Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2021:078:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 078, 8 ta' Marzu 2021


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 78

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
8 ta' Marzu 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 78/01

Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-pjanijiet nazzjonali pluriennali ta' kontroll kif stabbilit fl-Artikoli 109 sa 111 tar-Regolament (UE) 2017/625

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2021/C 78/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

28

2021/C 78/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

30

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 78/04

Rata tal-kambju tal-euro — Il-5 ta' Marzu 2021

31

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2021/C 78/05

It-tipi ta’ gass u l-pressjonijiet tal-provvista korrispondenti skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (Din il-pubblikazzjoni hija bbażata fuq tagħrif li wasal għand il-Kummissjoni mingħand l-Istati Membri)

32


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 78/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10180 — BH Holding/TEDi) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

34


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/1


Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-pjanijiet nazzjonali pluriennali ta' kontroll kif stabbilit fl-Artikoli 109 sa 111 tar-Regolament (UE) 2017/625

(2021/C 78/01)

Daħla

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi sett ta’ regoli armonizzati li jiżguraw li l-ikel u l-għalf ikunu sikuri u bnin, u li l-attivitajiet li jista’ jkollhom impatt fuq is-sikurezza tal-katina agroalimentari jew fuq il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ikel u l-għalf jitwettqu f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi. Jeżistu wkoll regoli tal-Unjoni li jiżguraw livell għoli ta’ saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll livell għoli ta’ trattament xieraq tal-annimali, tul il-katina agroalimentari, u f’dawk l-oqsma kollha ta’ attività b’mira ewlenija li jiġġieldu t-tixrid possibbli tal-mard tal-annimali, li f’ċerti każijiet ikun jista’ jittieħed mill-bniedem, u t-tixrid possibbli ta’ pesti li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti mill-pjanti; u regoli li jiżguraw il-protezzjoni tal-ambjent minn riskji li jistgħu jinqalgħu mill-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) jew mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. L-applikazzjoni korretta ta’ dawk ir-regoli, minn hawn’ il quddiem imsejħa kollettivament “il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari”, tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern.

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)jistabbilixxi qafas armonizzat tal-Unjoni għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, u tal-attivitajiet uffiċjali għajr il-kontrolli uffiċjali, tul il-katina agroalimentari kollha.

L-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontrolli uffiċjali regolati minn dak ir-Regolament jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti abbażi ta’ pjan ta’ kontroll nazzjonali pluriennali (MANCP), li t-tħejjija u l-implimentazzjoni tiegħu jkunu kkoordinati fit-territorju kollu tagħhom.

L-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprovdi li l-MANCP għandu jitħejja sabiex jiżgura li l-kontrolli uffiċjali jkunu ppjanati fl-oqsma kollha regolati mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) u skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9 mar-regoli previsti fl-Artikoli 18 sa 27.

L-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/625 jistabbilixxi l-prinċipji għall-informazzjoni ġenerali li għandha tkun inkluża fil-MANCP u fl-Artikolu 111(2) għat-tħejjija, l-aġġornament u r-reviżjoni tal-MANCP.

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-MANCPs, mill-awditi tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u mill-esperti tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament kif ukoll mill-informazzjoni inkluża fir-rapporti annwali ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 44 ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li jinħoloq dan id-dokument ta’ gwida għat-tħejjija tal-MANCPs.

Għalhekk, dan id-dokument ta’ gwida għandu jikkonċentra fuq l-elementi tal-MANCP li għandhom ikunu fis-seħħ fl-Istati Membri sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2017/625, u b’mod partikolari r-rekwiżiti tal-Artikolu 111 li jistabbilixxi l-prinċipji għat-tħejjija, l-aġġornament u r-rieżami tal-MANCP.

L-għan tal-MANCP huwa wkoll li jistabbilixxi bażi solida għall-awditjar tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2017/625 u biex il-Kummissjoni twettaq kontrolli fl-Istati Membri, skont l-Artikolu 116 ta’ dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni se żżomm dan id-dokument ta’ gwida taħt rieżami u taġġornah, kif meħtieġ, wara li tirċievi u teżamina l-MANCPs u fid-dawl tal-esperjenza tal-Istati Membri fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/625.

Dan id-dokument ta’ gwida huwa maħsub biex jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni tal-Artikoli 109 sa 111 tar-Regolament (UE) 2017/625. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-Unjoni.

Werrej

A.

L-GĦAN TAD-DOKUMENT TA’ GWIDA 4

B.

DEFINIZZJONIJIET 4

C.

GWIDA DWAR IR-REKWIŻITI LEGALI GĦALL-MANCP 5

1.

Kamp ta’ applikazzjoni tal-MANCP 5

2.

Il-MANCP uniku integrat 5

3.

Ġbir ta’ informazzjoni matul l-implimentazzjoni u r-rappurtar tal-MANCP 6

4.

Perjodiċità (tul taċ-ċiklu ta’ ppjanar) 6

5.

Rekwiżiti ġenerali għall-MANCP 7

D.

GWIDA ĠENERALI DWAR IL-KONTENUT TAL-MANCP 7

1.

Strateġija u kuntest 7

1.1.

Objettivi strateġiċi tal-MANCP 7

1.2.

Kategorizzazzjoni tar-riskju 8

2.

Qafas strutturali għall-kontrolli uffiċjali 8

2.1.

Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti 8

2.2.

Delega lil korpi delegati (jew persuni fiżiċi) 9

3.

Organizzazzjoni ġenerali u ġestjoni tal-kontrolli uffiċjali 9

3.1.

Sistemi ta’ kontroll u attivitajiet ta’ koordinazzjoni 10

3.2.

Konformità mal-kriterji operattivi 11

3.3.

Taħriġ ta’ persunal li jwettaq kontrolli uffiċjali 12

3.4.

Proċeduri dokumentati 12

4.

Ġestjoni ta’ inċidenti /emerġenzi 12

4.1.

Pjanijiet ta’ kontinġenza operattivi 12

4.2.

Organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni u assistenza reċiproka 13

A.   L-GĦAN TAD-DOKUMENT TA’ GWIDA

L-għan ta’ dan id-dokument ta’ gwida huwa li jassisti lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-pjan nazzjonali pluriennali ta’ kontroll (MANCP) previst fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) 2017/625. Huwa jipprovdi gwida dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-MANCP kif stabbilit fl-Artikolu 110(2) ta’ dak ir-Regolament.

Għalhekk, it-Taqsima C ta’ dan id-dokument ta’ gwida tiffoka fuq gwida dwar ir-rekwiżiti legali għall-MANCP u t-Taqsima D tipprovdi gwida dwar il-kontenut tal-MANCP. Dan id-dokument ta’ gwida jinkludi wkoll mudell fakultattiv għall-MANCP. Madankollu, huwa f’idejn l-Istati Membri li jagħżlu f’liema format jixtiequ jippreżentaw il-MANCP tagħhom.

B.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan id-dokument ta’ gwida, issir referenza għad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 u għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari.

B’mod partikolari, għandhom jiġu nnutati d-definizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625:

(a)

“kontrolli uffiċjali” tfisser attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-korpi delegati jew mill-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew inkarigati b'ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali f’konformità ma’ dan ir-Regolament, sabiex jivverifikaw:

il-konformità mill-operaturi ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

li l-annimali jew l-oġġetti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż għall-ħruġ ta’ ċertifikat uffiċjali jew attestazzjoni uffiċjali;

(b)

“attivitajiet uffiċjali oħra” tfisser attivitajiet, minbarra l-kontrolli uffiċjali, li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-korpi delegati jew mill-persuni fiżiċi li jkunu ġew inkarigati b'ċerti attivitajiet uffiċjali oħra f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi attivitajiet li għandhom l-għan li jivverifikaw il-preżenza ta’ mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, li jwaqqfu jew irażżnu t-tixrid ta’ tali mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, li jeqirdu dak il-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti, l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet jew approvazzjonijiet, u l-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali jew attestazzjonijiet uffiċjali;

(c)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser:

l-awtoritajiet ċentrali ta’ Stat Membru responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

kull awtorità oħra li tkun ingħatat responsabbiltà;

(d)

“Awtorità ta’ kontroll organiku” tfisser organizzazzjoni amministrattiva pubblika għall-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi ta’ Stat Membru li lilha l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonferixxew, kompletament jew parzjalment, il-kompetenzi tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3);

(e)

“Korp delegat” tfisser persuna ġuridika separata li lilha l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddelegaw ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali jew ċerti kompiti relatati ma’ attivitajiet uffiċjali oħra;

(f)

“Pjan ta’ kontroll” tfisser deskrizzjoni stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti li jkun fiha informazzjoni dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistema ta’ kontroll uffiċjali, u tal-operat tagħha u l-ippjanar dettaljat tal-kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu, fuq perjodu ta’ żmien, f’kull qasam irregolat mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(g)

“Riskju” tfisser funzjoni tal-probabbiltà ta’ effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, fuq il-benessri tal-annimali jew fuq l-ambjent u tas-severità ta’ dak l-effett, b’konsegwenza ta’ periklu.

