EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2005_002_R_0004_01

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO) f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, dwar miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproċi u l-bdil tal-Protokolli 1 u 2 mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju KE-Awtorità Palestinjana

ĠU L 2, 5.1.2005, p. 4–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 1–8 (MT)

13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Diċembru 2004

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO) f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, dwar miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproċi u l-bdil tal-Protokolli 1 u 2 mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju KE-Awtorità Palestinjana

(2005/4/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju Ewro-Mediterranju dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina, li qed tirrappreżenta lill-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża (minn issa 'l quddiem “l-Awtorità Palestinjana”), fuq in-naħa l-oħra (1) (minn issa 'l quddiem “il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju”) fis-seħħ sa mill-1 ta' Lulju 1997, jiddikjara li l-Komunità u l-Awtorità Palestinjana għandhom jistabbilixxu b'mod progressiv liberalizzazzjoni akbar ta', fost l-oħrajn, il-kummerċ tagħhom fi prodotti agrikoli. Barra minn hekk l-Artikolu 14 jistipula li, mill-1 ta' Jannar 1999, il-Komunità u l-Awtorità Palestinjana għandhom jiflu s-sitwazzjoni sabiex jistabbilixxu l-miżuri ta' liberalizzazzjoni li, skond l-għan previst fl-imsemmi Artikolu 12, għandhom jiġu applikati mill-Komunità u l-Awtorità Palestinjana mill-1 ta' Jannar 2000.

(2)

Il-Kummissjoni, f'isem il-Komunità, innegozjat Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bil-ħsieb li jinbidlu l-Protokolli 1 u 2 mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju.

(3)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2).

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO) f' isem l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, dwar miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproka u l-bdil tal-Protokolli 1 u 2 mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina, qiegħed hawn jiġi approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-Protokolli 1 u 2 qed jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitati stabbiliti bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq jew mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 248a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal xahar.

3.   Il-Kumitati għandhom jadottaw ir-Regoli ta' Proċedura tagħhom.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jaħtar il-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim b'mod li jorbot lill-Komunità.

Magħmula fi Brussel, nhar it-22 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

C. VEERMAN


(1)  ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar amendat bir-Regolament (KE) Nru 60/2004 tal-Kummissjoni (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 8).


FTEHIM

fl-għamla ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO) f' isem l-Awtorità Palestinjana tax-xatt tal-punent u l-Medda ta' Gaża, dwar miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni u l-bdil tal-Protokolli 1 u 2 MAL-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju ke-Awtorità Palestinjana

A.   Ittra mill-Komunità

Sinjur,

Ninsab onorat li qed nirreferi għan-negozjati li seħħu taħt l-Artikolu 12 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO), li qed tirrappreżenta lill-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża (minn issa 'l quddiem “l-Awtorità Palestinjana”), fuq in-naħa l-oħra (minn issa 'l quddiem “il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju”), fis-seħħ sa mill-1 ta' Lulju 1997, li jiddikjara li l-Komunità u l-Awtorità Palestinjana għandhom jistabbilixxu b'mod progressiv liberalizzazzjoni akbar, fost l-oħrajn, tal-kummerċ tagħhom fi prodotti agrikoli ta' interess għaż-żewġ partijiet.

Dawn in-negozjati saru skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14, li jistipula li, mill-1 ta' Jannar 1999, il-Komunità u l-Awtorità Palestinjana għandhom jiflu s-sitwazzjoni sabiex jistabbilixxu l-miżuri ta' liberalizzazzjoni li jridu jiġu applikati mill-Komunità u l-Awtorità Palestinjana mill-1 ta' Jannar 2000, skond l-għan previst fl-imsemmi Artikolu 12.

Fil-konklużjoni tan-negozjati, iż-żewġ Partijiet qablu fuq dan li ġej:

1.

Il-Protokolli 1 u 2 mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju u l-Annessi tagħhom għandhom jinbidlu bil-Protokolli 1 u 2 u l-annessi tagħhom li jidhru fl-Annessi I u II ma' dan l-Iskambju ta' Ittri;

2.

Il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità u l-Awtorità Palestinjana anness mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju, relatat mal-Protokoll 1 u li jirrigwarda l-importazzjoni fil-Komunità ta' fjuri maqtugħin friski u blanzuni tal-fjuri li jaqgħu taħt is-sottotitolu 0603 10 tat-Tariffi Doganali Komuni, huwa permezz ta' dan imħassar;

3.

