This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C:2020:027:FULL
Official Journal of the European Union, C 27, 27 January 2020
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 27, 27 ta’ Jannar 2020
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 27, 27 ta’ Jannar 2020
|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2020/C 27/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2020/C 27/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Työtuomioistuin, il-Finlandja) – Terveys- ja sosiaalialan neuvottelujärjestö (TSN) ry vs Hyvinvointialan liitto ry (C-609/17) u Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry vs Satamaoperaattorit ry (C-610/17)
(Kawżi magħquda C-609/17 u C-610/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Artikolu 153 TFUE - Rekwiżiti minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 7 - Dritt għal leave annwali mħallas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat - Artikolu 15 - Dispożizzjonijiet nazzjonali u ftehimiet kollettivi iktar favorevoli għall-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Ħaddiema b’inkapaċità għax-xogħol matul perijodu ta’ leave annwali mħallas minħabba mard - Rifjut ta’ trasferiment ta’ dan il-leave annwali meta n-nuqqas ta’ trasferiment ma jirriżultax fi tnaqqis tat-tul tal-leave annwali ta’ inqas minn erba’ ġimgħat - Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Inapplikabbiltà fl-assenza ta’ sitwazzjoni ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)
(2020/C 27/02)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Työtuomioistuin
Partijiet fil-kawża prinċipali
(Kawża C-609/17)
Rikorrenti: Terveys- ja sosiaalialan neuvottelujärjestö (TSN) ry
Konvenuta: Hyvinvointialan liitto ry
fil-preżenza ta’: Fimlab Laboratoriot Oy (C-609/17)
(Kawża C-610/17)
Rikorrenti: Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry
Konvenuta: Satamaoperaattorit ry
fil-preżenza ta’: Kemi Shipping Oy
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjonijiet nazzjonali u ftehimiet kollettivi li jipprevedu l-għoti ta’ ġranet ta’ leave annwali mħallas li jeċċedu l-perijodu minimu ta’ erba’ ġimgħat previst fl-imsemmija dispożizzjoni, filwaqt li jiġi eskluż it-trasferiment ta’ dawn il-ġranet ta’ leave minħabba mard. |
|
2) |
L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 51(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex intiż sabiex japplika fil-każ ta’ tali leġiżlazzjonijiet nazzjonali u ftehimiet kollettivi. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – CeDe Group AB vs KAN Sp. z o.o. fi stralċ
(Kawża C-198/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikoli 4 u 6 - Proċeduri ta’ insolvenza - Liġi applikabbli - Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas - Nuqqas ta’ ħlas ta’ dejn kuntrattwali qabel falliment - Eċċezzjoni ta’ tpaċija bbażata fuq dejn kuntrattwali li sar qabel il-falliment)
(2020/C 27/03)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CeDe Group AB
Konvenuta: KAN Sp. z o.o. fi stralċ
Dispożittiv
L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/2008 tal-24 ta’ Lulju 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli għal azzjoni mressqa mill—istralċjarju ta’ kumpannija fi stralċ, stabbilita fi Stat Membru, u intiża għall-ħlas ta’ merkanzija kkunsinnata, b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel ftuħ il-proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ din il-kumpannija, kontra l-kumpannija kontraenti l-oħra, li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen, Landgericht Köln - il-Ġermanja) – Deutsche Post AG, Klaus Leymann vs Land Nordrhein-Westfalen (C-230/18) et UPS Deutschland Inc. & Co. OHG, DPD Dynamic Parcel Distribution GmbH & Co. KG, Bundesverband Paket & Expresslogistik e.V. vs Deutsche Post AG (C-374/18)
(Kawżi Magħquda C-203/18 u C-374/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Trasport bit-triq - Dispożizzjonijiet soċjali - Vetturi li jintużaw għall-kunsinna bħala parti mis-servizz postali universali - Derogi - Vetturi li jintużaw parzjalment għal tali kunsinna - Direttiva 97/67/KE - Artikolu 3(1) - “Servizz universali” - Kunċett)
(2020/C 27/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen, Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsche Post AG, Klaus Leymann (C-230/18), UPS Deutschland Inc. & Co. OHG, DPD Dynamic Parcel Distribution GmbH & Co. KG, Bundesverband Paket & Expresslogistik e.V. (C-374/18)
Konvenuti: Land Nordrhein-Westfalen (C-203/18), Deutsche Post AG (C-374/18)
Dispożittiv
|
1) |
Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirripproduċi litterlament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014, sa fejn din tapplika għal vetturi ta’ massa massima ammissibbli ta’ iktar minn 2.8 tunellati, iżda ta’ mhux iktar minn 3.5 tunellati u li, b’hekk, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 kif emendat bir-Regolament Nru 165/2014, għandha tiġi interpretata esklużivament abbażi tad-dritt tal-Unjoni, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, meta dawn id-dispożizzjonijiet ikun ġew reżi applikabbli għal tali vetturi bid-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat. |
|
2) |
L-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 165/2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deroga prevista minnu tikkonċerna biss il-vetturi jew il-kombinazzjonijiet ta’ vetturi użati esklużivament, waqt operazzjoni ta’ trasport partikolari, għall-finijiet tal-kunsinna ta’ oġġetti fil-kuntest tas-servizz postali universali. |
|
3) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewroprew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern ta’ servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li servizzi addizzjonali, bħalma huma l-ġbir b’slot jew mingħajra, spezzjoni viżwali tal-età, kontrorimborż, spejjeż postali mhux imħallsa sa 31.5 kilogrammi, servizzi ta’ trażmissjoni mill-ġdid, struzzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ kunsinna kif ukoll l-għażla tal-ġurnata u l-għażla ta’ żmien, jiġu pprovduti b’rabta ma’ kunsinna jikkostitwixxi ostaklu sabiex din tal-aħħar titqies bħala kunsinna mwettqa fil-kuntest tas-“servizz universali” skont din id-dispożizzjoni u, għaldaqstant, bħala kunsinna mibgħuta “bħala parti mis-servizz postali universali” għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht - il-Ġermanja) – Deutsche Lufthansa AG vs Land Berlin