Minbarra d-definizzjonijiet ta’ hawn fuq, issir referenza għal dawn li ġejjin għall-finijiet ta’ dan id-dokument ta’ gwida:

(a)

“Koordinazzjoni” tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti qed jippjanaw u jimplimentaw il-kontrolli uffiċjali tagħhom b’mod koerenti u konsistenti sabiex jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-objettiv(i) komuni li tinkiseb implimentazzjoni effettiva tal-MANCP u tad-dritt tal-Unjoni.

(b)

“żoni” tfisser iż-żoni stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

C.   GWIDA DWAR IR-REKWIŻITI LEGALI GĦALL-MANCP

1.    Kamp ta’ applikazzjoni tal-MANCP

Rekwiżit legali

L-Artikolu 109(1) tar-Regolament (UE) 2017/625

Gwida

Jenħtieġ li l-MANCP ikopri l-kontrolli uffiċjali regolati mir-Regolament (UE) 2017/625, previsti fl-Artikolu 1(2) sa (4) tiegħu. Aktar informazzjoni maħsuba bħala gwida dwar ir-regoli li fihom dispożizzjonijiet għall-kontrolli uffiċjali ta’ hawn fuq hija mogħtija fl-Anness 1.

L-Istati Membri mhumiex meħtieġa jinkludu informazzjoni fil-MANCP tagħhom dwar attivitajiet uffiċjali oħra li l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi delegati jew il-persuni fiżiċi jwettqu (4).

Madankollu, l-Istati Membri xorta waħda jistgħu jkunu jixtiequ jinkludu tali informazzjoni fil-MANCP tagħhom jekk jinħass li l-informazzjoni tkun rilevanti jew tkun ta’ għajnuna għall-fehim tal-MANCP.

Informazzjoni dwar kontrolli uffiċjali oħra, li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2017/625, bħal pereżempju kontrolli uffiċjali abbażi ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE (eż. dwar prodotti mediċinali veterinarji), jew informazzjoni relatata mal-għodda tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) dwar il-Prestazzjoni tas-Servizzi Veterinarji (PVS) (5), tista’ tiġi inkluża fil-MANCP.

2.    Il-MANCP uniku integrat

Rekwiżit legali

l-Artikolu 109(1) u (2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/625

Gwida

L-Artikolu 109(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw, fit-territorju kollu tagħhom, it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-MANCP. L-Artikolu 109(2) jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jaħtru korp uniku bil-kompitu li jikkoordina t-tħejjija tal-MANCP fost l-awtoritajiet kompetenti kollha responsabbli għall-kontrolli uffiċjali u jiżgura li l-MANCP ikun koerenti u komplut.

Il-ħatra ta’ korp wieħed minn Stat Membru ma għandhiex titqies bħala obbligu li jinħoloq dipartiment ġdid fi ħdan awtorità kompetenti, organizzazzjoni jew istituzzjoni ġdida, għall-konformità mal-Artikolu 109(2) tar-Regolament (UE) 2017/625. L-istrutturi eżistenti fl-Istati Membri jistgħu jinħatru bħala korp wieħed.

Il-MANCP ikopri l-kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-livelli kollha (ċentrali, reġjonali u lokali), skont l-arranġamenti nazzjonali għall-kontrolli uffiċjali.

Għall-Istati Membri b’amministrazzjonijiet deċentralizzati, il-MANCP għandu jiddeskrivi kif il-koordinazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet varji hija żgurata sabiex jintlaħaq MANCP integrat uniku.

L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jfasslu sistemi xierqa għall-ippjanar integrat, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet fir-rigward tal-MANCP. MANCP integrat wieħed ma għandux ikun sempliċi kompilazzjoni ta’ pjanijiet għal kull awtorità kompetenti individwali jew għal kull qasam. Tali kompilazzjoni ma tindirizzax l-integrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fi ħdan u bejn l-awtoritajiet u l-oqsma kompetenti, fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali relatati.

3.    Ġbir ta’ informazzjoni matul l-implimentazzjoni u r-rappurtar tal-MANCP

Rekwiżit legali

L-Artikoli 109 (2) (c), 111(1) sa (3) u 113 tar-Regolament (UE) 2017/625

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 (6)

Gwida

Jenħtieġ li, matul l-implimentazzjoni tal-MANCP, l-Istati Membri jiġbru evidenza tal-implimentazzjoni tiegħu, iżommuha u jagħmluha disponibbli għal kwalunkwe organizzazzjoni involuta fit-twettiq ta’ awditi biex tkun tista’ ssir verifika tal-implimentazzjoni effettiva tal-MANCP. It-tali evidenza jenħtieġ li tinkludi proċeduri bil-miktub, dokumentazzjoni u reġistri ta’ kontrolli uffiċjali.

L-Artikolu 109(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprovdi li l-korpi uniċi tal-Istati Membri jiġbru l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-MANCP fid-dawl tal-preżentazzjoni tar-rappurtar annwali msemmi fl-Artikolu 113 u tar-rieżami u l-aġġornament tiegħu kif meħtieġ skont l-Artikolu 111(2) ta’ dak ir-Regolament.

Ir-rapporti annwali relatati mal-MANCP għandhom jiġu kkompilati u ppreżentati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell tal-formola standard li għandu jintuża fir-rapporti annwali ppreżentati mill-Istati Membri. Id-dokument ta’ gwida (7) dwar kif għandu jimtela l-mudell tal-formola standard fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/723 se jkompli jgħin lill-Istati Membri.

L-Artikolu 111(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-MANCP isir disponibbli għall-pubbliku, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-partijiet tal-pjan li d-divulgazzjoni tagħhom tista’ timmina l-effettività tal-kontrolli uffiċjali. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-mezzi ta’ pubblikazzjoni tal-MANCP.

L-Artikolu 111(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-aħħar verżjoni aġġornata tal-MANCP rispettiv tagħhom.

Dan huwa mingħajr preġudizzju għal talbiet oħra tal-Kummissjoni għal informazzjoni speċifika sabiex jitwettqu kontrolli tal-Kummissjoni, inklużi awditi, fl-Istati Membri skont l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625.

4.    Perjodiċità (tul taċ-ċiklu ta’ ppjanar)

Gwida

Il-perjodu ta’ validità/durata tal-MANCP huwa kwistjoni li għandu jiddeċiedi l-Istat Membru u jista’ jiġi stabbilit biex jikkorrispondi ma’ attivitajiet oħrajn ta’ ppjanar nazzjonali, bħaċ-ċiklu baġitarju. Ir-raġunijiet għall-għażla tat-tul ta’ żmien magħżul jenħtieġ li jiġu ddikjarati fil-qosor fil-MANCP.

Huwa ssuġġerit li sabiex ikun pluriennali, il-pjan jenħtieġ li jkopri perjodu minimu ta’ tliet snin. Minħabba d-diffikultà ta’ ppjanar bil-quddiem f’ambjent li qed jevolvi, huwa ssuġġerit li l-perjodu ta’ ċiklu ta’ ppjanar waħdieni ma għandux jaqbeż il-ħames snin.

Inċertezzi u restrizzjonijiet jiddettaw il-livell ta’ dettall dwar il-kontrolli uffiċjali li jistgħu jiġu previsti f’kull sena tal-pjan. B’mod partikolari, l-għanijiet/l-objettivi operazzjonali għall-kontrolli uffiċjali jista’ jkollhom jiġu stabbiliti proviżorjament għall-aħħar snin tal-MANCP u jiġu aġġornati fuq bażi regolari flimkien mat-tħejjija tar-rapport annwali meħtieġ skont l-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. F’dan ir-rigward, jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima D.1.1.

5.    Rekwiżiti ġenerali għall-MANCP

Rekwiżit legali

L-Artikoli 110, 111 (2) u 119 tar-Regolament (UE) 2017/625

Gwida

Il-MANCP huwa meħtieġ li jkun fih informazzjoni ġenerali dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ kontrolli uffiċjali tal-Istat Membru li jkopru l-oqsma kollha tal-katina agroalimentari tal-Unjoni. Għalkemm ta’ natura ġenerali, il-MANCP huwa meħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-kwistjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikolu 110(2)(a) sa (k) tar-Regolament (UE) 2017/625. Gwida dwar dawk il-kwistjonijiet speċifiċi hija stabbilita fit-Taqsima D ta’ dan id-dokument ta’ gwida.

L-Istati Membri huma mfakkra dwar l-obbligu tagħhom li jirrieżaminaw, u jikkunsidraw aġġustamenti tal-MANCP matul l-implimentazzjoni tiegħu fid-dawl tal-fatturi stabbiliti fl-Artikoli 111(2) u 119(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 u għall-inklużjoni ta’ kwalunkwe aġġustament sussegwenti fir-rapport annwali previst fl-Artikolu 113(1) ta’ dak ir-Regolament.

Għalhekk, jenħtieġ li l-MANCP jiddeskrivi:

(a)

il-proċess għar-reviżjoni annwali tal-operat tal-MANCP, bħala kontribut għar-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-MANCP;

(b)

kif l-eżitu tal-awditi tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/625 jikkontribwixxi għal dan il-proċess.

