This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2011_052_R_0033_01
2011/117/EU: Council Decision of 18 January 2011 on the conclusion of the Agreement between the European Union and Georgia on the facilitation of the issuance of visas#Agreement between the European Union and Georgia on the facilitation of the issuance of visas
2011/117/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Jannar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi
2011/117/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Jannar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi
ĠU L 52, 25.2.2011, p. 33–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Jannar 2011
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi
(2011/117/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/706/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie ffirmat, f'isem l-Unjoni Ewropea, fis-17 ta' Ġunju 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
(2) |
Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Jinħtieġ li jsir provvediment għal proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni f’dan il-każ. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-adozzjoni tagħha. |
(6) |
Għalhekk, il-Ftehim għandu jkun konkluż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat,
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna awtorizzata biex tipproċedi, f’isem l-Unjoni, bin-notifika prevista fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (4).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 12 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu kif meħtieġa mill-Artikolu 12(4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MATOLCSY Gy.
(1) ĠU L 308, 24.11.2010, p. 1.
(2) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43 (MT: Edizzjoni Speċjali, Kap 19, Vol 1, p. 178).
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,
u
IL-ĠEORĠJA,
minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,
FILWAQT LI JIXTIEQU jiffaċilitaw il-kuntatti bejn in-nies bħala kondizzjoni importanti għal żvilupp sod ta’ rabtiet ekonomiċi, umanitarji, kulturali, xjentifiċi u oħrajn, permezz tal-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi għaċ-ċittadini tal-Ġeorġja;
FILWAQT LI JIRRIJAFFERMAW l-intenzjoni li jistabbilixxu sistema ta’ vjaġġar mingħajr viżi għaċ-ċittadini tagħhom bħala għan fit-tul, bil-kondizzjoni li jitwettqu l-kondizzjonijiet kollha għal mobbiltà ġestita tajjeb, u li tkun mingħajr perikli;
FILWAQT LI JQISU li, mill-1 ta’ Ġunju 2006, iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni huma eżenti mir-rekwiżit tal-viża meta jivvjaġġaw lejn il-Ġeorġja għal perijodu ta’ żmien li ma jaqbiżx id-90 jum jew meta jkunu fi transitu mit-territorju tal-Ġeorġja;
FILWAQT LI JAGĦRFU li jekk il-Ġeorġja ddaħħal mill-ġdid ir-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni jew għal xi kategoriji minnhom, l-istess faċilitazzjonijiet mogħtija taħt dan il-Ftehim liċ-ċittadini tal-Ġeorġja jkunu awtomatikament, fuq bażi ta’ reċiproċità, japplikaw għaċ-ċittadini konċernati tal-Unjoni;
FILWAQT LI JQISU li dawn ir-rekwiżiti tal-viża jistgħu jerġgħu jiddaħħlu biss għaċ-ċittadini kollha tal-UE jew għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini tal-Unjoni;
FILWAQT LI JAGĦRFU li l-faċilitazzjoni tal-viża m’għandhiex twassal għal migrazzjoni illegali u filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lis-sigurtà u r-rijammissjoni;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat ta’ Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u filwaqt li jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u filwaqt li jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għan u kamp ta’ applikazzjoni
1. L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa li jiffaċilita l-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn intenzjonat ta’ mhux aktar minn 90 jum f’kull perijodu ta’ 180 jum għaċ-ċittadini tal-Ġeorġja.
2. Jekk il-Ġeorġja terġa’ ddaħħal ir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha jew għal xi kategoriji ta’ ċittadini tal-Istati Membri kollha, l-istess faċilitazzjoni mogħtija taħt dan il-Ftehim liċ-ċittadini tal-Ġeorġja jkun awtomatikament, fuq bażi ta’ reċiproċità, japplika għaċ-ċittadini konċernati tal-Unjoni.
Artikolu 2
Klawsola Ġenerali
1. Il-faċilitazzjonijiet tal-viża previsti f’dan il-Ftehim għandhom japplikaw għaċ-ċittadini tal-Ġeorġja biss safejn ma jkunux eżenti mir-rekwiżit tal-viża bil-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, b’dan il-Ftehim jew bi ftehimiet internazzjonali oħra.
