EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2012_286_R_0141_01

2012/562/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2012 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2012 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010

ĠU L 286, 17.10.2012, p. 141–146 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/141


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2012

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010

(2012/562/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 — C7—0051/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea (3) u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0125/2012),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2010;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn isfel;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 366, 15.12.2011, p. 117.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2012

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 — C7–0051/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (3) u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0125/2012),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri affermat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea (“iċ-Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2011, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2009 (5), u billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, il-Parlament inter alia talab liċ-Ċentru:

jiżviluppa aktar il-valutazzjoni tar-rendiment tiegħu billi jtejjeb ir-rabtiet bejn l-azzjonijiet strateġiċi u l-azzjonijiet previsti fil-Programm ta’ Ħidma Annwali tiegħu u billi jeżamina mill-ġdid l-indikaturi għall-monitoraġġ tar-rendiment tiegħu sabiex ikun konformi mal-kriterji SMART,

jieħu miżuri aktar effikaċi biex jirrimedja għaż-żieda kostanti fil-bilanċ favorevoli; fl-2009 l-bilanċ favorevoli kien jammonta għal EUR 24 000 000, filwaqt li fl-2008 kien EUR 26 700 000, fl-2006 kien EUR 16 900 000, fl-2005 kien EUR 10 500 000 u fl-2004 kien EUR 3 500 000,

jinforma l-awtorità ta’ kwittanza bil-passi li tressqu biex is-sistema ta’ kontabbiltà ABAC titħaddem b’mod effettiv,

C.

billi l-baġit definittiv taċ-Ċentru għall-2010 kien ta’ EUR 55 928 077 meta mqabbel ma’ EUR 62 630 000 fl-2009, li jfisser tnaqqis ta’ 11,98 %,

D.

billi l-volum ta’ traduzzjonijiet fl-2010 kien l-ogħla minn meta twaqqaf iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni, li jfisser żieda ta’ 20,1 % tan-numru ta’ paġni tradotti meta mqabbel mal-2009,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota, mir-Rapport ta’ Attività Annwali taċ-Ċentru u mir-Rendikont Finanzjarju Annwali għall-2010, li l-baġit oriġinali għall-2010, ta’ EUR 48 100 000, kien suġġett ta’ żewġ baġits ta’ emenda; jagħraf, b’mod partikolari, li l-aħħar żewġ baġits ta’ emenda kellhom żewġ skopijiet:

li jinkludu l-bilanċ favorevoli baġitarju mis-snin preċedenti, ta’ EUR 24 000 000, sabiex jitħallsu l-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-iskema ta’ pensjonijiet lill-Kummissjoni għas-snin 1998-2009, fosthom somma totali ta’ EUR 18 400 000 u biex jingħata rimborż lill-akbar aġenzija klijent taċ-Ċentru, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern, b’bilanċ ekonomiku għall-2009 ta’ EUR 6 121 255;

biex jerġa jiġi bbilanċjat il-baġit bis-somma ta’ EUR 8 000 000, wara ż-żieda sinifikanti fit-tbassir tal-klijenti;

2.

Jagħraf, mir-Rapport Annwali ta’ Attività taċ-Ċentru li, minħabba numru akbar ta’ paġni tradotti fl-2010, id-dħul taċ-Ċentru żdied għal EUR 51 200 000 fl-2010, żieda ta’ 13,71 % meta mqabbla mal-2009; jinnota wkoll minn dan ir-rapport li r-rata ta’ implimentazzjoni taċ-Ċentru għan-nefqa telgħet għal EUR 43 040 000, i.e. 86,79 % tal-approprjazzjonijiet, li tfisser żieda ta’ 18,27 % meta mqabbla mal-2009;

3.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2965/94 dwar it-twaqqif tiegħu, id-dħul u l-infiq taċ-Ċentru li jidhru fil-baġit tiegħu għandhom ikunu bilanċjati; jinnota li għas-sena finanzjarja 2010 il-bilanċ favorevoli akkumulat taċ-Ċentru għall-2009 ammonta għal EUR 24 000 000; jieħu nota, madankollu, li prinċipalment permezz ta’ trasferimenti ta’ fondi għall-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni u r-rimborż lill-klijenti tiegħu, iċ-Ċentru rnexxielu jnaqqas dan il-bilanċ favorevoli għal EUR 9 200 000; jirrikonoxxi, barra minn hekk, miċ-Ċentru, li l-Bord ta’ Tmexxija fl-2011 ddeċieda li juża dawn id-EUR 9 200 000 biex joħloq riserva għal investiment eċċezzjonali (EUR 4 300 000) u riserva għall-istabilizzazzjoni tal-prezzijiet (EUR 4 900 000);

4.