D.   GWIDA ĠENERALI DWAR IL-KONTENUT TAL-MANCP

1.    Strateġija u kuntest

1.1.   Objettivi strateġiċi tal-MANCP

Rekwiżit legali

L-Artikolu 110(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625

Gwida

Filwaqt li jitqies li l-objettiv ewlieni tar-Regolament (UE) 2017/625 huwa li jiżgura approċċ aktar armonizzat u koerenti għall-kontrolli uffiċjali u l-azzjonijiet ta’ infurzar rilevanti tul il-katina agroalimentari kollha tal-Unjoni u l-obbligu ġenerali fuq l-Istati Membri li jinfurzaw id-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw objettivi u strateġiji xierqa biex jiksbu dak l-għan. Dawk l-objettivi u l-istrateġiji għandhom jiffurmaw il-bażi tal-MANCP u jiġu stabbiliti fil-qosor fih (8).

L-istrateġija adottata mill-Istat Membru għall-attivitajiet, l-oqsma u l-istadji differenti tal-katina agroalimentari tal-Unjoni jenħtieġ li tinkludi deskrizzjoni qasira ta’, u r-raġunijiet għal, dawn li ġejjin:

il-fokus tal-kontrolli uffiċjali;

il-prijoritizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali; u

l-allokazzjoni tar-riżorsi.

1.2.   Kategorizzazzjoni tar-riskju

Rekwiżit legali

L-Artikolu 110(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/625

Gwida

Meta jitqies li fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, l-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/625 jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli uffiċjali fuq l-operaturi kollha b’mod regolari, fuq bażi ta’ riskju u bi frekwenza xierqa, il-MANCP għandu jinkludi informazzjoni dwar il-kategorizzazzjoni tar-riskju, jekk ikun hemm, assenjata lid-diversi attivitajiet soġġetti għall-kontrolli uffiċjali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tispeċifika l-frekwenzi minimi tal-kontrolli uffiċjali.

Deskrizzjoni qasira tal-proċess ta’ kategorizzazzjoni tar-riskju użat mill-Istat Membru tista’ tiġi inkluża fil-MANCP (9).

2.    Qafas strutturali għall-kontrolli uffiċjali

2.1.   Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

Rekwiżit legali

L-Artikolu 110(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625

Gwida

Jenħtieġ li l-MANCP jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-istruttura u l-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-MANCP:

(a)

jidentifika l-awtoritajiet, jew, fejn xieraq, il-livell ta’ tali awtoritajiet (10), li huma maħtura bħala awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali għall-oqsma kollha elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625. L-awtoritajiet kompetenti kollha, u fejn xieraq il-livell ta’ awtorità kompetenti (livell ċentrali, reġjonali u lokali) jenħtieġ li jiġu identifikati, kif jenħtieġ li jiġu identifikati l-korpi delegati jew il-persuni fiżiċi kollha li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti;

(b)

jiddeskrivi l-allokazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet ta’ kontroll uffiċjali għall-katina agroalimentari kollha;

(c)

jindika r-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti;

(d)

jelenka l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 100(1) tar-Regolament (UE) 2017/ 625 u ż-żoni li għalihom huma nħatru.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tista’ tintwera fil-forma ta’ organigramma integrata fil-livell nazzjonali tal-awtoritajiet kompetenti u l-kompiti u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

Id-deskrizzjoni tar-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li tinkludi r-riżorsi umani u faċilitajiet u servizzi ta’ appoġġ, bħal sistemi u laboratorju speċjalizzati dwar it-Teknoloġija ta’ l-Informatika (IT), faċilitajiet u servizzi dijanjostiċi, ta’ riċerka u ta’ taħrig, kif xieraq.

Ir-riżorsi umani jenħtieġ li jiġu deskritti f’termini tan-numru ta’ karigi full-time jew “ekwivalenti għal full-time”. Il-faċilitajiet u s-servizzi disponibbli jistgħu jiġu kkwantifikati f’termini ta’ livell ta’ servizz, kapaċità laboratorja u firxa ta’ attivitajiet analitiċi u, fejn xieraq, it-tagħrif jista’ jingħata fuq livell nazzjonali jew reġjonali filwaqt li jindikaw in-numru ta’ awtoritajiet kompetenti li qegħdin jikkondividu l-faċilitajiet.

Lista sħiħa ta’ laboratorji uffiċjali maħtura biex iwettqu analiżi fuq kampjuni meħuda matul kontrolli uffiċjali mhijiex meħtieġa li tiġi inkluża fil-pjan, iżda jenħtieġ li tinżamm mill-awtorità kompetenti.

Meta l-listi tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u tal-laboratorji uffiċjali ma jkunux inklużi fil-MANCP, jenħtieġ li jiġu inklużi l-ħoloq għall-paġna/i tal-web rilevanti fejn jistgħu jinstabu dawk il-listi.

2.2.   Delega lil korpi delegati (jew persuni fiżiċi)

Rekwiżit legali

L-Artikolu 110(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/625

Gwida

Fejn xieraq, il-MANCP għandu:

(a)

jidentifika l-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw kompiti ta’ kontroll uffiċjali lil korpi delegati;

(b)

jelenka l-kompiti speċifiċi delegati lil kull kategorija ta’ korp delegat;

(c)

jinkludi deskrizzjoni ġenerali tal-arranġamenti fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi delegati li jiddelegaw jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’:

(i)

L-Artikoli 29 u 33 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(ii)

l-Anness II, il-Kapitolu II, il-punt 2 tar-Regolament (UE) 2017/625;

Il-punti (a) sa (c)(i) hawn fuq jistgħu japplikaw ukoll meta jkun hemm delega tal-kompiti lil persuni fiżiċi (l-Artikoli 30 u 33 tar-Regolament (UE) 2017/625).

Meta l-istess kompiti ta’ kontroll uffiċjali jiġu ddelegati lil għadd ta’ korpi delegati jew lil persuni fiżiċi, id-delega ta’ tali kompiti tista’, għall-finijiet tal-MANCP, tiġi deskritta f’termini ta’ kategoriji ta’ korp iddelegat jew persuna fiżika. F’dan il-każ, lista komprensiva u aġġornata ta’ korpi delegati jew persuni fiżiċi li jkunu ġew inkarigati bil-kompiti ta’ kontroll uffiċjali mhijiex meħtieġa li tiġi inkluża fil-pjan, iżda għandha tinżamm mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

3.    Organizzazzjoni ġenerali u ġestjoni tal-kontrolli uffiċjali

Rekwiżit legali

L-Artikolu 110(2)(e) sa (i) tar-Regolament (UE) 2017/625

Gwida

L-Artikolu 110(2)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li l-MANCP għandu jkun fih informazzjoni dwar l-organizzazzjoni ġenerali u l-ġestjoni tal-kontrolli uffiċjali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi l-kontrolli uffiċjali fi stabbilimenti individwali.

Deskrizzjoni ġenerali tal-organizzazzjoni u l-istruttura ta’ kull organizzazzjoni, maħtura bħala awtorità kompetenti, fil-livelli kollha, għandha tiġi inkluża fil-MANCP. Tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni ġenerika għall-istess kategorija ta’ awtorità kompetenti fil-livell reġjonali u/jew lokali meta l-organizzazzjoni u l-istruttura tal-awtoritajiet kompetenti jkunu essenzjalment l-istess. Jenħtieġ li l-MANCP jiddeskrivi kif il-kontrolli uffiċjali, inkluż il-kontrolli fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, jiġu organizzati u ġestiti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

Il-MANCP għandu jinkludi deskrizzjoni ġenerali ta’:

(a)

l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti;

(b)

ir-relazzjonijiet ġerarkiċi u l-arranġamenti ta’ rappurtar (u/jew governanza) fi ħdan u bejn l-awtoritajiet kompetenti u ma’ korpi delegati jew persuni fiżiċi;

(c)

l-arranġamenti għall-verifika biex jiġu żgurati l-kwalità, l-imparzjalità, il-konsistenza u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali fil-livelli kollha fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti u bejniethom inkluż fl-awtoritajiet reġjonali u/jew lokali kollha kif previst fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625;

(d)

ir-relazzjoni u l-arranġamenti bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-laboratorji ta’ referenza uffiċjali u nazzjonali maħtura biex jiżguraw li dawn il-laboratorji jikkonformaw mal-Artikoli 38 u 100(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, u joperaw skonthom, rispettivament;

(e)

l-arranġamenti għat-twettiq tal-awditi tal-awtoritajiet kompetenti, biex jiġu żgurati l-effettività u l-adegwatezza tal-kontrolli uffiċjali, kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/625. L-arranġamenti (11) jenħtieġ li jindikaw kif jiġi żgurat li l-awditi jkunu soġġetti għal skrutinju indipendenti u jitwettqu b’mod trasparenti u li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri xierqa fid-dawl tar-riżultati ta’ tali awditi.

3.1.   Sistemi ta’ kontroll u attivitajiet ta’ koordinazzjoni

L-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll uffiċjali jenħtieġ li tqis:

(a)

il-ħtieġa li jiġu ddeterminati n-natura, il-frekwenza, il-ħin u l-punt tal-kontroll uffiċjali, sabiex tiġi massimizzata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari;

(b)

ir-rwol tal-prijoritizzazzjoni fid-determinazzjoni tal-bilanċ bejn il-kompiti u r-riżorsi, il-kosteffiċjenza u l-kosteffettività;

(c)

il-pjanijiet jew il-programmi ta’ kontroll nazzjonali speċifiċi previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari;

(d)

kwalunkwe pjan nazzjonali speċifiku għall-kontroll jew għall-qerda tal-mard;

(e)

kwalunkwe kategorizzazzjoni tar-riskju rilevanti.