(Kawża C-379/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Direttiva 2009/12/KE - Artikoli 3 u 6 - Artikolu 11(1) u (7) - Imposti ajruportwali - Protezzjoni tad-drittijiet tal-utenti tal-ajruporti - Possibbiltà għall-korp ta’ tmexxija tal-ajruport li jiftiehem dwar imposti inferjuri minn dawk approvati mill-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti - Rimedji ġudizzjarji tal-utent tal-ajruport - Kontestazzjoni inċidentali quddiem qorti ċivili li tiddeċiedi skont il-prinċipji ta’ ekwità)
(2020/C 27/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG
Konvenuta: Land Berlin
fil-preżenza ta’: Berliner Flughafen GmbH, Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Dispożittiv
|
1) |
Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti, u b’mod partikolari l-Artikolu 3, l-Artikolu 6(5)(a) kif ukoll l-Artikolu 11(1) u (7) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lil korp ta’ tmexxija tal-ajruport jiddetermina ma’ utent tal-ajruport imposti ajruportwali differenti minn dawk stabbiliti minn din l-entità u approvati mill-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti, fis-sens ta’ din id-direttiva. |
|
2) |
Id-Direttiva 2009/12 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li utent tal-ajruport ma jistax jikkontesta direttament id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tas-sistema ta’ imposti ajruportwali tal-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti, iżda jista’ jressaq azzjoni kontra l-korp ta’ tmexxija tal-ajruport quddiem qorti ċivili u jsostni biss, fil-kuntest tagħha, li l-imposta ffissata fis-sistema ta’ imposti ajruportwali li għandu jħallas dan l-utenti, ma hijiex konformi mal-ekwità. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – Infohos vs Belgische Staat
(Kawża C-400/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 13A(1)(f) - Eżenzjonijiet - Provvista ta’ servizzi minn gruppi awtonomi ta’ persuni - Servizzi pprovduti lill-membri u lill-persuni li ma humiex membri)
(2020/C 27/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Infohos
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
l-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti tal-eżenzjoni mill-VAT għall-kundizzjoni li l-gruppi awtonomi ta’ persuni jipprovdu servizzi esklużivament lill-membri tagħhom, li għandu bħala effett li tali gruppi li jipprovdu wkoll servizzi lil persuni li ma humiex membri huma kompletament suġġetti għall-VAT, inkluż għas-servizzi li jipprovdu lill-membri tagħhom.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – A. K. vs Krajowa Rada Sądownictwa (C-585/18) u CP (C-624/18), DO (C-625/18) vs Sąd Najwyższy
(Kawżi magħquda C-585/18, C-624/18 u C-625/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età - Tnaqqis tal-età tal-irtirar tal-imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) - Artikolu 9(1) - Dritt għal azzjoni legali - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin - Ħolqien ta’ awla ġdida fi ħdan is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), b’kompetenza b’mod partikolari fir-rigward tal-kawżi dwar l-irtirar obbligatorju tal-imħallfin tal-istess qorti - Awla komposta minn imħallfin maħtura reċentement mill-President tar-Repubblika tal-Polonja fuq proposta tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura - Indipendenza tal-imsemmi kunsill - Setgħa li titħalla mhux applikata l-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tkunx konformi mad-dritt tal-Unjoni - Supremazija tad-dritt tal-Unjoni)
(2020/C 27/07)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A. K. (C-585/18), CP (C-624/18), DO (C-625/18)
Konvenuti: Krajowa Rada Sądownictwa (C-585/18), Sąd Najwyższy, (C-624/18), (C-625/18)
fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny, irrapreżentat minn Prokuratura Krajowa
Dispożittiv
|
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-Izba Pracy i Ubezpieczeń Społecznych (l-Awla Industrijali u tas-Sigurtà Soċjali) tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) fil-Kawża C-585/18, u lanqas għall-ewwel domanda magħmula mill-istess qorti fil-Kawżi C-624/18 u C-625/18. |
|
2) |
It-tieni u t-tielet domanda magħmula mill-imsemmija qorti fil-Kawżi C-624/18 u C-625/18 għandhom jingħataw ir-risposta segwenti:
|
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajjiżi l-Baxxi) – Procureur-Generaal bij de Hoge Raad der Nederlanden
(Kawża C-678/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Disinni - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 90(1) - Miżuri provviżorji jew kawtelatorji - Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali tal-ewwel istanza - Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati nnominati f’din id-dispożizzjoni)
(2020/C 27/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Procureur-Generaal bij de Hoge Raad der Nederlanden
Dispożittiv
L-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprevedi li l-qrati tal-Istati Membri kompetenti sabiex jordnaw miżuri provviżorji jew kawtelatorji fir-rigward ta’ disinn nazzjonali huma wkoll kompetenti sabiex jordnaw tali miżuri fir-rigward ta’ disinn Komunitarju.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen – il-Belġju) – X vs Belgische Staat
(Kawża C-706/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika dwar l-immigrazzjoni - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 5(4) - Deċiżjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja - Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għat-teħid ta’ deċiżjoni - Ħruġ awtomatiku ta’ permess ta’ residenza)
(2020/C 27/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad voor Vreemdelingenbetwistingen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fl-assenza tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni mal-iskadenza ta’ terminu ta’ sitt xhur li jiddekorri mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom joħorġu ex officio permess ta’ residenza lill-applikant, mingħajr ma jkollhom neċessarjament jikkonstataw minn qabel li dan tal-aħħar effettivament jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti konformement mad-dritt tal-Unjoni.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2019 – Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-737/18 P) (1)
(Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) - Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Infiq eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Infiq magħmul mir-Repubblika Portuġiża)
(2020/C 27/10)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. Saraiva de Almeida, P. Barros da Costa u P. Estêvão, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka u B. Rechena, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika Portuġiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/9 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2019 minn WB mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-23 ta’ Jannar 2019, fil-Kawża T-579/18, WB vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-270/19 P)
