Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021HB0044

    Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Settembru 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Central Bank of Ireland (BĊE/2021/44) 2021/C 403/01

    ĠU C 403, 6.10.2021, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 403/1


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tad-29 ta’ Settembru 2021

    lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Central Bank of Ireland

    (BĊE/2021/44)

    (2021/C 403/01)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Fl-2016, Central Bank of Ireland għażel lil Mazars bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020.

    (3)

    Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti ta’ Central Bank of Ireland, Mazars, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2021 u 2022.

    (4)

    Central Bank of Ireland biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Mazars għas-snin finanzjarji 2021 u 2022,

    ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

    Huwa rrakkomandat illi Mazars għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2021 sa 2022.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Settembru 2021.

    Il-President tal-BĊE

    Christine LAGARDE


    Top