Għalhekk, jenħtieġ li l-MANCP jiddeskrivi:

(a)

is-sistemi ta’ kontroll uffiċjali applikati għal żoni differenti, b’mod partikolari:

(i)

il-metodi u t-tekniki ta’ kontroll uffiċjali użati, bħall-monitoraġġ, is-sorveljanza, il-verifika, l-awditjar, l-ispezzjoni, it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-Artikoli 14, 34 u 35 tar-Regolament (UE) 2017/625, u fejn u meta jintużaw tali metodi u tekniki ta’ kontroll uffiċjali;

(ii)

il-frekwenza, jew kif xieraq, il-kriterji għad-determinazzjoni tal-frekwenza u n-natura tal-kontrolli uffiċjali;

(iii)

il-firxa u l-operat tal-kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-annimali u l-prodotti kollha;

(b)

kif il-kategoriji tar-riskju msemmija fit-Taqsima D.1.2 jiġu applikati biex il-kontrolli uffiċjali jiġu mmirati b’mod effettiv;

(c)

kif l-arranġamenti ta’ kontroll uffiċjali għal-leġiżlazzjoni agroalimentari tal-Unjoni applikabbli orizzontalment jiġu integrati fil-kontrolli uffiċjali applikabbli għal kull qasam rilevanti; fejn ikun hemm aktar minn żona waħda involuta, għandhom jiġu stabbiliti “rabtiet” xierqa bejn iż-żoni differenti.

Jenħtieġ li jkun hemm arranġamenti stabbiliti biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni tal-attivitajiet u l-kooperazzjoni fi ħdan u bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dawn l-arranġamenti jenħtieġu jikkontribwixxu wkoll sabiex jiżguraw il-kwalità, l-imparzjalità, il-konsistenza u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali.

B’mod partikolari, jenħtieġ li tingħata informazzjoni dwar il-miżuri ġenerali għall-ġestjoni tar-relazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti differenti responsabbli għal oqsma differenti jew stadji differenti tal-katina agroalimentari tal-Unjoni u dwar l-arranġamenti fejn il-kompetenza hija mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti reġjonali u/jew lokali, jew kondiviża magħhom.

Għalhekk, jenħtieġ li l-MANCP jiddeskrivi:

(a)

l-arranġamenti biex jiġu żgurati kooperazzjoni u koordinazzjoni effettivi u effiċjenti tal-attivitajiet:

fi ħdan awtorità kompetenti, bejn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar involuti fl-istess qasam (b’mod partikolari, fejn Stat Membru jikkonferixxi kompetenza biex jitwettqu kontrolli uffiċjali fuq: awtorità għajr awtorità kompetenti ċentrali bejn l-awtoritajiet ċentrali, reġjonali u lokali rilevanti, kif stabbilit fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2017/625);

dwar awtoritajiet oħra (fejn il-kooperazzjoni hija meħtieġa kif stabbilit fl-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (UE) 2017/625); u

meta l-awtoritajiet kompetenti jiddelegaw il-kontrolli uffiċjali lil korpi delegati jew lil persuni fiżiċi kif stipulat fl-Artikoli 28(1), 29, 30 u 33 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Pereżempju, arranġamenti formali għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet u l-iżgurar tal-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali bħal laqgħat, kumitati konġunti u gruppi ta’ kollegament u rekwiżiti għal ftehimiet jew azzjonijiet konġunti;

(b)

inizjattivi ta’ taħriġ kondiviż għall-persunal involut fil-kontrolli uffiċjali, eż. fl-oqsma tal-ħiliet tekniċi, is-superviżjoni tas-servizzi ta’ kontroll, il-ġestjoni tal-kwalità u l-awditjar, jekk applikabbli;

(c)

il-kondiviżjoni tal-aċċess għal faċilitajiet tal-laboratorju u dijanjostiċi jekk applikabbli;

(d)

il-ġestjoni u l-użu ta’ bażijiet ta’ data nazzjonali kondiviżi fejn applikabbli;

(e)

l-oqsma fejn il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti hija kwistjoni importanti, inkluż:

(i)

il-miżuri fis-seħħ biex jiġi żgurat l-operat effettiv ta’ tali attività sabiex ma jkunx hemm diżaggregazzjoni fil-kontrolli uffiċjali;

(ii)

kif tiġi skambjata l-informazzjoni meħtieġa bejn l-awtoritajiet kompetenti biex jiġu żgurati l-kontinwità u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali u biex is-sistemi ta’ traċċabbiltà jkunu jistgħu joperaw b’mod effettiv.

3.2.   Konformità mal-kriterji operattivi

Jenħtieġ li l-MANCP jiddeskrivi l-metodi użati biex jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet maħtura bħala awtoritajiet kompetenti jew awtoritajiet ta’ kontroll organiku jkunu qed jimplimentaw b’mod effettiv ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1)(a) u (c) sa (i) tar-Regolament (UE) 2017/625.

B’mod partikolari, jenħtieġ li l-MANCP jiddeskrivi l-proċeduri u/jew l-arranġamenti fis-seħħ biex jiġi żgurat dan li ġej, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ kontroll organiċi kollha:

(a)

l-effikaċja u l-adegwatezza tal-kontrolli uffiċjali;

(b)

li hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali (12) jkun ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess, li jista’ jfixkel l-oġġettività u l-indipendenza tiegħu jew jikkomprometti l-ġudizzju professjonali tiegħu u jittratta kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali li jista’ jinqala’;

(c)

li l-awtoritajiet kollha għandhom, jew għandhom aċċess għal, kapaċità adegwata tal-laboratorju għall-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjożi;

(d)

li l-awtoritajiet kollha għandhom, jew għandhom aċċess għal, għadd suffiċjenti ta’ persunal ikkwalifikat u b’esperjenza xierqa sabiex il-kontrolli uffiċjali jkunu jistgħu jitwettqu b’mod effiċjenti u effettiv;

(e)

li l-awtoritajiet kollha jkollhom faċilitajiet u tagħmir xierqa u miżmuma tajjeb biex jiżguraw li l-persunal ikun jista’ jwettaq il-kontrolli uffiċjali b’mod effiċjenti u effettiv;

(f)

li l-awtoritajiet kollha għandhom is-setgħat legali biex iwettqu kontrolli uffiċjali u li jieħdu l-azzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) 2017/625 u fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluża s-setgħa ta’ aċċess għall-bini tal-operaturi, biex jispezzjonaw annimali u oġġetti, rekords jew dokumenti oħra inklużi sistemi tal-informatika, biex jieħdu kampjuni, u biex jieħdu azzjonijiet xierqa fil-każ ta’ suspett jew sejbien ta’ nuqqasijiet ta’ konformità inkluża l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi jew il-bidu ta’ proċeduri xierqa għall-impożizzjoni ta’ tali sanzjonijiet;

(g)

li l-awtoritajiet kollha jkollhom pjanijiet ta’ kontinġenza fis-seħħ u jkunu lesti li joperaw tali pjanijiet fil-każ ta’ emerġenza, fejn xieraq, skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.3.   Taħriġ ta’ persunal li jwettaq kontrolli uffiċjali

Jenħtieġ li l-MANCP jiddeskrivi s-sistemi jew l-arranġamenti fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali jirċievi, jew ikun irċieva t-taħriġ, previst fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Jenħtieġ li l-MANCP jiddeskrivi wkoll l-arranġamenti biex jiġi żgurat li l-persunal kollu li jwettaq il-kontrolli uffiċjali jkollu l-kwalifiki, it-taħriġ u l-kompetenzi meħtieġa biex iwettaq tali kontrolli b’mod effettiv.

Għall-oqsma kollha, jenħtieġ li l-MANCP jistabbilixxi s-sistemi jew l-arranġamenti fis-seħħ biex:

(a)

jidentifikaw il-ħtiġijiet ta’ taħriġ għall-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali;

(b)

jipprovdu u jevalwaw dan it-taħriġ;

(c)

jiddokumentaw tali taħriġ għal finijiet ta’ awditjar.

L-arranġamenti għad-delega ta’ kompiti ta’ kontroll uffiċjali lil korpi delegati jew persuni fiżiċi, jenħtieġ li jiżguraw li l-persunal ta’ tali korpi delegati jew persuni fiżiċi, ikollhom it-taħriġ, il-kwalifiki u l-kompetenzi meħtieġa biex iwettqu dawk il-kompiti b’mod effettiv (ara wkoll il-gwida fit-Taqsima D.2.2).

3.4.   Proċeduri dokumentati

Jenħtieġ li l-MANCP jiddeskrivi s-sistemi jew l-arranġamenti fis-seħħ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti tal-Artikolu 12(1) sa (3) tar-Regolament (UE) 2017/625, rigward il-proċeduri dokumentati u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament rigward rekords bil-miktub tal-kontrolli uffiċjali.

Il-proċeduri dokumentati għandhom ikopru l-oqsma għall-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2017/625 u jinkludu struzzjonijiet għall-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali.

Għall-oqsma kollha, jenħtieġ li l-MANCP jiddeskrivi s-sistemi jew l-arranġamenti fis-seħħ biex jiġi żgurat li:

(a)

il-proċeduri dokumentati rilevanti huma faċilment aċċessibbli għal (13):

(i)

il-persunal kollu li jwettaq il-kontrolli uffiċjali;

(ii)

l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(iii)

l-awtorità ċentrali kompetenti;

(b)

il-proċeduri dokumentati jiġu riveduti u aġġornati f’intervalli xierqa.