2. Il-liġi nazzjonali tal-Ġeorġja jew tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni għandha tapplika fi kwistjonijiet li mhumiex koperti minn dan il-Ftehim, bħar-rifjut li tinħareġ viża, ir-rikonoxximent ta’ dokumenti ta’ vvjaġġar, evidenza ta’ mezzi ta’ għajxien suffiċjenti u r-rifjut tad-dħul u miżuri ta’ espulsjoni.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:
(a) |
“Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, u r-Renju Unit; |
(b) |
“ċittadin tal-Unjoni Ewropea” għandha tfisser ċittadin ta’ Stat Membru kif deskritt fil-paragrafu (a); |
(c) |
“ċittadin tal-Ġeorġja” għandha tfisser persuna li jkollha ċ-ċittadinanza tal-Ġeorġja skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħha; |
(d) |
“viża” għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru bil-ħsieb ta’ transitu mit-territorju ta’ Stati Membri jew soġġorn intenzjonat fih għal mhux aktar minn 90 jum f’kull perijodu ta’ 180 jum mid-data tal-ewwel dħul fit-territorju tal-Istati Membri; |
(e) |
“persuna legalment residenti” għandha tfisser ċittadin tal-Ġeorġja li jkun awtorizzat jew intitolat joqgħod għal aktar minn 90 jum fit-territorju ta’ Stat Membru, fuq il-bażi ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali. |
Artikolu 4
Provi dokumentati dwar l-għan tal-vjaġġ
1. Għall-kategoriji li ġejjin ta’ ċittadini tal-Ġeorġja, id-dokumenti li ġejjin huma biżżejjed sabiex jiġġustifikaw l-għan tal-vjaġġ lejn il-Parti l-oħra:
(a) |
għal qraba mill-viċin – konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet u neputijiet, li jkunu qed iżuru ċittadini tal-Ġeorġja legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri:
|
(b) |
għal membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali fil-Ġeorġja, għandhom jipparteċipaw f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti li jsiru fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi:
|
(c) |
għal tfal tal-iskola, studenti, persuni gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta’ studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola:
|
(d) |
għal persuni li jkunu qed jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi u l-persuni li jkun jeħtieġ li jakkumpanjawhom:
|
(e) |
għal ġurnalisti u persuni akkreditati li jkunu qed jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali:
|
(f) |
għal parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali:
|
(g) |
għal nies tan-negozju jew rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tan-negozju:
|
(h) |
għal membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simposji, seminars jew attivitajiet simili oħra li jsiru fit-territorju tal-Istati Membri:
|
(i) |
għar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jivvjaġġaw għal raġunijiet ta’ taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju:
|
(j) |
għal persuni li jkunu qed jipparteċipaw f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta’ skambju:
|
(k) |
għal xufiera li jwasslu merkanzija internazzjonali u servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f’vetturi reġistrati fil-Ġeorġja:
|
(l) |
għal parteċipanti fi programmi uffiċjali tal-iskambju organizzati minn bliet ġemellati:
|
(m) |
għal żjarat f’ċimiterji militari u ċivili:
|
2. It-talba bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollha l-elementi li ġejjin:
(a) |
għall-persuna mistiedna: isem u kunjom, data tat-twelid, sess, ċittadinanza, numru tal-passaport, ħin u għan tal-vjaġġ, numru ta’ daħliet u fejn rilevanti l-isem tal-konjuġi u tat-tfal li qed jakkumpanjaw lill-persuna mistiedna; |
(b) |
għall-persuna li tistieden: isem, kunjom u indirizz; |
(c) |
għall-persuna, kumpannija jew organizzazzjoni legali li tistieden: l-isem u l-indirizz sħaħ u
|
3. Għall-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kategoriji kollha tal-viżi jinħarġu skont il-proċedura simplifikata mingħajr ma tkun tinħtieġ aktar ġustifikazzjoni, stedina jew validazzjoni dwar l-għan tal-vjaġġ, kif previst mil-leġislazzjoni tal-Istati Membri.