Mhux aktar tard mill-2007, il-Komunità u l-Awtorità Palestinjana se jeżaminaw is-sitwazzjoni bil-ħsieb li jiddeterminaw il-miżuri ta' liberalizzazzjoni li jridu jiġu applikati mill-Komunità u l-Awtorità Palestinjana mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-għan stabbilit fl-Artikolu 12 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005.

Inkun grat jekk tkun tista tinfurmani bil-qbil tal-Gvern tiegħek ma' dan li jidher hawn fuq.

Għoddni tiegħek,

F'isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

B.   Ittra mill-Awtorità Palestinjana

Sinjur,

Ninsab onorat li qed nibgħatlek riċevuta għall-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid dan li ġej:

“Ninsab onorat li qed nirreferi għan-negozjati li seħħu taħt l-Artikolu 12 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO), f' isem l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża (minn issa 'l quddiem ‘l-Awtorità Palestinjana’), fuq in-naħa l-oħra (minn issa 'l quddiem ‘il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju’), fis-seħħ sa mill-1 ta' Lulju 1997, li jiddikjara li l-Komunità u l-Awtorità Palestinjana għandhom jistabbilixxu b'mod progressiv liberalizzazzjoni akbar, fost l-oħrajn, tal-kummerċ tagħhom fi prodotti agrikoli ta' interess għaż-żewġ partijiet.

Dawn in-negozjat saru skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14, li jistipola li, mill-1 ta' Jannar 1999, il-Komunità u l-Awtorità Palestinjana għandhom jiflu s-sitwazzjoni sabiex jistabbilixxu l-miżuri ta' liberalizzazzjoni li jridu jiġu applikati mill-Komunità u l-Awtorità Palestinjana mill-1 ta' Jannar 2000, skond l-għan previst fl-imsemmi Artikolu 12.

Fil-konklużjoni tan-negozjati, iż-żewġ Partijiet qablu fuq dan li ġej:

1.

Il-Protokolli 1 u 2 mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju u l-Annessi tagħhom għandhom jinbidlu bil-Protokolli 1 u 2 u l-annessi tagħhom li jidhru fl-Annessi I u II ma' dan l-Iskambju ta' Ittri.

2.

Il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità u l-Awtorità Palestinjana anness mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju, relatat mal-Protokoll 1 u li jikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità ta' fjuri maqtugħin friski u blanzuni tal-fjuri li jaqgħu taħt is-subtitolu 0603 10 tat-Tariffi Doganali Komuni, huwa permezz ta' dan imħassar;

3.

Mhux aktar tard mill-2007, il-Komunità u l-Awtorità Palestinjana se jeżaminaw is-sitwazzjoni bil-ħsieb li jiddeterminaw il-miżuri ta' liberalizzazzjoni li jridu jiġu applikati mill-Komunità u l-Awtorità Palestinjana mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-għan stabbilit fl-Artikolu 12 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Temporanju.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005.

Inkun grat jekk tkun tista tinfurmani bil-qbil tal-Gvern tiegħek ma' dan li jidher hawn fuq.”

Nista' ninfurmak bil-qbil ta' l-Awtorità Palestinjana mal-kontenut ta' din l-ittra.

Għoddni tiegħek,

Għall-Awtorità Palestinjana

ANNESS I

PROTOKOLL NRU 1

dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża

1.

Il-prodotti elenkati fl-Anness, li joriġinaw fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża għandhom jitħallew jiġu importati fil-Komunità, skond il-kundizzjonijiet inklużi minn hawn 'il quddiem u fl-Anness.

a)

Id-dazji doganali jitneħħew jew jitnaqqsu għall-livell kif indikat fil-kolonna “a”.

b)

Għal ċerti prodotti, li għalihom it-Tariffa Doganali Komuni tipprevedi l-applikazzjoni ta' dazju ad valorem u dazju speċifiku, ir-rati ta' tnaqqis, indikati fil-kolonni “a” u “ċ”, japplikaw biss għad-dazju ad valorem. Madanakollu, għall-prodott taħt il-kodiċi 1509 10, it-tnaqqis tad-dazju japplika għad-dazju speċifiku.

c)

Għal ċerti prodotti, id-dazji doganali jitneħħew fil-limitu tal-kwoti tariffarji elenkati għal kull wieħed minnhom f'kolonna “b”; il-kwoti tariffarji għandhom japplikaw fuq bażi annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

d)

Għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-kwoti, id-dazji doganali komuni jiġu, skond il-prodott konċernat, applikati b'mod sħiħ jew imnaqqsa, kif indikat fil-kolonna “c”.