Lista komprensiva jew indiċi ta’ proċeduri dokumentati mhumiex meħtieġa li jiġu inklużi fil-pjan, iżda għandhom jinżammu mill-awtorità kompetenti.

Għall-oqsma kollha, jenħtieġ li l-MANCP jiddeskrivi s-sistemi jew l-arranġamenti fis-seħħ biex jipprevedu r-reġistrazzjoni tat-twettiq u l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali, kif previst fl-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-preżentazzjoni ta’ tali rekords u biex jiġi żgurat li tali rekords ikunu aċċessibbli faċilment għal:

(a)

il-persunal kollu li jwettaq dawk il-kontrolli uffiċjali;

(b)

l-awtorità kompetenti kkonċernata;

(c)

l-awtorità ċentrali kompetenti;

(d)

kwalunkwe organizzazzjoni involuta fit-twettiq tal-verifiki;

(e)

il-Kummissjoni fuq talba.

4.    Ġestjoni ta’ inċidenti /emerġenzi

4.1.   Pjanijiet ta’ kontinġenza operattivi

Rekwiżit legali

L-Artikolu 110(2)(j) tar-Regolament (UE) 2017/625

Gwida

Din it-Taqsima tipprovdi gwida, b’mod partikolari, dwar l-informazzjoni li jenħtieġ li tiġi pprovduta fir-rigward tal-pjanijiet ta’ kontinġenza msemmija fl-Artikoli 5(1)(i) u 115 tar-Regolament (UE) 2017/625, u, b’mod ġenerali, dwar pjanijiet ta’ kontinġenza oħra meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, bħal:

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14); u

Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

Jenħtieġ li l-MANCP:

(a)

jindika kull wieħed mill-oqsma li għalihom hemm fis-seħħ pjanijiet ta’ kontinġenza speċifiċi;

(b)

jindika l-ambitu ta’ kull pjan ta’ kontinġenza bħal dan;

(c)

fir-rigward ta’ kull pjan ta’ kontinġenza bħal dan, jidentifika l-korp jew il-korpi responsabbli għat-tħejjija u għall-manutenzjoni tagħhom;

(d)

jiddeskrivi s-sistema jew l-arranġamenti fis-seħħ għat-tixrid tal-pjanijiet ta’ kontinġenza u għal taħriġ xieraq fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħhom.

Madankollu, mhuwiex meħtieġ li tiġi mehmuża kopja tal-pjanijiet ta’ kontinġenza individwali iżda jenħtieġ li jiġu pprovduti link(s) għall-paġna/i web rilevanti.

Jekk ikun xieraq, dawk l-arranġamenti jistgħu jiġu deskritti bl-użu ta’ organigramma jew tabella jew format ieħor ippreżentat faċilment.

4.2.   Organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni u assistenza reċiproka

Rekwiżit legali

L-Artikolu 110(2)(k) tar-Regolament (UE) 2017/625

Gwida

Jenħtieġ li l-MANCP:

(a)

jiddeskrivu l-arranġamenti ġenerali fis-seħħ biex jiżguraw li r-rekwiżiti tal-Artikoli 102 sa 107 tar-Regolament (UE) 2017/625 jiġu ssodisfati;

(b)

jidentifikaw il-korp jew korpi ta’ kollegament maħtura u l-oqsma ta’ responsabbiltà jew kompetenza rispettivi tagħhom.

Id-deskrizzjoni tal-arranġamenti ġenerali tista’ tinkludi informazzjoni dwar kif l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw u jxerrdu informazzjoni dwar riskji serji diretti jew indiretti għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali jew, fir-rigward tal-GMOs u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri rapidi biex jiġu miġġielda dawk ir-riskji serji.

Jenħtieġ li jkunu stabbiliti mekkaniżmi għall-assistenza u l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti biex jiġi żgurat li l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, li għandhom dimensjoni transfruntiera, jiġu segwiti b’mod effettiv mhux biss fl-Istat Membru fejn jiġi identifikat għall-ewwel darba n-nuqqas ta’ konformità iżda wkoll fl-Istat Membru minn fejn ikun oriġina n-nuqqas ta’ konformità.

Spjegazzjoni qasira ta’ kif l-awtoritajiet kompetenti jinteraġixxu ma’ u jużaw il-komponenti differenti tas-sistema kompjuterizzata ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) (16) tista’ tintuża biex turi l-azzjonijiet f’waqthom tal-Istati Membri biex jiġġieldu ċerti riskji serji tul il-katina agroalimentari tal-Unjoni u kif huma lesti li jieħdu azzjonijiet effettivi u proporzjonati biex isegwu ksur transfruntier tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari anke f’każijiet fejn prattiki potenzjalment frodulenti jew qarrieqa jkollhom jew jista’ jkollhom dimensjoni transfruntiera.

It-talbiet għal assistenza amministrattiva, kooperazzjoni u n-notifiki kollha għandhom jingħataw segwitu xieraq. Biex dan jiġi ffaċilitat, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru korp ta’ kollegament wieħed jew aktar biex jassistu u jikkoordinaw il-flussi ta’ komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(4)  Skont l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-Artikoli 109 sa 111 tal-istess regolament ma japplikawx għal attivitajiet uffiċjali oħra.

(5)  Il-ħidma tal-Grupp ta’ Ħidma Konġunt OIE-UE tista’ tkun sors utli ta’ informazzjoni.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell tal-formola standard li għandu jintuża fir-rapporti annwali mressqa mill-Istati Membri (ĠU L 124, 13.5.2019, p. 1).

(7)  Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandha timtela l-mudell tal-formola standard fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell tal-formola standard li għandu jintuża fir-rapporti annwali mressqa mill-Istati Membri (ĠU C 71, 1.3.2021, p. 1) [C(2021) 1136].

(8)  Il-ħidma tan-Network tal-MANCP tista’ tkun sors utli ta’ informazzjoni.

(9)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna Nru 8

(10)  Pereżempju: “Länder”, “kunsilli tal-kontea”, “muniċipalitajiet”, “départements”.

(11)  Dawk l-arranġamenti jenħtieġ li jqisu l-Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet għat-twettiq ta’ awditi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/625 (ĠU C 66, 26.2.2021, p. 22).

(12)  Fejn persunal estern jew kuntrattwali jkun qed iwettaq kontrolli uffiċjali, li jkun hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw li jkollhom l-istess grad ta’ indipendenza u responsabbiltà bħall-persunal permanenti fit-twettiq tad-dmirijiet ta’ kontroll uffiċjali tagħhom.

(13)  Ara wkoll it-taqsima C.3

(14)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).


ANNESS I

Gwida dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-MANCP

L-arranġamenti għall-kontrolli uffiċjali kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 jenħtieġ li jiġu indirizzati fl-MANCP. Aktar informazzjoni maħsuba bħala gwida dwar ir-regoli li fihom dispożizzjonijiet għall-kontrolli uffiċjali ta’ hawn fuq hija pprovduta hawn taħt, fil-forma ta’ listi indikattivi mhux eżawrjenti, għal kull qasam skont l-Artikolu 1(2) u għall-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) 2017/625.

RIGWARD L-OQSMA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2) TAR-REGOLAMENT (UE) 2017/625:

(a)

L-ikel u s-sikurezza tal-ikel, l-integrità u t-tjubija tal-ikel fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel, inkluż regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom, u l-manifattura u l-użu ta’ materjal u oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel

Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel

Id-Direttiva 96/22/KE dwar il-projbizzjoni tal-użu fit-trobbija tal-bhejjem, ta’ sustanzi li għandhom effett ormonali jew tireostatiku u ta’ agonisti beta

Id-Direttiva 96/23/KE dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali — dispożizzjonijiet li jibqgħu applikabbli skont id-dispożizzjoni tranżitorja fl-Artikolu 150 tar-Regolament (UE) 2017/625

Id-Deċiżjoni 97/747/KE li tiffissa l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE sabiex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f’ċerti prodotti mill-annimali

Id-Direttiva 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (regoli rilevanti għall-ilma fil-fliexken)

Id-Direttiva 1999/2/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza

Id-Direttiva 1999/3/KE dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati b’radjazzjoni jonizzanti

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel

Id-Direttiva 2002/46/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel

Id-Direttiva 2002/99/KE li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman

Id-Direttiva 2003/40/KE li tistabbilixxi l-lista, il-limiti ta’ konċentrazzjoni u l-ħtiġiet ta’ tikkettjar għall-kostitwenti tal-ilmijiet minerali naturali u l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ arja arrikkita b’ożonu għat-trattament ta’ ilmijiet minerali naturali u ilmijiet min-nixxiegħat

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali

Ir-Regolament (KE) Nru 641/2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta' prodotti eżistenti u preżenża aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' materjal ġenetikament modifikati li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti jew annimali

Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel

Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006, dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 2023/2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 dwar l-enżimi tal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar l-addittivi tal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel

Id-Direttiva 2009/32/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel

Id-Direttiva 2009/39/KE dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari

Id-Direttiva 2009/54/KE dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali

Ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali

Ir-Regolament (UE) Nru 115/2010 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat

Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel

Ir-Regolament (UE) Nru 931/2011 dwar ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għal ikel li joriġina mill-annimali

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

Ir-Regolament (UE) Nru 29/2012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (Titolu IV: termini tal-kwalità mhux obbligatorji)

Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (l-Artikoli 73 sa 91)

Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffriżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur

Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Ir-Regolament (UE) Nru 179/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 228/2013 fir-rigward tar-reġistru tal-operaturi, l-ammont tal-għajnuna għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti barra r-reġjun, il-logo, l-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni għal ċerti annimali bovini u l-iffinanzjar ta’ ċerti miżuri relatati ma’ miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni

Ir-Regolament (UE) 2015/1375 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 dwar ikel ġdid

Ir-Regolament (UE) 2019/624 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625

Ir-Regolament (UE) 2019/627 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali

Ir-Regolament (UE) 2019/1139 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq ikel li joriġina mill-annimali b’rabta mar-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tagħrif dwar il-katina tal-ikel u l-prodotti tas-sajd u mar-referenza għall-metodi rikonoxxuti tal-ittestjar għall-bijotossini marini u għall-metodi tal-ittestjar għall-ħalib mhux ipproċessat u l-ħalib tal-baqar ittrattat bis-sħana

Ir-Regolament (UE) 2019/2090 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 rigward każijiet ta’ nonkonformità suspettata jew stabbilita mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati fi prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf jew mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati


(b)

Ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM) għall-finijiet tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf.

