Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023AP0276

    P9_TA(2023)0276 — Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tar-reati terroristiċi: allinjament mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali (COM(2021)0767 – C9-0441/2021 – 2021/0399(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    ĠU C, C/2024/4036, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4036/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4036/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/4036

    17.7.2024

    P9_TA(2023)0276

    Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tar-reati terroristiċi: allinjament mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali (COM(2021)0767 – C9-0441/2021 – 2021/0399(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (C/2024/4036)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0767),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0441/2021),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta’ Mejju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0041/2023),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    P9_TC1-COD(2021)0399

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-tad-Direttiva (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2023/2123.)


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4036/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top