(2020/C 27/11)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Appellant: WB (rappreżentant: N. Ciocea, avocată)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tat-3 ta’ Diċembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/10 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2019 minn WB mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-23 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-329/18, WB vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-271/19 P)
(2020/C 27/12)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Appellant: WB (rappreżentanti: N. Ciocea, avvocatessa)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
B’digriet tat-3 ta’ Diċembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell minħabba li kien manifestament infondat.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Mejju 2019 – Finanzamt München Abteilung III vs Dubrovin & Tröger GbR - Aquatics
(Kawża C-373/19)
(2020/C 27/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finanzamt München Abteilung III
Konvenuta: Dubrovin & Tröger GbR - Aquatics
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kunċett ta’ edukazzjoni skolastika u universitarja fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) u (j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jinkludi wkoll il-provvista ta’ lezzjonijiet tal-għawm? |
|
2) |
Ir-rikonoxximent ta’ organu fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112 bħala organu li għandu għan komparabbli ma’ dawk ta’ organi rregolati mid-dritt pubbliku li huma responsabbli mill-edukazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ, edukazzjoni skolastika u universtiarja, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid, jista’ jirriżulta mill-fatt li t-tagħlim ipprovdut minn dan l-organu huwa l-ksib ta’ kompetenza bażika elementari (f’dan il-każ l-għawm)? |
|
3) |
Jekk ir-risposta li tingħata għat-tieni domanda hija fin-negattiv, l-eżenzjoni mit-taxxa taħt l-Artikolu 132(1)(j) tad-Direttiva 2006/112 teħtieġ li l-persuna taxxabbli jkun imprenditur individwali? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (Außenstelle Graz) (l-Awstrija) fil-5 ta’ Awwissu 2019 – SK Telecom Co. Ltd.
(Kawża C-593/19)
(2020/C 27/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzgericht (Außenstelle Graz)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SK Telecom Co. Ltd.
Konvenut: Finanzamt Graz-Stadt
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 59a(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), fil-verżjoni li tinstab fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 206/112/KE fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ roaming fi Stat Membru, fil-kuntest ta’ aċċess għan-netwerk tat-telefonija ċellulari nazzjonali sabiex jiġu stabbiliti telefonati li jkunu deħlin u telefonati li jsiru, minn “klijent finali li ma huwiex taxxabbli” li jirrisjedi b’mod temporanju fit-territorju nazzjonali jikkostitwixxi “użu u sfruttar” fit-territorju nazzjonali li jippermetti t-trasferiment tal-post ta’ provvista tas-servizz mill-pajjiż terz għal dan l-Istat Membru, minkejja li la l-operatur tat-telefonija ċellulari li jipprovdi s-servizzi u lanqas il-klijent finali ma huma stabbiliti fit-territorju tal-Komunità u l-klijent finali wkoll ma għandux id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu fit-territorju tal-Komunità? |
|
2) |
L-Artikolu 59a(b) tad-Direttiva 2006/112, fil-verżjoni li tinstab fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/8, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post ta’ provvista tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni kif deskritt fl-ewwel domanda, li skont l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/112, fil-verżjoni li tinstab fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/8 jinsab barra mit-territorju tal-Komunità, jista’ jiġi ttrasferit lejn it-territorju ta’ Stat Membru, minkejja li la l-operatur tat-telefonija ċellulari li jipprovdi s-servizzi u lanqas il-klijent finali ma huma stabbiliti fit-territorju tal-Komunità u l-klijent finali wkoll ma għandux id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu fit-territorju tal-Komunità, sempliċement għaliex, fil-pajjiż terz, is-servizzi ta’ telekomunikazzjoni ma huma suġġetti għall-ebda taxxa komparabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud prevista mid-dritt tal-Unjoni? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2019 – Husqvarna AB vs Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG
(Kawża C-607/19)
(2020/C 27/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Husqvarna AB
Konvenuta: Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG
Domandi preliminari
|
1) |
Fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni Ewropea mressqa qabel ma jkun iddekorra l-perijodu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu, id-determinazzjoni tad-data rilevanti sabiex jiġi kkalkolat il-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu fil-kuntest tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja Nru 207/2009 (1) u tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (2) hija rregolata mill-imsemmija regolamenti? |
|
2) |
Jekk għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni Ewropea mressqa qabel ma jkun iddekorra l-perijodu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu, il-kalkolu tal-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 u fl-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 għandu jsir billi tittieħed inkunsiderazzjoni d-data tat-tressiq tal-kontrotalba jew id-data tal-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali tal-appell? |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Awwissu 2019 – EU vs PE Digital GmbH
(Kawża C-641/19)
(2020/C 27/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: EU
Konvenuta: PE Digital GmbH
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), fid-dawl tal-premessa 50 tad-Direttiva 2011/83, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“ammont” li għandu jitħallas mill-konsumatur li huwa “proporzjonali għal kemm ġie fornut sal-mument li fih il-konsumatur ikun informa lill-kummerċjant bl-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess, meta mqabbel mal-kopertura totali tal-kuntratt”, fil-każ ta’ kuntratt li skont il-kontenut tiegħu ma huwiex servizz uniformi li huwa dovut, iżda servizz globali li jikkonsisti f’diversi servizzi parzjali, jiġi kkalkolat purament fuq bażi ta’ pro rata temporis, meta għalkemm il-konsumatur ikun ħallas pro rata temporis għas-servizz globali madankollu s-servizzi parzjali ma twettqux bl-istess ħeffa? |
