This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2009_037_R_0008_01
2009/104/EC: Commission Decision of 21 November 2008 on the conclusion of an Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and the Republic of Chile concerning amendments to Appendix V of the Agreement on Trade in Wines annexed to the Association Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the Republic of Chile, of the other part#Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and the Republic of Chile concerning amendment of Appendix V to the Agreement on Trade in Wines of the Association Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the Republic of Chile, of the other part
2009/104/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Novembru 2008 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi fl-Appendiċi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi għall-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra

ĠU L 37, 6.2.2009, p. 8–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 37/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Novembru 2008
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi fl-Appendiċi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
(2009/104/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Prattiki enoloġiċi ġodda awtorizzati fil-Komunità ġew notifikati lir-Repubblika taċ-Ċilì fil-11 ta’ Ottubru 2006 skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, (hawn taħt imsejjaħ “il-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed”). |
(2) |
Meta jitqiesu l-konklużjonijiet tat-tielet Kumitat Konġunt UE-Ċilì tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed li seħħ f’Santiago de Chile fl-10 ta’ Jannar 2008, huwa neċessarju li jiġi emendat l-Appendiċi V tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed sabiex jiżdiedu l-prattiċi enoloġiċi l-ġodda awtorizzati fil-Komunità. |
(3) |
Il-Komunità u r-Repubblika taċ-Ċilì għalhekk innegozjaw, skont l-Artikolu 29(2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed, ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri biex jemenda l-Appendiċi V. |
(4) |
Għalhekk, l-Iskambju ta’ Ittri għandu jkun approvat. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
IDDEĊIDIET LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li jemenda l-Appendiċi V tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kummissarju tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali huwa b’hekk awtorizzat li jiffirma l-Iskambju ta’ Ittri sabiex bih tintrabat il-Komunità.
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1.
FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI
bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar emendi għall-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
Brussell, l-4 ta’ Jannar 2009
Sinjur,
Għandi l-unur nirreferi għall-Artikolu 29(2) tal-Ftehim dwar il-kummerċ fl-inbejjed tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì min-naħa l-oħra, tat-18 ta’ Novembru 2002, li jipprovdi li l-Partijiet Kontraenti jistgħu, b’kunsens reċiproku, jemendaw l-Appendiċijiet ta’ dan il-Ftehim.
Minħabba ż-żieda tal-prattiki enoloġiċi ġodda jew il-modifika tagħhom awtorizzati fil-Komunità, li ġew notifikati lill-awtoritajiet tagħkom fil-11 ta’ Ottubru 2006, u fid-dawl tal-konklużjonijiet tat-tielet Kumitat Konġunt tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed li seħħ f’Santiago de Chile fl-10 ta’ Jannar 2008, huwa neċessarju li jiġi emendat il-punt 2 tal-Appendiċi V (prattiki u proċessi enoloġiċi u speċifikazzjonijiet tal-prodotti) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed.
Għalhekk għandi l-unur nipproponi li l-punt 2 tal-Appendiċi V tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed jitbiddel bit-test mehmuż hawnhekk, b’effett mill-ewwel jum tat-tweġiba tiegħek li tikkonferma l-qbil mal-kontenut ta’ din l-ittra.
Inkun obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra.
Dejjem tiegħek,
F’isem il-Komunità Ewropea
Mariann FISCHER BOEL
Brussell, it-8 ta’ Jannar 2009
Sinjura,
Għandi l-pjaċir ninfurmak li rċevejt l-ittra tiegħek tal-4 ta’ Jannar li għadda illi tgħid hekk:
“Għandi l-unur nirreferi għall-Artikolu 29(2) tal-Ftehim dwar il-kummerċ fl-inbejjed tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì min-naħa l-oħra, tat-18 ta’ Novembru 2002, li jipprovdi li l-Partijiet Kontraenti jistgħu, b’kunsens reċiproku, jemendaw l-Appendiċi ta’ dan il-Ftehim.
Minħabba ż-żieda tal-prattiki enoloġiċi ġodda jew il-modifika tagħhom awtorizzati fil-Komunità, li ġew notifikati lill-awtoritajiet tagħkom fil-11 ta’ Ottubru 2006, u fid-dawl tal-konklużjonijiet tat-tielet Kumitat Konġunt tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed li seħħ f’Santiago de Chile fl-10 ta’ Jannar 2008, huwa neċessarju li jiġi emendat il-punt 2 tal-Appendiċi V (prattiki u proċessi enoloġiċi u speċifikazzjonijiet tal-prodotti) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed.
Għalhekk għandi l-unur nipproponi li l-punt 2 tal-Appendiċi V tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed jitbiddel bit-test mehmuż hawnhekk, b’effett mill-ewwel jum tat-tweġiba tiegħek li tikkonferma l-qbil mal-kontenut ta’ din l-ittra.
Inkun obligat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra.”
Għandi l-unur ngħarrfek li r-Repubblika taċ-Ċilì taqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra.
Dejjem tiegħek,
F’isem ir-Repubblika taċ-Ċilì
Juan SALAZAR SPARKS
ANNESS
Il-punt 2 tal-Appendiċi V tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed jitbiddel kif ġej:
“2. |
Lista ta’ metodi u proċessi enoloġiċi awtorizzati għall-inbejjed li joriġinaw fil-Komunità bil-restrizzjonijiet li ġejjin jew, fl-assenza tagħhom, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli tal-Komunità:
|