Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2006_169_R_0047_01

    Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' April 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnia u Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

    ĠU L 169, 22.6.2006, p. 47–55 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 257–265 (MT)

    25.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    257


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-27 ta' April 2006

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnia u Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

    (2006/426/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’Ġunju ta’ l-2003 biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti disposizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

    (2)

    Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim mal-Bosnia u Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru, hawn aktar 'il quddiem imsemmi “il-Ftehim”, fi qbil mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti disposizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat b'mod provviżorju, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnia u Herzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru qiegħed hawn jiġi approvat f' isem il-Komunita', soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

    It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħżel il-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f' isem il-Komunita' soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' April 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. PROKOP


    FTEHIM

    bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnia u Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA

    min-naħa waħda, u

    BOSNIA U ĦERZEGOVINA

    min-naħa l-oħra

    (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet”)

    JINNUTAW li ftehimiet ta' servizzi bilaterali ta' l-ajru ġew konklużi bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Bosnia u Ħerzegovina li fihom disposizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea.

    JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha kompetenza esklussiva fir-rigward ta' diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

    JINNUTAW li taħt il-liġi tal-Komunità Ewropea kumpanniji ta' l-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru għandhom dritt għal aċċess bla diskriminazzjoni għal rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

    JIKKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f’kumpanniji ta' l-ajru liċenzjati bi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea,

    JAGĦRFU li d-disposizzjonijiet tal-ftehim għal servizzi bilaterali ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Bosnia u Ħerzegovina, li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, iridu jinġiebu f'konformità sħiħa ma' dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnia u Ħerzegovina u biex tiġi ppreservata l-kontinwità ta' dawn is-servizzi ta' l-ajru,

    JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnia u Ħerzegovina, biex jiġi affettwat il-bilanċ bejn kumpanniji ta' l-ajru tal-Komunità u kumpanniji ta' l-ajru tal-Bosnia u Ħerzegovina, jew biex jiġu negozjati emendi għad-disposizzjonijiet li diġà jeżistu ta' ftehim bilaterali għal servizzi ta' l-ajru dwar drittijiet tat-traffiku,

    FTIEHMU DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dispożizzjonijiet Ġenerali

    1.   Għall-għanjiet ta' dan il-Ftehim, “Stati Membri” għandha tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea.

    2.   Referenzi f' kull Ftehim elenkat fl-Anness I liċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li huma parti tal-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala li qed jirreferu għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

    3.   Referenzi f'kull wieħed mill-Ftehim elenkati fl-Anness I għal kumpanniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li huwa parti minn dak il-Ftehim għandhom jinftiehmu li jirreferu għal kumpanniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru magħżula minn dak l-Istat Membru.

    Artikolu 2

    Ħatra minn Stat Membru

    1.   Id-disposizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-disposizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħatra tal-kumpanniji ta' l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mill-Bosnia u Ħerzegovina, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanniji ta' l-ajru, rispettivament.

    2.   Malli tirċievi ħatra mingħand Stat Membru, il-Bosnia u Ħerzegovina għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, jekk:

    (i)

    il-kumpannija ta' l-ajru hija stabbilita, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta' l-Istat Membru li ħatarha, u għandha Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea;

    (ii)

    il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru huwa eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika rilevanti hija identifikata b'mod ċar fl-għażla; u

    (iii)

    il-kumpannija ta’ l-ajru hija proprjetà u għandha tkompli tkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, ta’ Stati Membri jew ta’ ċittadini ta’ Stati Membri, u/jew ta’ Stati oħra mniżżla fl-Anness III u/jew iċ-ċittadini ta’ tali Stati oħra, u għandha tkun il-ħin kollu effettivament ikkontrollata minn dawn l-Istati u/jew dawn iċ-ċittadini.

    3.   Il-Bosnia u Ħerzegovina tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' kumpannija ta' l-ajru minn Stat Membru f'każ li:

    (i)

    il-kumpannija ta' l-ajru m'hijiex stabbilita, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta' l-Istat Membru li għażilha jew m'għandhiex Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea;

    (ii)

    ma jsirx kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta’ l-ajru jew manutenzjoni mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika relevanti mhix identifikata b’mod ċar fil-ħatra; jew

    (iii)

    il-kumpannija ta’ l-ajru mhijiex proprjetà ta’, u mhijiex effettivament ikkontrollata minn, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, Stati Membri jew iċ-ċittadini ta’ Stati Membri, u/jew minn Stati oħra mniżżla f’lista fl-Anness III u/jew iċ-ċittadini ta’ tali stati oħra; jew

    Waqt li qed teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, il-Bosnia u Ħerzegovina ma għandhiex tiddiskrimina bejn kumpanniji ta' l-ajru fuq il-bażi ta' nazzjonalità.