|
2) |
L-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“ammont” li għandu jitħallas mill-konsumatur li huwa “proporzjonali għal kemm ġie fornut sal-mument li fih il-konsumatur ikun informa lill-kummerċjant bl-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess, meta mqabbel mal-kopertura totali tal-kuntratt”, għandu wkoll jiġi kkalkolat purament fuq bażi ta’ pro rata temporis anki jekk servizz (parzjali) ġie pprovdut kontinwament, iżda għandu valur ogħla jew inqas għall-konsumatur fil-bidu tal-perijodu tal-kuntratt? |
|
3) |
Il-punt 11 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 u l-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li tali fajls għandhom ukoll “kontenut diġitali” fis-sens tal-punt 11 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 u l-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2019/770 li jistgħu jiġu ppreżentati bħala parti minn servizz li huwa fuq kollox meqjus bħala “servizz diġitali” fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2019/770, bir-riżultat li l-operatur jista’ jtemm id-dritt ta’ reċess skont l-Artikolu 16(m) tad-Direttiva 2011/83 fir-rigward tal-eżekuzzjoni parzjali, iżda l-konsumatur, fil-każ li l-operatur ma jagħmilx hekk, jista’ jittermina l-kuntratt kollu mingħajr ma jkollu għalfejn iħallas ebda kumpens għal dan is-servizz parzjali permezz tal-Artikolu 14(4)(b)(ii) tad-Direttiva 2011/83? |
|
4) |
Fid-dawl tal-premessa 50 tad-Direttiva 2011/83, l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz totali miftiehem kuntrattwalment għal servizz fis-sens tat-tielet sentenza tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2011/83 huwa “eċċessiv” jekk huwa kunsiderevolment ogħla mill-prezz totali miftiehem ma’ konsumatur ieħor għal servizz b’kontenut identiku pprovdut mill-istess operatur għall-istess perijodu ta’ kuntratt u dan ukoll fil-kuntest tal-istess kundizzjonijiet ġenerali? |
(2) ĠU 2019, L 136, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 305, p. 60.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankenthal (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Settembru 2019 – OK vs Daimler AG
(Kawża C-685/19)
(2020/C 27/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Frankenthal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: OK
Konvenuta: Daimler AG
Domandi preliminari
|
1) |
Il-punt (a) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1) għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li jkun hemm lok għall-użu ta’ tagħmir għar-riduzzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni biss meta l-protezzjoni tal-mutur kontra dannu jew inċident u s-sigurtà tal-funzjonament tal-vettura ma setgħux jiġu ggarantiti, minkejja l-użu tal-iktar teknoloġija avvanzata disponibbli meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-mudell tal-vettura inkwistjoni? |
|
2) |
Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:
Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:
|
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-24 ta’ Settembru 2019 – J.K. v Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Katowicach
(Kawża C-703/19)
(2020/C 27/18)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: J.K.
Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Katowicach
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kunċett ta’ “servizzi ta’ ristoranti” li għalihom tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT (Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqri flimkien mal-punt (12a) tal-Anness III tagħha u mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2)), ikopri l-bejgħ ta’ ikliet ippreparati minn qabel taħt il-kundizzjonijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali, jiġifieri f’sitwazzjoni fejn:
|
|
2) |
Il-mod kif jiġu ppreparati l-ikliet huwa rilevanti għar-risposta tal-ewwel domanda, b’mod partikolari l-fatt li ċerti prodotti nofshom lesti jiġu msaħħna u li l-ikliet ippreparati minn qabel jiġu komposti minn prodotti nofshom lesti? |
|
3) |
Il-fatt li l-klijent għandu l-possibbiltà juża l-infrastruttura proposta huwa suffiċjenti għar-risposta tal-ewwel domanda, jew għandu jiġi stabbilit li, mill-perspettiva tal-klijent medju, dan l-element jikkostitwixxi element essenzjali tas-servizz ipprovdut? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60, kif emendata.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi (il-Polonja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – K.S. vs A.B.
(Kawża C-707/19)
(2020/C 27/19)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Łodzi
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: K.S.
Konvenut: A.B.
Domanda preliminari
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-“miżuri kollha xierqa”, kull Stat Membru għandu jiggarantixxi li r-responsabbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tkun tkopri d-danni kollha, inkluż il-konsegwenzi tad-danni relatati mal-bżonnijiet ta’ rmork tal-vettura tal-vittma lejn il-pajjiż ta’ oriġni ta’ din u l-ispejjeż relatati mal-bżonn li jiġu pparkjati l-vetturi?
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tista’ tillimita, bi kwalunkwe mod, din ir-responsabbiltà?
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Ottubru 2019 – Proċeduri kriminali kontra UC u TD
(Kawża C-769/19)
(2020/C 27/20)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali
UC u TD
Domanda preliminari
Hija konformi mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (1), mal-prinċipju li l-każ għandu jinstema’ fi żmien raġonevoli fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll mal-prinċipju ta’ dinjità, leġiżlazzjoni nazzjonali li, meta l-att ta’ akkuża jkun irregolari (jiġifieri l-kontenut tiegħu ma jkunx ċar, ma jkunx komplet jew ikun kontradittorju), fl-ebda każ ma tippermetti li din l-irregolarità tiġi rrimedjata permezz ta’ korrezzjoni mill-prosekutur fil-kuntest tas-seduta quddiem il-qorti li matulha tkun ġiet ikkonstatata din l-irregolarità, u minflok tobbliga lill-qorti sabiex f’kull każ twaqqaf il-proċedura ġudizzjarja u tibgħat il-każ lura quddiem il-prosekutur sabiex jitfassal att ta’ akkuża ġdid, bil-konsegwenza li dan iwassal għal dewmien sinjifikattiv fil-proċeduri kriminali minkejja li l-irregolarità inkwistjoni tkun tista’ tiġi rrimedjata immedjatament fil-kuntest tas-seduta?