Artikolu 5
Il-ħruġ ta’ viżi ta’ dħul ta’ aktar minn darba
1. Missjonijiet diplomatiċi u servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul ta’ aktar minn darba b’perijodu ta’ validità sa massimu ta’ ħames snin għal dawn il-kategoriji ta’ ċittadini:
(a) |
konjuġi, ulied (inklużi adottati) ta’ taħt il-21 sena jew li huma dipendenti, ġenituri li jżuru liċ-ċittadini tal-Ġeorġja li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri b’perjodu ta’ validità limitat għat-terminu tal-validità tal-awtorizzazzjoni tagħhom għar-residenza legali; |
(b) |
membri ta’ gvernijiet nazzjonali u reġjonali u ta’ qrati Kostituzzjonali u Supremi jekk ma jkunux eżentati mir-rekwiżit tal-viża permezz ta’ dan il-ftehim, fil-qadi ta’ dmirijiethom, b’perijodu ta’ validità limitat għall-mandat tagħhom jekk dan ikun ta’ inqas minn ħames snin; |
(c) |
membri permanenti ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Ġeorġja, għandhom jipparteċipaw regolarment f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi. |
2. Missjonijiet diplomatiċi u servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi ta’ dħul ta’ aktar minn darba bil-perijodu ta’ validità sa massimu ta’ sena għal dawn il-kategoriji ta’ ċittadini, bil-kondizzjoni li matul is-sena ta’ qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, ikunu użawha skont il-liġijiet ta’ dħul u soġġorn fit-territorju tal-Istat Membru li żaru u li jkun hemm raġunijiet għall-ħtieġa ta’ viża ta’ dħul ta’ aktar minn darba:
(a) |
membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali, għandhom jipparteċipaw b’mod regolari f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti li jsiru fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi; |
(b) |
rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri għall-għanijiet ta’ taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju; |
(c) |
membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simposji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri; |
(d) |
persuni li jieħdu sehem f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi tal-università u programmi oħrajn ta’ skambju li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri; |
(e) |
studenti u persuni gradwati li jivvjaġġaw regolarment għall-iskop ta’ studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju; |
(f) |
parteċipanti fi programmi uffiċjali ta’ skambju organizzati minn bliet ġemellati jew awtoritajiet muniċipali; |
(g) |
persuni li jeħtieġu li jżuru regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom; |
(h) |
ġurnalisti u persuni akkreditati li jkunu qed jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali; |
(i) |
persuni fin-negozju u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ negozju li jivvjaġġaw regolarment lejn Stati Membri; |
(j) |
parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali; |
(k) |
xufiera li jwasslu merkanzija internazzjonali u servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f’vetturi reġistrati fil-Ġeorġja. |
3. Il-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul ta’ aktar minn darba bit-terminu ta’ validità ta’ minimu ta’ sentejn u massimu ta’ ħames snin għall-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni li fis-sentejn ta’ qabel ikunu użaw il-viżi ta’ dħul ta’ aktar minn darba skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istat Membru li żaru u li r-raġunijiet għall-ħtieġa ta’ viża għal dħul ta’ aktar minn darba jkunu għadhom validi.
4. Il-perjodu totali tas-soġġorn tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu m’għandux ikun itwal minn 90 jum ghal kull perijodu ta’ 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri.
Artikolu 6
Ħlas għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viża
1. It-tariffa għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta’ ċittadini tal-Ġeorġja jammontaw għal EUR 35.
Dan l-ammont jista’ jiġi rivedut skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 14(4).
Jekk il-Ġeorġja terġa’ ddaħħal ir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, il-ħlas tal-viża mitlub mill-Ġeorġja m’għandux jaqbeż EUR 35 jew l-ammont miftiehem jekk it-tariffa tkun riveduta skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 14(4).
2. Meta l-Istati Membri jikkooperaw ma’ fornitur estern ta’ servizz, jista’ jintalab ħlas għas-servizz addizzjonali. Il-ħlas għas-servizz għandu jkun proporzjonat mal-ispejjeż li jeħel il-fornitur estern ta’ servizz meta jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu u m’għandux jaqbeż EUR 30. L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat/i għandu/għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tiegħu/tagħhom.