2.

Għal ċerti prodotti, l-eżenzjoni mid-dazji doganali tingħata fil-kwantitajiet tal-kwadru ta' referenza kif indikati fil-kolonna “d”.

Jekk il-volum ta' importazzjoni ta' wieħed minn dawn il-prodotti jaqbeż il-kwantità ta' referenza, il-Komunità, wara li tikkonsidra eżami annwali tal-flussi kummerċjali li hi għandha twettaq, tista' tagħmel il-prodott in kwistjoni suġġett għal kwota tariffarja Komunitarja, li l-volum tagħha għandu jkun ugwali għall-kwantità ta' referenza. F'dak il-każ, għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-kwota, id-dazju doganali komuni jiġi, skond il-prodott konċernat, applikat b'mod sħiħ jew imnaqqas għall-livell indikat fil-kolonna “ċ”.

3.

Għall-ewwel sena ta' applikazzjoni, il-volumi tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta' referenza għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi, b'kunsiderazzjoni tal-parti mill-perjodu li tkun skadiet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim.

4.

Għal xi prodotti elenkati fl-Anness, il-volum tal-kwota tariffarja jiżdied bid-doppju tal-kwantita prevista fil-kolonna “e”. L-ewwel żieda isseħħ fid-data li fiha kull kwota tariffarja tingħata għat-tieni darba.

ANNESS MAL-PROTOKOLL NRU 1

Kodiċi NM (1)

Deskrizzjoni (2)

Tnaqqis tad-dazju doganali MFN

(%) (3)

Kwoti tariffarji

(t, sakemm mhux indikat mod ieħor)

Tnaqqis tad-dazji doganali MFN 'il hinn mill-kwota tariffarja attwali jew possibbli

(%) (3)

Kwantità ta' referenza

(t, sakemm mhux indikat mod ieħor)

Disposiz-zjonijiet speċifiċi

a

b

ċ

d

e

0409 00 00

Għasel naturali

100

500

0

 

punt 4 - żieda annwali ta' 250 t

ex 0603 10

Fjuri maqtugħin u blanzuni tal-fjuri, friski

100

2 000

0

 

punt 4 - żieda annwali ta' 250 t

0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ, mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Marzu

100

 

60

2 000

 

ex 0703 10

Basal, frisk jew imkessaħ, mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju

100

 

60

 

 

0709 30 00

Brunġiel, frisk jew imkessaħ, mill-15 ta' Jannar sat-30 ta' April

100

 

60

3 000

 

ex 0709 60

Frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta, frisk jew imkessaħ:

 

 

 

 

 

0709 60 10

Bżar ħelu

100

 

40

1 000

 

0709 60 99

Oħrajn

100

 

80

 

 

0709 90 70

Qara bagħli, friski jew imkessħin, mill-1 ta' Diċembru sa l-aħħar ta' Frar

100

 

60

300

 

ex 0709 90 90

Basal salvaġġ ta' l-ispeċi Muscari comosum, frisk jew imkessaħ, mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju

100

 

60

 

 

0710 80 59

Frott tal-ġeneru Capsicum jew Pimenta, għajr għall-bżar ħelu, nej jew imsajjar permezz tal-fwar jew togħllija fl-ilma, iffriżat

100

 

80

 

 

0711 90 10

Frott tal-ġeneru Capsicum jew Pimenta, għajr għall-bżar ħelu, ippriżervat b'mod proviżorju iżda mhux adattat għall-konsum immedjat f'dak l-istat

100

 

80

 

 

0712 31 00

0712 32 00

0712 33 00

0712 39 00

Faqqiegħ, wood ears (Auricularia spp.), jelly fungi (Tremella spp.) u tartuf, imnixxfin

100

500

0

 

 

ex 0805 10

Larinġ, frisk

100

 

60

25 000

 

ex 0805 20

Mandolin (inklużi tanġerini u satsumi); klementini, wilkings u razez imħallta taċ-ċitru simili, friski

100

 

60

500

 

