiku kwalunkwe sejbiet pożittivi ta’ dik il-marda f’għasafar selvaġġi.

(7)

L-Iżvizzera nnotifikat lill-Kummissjoni li l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz qed japplikaw miżuri ta’ ħarsien li huma ekwivalenti għal dawk applikati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, kif stipulat mid-Deċiżjonijiet 2006/415/KE u 2006/563/KE, meta tkun issuspettata jew ikkonfermata influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fi tjur jew għasafar selvaġġi u li se tinnotifika mill-ewwel lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidliet futuri fl-istat tas-saħħa ta’ l-annimali tagħha, inkluż b’mod speċifiku kwalunkwe tifqigħat jew sejbiet pożittivi ta’ dik il-marda fi tjur jew għasafar selvaġġi. Għandu jitqies ukoll il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kummerċ tal-prodotti agrikoli (9).

(8)

Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri u tgħaddilhom kwalunkwe tagħrif bħal dan li jkun waslilha mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja u l-Iżvizzera.

(9)

Id-Deċiżjonijiet 2006/265/KE u 2006/533/KE skadew fit-30 ta’ Ġunju 2007.

(10)

Fid-dawl tal-qagħda epidemjoloġika ta’ bħalissa fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fil-Komunità u f’pajjiżi terzi, u fid-dawl tal-garanziji li tat il-Kroazja, huwa xieraq li f’każ ta’ sejba pożittiva ta’ dik il-marda f’għasfur selvaġġ fit-territorju tal-Kroazja, il-miżuri ta’ protezzjoni tal-Komunità li jikkonċernaw dak il-pajjiż jiġu applikati biss f’dawk il-partijiet tal-Kroazja fejn l-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż tapplika miżuri ta’ protezzjoni ekwivalenti kif stipulat fid-Deċiżjoni 2006/563/KE.

(11)

Fid-dawl tal-garanziji li tat l-Iżvizzera, huwa xieraq li f’każ ta’ sejba pożittiva ta’ influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 f’għasfur selvaġġ jew tifqigħa ta’ dik il-marda fi tjur fit-territorju ta’ l-Iżvizzera, il-miżuri ta’ protezzjoni li jikkonċernaw dak il-pajjiż jiġu applikati biss f’ dawk il-partijiet ta’ l-Iżvizzera fejn l-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż tapplika miżuri ta’ protezzjoni ekwivalenti kif stipulat fid-Deċiżjonijiet 2006/415/KE u 2006/563/KE.

(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi li tħassar id-Deċiżjoni 2005/432/KE (10), tistipula lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, bżieżaq ta’ l-awrina u msaren ittrattati, u tistabbilixxi reġimi ta’ trattament li huma meqjusa effettivi fid-diżattivazzjoni tal-patoġeni rispettivi. Bħala prevenzjoni tar-riskju tat-teħid tal-mard permezz ta’ prodotti bħal dawn, jeħtieġ li jiġu applikati trattamenti adegwati skond l-istat ta’ saħħa tal-pajjiż ta’ l-oriġini u l-ispeċi li minnha jinkisbu l-prodotti. Għalhekk huwa xieraq li għandha tingħata deroga mid-dispożizzjoni li tissospendi l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam ta’ tjur tal-priża selvaġġ li joriġinaw mill-Kroazja u l-Iżvizzera, sakemm il-prodotti jkunu ġew ittrattati f’temperatura ta’ mill-inqas 70 °C għall-prodotti kollha.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjonijiet jew l-introduzzjoni fil-Komunità minn dik il-parti tat-territorju tal-Kroazja msemmija fil-paragrafu 2(a) u minn dik il-parti tat-territorju ta’ l-Iżvizzera msemmija fil-paragrafu 2(b) tal-prodotti li ġejjin:

(a)

tjur kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni 2006/696/KE;

(b)

bajd għat-tfaqqis kif definiti fl-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni 2006/696/KE;

(ċ)

għasafar kif definiti fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 u l-bajd għat-tfaqqis tagħhom;

(d)

laħam, kapuljat, tħejjijiet tal-laħam, laħam separat mekkanikament ta’ tjur selvaġġ tal-priża;

(e)

prodotti tal-laħam magħmulin minn, jew li fihom laħam tat-tjur tal-priża selvaġġ;

(f)

ikel nej għall-annimali domestiċi u materjal mhux ipproċessat għall-għalf li fih kwalunkwe partijiet minn tjur tal-priża selvaġġ;

(g)

trofej tal-kaċċa mhux ittrattati minn kwalunkwe għasafar.

2.   Is-sospensjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tapplika għall-importazzjonijiet jew l-introduzzjoni fil-Komunità minn:

(a)

fir-rigward tal-Kroazja, iż-żoni kollha tat-territorju tal-Kroazja li għalihom l-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja japplikaw formalment miżuri ta’ protezzjoni li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Deċiżjoni 2006/563/KE;

(b)

fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, iż-żoni kollha tat-territorju ta’ l-Iżvizzera li għalihom l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżvizzera japplikaw formalment miżuri ta’ protezzjoni li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Deċiżjonijiet 2006/415/KE u 2006/563/KE.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1(e), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti tal-laħam li huma magħmula minn, jew li fihom laħam tat-tjur selvaġġ tal-priża bil-kundizzjoni li l-laħam ta’ dawn l-ispeċi jkun għadda minn ta’ l-inqas wieħed mit-trattamenti speċifiċi msemmija fil-punti B, C jew D fil-Parti 4 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri mill-ewwel. Dawn għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 24, 31.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(3)  ĠU L 295, 25.10.2006, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1237/2007 (ĠU L 280, 24.10.2007, p. 5).

(4)  OJ L 84, 24.3.2007, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 311/2008 (ĠU L 93, 4.4.2008, p. 3).

(5)  ĠU L 95, 4.4.2006, p. 9. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/892/KE (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 99).

(6)  ĠU L 212, 2.8.2006, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/892/KE.

(7)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/70/KE (ĠU L 18, 23.1.2008, p. 5).

(8)  ĠU L 222, 15.8.2006, p. 11. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/119/KE (ĠU L 51, 20.2.2007, p. 22).

(9)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(10)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.


Top