3. It-tariffi għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża jitneħħew għal dawn il-kategoriji ta’ ċittadini:
(a) |
pensjonanti; |
(b) |
tfal taħt l-età ta’ 12-il sena; |
(c) |
membri ta’ gvernijiet nazzjonali u reġjonali, Qorti Kostituzzjonali u Qorti Suprema, jekk ma jkunux eżentati mir-rekwiżit tal-viża b’dan il-Ftehim; |
(d) |
persuni b’diżabbiltà u l-persuni li jakkumpanjawhom, jekk meħtieġ; |
(e) |
qraba mill-viċin – konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet, neputijiet li jkunu qed iżuru ċittadini tal-Ġeorġja legalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru; |
(f) |
membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Ġeorġja, għandhom jipparteċipaw f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi; |
(g) |
tfal tal-iskola, studenti, studenti gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta’ studju jew taħriġ edukattiv, inklużi programmi ta’ skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola; |
(h) |
ġurnalisti u persuni akkreditati li jkunu qed jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali; |
(i) |
parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali; |
(j) |
rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu vjaġġi għall-iskopijiet ta’ taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inklużi fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju: |
(k) |
persuni li jkunu qed jipparteċipaw f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta’ skambju; |
(l) |
persuni li jippreżentaw dokumenti li jippruvaw il-ħtieġa li jivvjaġġaw għal raġunijiet umanitarji, inkluż biex jirċievu trattament mediku urġenti, u l-persuna li takkumpanjahom, jew biex jattendu funeral ta’ qarib jew biex iżuru qarib li għandu mard serju. |
Artikolu 7
It-tul tal-proċedura tal-applikazzjoni għal viża
1. Missjonijiet diplomatiċi u servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba li tinħareġ viża fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data ta’ meta tasal l-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-ħruġ tal-viża.
2. Il-perijodu ta’ żmien għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista’ jkun estiż sa 30 jum kalendarju f’każijiet individwali, notevolment meta jkun jinħtieġ aktar skrutinju tal-applikazzjoni.
3. Il-perijodu biex tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża jista’ jitnaqqas għal jumejn tax-xogħol jew inqas f’każijiet urġenti.
Artikolu 8
Tluq f’każ ta’ dokumenti mitlufa jew mistruqa
Iċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-Ġeorġja li jkunu tilfu d-dokumenti ta’ identità tagħhom, jew li jkunu nsterqulhom dawn id-dokumenti waqt is-soġġorn tagħhom fit-territorju tal-Ġeorġja jew tal-Istati Membri, jistgħu jħallu dak it-territorju fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ identità validi li jippermettulhom il-qsim tal-fruntiera, maħruġa minn missjonijiet diplomatiċi jew postazzjonijiet konsulari tal-Istati Membri jew tal-Ġeorġja mingħajr xi viża jew awtorizzazzjoni oħra.
Artikolu 9
L-estensjoni tal-viża f’ċirkostanzi eċċezzjonali
Il-perijodu ta’ validità u/jew it-tul tas-soġġorn ta’ viża maħruġa ta’ ċittadin tal-Ġeorġja għandu jiġi estiż meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tqis li d-detentur tal-viża jkun ipprovda prova ta’ force majeure jew raġunijiet umanitarji li ma ħallewhx jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ validità jew tat-tul ta’ żmien tas-soġġorn awtorizzat mill-viża. Din l-estensjoni għandha tingħata mingħajr ħlas.
Artikolu 10
Passaporti diplomatiċi
1. Iċ-ċittadini tal-Ġeorġja li huma detenturi ta’ passaporti diplomatiċi validi jistgħu jidħlu fit-territorji tal-Istati Membri, joħorġu minnhom jew jivvjaġġaw minn ġo fihom mingħajr viżi.
2. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu joqogħdu fit-territorji tal-Istati Membri għal perijodu li ma jaqbiżx id-90 jum f’kull perijodu ta’ 180 jum.
Artikolu 11
Validità territorjali tal-viżi
Suġġetti għar-regoli u r-regolamenti nazzjonali dwar is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri u suġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar il-viżi b’validità territorjali limitata, iċ-ċittadini tal-Ġeorġja għandhom ikunu intitolati sabiex jivvjaġġaw fit-territorju tal-Istati Membri fuq bażi ugwali maċ-ċittadini tal-Unjoni.
Artikolu 12
Kumitat Konġunt għat-tmexxija tal-Ftehim
1. Il-Partijiet għandhom iwaqqfu Kumitat Konġunt ta’ esperti (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”), magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tal-Ġeorġja. L-Unjoni għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni, assistita minn esperti mill-Istati Membri.