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ottubru 2019 – Myflyright GmbH vs SunExpressGünes Ekspres Havacilik A
(Kawża C-770/19)
(2020/C 27/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Nürnberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Myflyright GmbH
Konvenuta: SunExpressGünes Ekspres Havacilik A
Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2019.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – Bartosch Airport Supply Services
(Kawża C-772/19)
(2020/C 27/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bartosch Airport Supply Services GmbH
Konvenut: Zollamt Wien
Domanda preliminari
L-intestatura 8705 tan-Nomenklatura Magħquda (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħt din l-intestatura vetturi bil-mutur mingħajr vireg għall-irmunkar li għandhom winċ tal-irmunkar mgħammar b’ċinturin għall-ġbid li jservi għall-ġbid ta’ inġenji tal-ajru u li għandhom tagħmir għall-irfigħ elettro-idrawliku li jservi għall-imbuttar ta’ inġenji tal-ajru?
(1) Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – 5th AVENUE Products Trading GmbH vs Hauptzollamt Singen
(Kawża C-775/19)
(2020/C 27/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: 5th AVENUE Products Trading GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Singen
Domandi preliminari
|
1. |
Il-ħlasijiet li x-xerrej ta’ merkanzija jagħmel kull sena għal erba’ snin, minbarra l-prezz tax-xiri u skont id-dħul mill-bejgħ tiegħu, b’korrispettiv għad-dritt li jiddistribwixxi l-merkanzija
jikkostitwixxu drittijiet tal-awtur u drittijiet ta’ liċenzji skont l-Artikolu 32(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) li jiżdiedu mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata skont l-Artikolu 32(5)(b) tal-Kodiċi Doganali, moqri flimkien mal-Artikolu 157(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) ? |
|
2. |
Dawn id-drittijiet tal-awtur għandhom jiżdiedu biss, jekk ikun il-każ, proporzjonalment mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata u, jekk dan huwa l-każ, skont liema kriterji? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad - Varna (il-Bulgarija) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – “Team Power Europe” EOOD vs Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite - Varna
(Kawża C-784/19)
(2020/C 27/24)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad - Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Team Power Europe” EOOD
Konvenut: Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite - Varna
Domanda preliminari
L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex impriża li tipprovdi xogħol għal żmien determinat tkun tista’ titqies li teżerċita normalment l-attivitjaiet tagħha fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, huwa meħtieġ li parti sinjfikattiva mill-attività tagħha ta’ tqegħid ta’ persunal għad-dispożizzjoni tkun ipprovduta lil impriżi utenti li jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru?
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Ottubru 2019 – Koch Media GmbH vs HC
(Kawża C-785/19)
(2020/C 27/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Saarbrücken
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Koch Media GmbH
Konvenut: HC
Domandi preliminari
|
1. |
|
|
2. |
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Ottubru 2019 – TUIfly GmbH vs EUflight.de GmbH
(Kawża C-792/19)
(2020/C 27/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Konvenuta u appellanti: TUIfly GmbH
Rikorrenti u appellata: EUflight.de GmbH
Domandi preliminari
|
1) |
Fil-każ ta’ strajk, il-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil tal-wasla ta’ titjira jkunu kkawżati wkoll minn ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), meta t-titjira kontenzjuża ma kinitx direttament affettwata mill-istrajk u setgħet issir skont kif previst, iżda l-kanċellazzjoni jew id-dewmien iseħħu minħabba miżuri ta’ organizzazzjoni mill-ġdid tal-iskeda tat-titjiriet meħuda mit-trasportatur tal-ajru minħabba l-istrajk (f’dan il-każ: l-użu tal-ajruplan intiż għat-titjira sabiex jiġu rrimedjati l-effetti tal-istrajk)? |
|
2) |
Fil-każ li trasportatur tal-ajru jista’ jiġi eżonerat ukoll fil-każ ta’ miżura ta’ organizzazzjoni mill-ġdid: Huwa determinanti li l-miżura ta’ organizzazzjoni mill-ġdid tkun diġà seħħet qabel ma ngħata bidu għall-istrajk, meta ma kienx għadu prevedibbli liema titjiriet kienu definittivament ser jiġu affettwati mill-istrajk, jew eżenzjoni mir-responsabbiltà hija prevedibbli wkoll meta l-iskeda tat-titjiriet tiġi organizzata mill-ġdid matul jew wara l-istrajk, meta jkun diġà ġie stabbilit li t-titjira kontenzjuża ma hijiex direttament affettwata mill-istrajk? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ottubru 2019 – B-GmbH vs Finanzamt D
(Kawża C-797/19)
(2020/C 27/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: B-GmbH
Konvenut: Finanzamt D
Domanda preliminari
L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm għajnuna mill-Istat li taqa’ taħt din id-dispożizzjoni meta skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, it-telf (permanenti) ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju kkawżat minn attività ekonomika mwettqa mingħajr ma d-dħul minnha jkopri l-ispejjeż tagħha, għandu bħala prinċipju jitqies bħala distribuzzjoni moħbija tad-dħul u b’hekk ma jistax inaqqas id-dħul ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju, iżda li fil-każ ta’ kumpanniji b’kapital azzjonarju li fihom il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tinżamm direttament jew indirettament minn persuni ġuridiċi tad-dritt pubbliku, attivitajiet li jiġġeneraw telf b’mod permanenti ma jwasslux għal dawn il-konsegwenzi legali jekk l-attivitajiet ikkonċernati jitwettqu għal raġunijiet marbuta mal-politika tat-trasport, mal-ambjent, mal-politika soċjali, kulturali, edukattiva jew mal-politika tas-saħħa?