Jilqa’ r-riżoluzzjoni għat-tilwim li ilu għaddej bejn iċ-Ċentru u l-Kummissjoni dwar il-kwistjoni tal-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni;

5.

Jilqa’ d-deċiżjoni fuq imsemmija tal-Bord ta’ Tmexxija, adottata fl-2011, biex joħloq riserva ta’ EUR 4 300 000 għal investimenti fil-programm CDT elettroniku li għandu jibda jiffunzjona matul is-snin 2012-2013 u riserva ta’ EUR 4 900 000 għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, sabiex ikun hemm kumpens għat-tnaqqis potenzjali tad-dħul tiegħu minħabba tnaqqis antiċipat ta’ talbiet għal traduzzjoni mill-klijenti tiegħu;

6.

Jilqa’ l-fatt li, wara t-talba tal-awtorità tal-kwittanza, il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2010 saru disponibbli pubblikament fuq il-websajt taċ-Ċentru;

Il-proċeduri tal-akkwist

7.

Jistieden liċ-Ċentru jassigura konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju tiegħu billi jistabbilixxi deċiżjonijiet ta’ finanzjament għan-nefqa operattiva; jitlob liċ-Ċentru biex b’mod partikolari jistabbilixxi kontrolli aktar b’saħħithom fil-proċess ta’ ppjanar tal-akkwist;

8.

Jirrikonoxxi mir-Rapport Annwali tal-Attività taċ-Ċentru li ċ-Ċentru nieda żewġ proċeduri ġodda għall-għoti ta’ servizzi ta’ traduzzjoni/reviżjoni fil-qasam tal-ferrovija u dak marittimu;

9.

Jinnota wkoll li kienu ffirmati total ta’ 47 kuntratt qafas;

Ir-Riżorsi Umani

10.

Jirrikonoxxi li, minħabba li tmien membri tal-persunal li kellhom punti ogħla ma kienux promossi filwaqt li xi membri oħra fl-istess grad kienu promossi, l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal ma kienx rispettat, minħabba li attwalment ġew inkorporati elementi diskrezzjonali addizzjonali fid-deċiżjoni finali biex ingħatat il-promozzjoni; jinnota li, skont id-dikjarazzjoni taċ-Ċentru, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) irrikonoxxi li d-deċiżjonijiet dwar il-karriera u l-promozzjoni tal-uffiċjali u tal-persunal temporanju adottati mill-Bord tat-Tmexxija fis-7 ta’ Frar 2008 kienu suġġetti għal interpretazzjoni u li wara l-valutazzjoni finali tal-IAS dwar l-“Implimentazzjoni tal-promozzjoni tal-persunal” maħruġa mill-IAS f’Settembru 2010, iċ-Ċentru adatta l-interpretazzjoni tiegħu ma’ dik tal-IAS filwaqt li l-kriterji addizzjonali li ntużaw preċedentement għall-promozzjoni ġew abbandunati;

11.

Jirrikonoxxi, barra minn hekk, l-osservazzjonijiet tar-Rapport Annwali tal-Attività li juru li ċ-Ċentru mexxa 22 proċedura ta’ selezzjoni għal persunal temporanju u kuntrattwali, kif ukoll żewġ kompetizzjonijiet biex jistabbilixxi l-gradi fl-2010;

12.

Jinnota li ċ-Ċentru implimenta servizz ta’ orjentazzjoni professjonali sabiex jidentifika possibilitajiet għall-persunal u jippermetti orjentazzjoni ta’ mobilità jew ta’ karriera;

Ir-rendiment

13.

Jilqa’ ż-żieda ta’ servizzi taċ-Ċentru, f’termini ta’ volum ta’ traduzzjoni, għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni meta mqabbel mal-2009, u fosthom iż-żieda ta’ 20,1 % tan-numru ta’ dokumenti tradotti, filwaqt li l-baġit tnaqqas bi 11,98 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;

14.

Jinnota mir-Rapport Annwali tal-Attività taċ-Ċentru li fl-2010 kien hemm sitt klijenti ġodda li magħhom ġie ffirmat ftehim, i.e. l-Impriżi Konġunti Artemis, ENIAC, IMI u FCH, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil u l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u ġew stabbiliti l-ewwel kuntatti mal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol;

15.