Id-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament

Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament

Ir-Rakkomandazzjoni 2004/787/KE dwar gwida teknika għat-teħid ta’ kampjuni u d-detezzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u materjal prodott minn organiżmi ġenetikament modifikati bħala jew fi prodotti fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 65/2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament

Ir-Regolament (KE) Nru 641/2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta' prodotti eżistenti u preżenża aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' materjal ġenetikament modifikati li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli

Ir-Regolament (UE) Nru 619/2011 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf fir-rigward tal-preżenza ta’ materjal ġenetikament modifikat li għalih hija pendenti proċedura ta’ awtorizzazzjoni jew li l-awtorizzazzjoni tiegħu skadiet

Id-Direttiva (UE) 2015/412 li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom

L-atti legali kollha dwar l-awtorizzazzjoni għal prodotti individwali, kif jinsab fir-Reġistru tal-OĠM tal-UE: Genetically Modified Organisms — Il-Kummissjoni Ewropea (http://ec.europa.eu/food/dyna/gm_register/index_en.cfm)


(c)

Is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni tal-għalf u tal-użu tal-għalf, inkluż regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu s-saħħa u l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom.

Id-Direttiva 90/167/KEE li tistipula l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fis-suq u l-użu fil-Komunità ta’ prodotti tal-ikel medikat (sas-27 ta’ Jannar 2022)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel

Id-Direttiva 2002/32/KE dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali

Ir-Regolament (KE) Nru 641/2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta' prodotti eżistenti u preżenża aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' materjal ġenetikament modifikati li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-iġjene tal-għalf

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti jew annimali

Id-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf

Ir-Regolament (UE) Nru 619/2011 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf fir-rigward tal-preżenza ta’ materjal ġenetikament modifikat li għalih hemm proċedura ta’ awtorizzazzjoni pendenti jew li l-awtorizzazzjoni tiegħu skadiet

Ir-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf

Ir-Regolament (UE) 2019/4 dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf medikat (mit-28 ta’ Jannar 2022)

Ir-Regolament (UE) 2019/2090 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 rigward każijiet ta’ nonkonformità suspettata jew stabbilita mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati fi prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf jew mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati


(d)

Rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali.

Lista ta’ atti fl-Artikolu 270(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 (sal-20 ta’ April 2021), b’mod partikolari:

Id-Direttiva 88/407/KEE li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini

Id-Direttiva 89/556/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat

Id-Direttiva 90/429/KEE li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali

Id-Direttiva 92/65/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE

Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini

Id-Direttiva 2006/88/KE dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/97 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE

Ir-Regolament (KE) Nru 494/98 li jistipula regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi minimi fl-istruttura tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-bovini

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered

Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini

Ir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini u l-kaprini

Ir-Regolament (UE) 2016/429 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (mill-21 ta’ April 2021)


(e)

Il-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali li jirriżultaw minn prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati.

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva


(f)

Ir-rekwiżiti dwar it-trattament xieraq tal-annimali.

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/97 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE

Id-Direttiva 98/58/KE dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja

Id-Direttiva 1999/74/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid

Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati

Id-Direttiva 2007/43/KE li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam

Id-Direttiva 2008/119/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela

Id-Direttiva 2008/120/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali

Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla


(g)

Miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti.

Ir-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti

Ir-Regolament (UE) 2019/66 rigward regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti applikabbli għal dik il-merkanzija


(h)

Ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, bl-eċċezzjoni ta’ tagħmir għall-applikazzjoni ta’ pestiċidi.

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

Id-Direttiva 2009/128/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi


(i)

Il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi.

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (sal-31 ta’ Diċembru 2020)

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

Ir-Regolament (UE) Nru 392/2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 rigward is-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli

Ir-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (mill-1 ta’ Jannar 2021)


(j)

L-użu u t-tikkettar tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti.

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, (l-Artikolu 53)

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat

Ir-Regolament (UE) Nru 664/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment ta’ simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn

Ir-Regolament (UE) Nru 668/2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

RIGWARD L-ARTIKOLU 1(3) TAR-REGOLAMENT (UE) 2017/625:

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

Atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 relatati ma’ miżuri ta’ emerġenza għall-ikel u l-għalf ta’ oriġini Komunitarja jew importati minn pajjiż terz

Regolament (UE) 2019/478 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kategoriji ta’ kunsinni li jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera

Ir-Regolament (UE) 2019/625 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem

Ir-Regolament (UE) 2019/1012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera

Ir-Regolament (UE) 2019/1013 dwar in-notifika minn qabel tal-kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni

Ir-Regolament (UE) 2019/1014 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll

Ir-Regolament (UE) 2019/1081 li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera

Ir-Regolament (UE) 2019/1666 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-monitoraġġ tat-trasport u l-wasla ta’ kunsinni ta’ ċerti oġġetti mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla sal-istabbiliment fil-post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni

Ir-Regolament (UE) 2019/1793 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 669/2009, (UE) Nru 884/2014, (UE) 2015/175, (UE) 2017/186 u (UE) 2018/1660

Ir-Regolament (UE) 2019/1873 dwar il-proċeduri fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera għat-twettiq koordinat tal-kontrolli uffiċjali intensifikati mill-awtoritajiet kompetenti fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti komposti

Ir-Regolament (UE) 2019/2074 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward ta’ regoli dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz

Ir-Regolament (UE) 2019/2122 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011

Ir-Regolament (UE) 2019/2123 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tar-regoli għall-każijiet fejn u l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jitwettqu verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti fil-punti ta’ kontroll u l-verifiki tad-dokumenti jistgħu jitwettqu mill-bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera

Ir-Regolament (UE) 2019/ 2124 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni 2007/777/KE

Ir-Regolament (UE) 2019/2125 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tar-regoli dwar it-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq il-materjal għall-ippakkjar mill-injam, in-notifika ta’ ċerti kunsinni u miżuri li jeħtieġ jittieħdu f’każijiet ta’ nonkonformità

Ir-Regolament (UE) 2019/2126 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward ta’ regoli għal kontrolli uffiċjali speċifiċi għal ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, miżuri li għandhom jittieħdu wara t-twettiq ta’ tali kontrolli, u ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera

Ir-Regolament (UE) 2019/2129 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi ta’ rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq ċerti kunsinni ta’ annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni

Ir-Regolament (UE) 2019/2130 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu waqt il-verifiki tad-dokumenti, tal-identità, u fiżiċi, fuq l-annimali u l-oġġetti li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u wara li jkunu saru dawn il-verifiki


ANNESS II

Gwida dwar il-format tal-MANCP

Sabiex jippromwovu approċċ konsistenti u komprensiv għall-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jippreżentaw il-MANCP tagħhom skont il-format fakultattiv li ġej.

1.   Titolu

Pjan nazzjonali pluriennali ta’ kontroll, skont l-Artikoli 109 sa 111 tar-Regolament (UE) 2017/625, ippreżentat minn (isem il-pajjiż) għall-perjodu minn (sena) sa (sena(1).

2.   Korp uniku fl-Istat Membru (għall-komunikazzjoni dwar il-pjan)

Korp wieħed (jista’ jkun unità jew uffiċċju ta’ amministrazzjoni msemmija):

Indirizz:

 

Indirizz elettroniku:

 

Telefown:

 

Sit web

 

3.   Kontenut tal-MANCP

3.1    Strateġija u kuntest

3.1.1   Objettivi strateġiċi tal-MANCP (Gwida ta’ Referenza: Taqsima D.1.1)

Elenka l-objettivi strateġiċi, eż.

Oqsma

Objettivi

Indikaturi

Kumment

Qasam 1

Objettiv 1

Indikatur 1

 

 

 

Indikatur 2

 

 

 

Indikatur n

 

3.1.2   Kategorizzazzjoni tar-riskju (Gwida ta’ Referenza: Taqsima D.1.2)

Kategorizzazzjoni tar-Riskju għal kull attività, eż.