0805 40 00

Grejpfrut

100

 

80

 

 

ex 0805 50 10

Lumi (Citrus limon, Citrus limonum), frisk

100

 

40

800

 

0806 10 10

Għeneb frisk għall-ikel, mill-1 ta' Frar sa l-14 ta' Lulju

100

1 000

0

 

punt 4 - żieda annwali ta' 500 t

0807 19 00

Bettiegħ (eskluż id-dulliegħ), frisk, mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju

100

 

50

10 000

 

0810 10 00

Frawli frisk, mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu

100

2 000

0

 

punt 4 - żieda annwali ta' 500 t

0812 90 20

Larinġ, ippriservat b'mod proviżorju, iżda mhux adattat għall-konsum immedjat f'dak l-istat

100

 

80

 

 

0904 20 30

Frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta, għajr għall-bżar ħelu, imnixxef, la misħuq u lanqas mitħun

100

 

80

 

 

1509 10

Żejt verġni taż-żebbuġa

100

2 000

0

 

punt 4 - żieda annwali ta' 500 t

2001 90 20

Frott tal-ġeneru Capsicum, għajr għall-bżar ħelu jew piment, ippreparat jew ippriservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

100

 

80

 

 

2005 90 10

Frott tal-ġeneru Capsicum, għajr għall-bżar ħelu jew piment, ippreparat jew ippriservat b'mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat

100

 

80

 

 


(1)  Kodiċi NM li jikkorrispondu mar-Regolament (KE) Nru 1789/2003 (ĠU L 281, 30.10.2003, p. 1).

(2)  Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa bħala waħda indikattiva biss, bl-iskema preferenzjali tiġi ddeterminata, għall-għanijiet ta' dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi NM. Fejn kodiċi ex NM huma indikati, l-iskema preferenzjali trid tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

(3)  It-tnaqqis tad-dazju japplika biss għal dazji doganali ad valorem. Madanakollu, għall-prodott taħt il-kodiċi 1509 10, it-tnaqqis tad-dazju japplika għad-dazju speċifiku.

ANNESS II

PROTOKOLL NRU 2

dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Komunità

1.

Il-prodotti elenkati fl-Anness, li joriġinaw fil-Komunità għandhom jitħallew jiġu importati fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, skond il-kondizzjonijiet inklużi minn hawn 'il quddiem u fl-Anness.

2.

Id-dazji ta' l-importazzjoni fuq prodotti importati jew jitneħħew inkella jitnaqqsu sal-livell indikat fil-kolonna “a”, fil-limitu tal-kwota tariffarja annwali mniżżla fil-kolonna “b”, u suġġetti għad-disposizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna “ċ”.

3.

Għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-kwoti tariffarji, id-dazji doganali ġenerali applikati għal terzi pajjiżi għandhom japplikaw, suġġetti għad-disposizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna “ċ”.

4.

Għall-ewwel sena ta' applikazzjoni, il-volumi tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta' referenza għandhom jiġu kalkolati bħala pro rata tal-volumi bażiċi, b'kunsiderazzjoni tal-parti mill-perjodu li tkun skadiet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-protokoll.

ANNESS MAL-PROTOKOLL NRU 2

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Dazju

(%)

Kwoti tariffarjiet

sakemm mhux indikat mod ieħor

Disposiz-zjonijiet speċifiċi

a

b

ċ

0102 90 71

Annimali bovini ħajjin, ta' piż li ma jaqbiżx it-300 kg, għall-qatla, għajr għoġla u baqar

0

300

 

0202 30 90

Laħam ta' annimali bovini, bla għadam esklużi l-partjiet ta' quddiem, partijiet imsejħa “kompensati”, il-ħawsla, qatgħat mill-għonq sal-kustilji, mill-ispalla u mis-sidra, iffriżat

0

200

 

0206 22 00

Fwied tajjeb għall-ikel ta' annimali bovini ffriżat

0

100

 

0406

Ġobon u baqta

0

200

 

0407 00 19

Bajd tat-tjur ta' l-irziezet għat-tfaqqis, għajr dawk tad-dundjani jew wiżż

0

120 000 biċċa

 

1101 00 15

Tqiq tal-qamħ komuni u spelt

0

13 000

 

2309 90 99

Preparazzjonijiet oħrajn tat-tip użati fl-għalf ta' l-annimali

2

100

 


Top