Jirrikonoxxi mir-Rapport Annwali tal-Attività taċ-Ċentru li matul is-sena finanzjarja 2010 madwar 55 % tal-volum totali tal-paġni tradotti kien esternalizzat; jinnota barra minn hekk mir-rapport li ċ-Ċentru ħadem biex jikkonsolida t-tmexxija tal-ammont ta’ xogħol ta’ traduzzjoni tiegħu fl-2010 billi għaqqad flimkien is-sezzjonijiet tal-Ġestjoni tad-Domanda u l-Ġestjoni tal-Freelance; jirrikonoxxi, b’mod partikolari, li tlesta studju estern dwar il-validazzjoni tal-proporzjon bejn ix-xogħlijiet li saru internament u dawk li ġew esternalizzati u li l-mudell ta’ kalkolu użat miċ-Ċentru ġie validat;

16.

Jilqa’ l-isforzi taċ-Ċentru li jtejjeb il-kwalità tat-traduzzjoni; jenfasizza l-fatt li 17-il proġett tat-terminoloġija ġew finalizzati sal-aħħar tal-2010, li tejbu l-bażi tad-data tat-terminoloġija; jappoġġa ċ-Ċentru fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ta’ taħriġ għat-tradutturi tiegħu, ħaġa li tgħin biex titjieb il-produttività tagħhom;

17.

Jistieden liċ-Ċentru biex janalizza l-fluss tad-data attwali u tal-għodda użati biex jiġi ppjanat il-baġit u jiġu stabbiliti l-kontrolli; jinnota, f’dan ir-rigward, li l-ippjanar tal-baġit taċ-Ċentru hu bbażat fuq għodda excel u manwali jew kontrolli bbażati fuq sistemi ta’ data li jistgħu jwasslu għal żbalji ta’ kalkolazzjoni u ppjanar tan-nefqa żbaljat, u finalment anke għal impatt negattiv fuq il-prezzijiet taċ-Ċentru;

18.

Jinkoraġġixxi liċ-Ċentru biex japplika rekwiżiti minimi għall-previżjoni tal-informazzjoni u jtejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju dwar it-tbassir ma’ klijenti magħżula, sabiex jiġu evitati stimi għolja tan-nefqa u tal-prezz;

L-awditjar intern

19.

Jinnota li 12-il rakkomandazzjoni “importanti ferm” mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) kienu għadhom miftuħa sal-31 ta’ Diċembru 2010; jinsab imħasseb li l-implimentazzjoni ta’ 7 minn dawn ir-rakkomandazzjonjiet inżammet lura; jirrikonoxxi, b’mod partikolari, li dan id-dewmien jikkonċerna l-kwestjonijiet importanti li ġejjin:

il-kwalità tat-tbassir tal-klijent;

l-iżvelar tal-eżerċizzju tal-2008;

il-valutazzjoni tas-Sistema Interna ta’ Kontroll;

jistieden għalhekk liċ-Ċentru biex jispjega dan id-dewmien lill-awtorità tal-kwittanza u biex jirrimedja s-sitwazzjoni;

20.

Jinnota li minn 12-il rakkomandazzjoni “importanti ferm” mill-IAS, iċ-Ċentru rrifjuta r-rakkomandazzjoni dwar ir-rappurtar finanzjarju; jitlob liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni;

21.

Josserva li l-IAS wettqet awditjar tal-“Ibbaġittjar tal-infiq”, iffinalizzat awditjar ta’ segwitu dwar “il-ġestjoni tar-Riżorsi Umani” u l-“implimentazzjoni tal-istandards tal-kontrolli interni”, kif ukoll wettqet valutazzjoni tar-riskju tal-IT;

22.

Jinnota li mir-Rapport Annwali tal-Attività taċ-Ċentru li r-rapport ta’ segwitu tal-awditjar finali wera li saru 41 rakkomandazzjoni, 29 minnhom għadhom ma twettqux, 10 ġew implimentati u 2 parzjalment aċċettati jew rifjutati;

23.

Jirrikonoxxi li l-Kapaċità ta’ Verifika Interna wettqet attivitajiet ta’ konsultazzjoni formali dwar l-oqsma li ġejjin:

parir dwar l-aħjar użu tal-istruttura organizzattiva u t-tnaqqis tal-ispejjeż relatati;

koordinazzjoni tal-eżerċizzju tal-valutazzjoni tal-impatt tal-IT;

faċilitazzjoni u parir dwar l-eżerċizzju tal-ġestjoni annwali tar-riskju taċ- Ċentru;

appoġġ u gwida dwar l-attività tal-Awditjar ta’ Kwalità;

24.