2. Il-Kumitat għandu, b’mod partikolari, ikollu l-funzjonijiet li ġejjin:
(a) |
jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim; |
(b) |
jissuġġerixxi emendi jew żidiet għall-Ftehim attwali; |
(c) |
jirriżolvi tilwimiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f’dan il-Ftehim. |
3. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ kulmeta jkun meħtieġ, fuq talba minn waħda mill-Partijiet u għall-inqas darba f’sena.
4. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
Artikolu 13
Ir-rabta ta’ dan il-ftehim ma’ ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membru u l-Ġeorġja
Mid-dħul tiegħu fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew multilaterali jew arranġamenti konklużi bejn l-Istati Membri individwali u l-Ġeorġja, safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet li huma indirizzati mill-Ftehim preżenti.
Artikolu 14
Klawsoli Finali
1. Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara t-tieni xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tinnotifika lill-oħra li l-proċeduri msemmija hawn taħt ikunu tlestew.
2. B’deroga għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ biss fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar rijammissjoni jekk din id-data tkun wara d-data prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perijodu ta’ żmien indefinit, sakemm ma jkunx terminat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
4. Dan il-Ftehim jista’ jkun emendat bi ftehim bil-miktub mill-Partijiet. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri interni meħtieġa għal dan il-għan.
5. Kull Parti tista’ tissospendi dan il-Ftehim parzjalment jew kollu kemm hu għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u protezzjoni tas-saħħa pubblika. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Parti l-oħra mhux aktar tard minn 48 siegħa qabel ma tidħol fis-seħħ. Il-Parti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha minnufih tgħarraf lill-Parti l-oħra malli r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux għadhom japplikaw.
6. Kull Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim billi tavża lill-Parti l-oħra bil-miktub. Dan il-Ftehim m’għandux jibqa’ fis-seħħ 90 jum wara d-data ta’ tali notifika.
Magħmul duplikatament fi Brussell, fis-17 ta’ Ġunju 2010, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Ġeorġjana, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
За Европейския съюз
Por la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Грузия
Por Georgia
Za Gruzii
For Georgien
Für Georgien
Gruusia nimel
Για τη Γεωργία
For Georgia
Pour la Géorgie
Per la Georgia
Gruzijas vārdā –
Gruzijos vardu
Grúzia részéről
Għall-Georġja
Voor Georgië
W imieniu Gruzji
Pela Geórgia
Pentru Georgia
Za Gruzínsko
Za Gruzijo
Georgian puolesta
För Georgien
ANNESS
PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM DWAR L-ISTATI MEMBRI LI MA JAPPLIKAWX GĦAL KOLLOX L-ACQUIS TA’ SCHENGEN
Dawk l-Istati Membri li huma marbuta mill-acquis ta' Schengen iżda li għadhom ma joħorġux il-viżi ta' Schengen, filwaqt li jistennew id-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill f’dan is-sens, għandhom joħorġu viżi nazzjonali li l-validità tagħhom hija limitata għat-territorju tagħhom stess.
Skont id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 582/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Ġunju 2008 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, minn Ċipru u mir-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom (1) ittieħdu miżuri armonizzati sabiex jiġi ssimplifikat it-transitu ta' detenturi ta' viżi ta' Schengen u ta' permessi ta' reżidenza ta' Schengen madwar it-territorju tal-Istati Membri li għadhom ma japplikawx bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 10 DWAR PASSAPORTI DIPLOMATIĊI
L-Unjoni Ewropea tista’ tinvoka sospensjoni parzjali tal-ftehim u partikolarment tal-Artikolu 10, skont il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 14(5), jekk l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tkun abbużata mill-Parti l-oħra jew twassal għal theddida għas-sigurtà pubblika.
F’każ ta' sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 10, iż-żewġ Partijiet għandhom jibdew konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bil-ħsieb li jsolvi problemi li jwasslu għas-sospensjoni.
Bħala prijorità, iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw l-impenn tagħhom sabiex jiżguraw livell għoli ta' sigurtà għall-passaporti diplomatiċi, partikolarment billi jintegraw identifikanti bijometriċi. Għan-naħa tal-Unjoni, dan ikun żgurat b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (1).
(1) ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1 (MT: ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 375).