 

Riskju 1

Riskju 2

Riskju 3

Riskju n

Attività 1

 

 

 

 

Attività 2

 

 

 

 

Attività 3

 

 

 

 

3.2    Qafas strutturali għall-kontrolli uffiċjali

3.2.1   Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti (Gwida ta’ Referenza: Taqsima D.2.1)

Għall-awtoritajiet kompetenti maħtura (ħatra, struttura u organizzazzjoni fuq bażi nazzjonali), ipprovdi ħarsa ġenerali ta’:

L-oqsma ta’ kompetenza/l-ambitu tar-responsabbiltajiet;

Kanali ta’ rapportar u komunikazzjoni.

Jistgħu jintużaw organigrammi jew tabelli oħrajn sabiex tiddeskrivi l-istruttura, ir-responsabbilitajiet, il-kanali ta’ rappurtar jew ta’ komunikazzjoni, eċċ.

Laboratorji ta’ referenza nazzjonali:

Laboratorju nazzjonali ta’ referenza

In-numru tal-akkreditazzjoni

Awtorità kompetenti responsabbli

Attivitajiet analitiċi magħżula

Programmi ta’ testijiet tal-profiċjenza/ringtests

 

 

 

 

 

Jew ipprovdi link għal fejn tista’ tinstab din il-lista.

Iddeskrivi:

is-sistemi ta’ kontroll jew ta’ ġestjoni tal-kwalità applikati f’kull laboratorju nazzjonali ta’ referenza;

l-arranġamenti għall-ippjanar u t-twettiq ta’ testijiet ta’ profiċjenza/ringtests u l-programm għal testijiet ta’ profiċjenza/ringtests sakemm idum il-MANCP kif applikabbli;

l-arranġamenti biex jiġi żgurat li l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 100(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jikkonformaw ma’ u joperaw skont l-Artikolu 100 ta’ dak ir-Regolament.

3.2.2   Delega lil korpi jew lil persuni fiżiċi delegati (Gwida ta’ Referenza: Taqsima D.2.2)

L-awtorità kompetenti li tiddelega

Korpi jew persuni fiżiċi delegati jew kategorija ta’ korp jew ta’ persuna fiżika delegata kif xieraq

Kompiti ta’ kontroll uffiċjali delegati

Numru ta’ akkreditazzjoni jew tip ta’ akkreditazzjoni meħtieġa

 

 

 

 

Iddeskrivi l-arranġamenti biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti leġiżlattivi rigward id-delega tal-kompiti ta’ kontroll lil korpi jew lil persuni fiżiċi delegati jiġu ssodisfati.

Iddeskrivi l-arranġamenti stabbiliti biex tiġi żgurata koordinazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi jew il-persuni fiżiċi delegati.

Jekk mhux inkluż fil-lista ta’ hawn fuq, ipprovdi link(s) għal fejn tista’ tinstab il-lista ta’ korpi jew persuni fiżiċi delegati.

3.3    Organizzazzjoni ġenerali u ġestjoni tal-kontrolli uffiċjali (Gwida ta’ Referenza: Taqsimiet D.3 u C.2 sa C.5)

3.3.1   Awtorità kompetenti

Iddeskrivi, kif applikabbli:

l-organizzazzjoni u l-istruttura interni f’termini ġenerali;

ir-riżorsi umani disponibbli għall-fini tat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali (ekwivalenti full-time);

ir-riżorsi li jappoġġaw azzjonijiet ta’ kontroll uffiċjali;

il-faċilitajiet tal-laboratorju;

riżorsi/infrastruttura oħra.

Imla individwalment għal kull awtorità kompetenti maħtura. Madankollu, din l-informazzjoni tista’ tiġi aggregata fil-livell nazzjonali jew reġjonali għall-istess kategorija ta’ awtoritajiet kompetenti reġjonali jew lokali. L-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tista’ tiġi ppreżentata għal kull qasam, pereżempju fil-mod li ġej:

“Qasam 1 — L-ikel u s-sikurezza tal-ikel, l-integrità u t-tjubija tal-ikel fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel, inkluż regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom, u l-manifattura u l-użu ta’ materjal u oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel

Awtoritajiet Ċentrali Kompetenti (AĊK)

Awtorità Kompetenti AĊK 1

 

Awtorità Kompetenti AĊK 2

 

Eċċ.

 


Awtoritajiet Reġjonali Kompetenti (pereżempju, Federali/Provinċjali) (ARK)

Awtorità Kompetenti ARK 1 jew Kategorija 1

 

Awtorità Kompetenti ARK 2 jew Kategorija 2

 

Awtorità Kompetenti ARK 3 jew Kategorija 3

 

Eċċ.

 

Awtoritajiet Lokali Kompetenti (pereżempju, Distrettwali/Muniċipali) (ALK)

Awtorità Kompetenti ALK 1 jew Kategorija 1

 

Awtorità Kompetenti ALK 2 jew Kategorija 2

 

Awtorità Kompetenti ALK 3 jew Kategorija 3

 

Eċċ.

 

Għal-laboratorji (għajr il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza), iddeskrivi l-proċeduri għal:

l-għażla tal-laboratorji;

l-iżgurar li r-rekwiżiti li japplikaw għal-laboratorji uffiċjali jiġu ssodisfati.

Ipprovdi link(s) fejn jistgħu jinstabu l-listi tal-laboratorji uffiċjali magħżula.

Qasam 2 — Ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM) għall-fini tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf

...”

3.3.2   Sistemi ta’ kontroll (skont il-qasam, inklużi arranġamenti orizzontali fejn xieraq)

Għal kull waħda mis-sistemi ta’ kontroll ta’ hawn taħt iddeskrivi l-miżuri biex:

tiġi ġestita l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti b’responsabbiltajiet relatati;

tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti u effettiva kemm fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll bejniethom;

jiġi żgurat li l-oqsma kollha fejn huma meħtieġa koordinazzjoni u kooperazzjoni, kemm fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll bejniethom, jiġu indirizzati.

Iddeskrivi l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat dan li ġej:

l-imparzjalità, il-kwalità u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali;

il-persunal ikun ħieles minn kunflitt ta’ interess;

kapaċità adegwata tal-laboratorju;

għadd suffiċjenti ta’ persunal b’esperjenza u kwalifikat kif xieraq;

faċilitajiet u tagħmir adegwati;

setgħat legali adegwati;

l-operaturi jikkooperaw mal-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali;

ikunu disponibbli proċeduri dokumentati;

jinżammu rekords;

trasparenza tal-kontrolli uffiċjali.

Għal kull waħda mis-sistemi ta’ kontroll iddeskrivi:

il-metodi u t-tekniki ta’ kontroll użati u fejn u meta jiġu applikati;

il-prijoritajiet ta’ kontroll, l-allokazzjoni tar-riżorsi u kif jirrelataw mal-kategorizzazzjoni tar-riskju;

il-verifika tal-arranġamenti ppjanati inklużi l-arranġamenti tar-rappurtar;

l-arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni orizzontali f’oqsma differenti;

kif il-pjanijiet jew il-programmi speċifiċi ta’ kontroll meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu integrati fis-sistemi ta’ kontroll għall-oqsma rilevanti kif xieraq.

“1.

Sistema ta’ kontroll għall-ikel u għas-sikurezza tal-ikel, l-integrità u t-tjubija tal-ikel fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel, inkluż regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom, u l-manifattura u l-użu ta’ materjal u oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel

Koordinazzjoni u kooperazzjoni

 

 

 

Kwalità u trasparenza tal-kontrolli uffiċjali

 

 

 

Implimentazzjoni u superviżjoni tal-kontrolli uffiċjali

 

 

 

Arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni orizzontali

 

 

 

Pjanijiet jew programmi speċifiċi ta’ kontroll

 

2.

Sistema ta’ kontroll għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM) għall-fini tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf.

...”

3.3.3   Arranġamenti ta’ taħriġ

Dawn jistgħu jiġu inklużi taħt kull awtorità kompetenti jew għal kull kategorija ta’ awtorità kompetenti fejn ikun hemm sistemi ekwivalenti, kif xieraq. Jekk ikun xieraq, l-arranġamenti ta’ taħriġ jistgħu jiġu deskritti għal kull qasam.

Iddeskrivi l-arranġamenti għal:

l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ;

l-implimentazzjoni ta’ pjan(ijiet) ta’ taħriġ;

ir-reġistrazzjoni u l-evalwazzjoni tat-taħriġ.

3.3.4   Iddeskrivi l-proċess għall-aġġustament u r-rieżami tal-MANCP.

Iddeskrivi l-arranġamenti għal:

l-awditjar tal-awtoritajiet kompetenti inklużi l-frekwenza u n-natura tal-awditjar;

l-iżgurar li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri xierqa fid-dawl tar-riżultati ta’ dan l-awditjar;

l-iżgurar li dan l-awditjar ikun soġġett għal skrutinju indipendenti u jitwettaq b’mod trasparenti.

3.4    Ġestjoni ta’ inċidenti/ ta’ emerġenza (Gwida ta’ referenza: Taqsimiet D.4.1 u D.4.2)

Din it-taqsima jenħtieġ li timtela fuq bażi nazzjonali.