Jiġbed l-attenzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu mir-rapporti dwar il-kwittanza preċedenti, kif stabbilit fl-Anness għal din ir-riżoluzzjoni;

25.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw din id-Deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 (*) dwar ir-rendiment, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 366, 15.12.2011, p. 117.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)  ĠU L 250, 27.9.2011, p. 125.

(*)  Testi adottati, P7_TA(2012)0164 (ara l-paġna 388 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW TA’ DAWN L-AĦĦAR SNIN

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea

2006

2007

2008

2009

Ir-rendiment

n.a.

Objettivi u indikaturi tar-rendiment ħafna drabi ma jistgħux jitkejlu

Jinnota li fl-2007 ħallas lura EUR 9 300 000 lill-klijent

Titjib fl-IT (FLOSYSWEB)

Jinnota li fl-2008 ħallas lura EUR 11 450 000 lill-klijent

Jistieden liċ-Ċentru biex jiżviluppa aktar il-valutazzjoni tar-rendiment tiegħu billi jtejjeb r-rabtiet bejn l-azzjonijiet strateġiċi u l-azzjonijiet previsti fil-Programm ta’ Ħidma tiegħu u billi jeżamina mill-ġdid l-indikaturi għall-monitoraġġ tar-rendiment tiegħu sabiex ikun konformi mal-kriterji SMART,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

n.a.

Il-Program għandu jkun ibbażat fuq rabta ċara u konsistenti bejn l-objettivi stabbiliti u l-implimentazzjoni tar-riżorsi baġitarji meħtieġa biex dawn jintlaħaqu

Jistieden liċ-Ċentru biex jieħu miżuri aktar effettivi ħalli jirrimedja ż-żieda kostanti fil-bilanċ favorevoli tiegħu → 2008: EUR 26 700 000 ; 2006: EUR 10 500 000

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-għan tal-flus kontanti taċ-Ċentru: EUR 48 405 006

Jistieden liċ-Ċentru biex fil-ġejjieni joffri lill-klijenti tiegħu servizzi li jkopru l-ispejjeż

Jistieden liċ-Ċentru biex japplika sistematikament l-Artikolu 8.2 tar-Regolament Finanzjarju li jgħid li “approprjazzjonijiet għall-impenn għandhom ikopru l-ispiża totali tal-impenji legali li ttieħdu fis-sena finanzjarja attwali”

Jistieden liċ-Ċentru jieħu miżuri aktar effettivi biex jirrimedja ż-żieda kostanti tal-bilanċ favorevoli, dan il-bilanċ hu marbut prinċipalment ma nuqqas ta’ preċiżjoni fit-tbassir għal talbiet ta’ traduzzjoni li jirċievi mill-klijenti tiegħu

Riżorsi Umani

Nuqqasijiet fil-proċeduri tar-reklutaġġ: l-ebda evidenza tar-regoli applikati għall-evalwazzjoni tal-fajl tal-kandidati

Il-konflitt bejn iċ-Ċentru u l-Kummissjoni dwar is-sehem tal-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-persunal għadha ma ssolvietx

n.a.

Iċ-Ċentru għandu jippjana l-proċeduri ta’ reklutaġġ b’mod aktar realistiku u effettiv sabiex jirrispetta l-limiti ta’ żmien u jilħaq il-ħtigijiet li ġejjin minn żieda fil-persunal taċ-Ċentru (f’termini kwantitattivi u kwalitattivi)

Il-konflitt bejn iċ-Ċentru u l-Kummissjoni dwar is-sehem tal-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-persunal għadha ma ssolvietx

Jistieden liċ-Ċentru jinkludi informazzjoni dwar funzjonijiet sensittivi fid-deskrizzjonijiet tal-impjieg u jiżgura li l-kontrolli ta’ prevenzjoni implimentati jkunu identifikati

Jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jaġġorna r-regoli ta’ implimentazzjoni għat-taħriġ u jiddefinixxi skeda ġdida għalihom

Il-Verifika Interna

n.a.

n.a.

n.a.

Jistieden liċ-Ċentru joħroġ proċedura komprensiva bil-miktub li tiddefinixxi r-rwoli, kalendarju u proċess tax-xogħol biex jiġu stabbiliti, validati u prenotati ordnijiet ta’ rkupru għal tranżazzjonijiet li saru għall-klijenti


Top