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Polonja) fit-30 ta’ Ottubru 2019 – SM vs Mittelbayerischer Verlag KG
(Kawża C-800/19)
(2020/C 27/28)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Apelacyjny w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SM
Konvenuta: Mittelbayerischer Verlag KG
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġurisdizzjoni bbażata fuq il-kriterju ta’ konnessjoni taċ-ċentru tal-interessi tapplika fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat minn persuna fiżika għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità tagħha meta l-pubblikazzjoni fuq l-internet, li allegatament tikser dawn id-drittijiet, ma tinkludix informazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal din il-persuna fiżika partikolari, iżda tinkludi informazzjoni jew dikjarazzjonijiet li tissuġerixxi li l-komunità li huwa parti minnha r-rikorrent (f’dan il-każ, in-nazzjon [Pollakk]) wettqet atti sanzjonabbli, fatt li huwa jikkunsidra li jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-personalità tiegħu? |
|
2) |
F’kawża li tikkonċerna l-protezzjoni tad-drittijiet materjali u mhux materjali tal-personalità kontra l-ksur imwettaq fuq l-internet, waqt l-evalwazzjoni tal-kapijiet ta’ ġurisdizzjoni previsti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament [Nru 1215/2012], jiġifieri sabiex jiġi evalwat jekk il-qorti nazzjonali hijiex il-qorti tal-post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq jew jista’ jitwettaq, huwa neċessarju li jittieħdu inkunsiderazzjoni fatti bħalma huma:
|
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – FRANCK d.d., Zagreb vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak, Zagreb
(Kawża C-801/19)
(2020/C 27/29)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Upravni sud u Zagrebu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: FRANCK d.d., Zagreb
Konvenut: Ministarstvo financija Republike Hrvatske, Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak, Zagreb
Domandi preliminari
|
1) |
Il-fatt li fondi jkunu saru disponibbli mir-rikorrenti, li ma hijiex istituzzjoni finanzjarja, għall-ħlas ta’ remunerazzjoni waħda ta’ 1 %, jikkostitwixxi servizz li jista’ jitqies bħala “l-għoti u n-negozjar ta’ kreditu u l-immaniġġjar tal-kreditu mill-persuna li tagħtih” fis-sens tal-Artikolu 135 [(1)](b) tad-Direttiva VAT (1), minkejja l-fatt li r-rikorrenti ma hijiex formalment dik li ssellef fil-kuntratt? |
|
2) |
Kambjala, jiġifieri titolu li bih l-emittent jimpenja ruħu li jħallas ammont speċifiku ta’ flus lill-persuna indikata bħala kreditur fuq dan il-titolu, jew il-persuna li sussegwentement akkwistat dan it-titolu b’mod legali, titqies bħala “strumenti oħrajn negozzjabbli” fis-sens tal-Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva VAT? |
|
3) |
Is-servizz li bih ir-rikorrenti, bħala korrispettiv tar-remunerazzjoni ta’ 1 % imħallas mill-emittent tal-kambjala, ittrasferixxiet l-imsemmija kambjala lil kumpannija tal-fatturament u ttrasferixxiet l-ammont miksub mill-kumpannija ta’ fatturament lill-emittent tal-kambjala, filwaqt li ggarantiet lill-kumpannija tal-fatturament li l-emittent tal-kambjala ser jissodisfa l-obbligu li għandu li jirriżulta mill-kambjala meta dan tal-aħħar isir dovut, jikkostitwixxi:
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Novembru 2019 – “DSK Bank” EAD u “FrontEx International” EAD
(Kawża C-807/19)
(2020/C 27/30)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski rayonen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“DSK Bank” EAD u “FrontEx International” EAD
Domandi preliminari
|
1) |
Il-fatt li qorti nazzjonali tkun mgħobbija b’ħafna iktar xogħol minn qrati oħra tal-istess grad u li, minħabba f’hekk, l-imħallfin sedenti f’din il-qorti ma jkunux f’pożizzjoni li, fl-istess ħin, iwettqu stħarriġ tal-atti ppreżentati quddiemhom, li għandhom jew li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ eżekuzzjoni provviżorja, u jagħtu d-deċiżjonijiet tagħhom f’terminu raġonevoli, jikkostitwixxi fih innifsu ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi jew ta’ drittijiet fundamentali oħra? |
|
2) |
Qorti nazzjonali għandha tirrifjuta li tadotta deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ eżekuzzjoni forzata f’sitwazzjoni fejn il-konsumatur ma joġġezzjonax għal dan u f’sitwazzjoni fejn ikollha dubji serji li l-kawża hija bbażata fuq l-applikazzjoni ta’ klawżola inġusta f’kuntratt konkluż mal-konsumatur, iżda mingħajr ma jkun hemm provi kategoriċi ta’ dan fil-proċess tal-kawża? |
|
3) |
Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv, fil-każ ta’ dubju qorti nazzjonali tista’ teżiġi provi addizzjonali mill-parti kontraenti li tkun il-bejjiegħ jew il-fornitur, irrispettivament mill-fatt li, skont id-dritt nazzjonali, il-qorti nazzjonali ma għandhiex id-dritt li tagħmel dan fil-kuntest ta’ proċedura li fiha jiġi adottat att ta’ eżekuzzjoni forzata, sakemm id-debitur ma joġġezzjonax? |
|
4) |
Ir-rekwiżit ta’ stħarriġ ex officio ta’ ċerti ċirkustanzi min-naħa tal-qorti nazzjonali, stabbilit fid-dritt tal-Unjoni inkonnessjoni mad-direttivi dwar l-armonizzazzjoni tad-dritt dwar il-konsumaturi, japplika anki fil-każijiet fejn il-leġiżlatur nazzjonali jkun ta protezzjoni addizzjonali (iktar drittijiet) lill-konsumaturi permezz ta’ att leġiżlattiv nazzjonali, li jimplimenta dispożizzjoni ta’ direttiva li tippermetti li tingħata tali protezzjoni msaħħa? |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Novembru 2019 – TC, UB vs Komisia za zashtita ot diskriminatsia, VA
(Kawża C-824/19)
(2020/C 27/31)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TC, UB
Konvenuti: Komisia za zashtita ot diskriminatsia, VA
Domandi preliminari
|
1. |
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, tal-Artikolu 1(1), (2) u (3) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) twassal għall-konklużjoni li huwa permess li individwu mingħajr il-kapaċità li jara jeżerċita attività bħala membru ta’ ġurija u jipparteċipa f’kawżi kriminali, jew: |
|
2. |
Id-diżabbiltà partikolari ta’ individwu agħma b’mod permanenti hija karatteristika li tikkostitwixxi ħtieġa ġenwina u determinanti tal-attività ta’ membru ta’ ġurija, li l-eżistenza tagħha tiġġustifika differenza fit-trattament u ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni bbażata fuq il-karatteristika ta’ “diżabbiltà”? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fil-15 ta’ Novembru 2019 – C.J. vs Ir-Reġjun ta’ Wallonie
(Kawża C-830/19)
(2020/C 27/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Namur
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: C.J.