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARMONIZZAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI DWAR PROĊEDURI GĦALL-ĦRUĠ TA’ VIŻA GĦAL SOĠĠORN QASIR U DOKUMENTI LI GĦANDHOM JITRESSQU META SSIR L-APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻI GĦAL SOĠĠORNI QOSRA
Filwaqt li jagħrfu l-importanza tat-trasparenza għall-applikanti għall-viża, il-Partijiet fil-Ftehim preżenti jqisu l-possibbiltà li jiġu applikati l-miżuri li ġejjin:
— |
It-tfassil ta' informazzjoni ġenerali għall-applikanti dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni għal viżi, il-viżi u dwar il-validità tal-viżi maħruġa. |
— |
L-Unjoni Ewropea ser tfassal lista ta' rekwiżiti minimi sabiex tiżgura li l-applikanti mill-Ġeorġja jingħataw informazzjoni bażika koerenti u uniformi u jkunu obbligati jissottomettu, bħala prinċipju, l-istess dokumenti ta' appoġġ. |
L-informazzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi disseminata b’mod wiesgħa (fuq it-tabelli ta' informazzjoni ta' konsulati, f’fuljetti, fuq websites eċċ.).
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA LID-DANIMARKA
Il-Partijiet jieħdu nota li dan il-Ftehim mhux applikabbli għall-proċeduri tal-ħruġ ta' viżi mill-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tar-Renju tad-Danimarka.
F’ċirkostanzi bħal dawn, ikun xieraq li l-awtoritajiet tad-Danimarka u tal-Ġeorġja jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehim bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal soġġorni qosra f’termini simili għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IR-RENJU UNIT U L-IRLANDA
Il-Partijiet jieħdu nota li dan il-Ftehim mhux applikabbli fit-territorju tar-Renju Unit u tal-Irlanda.
F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun xieraq li l-awtoritajiet tar-Renju Unit, l-Irlanda u l-Ġeorġja jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA L-ISLANDA, IN-NORVEĠJA, L-ISVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN
Il-Partijiet jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta' Mejju 1999 u tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.
F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein u l-Ġeorġja jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal soġġorni qosra f’termini simili bħall-Ftehim bejn l-Unjoni u l-Ġeorġja.
DIKJARAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IL-FAĊILITAZZJONIJIET GĦALL-MEMBRI TAL-FAMILJA
L-Unjoni Ewropea ħadet nota tas-suġġeriment tal-Ġeorġja li tagħti definizzjoni usa’ tal-kunċett tal-membri tal-familja li għandhom jibbenefikaw minn faċilitazzjoni ta' viża kif ukoll dwar l-importanza li tagħti l-Ġeorġja lis-semplifikazzjoni tal-moviment ta' din il-kategorija ta' persuni.
Sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà ta' għadd estiż ta' persuni li għandhom konnessjonijiet familjarji (b’mod partikolari l-aħwa u wliedhom) ma' ċittadini tal-Ġeorġja li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea tistieden lill-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet eżistenti fl-“acquis” biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta' viżi lil din il-kategorija ta' persuni, inkluż b’mod partikolari, is-semplifikazzjoni tal-evidenza dokumentata mitluba mill-applikanti, l-eżenzjonijiet mit-tariffi tal-ipproċessar u fejn xieraq il-ħruġ ta' viżi ta' dħul aktar minn darba.
DIKJARAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IS-SOSPENSJONI TAL-FTEHIM DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-VIŻA
Fil-każ li l-Ġeorġja, bi ksur tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim, terġa’ ddaħħal ir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini ta' Stat Membru wieħed jew aktar tal-Unjoni Ewropea, jew għal ċerti kategoriji ta' dawn iċ-ċittadini, l-Unjoni tissospendi l-applikazzjoni tal-Ftehim.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR KOOPERAZZJONI FEJN JIDĦLU DOKUMENTI TAL-IVVJAĠĠAR
Il-Partijiet jaqblu li l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim, meta jkun qed jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim, għandu jevalwa l-impatt tal-livell ta' sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rispettivi dwar il-funzjonament tal-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Partijiet jaqblu li jinformaw lil xulxin b’mod regolari dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi evitat it-tifrix ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, billi jiġu żviluppati l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll dwar il-proċess tal-personalizzazzjoni tal-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.