This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023AP0276
P9_TA(2023)0276 – Exchange of information and cooperation concerning terrorist offences: alignment with Union rules on the protection of personal data – European Parliament legislative resolution of 12 July 2023 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council amending Council Decision 2005/671/JHA, as regards its alignment with Union rules on the protection of personal data (COM(2021)0767 – C9-0441/2021 – 2021/0399(COD)) (Ordinary legislative procedure: first reading)
P9_TA(2023)0276 — Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tar-reati terroristiċi: allinjament mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali (COM(2021)0767 – C9-0441/2021 – 2021/0399(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
P9_TA(2023)0276 — Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tar-reati terroristiċi: allinjament mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali (COM(2021)0767 – C9-0441/2021 – 2021/0399(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
ĠU C, C/2024/4036, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4036/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/4036 |
17.7.2024 |
P9_TA(2023)0276
Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tar-reati terroristiċi: allinjament mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali (COM(2021)0767 – C9-0441/2021 – 2021/0399(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2024/4036)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0767), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0441/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta’ Mejju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0041/2023), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0399
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-tad-Direttiva (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2023/2123.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4036/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)