Konvenut: Ir-Reġjun ta’ Wallonie
Domanda preliminari
L-Artikoli 2, 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nruo1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (2), jipprekludu li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni l-ażjenda kollha u mhux biss sehem il-bidwi żagħżugħ fiha u/jew l-unitajiet ta’ xogħol (UX) sabiex jiġu ddeterminati l-limiti minimi u massimi meta l-ażjenda agrikola tkun organizzata taħt forma ta’assoċjazzoni de facto li minnha l-bidwi żagħżugħ jakkwista sehem indiviż u jsir il-kap tal-ażjenda iżda mhux b’mod eżklużiv?
(1) ĠU 2013, L 347, p. 487, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 1.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/26 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2019 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-883/16, Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-848/19 P)
(2020/C 27/33)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, D. Klebs, sostnut minn H. Haller, Rechtsanwalt, T. Heitling, Rechtsanwalt, L. Reiser, Rechtsanwältin, V. Vacha, Rechtsanwältin)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika tal-Polonja, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Litwanja
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fl-10 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-883/16; |
|
— |
tibgħat lura l-Kawża T-883/16 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
tirriżerva l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jsostnu ħames aggravji:
|
1. |
L-ewwel aggravju: Il-prinċipju ta’ solidarjetà tal-enerġija ma huwiex kriterju legali; il-korpi eżekuttivi ma għandhomx obbligu li jaġixxu Il-prinċipju ta’ solidarjetà tal-enerġija fl-Artikolu 194 TFUE huwa, inkwantu prinċipju ġenerali ta’ gwida, kunċett purament politiku u mhux kriterju legali. Il-prinċipju legali primarju ta’ solidarjetà tal-enerġija ma jistax jagħti lok għal drittijiet u obbligi konkreti għall-Unjoni u/jew għall-Istati Membri. B’mod partikolari, minn dan il-prinċipju astratt ta’ gwida ma jirriżultawx obbligi għall-korpi eżekuttivi, bħalma huwa l-obbligu impost fuq il-Kummissjoni Ewropea li teżamina d-deċiżjonijiet tagħha. Minħabba n-natura astratta u mhux determinata tiegħu, il-kunċett ta’ solidarjetà tal-enerġija ma jistax jiġi invokat quddiem qorti. |
|
2. |
It-tieni aggravju: Il-prinċipju ta’ solidarjetà tal-enerġija ma kienx applikabbli f’dan il-każ Il-prinċipju ta’ solidarjetà tal-enerġija huwa mekkaniżmu purament ta’ emerġenza, li huwa applikabbli esklużivament f’każijiet eċċezzjonali u biss taħt kundizzjonijiet stretti, u ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni f’kull deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ emerġenza għad-deċiżjoni kontenzjuża tal-Kummissjoni Ewropea 2016 C(2016)6950 ma humiex issodisfatti. |
|
3. |
It-tielet aggravju: Il-Kummissjoni Ewropea osservat il-prinċipju ta’ solidarjetà tal-enerġija Sa fejn il-prinċipju ta’ solidarjetà tal-enerġija huwa applikabbli għall-intier tad-deċiżjoni kontenzjuża tal-Kummissjoni Ewropea 2016 C(2016)6950 (quod non), il-Kummissjoni Ewropea osservat dan il-prinċipju fit-teħid ta’ deċiżjoni: Fit-teħid ta’ deċiżjoni, il-Kummissjoni Ewropea ħadet inkunsiderazzjoni l-impatt globali kemm fuq is-suq Pollakk tal-gass kif ukoll fuq is-suq Ewropew tal-gass. Fl-eżami tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73/KE, kellha biss tittieħed inkunsiderazzjoni l-konformità mas-sigurtà tal-provvista bħala riżultat tal-prinċipju ta’ solidarjetà tal-enerġija. Is-sigurtà tal-provvista mill-Polonja ma kinitx u ma hijiex mhedda. |
|
4. |
Ir-raba’ aggravju: Il-prinċipju ta’ solidarjetà tal-enerġija ma kienx imsemmi b’mod espliċitu fid-deċiżjoni Ma kienx neċessarju li jissemmew b’mod espliċitu l-motivi kollha għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fid-deċiżjoni kontenzjuża 2016 C(2016)6950. Ma hemmx rekwiżiti proċedurali legali dwar sa fejn l-amministrazzjoni Ewropea għandha tiġġustifika d-deċiżjonijiet tagħha. Il-motivazzjoni tal-miżuri amministrattivi għandha tindika biss l-għan segwit permezz tal-miżura, iżda ma għandhiex issemmi l-aspetti fattwali u legali rilevanti kollha. Il-legalità ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea ma tistax, għaldaqstant, tiddependi fuq jekk ċerti termini humiex inklużi fid-deċiżjoni. |
|
5. |
Il-ħames aggravju: l-ebda annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża 2016 C(2016)6950 sempliċement minħabba l-allegat żball proċedurali Anki kieku d-deċiżjoni kontenzjuża 2016 C(2016)6950 kienet illegali mil-lat proċedurali (quod non), dan ma għandux iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni, għaliex deċiżjonijiet li huma korretti mil-lat sostantiv ma għandhomx, fil-prinċipju, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jiġu annullati biss minħabba eventwali żbalji proċedurali. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/27 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2019 mir-Repubblika Ċeka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-629/17, ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-862/19 P)
(2020/C 27/34)
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Appellanti: ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, O. Serdula, I. Gavrilová, J. Vláčil, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-629/17; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017)4682; |
|
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha l-appellanti tressaq aggravju wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2004/18. (1)
Hija ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata abbażi tal-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkonkludiet li l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2004/18 tirrigwarda biss kuntratti pubbliċi għal materjal ta’ programmi meta l-awtorità tal-ħatra tkun xandar. Hija ssostni li huwa madankollu evidenti mill-kliem, l-għan, l-istruttura u l-istorja leġiżlattiva tad-dispożizzjoni kkonċernata li l-eċċezzjoni inkwistjoni għandha tiġi applikata fis-sistwazzjoni fejn ix-xandar hija awtorità kontraenti f’pożizzjoni ta’ fornitur ta’ materjal ta’ programmi, kif kien il-każ fil-kuntratt inkwistjoni fir-Repubblika Ċeka.