    Artikolu 3

    Drittijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontroll regolatorju

    1.   Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II (ċ).

    2.   Meta Stat Membru jkun ħatar kumpannija ta' l-ajru li l-kontroll regolatorju huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Bosnia u Ħerzegovina taħt id-disposizzjonijiet ta' protezzjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Membru li ħatar il-kumpannija ta' l-ajru u l-Bosnia u Ħerzegovina għandu japplika b'mod ugwali fir-rigward ta' l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta' standards ta' sikurezza mill-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta' l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta' dik il-kumpannija ta' l-ajru.

    Artikolu 4

    Tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni

    1.   Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-disposizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (d).

    2.   Minkejja kull disposizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-Ftehim elenkat fl-Anness II(d) ma għandu jżomm Stat Membru milli jimponi taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'vettura ta' l-ajru ta' kumpannija ta' l-ajru deżinjata tal-Bosnia u Ħerzegovina li topera bejn punt fit-territorju ta' Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

    Artikolu 5

    Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea

    1.   Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II (e).

    2.   It-tariffi li jiġu imposti mill-kumpannija/i ta' l-ajru maħtura mill-Bosnia Ħerzegovina permezz ta' Ftehim elenkat fl-Anness I li fih disposizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għal trasport li jseħħ kollu kemm hu fil-Komunità Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.

    Artikolu 6

    Annessi mal-Ftehim

    L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

    Artikolu 7

    Reviżjoni jew emendi

    Il-Partijiet jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim bi qbil komuni.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

    1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ikunu ġew konklużi.

    2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop.

    3.   Ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Bosnia u Ħerzegovina li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, ma kinux daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I(b). Dan il-Ftehim għandhu japplika għal tali Ftehim u arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

    Artikolu 9

    Tmiem

    1.   Fil-każ li Ftehim imniżżel fl-Anness I jintemm, id-disposizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-Ftehim mniżżel fl-Anness I ikkonċernat għandhom jintemmu fl-istess ħin.

    2.   Fil-każ li l-Ftehim kollha mniżżla fl-Anness I jintemmu, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.

    B'xhieda ta' dan, dawn hawn taħt iffirmati, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul f'Salsburgu b'żewġ kopji, fil-ħames jum ta' Mejju tas-sena elfejn u sitta, fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Svediża u Bosnijaka.

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    Az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Za Európske spoločenstvo

    Za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    För Europeiska gemenskapen

    Za Evropsku zajednicu

    За Европску заједниџу

    Za Europsku zajednicu

    Image

    Image

    Por Bosnia y Herzegovina

    Za Bosnu a Hercegovinu

    For Bosnien-Hercegovina

    Für Bosnien-Herzegowina

    Bosnia ja Hertsegoviina nimel

    Για τη Βοσνία-Ερζεγοβίνη

    For Bosnia and Herzegovina

    Pour la Bosnie-Herzégovine

    Per la Bosnia-Erzegovina

    Bosnijas un Hercegovinas vārdā

    Bosnijos ir Hercegovinos vardu

    Bosznia és Hercegovina részéről

    Għall-Bosnia u Herzegovina

    Voor Bosnië-Herzegovina

    W imieniu Bośni i Hercegowiny

    Pela Bósnia e Herzegovina

    Za Bosnu a Hercegovinu

    Za Bosno in Hercegovino

    Bosnia ja Hertsegovinan puolesta

    För Bosnien och Hercegovina

    Za Bosnu i Hercegovinu

    За Босну и Херцеговину

    Za Bosnu i Hercegovinu

    Image

    ANNESS I

    Lista tal-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

    (a)

    Ftehim tas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Bosnia u Ħerzegovina u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

    Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali Awstrijakk u l-Gvern tal-Bosnia u Ħerzegovina iffirmat f’Sarajevo fil-21 ta’ Awwissu 1998, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina — Awstrija”;

    Emendat l-aħħar mill-Memorandum ta' Ftehim iffirmat fi Vjenna fil-23 ta' Jannar 1996.

    Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Federali Popolari tal-Jugoslavja ffirmat f'Belgrad fit-28 ta' Frar 1956, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina — Repubblika Ċeka”;

    Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bosnia u Ħerzegovina ffirmat f’Bonn fl-10 ta’ Mejju 1995, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina — Ġermanja”;

    Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Griega u l-Kunsill tal-Ministri tal-Bosnia u Ħerzegovina ffirmat f’Ateni fit-2 ta’ Diċembru 2004, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina — Greċja”;

    Ftehim tas-servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Ungerija u l-Kunsill tal-Ministri tal-Bosnia u Ħerzegovina ffirmat f’Budapest fit-27 ta’ April 2004, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina — Ungerija”;

    Ftehim tas-servizzi ta' l-Ajru bejn il-Gvern ta' Malta u l-Gvern tar-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavia ffirmat f'Ruma fil-5 ta' Frar 1975, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina u Malta”;

    Ftehim bejn ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika Federali Popolari tal-Jugoslavja dwar servizzi ta’ l-ajru regolari, iffirmat f’Belgrad fit-13 ta’ Marzu 1957, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina — Olanda”;

    Ftehim dwar is-Servizzi ta' l-Ajru bejn ir-Repubblika Popolari Pollakka u r-Repubblika Federali Popolari tal-Jugoslavja ffirmat f’Varsavja fl-14 ta’ Novembru 1955, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina — Polonja”;

    Ftehim bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tal-Bosnia u Ħerzegovina dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru Skedati ffirmat f’Sarajevo fit-19 ta’ Jannar 1996, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina — Slovenja”;

    (b)

    Ftehim tas-servizzi ta' l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Gvern tal-Bosnia u Ħerzegovina u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament

    Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Kunsill tal-Ministri tal-Bosnia u Ħerzegovina dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru inizjalat f’Londra fl-14 ta’ Marzu 2003, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina — Renju Unit”;

    Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Londra fl-14 ta' Marzu 2003 u f’Sarajevo fil-21 ta’ Marzu 2003.

    ANNEX II

    Lista ta’ artikoli fil-Ftehim imniżżla fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

    (a)

    Ħatra minn Stat Membru:

    L-Artikolu 3(5) tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Awstrija;

    L-Artikolu 2 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Repubblika Ċeka;

    L-Artikolu 3(4) tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Ġermanja;

    L-Artikolu 3(2) tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Greċja;

    L-Artikolu 4(4) (a) tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Ungerija;

    L-Artikolu 3 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Malta;

    L-Artikolu 2 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Polonja;

    L-Artikolu 3(4) tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Slovenja;

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Renju Unit;

    (b)

    Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta' Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:

    L-Artikolu 4(1)(a) tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Awstrija;

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Ġermanja;

    L-Artikolu 4(1)(a) tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Greċja;

    L-Artikolu 5(1)(a) (i) tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Ungerija;

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Malta;

    L-Artikolu 3(1) tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Olanda;

    L-Artikolu 4(1)(a) tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Slovenja;

    L-Artikolu 5 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Renju Unit;

    (ċ)

    Kontroll regolatorju:

    L-Artikolu 7 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Greċja;

    L-Artikolu 16 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Ungerija;

    L-Artikolu 14 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Renju Unit;

    (d)

    Tassazzjoni tal-Karburant ta' l-Avjazzjoni:

    L-Artikolu 7 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Awstrija;

    L-Artikolu 6 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Repubblika Ċeka;

    L-Artikolu 6 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Ġermanja;

    L-Artikolu 10 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Greċja;

    L-Artikolu 8 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Ungerija;

    L-Artikolu 5 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Malta;

    L-Artikolu 9 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Olanda;

    L-Artikolu 6 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Polonja;

    L-Artikolu 6 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Slovenja;

    L-Artikolu 8 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Renju Unit;

    (e)

    Tariffi għat-trasport ġewwa l-Komunità Ewropea:

    L-Artikolu 11 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Awstrija;

    L-Artikolu 7 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Repubblika Ċeka;

    L-Artikolu 10 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Ġermanja;

    L-Artikolu 13 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Greċja;

    L-Artikolu 11 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Ungerija;

    L-Artikolu 9 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Malta;

    L-Artikolu 7 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Olanda;

    L-Artikolu 7 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Polonja;

    L-Artikolu 13 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Slovenja;

    L-Artikolu 7 tal-Ftehim Bosnia u Ħerzegovina – Renju Unit;

    ANNESS III

    Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

    (a)

    Ir-Repubblika ta’ l-Islanda (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (b)

    Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (ċ)

    Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (d)

    Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport ta’ l-Ajru).


    Top