Għall-pjanijiet ta’ kontinġenza, iddeskrivi:

is-setturi/is-suġġetti/l-oqsma fejn hemm stabbiliti pjanijiet ta’ kontinġenza;

il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kull pjan ta’ kontinġenza;

l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli;

l-arranġamenti għat-tixrid u t-taħriġ biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva inklużi eżerċizzji ta’ simulazzjoni.

Arranġamenti għal assistenza reċiproka:

Korp/korpi ta’ kollegament

Qasam/oqsma ta’ responsabbiltà

 

 

L-użu tal-bażijiet tad-data tal-UE:

RASFF

 

AAC

 

EUROPHYT

 

TRACES

 

BOVEX

 

ADNS

 


(1)  Perjodu ta’ validità tal-pjan


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/28


Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

(2021/C 78/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK (1) kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/398 (2) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/397 (4) rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jinkludi lil dik il-persuna fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti bil-paragrafi 11 u 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2140 (2014) u bil-paragrafu 14 tal-UNSCR 2216 (2015).

Il-persuna kkonċernata tista' fi kwalunkwe ħin tressaq talba lill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont il-paragrafi 11 u 15 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjonijiet li jinkluduha fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 2034

United Nations

New York, N.Y. 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 9173679448

Fax +1 2129631300

Posta elettronika: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni, ara: https://www.un.org/securitycouncil/sanctions/delisting/delisting-requests

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuna indikata min-NU għandha tiġi inkluża fil-listi ta' persuni u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/932/PESK kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2021/398 u fir-Regolament (UE) Nru 1352/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/397. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuna kkonċernata jinsabu fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati biex jaqdu l-ħtiġijiet fundamentali jew isiru ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuna kkonċernata tista' tressaq talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' ġustifikazzjoni, biex d-deċiżjoni li tiġi inkluża fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata anke għall-possibbiltà li tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 365 19.12.2014, p. 147

(2)  ĠU L 77 I, 5.3.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 365 19.12.2014, p. 60

(4)  ĠU L 77 I, 5.3.2021, p. 1.


8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/30


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

(2021/C 78/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK (2) kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/398 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 (4) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/397 (5).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni — RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2014/932/PESK kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/398, u mar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/397.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulat fid-Deċiżjoni 2014/932/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 1352/2014.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.

Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwieġeb f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew għad-durata tal-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 365 19.12.2014, p. 147.

(3)  ĠU L 77 I, 5.3.2021, p. 3.

(4)  ĠU L 365 19.12.2014, p. 60

(5)  ĠU L 77 I, 5.3.2021, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/31


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta' Marzu 2021

(2021/C 78/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1938

JPY

Yen Ġappuniż

129,30

DKK

Krona Daniża

7,4363

GBP

Lira Sterlina

0,86300

SEK

Krona Żvediża

10,1863

CHF

Frank Żvizzeru

1,1066

ISK

Krona Iżlandiża

152,90

NOK

Krona Norveġiża

10,2110

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,303

HUF

Forint Ungeriż

366,29

PLN

Zloty Pollakk

4,5748

RON

Leu Rumen

4,8813

TRY

Lira Turka

8,9502

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5565

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5160

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2695

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6737

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6008

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 347,11

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,2619

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7489

HRK

Kuna Kroata

7,5745

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 184,09

MYR

Ringgit Malażjan

4,8635

PHP

Peso Filippin

58,048

RUB

Rouble Russu

88,8807

THB

Baht Tajlandiż

36,422

BRL

Real Brażiljan

6,7979

MXN

Peso Messikan

25,3204

INR

Rupi Indjan

87,2305


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/32


It-tipi ta’ gass u l-pressjonijiet tal-provvista korrispondenti skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE

(Din il-pubblikazzjoni hija bbażata fuq tagħrif li wasal għand il-Kummissjoni mingħand l-Istati Membri)

(2021/C 78/05)

IL-ĠERMANJA

Familja ta’ Gass

It-tieni

It-tielet

Grupp ta’ Gass

Grupp H

Grupp L

Grupp P

Grupp B

 

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Valur Kalorifiku Gross (GCV) [MJ/m3]

34,5

44,7

28,7

38,6

101,2 (4)

133,8 (4)

Indiċi Wobbe [MJ/m3]

46,50 (1)

53,60

37,60 (2)

44,40

72,90 (5)

87,30 (5)

81,80

87,30

Kompożizzjoni tal-gass skont il-volum f’% tal-kontenut totali:

Kontenut ta’C1 sa C5 (somma totali)

100

100

100

100

Kontenut ta’ N2 + CO2

2,5

4

 

 

 

Kontenut ta’ CO

Kontenut ta’ Idrokarburi mhux saturati

10 %

10 %

Kontenut ta’ idroġenu

0

0,2–10

0

0,2–10

0

0,2 (6)

0

0,2 (6)

Informazzjoni dwar il-komponenti tossiċi li jinsabu fil-karburant gassuż

H2S u COS:

5 mg/m3

H2S u COS:

5 mg/m3

H2S: teknikament nieqsa / S minn COS:

5 mg/kg

H2S: teknikament nieqsa / S minn COS: 5 mg/kg

Pressjoni tal-provvista:

 

Minima

Valur nominali

Massima

Minima

Valur nominali

Massima

Minima

Valur nominali

Massima

Minima

Valur nominali

Massima

Pressjoni tal-provvista fil-bokka tat-tagħmir [mbar]

18

20

25

18

20

25

42,5

25

50 (7)

30 (8)

57,5

35

42,5

50

57,5

Pressjoni tal-provvista fil-punt ta’ kunsinna [mbar]

20

23

25,3

20

23

25,3

47,5

30

50

30

57,5

40

42,5

50

57,5

Telf ammissibbli tal-pressjoni fl-installazzjoni tal-gass tal-utent finali [mbar]

3 (3)

3 (3)

5 (3)

5 (3)

Kundizzjonijiet ta’ referenza għall-indiċi Wobbe u l-Valur Kalorifiku Gross:

Temperatura ta’ referenza tal-kombustjoni [°C]

15 oC

Temperatura ta’ referenza għall-kejl tal-volum [°C]

15 oC

Pressjoni ta’ referenza għall-kejl tal-volum [mbar]

1 013,25 mbar


(1)  Grupp H: għat-tagħmir tal-gass adattat (bħat-tagħmir tal-kategorija I2E) biex jiġu evitati l-problemi fil-provvista, għal perjodu limitat ta’ żmien jistgħu jiġu tollerati nuqqasijiet fl-indiċi Wobbe sa WS,n = 43,2 MJ/m3 (12,0 kWh/m3), bil-konfigurazzjonijiet tat-tagħmir li jibqgħu kif inhuma, jiġifieri WS,n = 54,0 MJ/m3 (15,0 kWh/m3). (40,95 MJ/m3 (15oC))

(2)  Grupp L: għat-tagħmir tal-gass adattat (bħat-tagħmir tal-kategorija I2ELL) biex jintużaw gassijiet naturali rikki fil-gassijiet inerti, għal perjodu limitat ta’ żmien jistgħu jiġu tollerati nuqqasijiet fl-indiċi Wobbe sa WS,n = 36,0 MJ/m3 (10,0 kWh/m3), bil-konfigurazzjonijiet tat-tagħmir li jibqgħu kif inhuma, jiġifieri WS,n = 44,6 MJ/m3 (12,4 kWh/m3). (34,13 MJ/ m3 (15oC ))

(3)  Japplika għal użi domestiċi jew użi simili kif ukoll għall-applikazzjonijiet imsemmija fin-noti ta’ qiegħ il-paġna (g) u (h); devjazzjonijiet possibbli għal applikazzjonijiet kummerċjali jew industrijali

(4)  Valur nominali

(5)  Minn tank fiss biss

(6)  Idroġenu, nitroġenu, ossiġenu u metan

(7)  Għal tagħmir tal-gass f’applikazzjonijiet domestiċi jew kummerċjali, u tagħmir tal-gass f’applikazzjonijiet kummerċjali f’vetturi

(8)  Għal tagħmir tal-gass f’karavani, f’vannijiet bil-kumditajiet meħtieġa għall-kampeġġ u f’dgħajjes, kif ukoll tagħmir tal-gass f’applikazzjonijiet kummerċjali f’vetturi.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/34


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10180 — BH Holding/TEDi)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 78/06)

1.   

Fl-1 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

B.H. Holding GmbH (“BH Holding”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Benjamin Heinig.

TEDi GmbH & Co. KG (“TEDi”, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata bi sħab minn BH Holding u Tengelmann Warenhandelsgesellschaft KG (il-Ġermanja, “Tengelmann”).

BH takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ TEDi kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

BH Holding iżżomm u tiġġestixxi investimenti f’diversi kumpaniji. Benjamin Heinig, persuna fiżika u l-uniku azzjonist ta’ B.H. Holding, hija proprjetarja indiretta 100 % tal-ishma f’Woolworth GmbH, katina ta’ ħwienet b’aktar minn 400 ħanut fil-Ġermanja u hija attiva fis-settur tal-ħwienet mhux tal-ikel.

TEDi hija attiva fis-settur tal-ħwienet mhux tal-ikel f’postijiet fiċ-Ċekja, il-Ġermanja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja. Il-portafoll tal-prodott offrut mit-TEDi jinkludi oġġetti ta’ kuljum u oġġetti konsumabbli.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10180 — BH Holding/TEDi

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top