Fid-dawl tal-fatt li l-korrezzjoni finanzjarju implimentat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 4682 kien ibbażat esklużivament fuq il-fatt li l-l-awtorità kontraenti għall-kuntratt inkwistjoni ma kinitx xandar, din id-deċiżjoni, minbarra s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali, għandha tiġi wkoll annullata.
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
Il-Qorti Ġenerali
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta Diċembru 2019 – Yieh United Steel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-607/15) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan - Dazju antidumping definittiv - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1429 - Artikolu 2(3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 2(3) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/1036] - Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament 2016/1036] - Kalkolu tal-valur normali - Kalkolu tal-ispiża tal-produzzjoni - Bejgħ tal-prodott simili maħsub għall-konsum fis-suq intern tal-pajjiż esportatur”)
(2020/C 27/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yieh United Steel Corp. (Kaohsiung City, it-Tajwan) (rappreżentant: D. Luff, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Demeneix, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J. Killick, G. Forwood u C. Van Haute, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU 2015, L 224, p. 10)
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Yieh United Steel Corp. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Eurofer, Association européenne de l’acier, ASBL. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2019 – Pethke vs EUIPO
(Kawża T-808/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Regolarità tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ evalwazzjoni ta’ appell - Obbligu ta’ imparzjalità tal-evalwatur tal-appell”)
(2020/C 27/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ralph Pethke (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent dwar is-sena 2016 kif ukoll, jekk meħtieġ, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-EUIPO tat-18 ta’ Ottubru 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Ralph Pethke dwar is-sena 2016 u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Ottubru 2017 li tiċħad l-ilment imressaq minn R. Pethke, huma annullati. |
|
2) |
L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn R. Pethke. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – August Wolff vs EUIPO – Faes Farma (DermoFaes Atopiderm)
(Kawża T-644/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DermoFaes Atopiderm - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti Dermowas - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2020/C 27/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Faes Farma, SA (Lamiaco-Leioa, Spanja) (rappreżentanti: A. Vela Ballesteros u S. Fernandez Malvar, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2018 (Każ R 1305/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dr. August Wolff u Faes Farma.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Faes Farma, SA, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn din tal-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2019 – Hästens Sängar vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn bil-kwadri)
(Kawża T-658/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn bil-kwadri - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(2020/C 27/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Hästens Sängar AB (Köping, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Johansson u R. Wessman, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder, H. O’Neill u D. Gája, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 442/2018-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn bil-kwadri.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Hästens Sängar AB hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – Soundio vs EUIPO – Telefónica Germany (Vibble)
(Kawża T-665/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali Vibble - Trade mark Ġermaniża verbali preċedenti vybe - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltàta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(2020/C 27/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Soundio A/S (Drammen, in-Norveġja) (rappreżentanti: N. Köster u J. Albers, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Telefónica Germany GmbH & Co. OHG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Neuwald, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2018 (Każ R 721/2018-5), relatat mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn E-Plus Mobilfunk GmbH u Soundio.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Soundio A/S hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – Mélin vs Il-Parlament
(Kawża T-726/18) (1)
(“Dritt istituzzjonali - Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance għall-assistenza Parlamentari - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Assenza ta’ komunikazzjoni tal-anness għad-deċiżjoni li tordna l-irkupru”)
(2020/C 27/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Joëlle Mélin (Aubagne, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-4 ta’ Ottubru 2018 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti ta’ somma ta’ EUR 130 339,35 indebitament imħallsa bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relatata tal-10 ta’ Ottubru 2018.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2018 dwar l-irkupru mingħand Joëlle Mélin ta’ somma ta’ EUR 130 339.35 indebitament imħallsa bħala assistenza parlamentari u n-nota ta’ debitu relatata tal-10 ta’ Ottubru 2018 huma annullati. |
|
2) |
Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – Runnebaum Invest vs EUIPO – Berg Toys Beheer (Bergsteiger)
(Kawża T-736/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Bergsteiger - Trade marks tal-Benelux verbali u tal-Unjoni Ewropea figurattiva u verbali preċedenti BERG - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 47(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Ammissibbiltà ta’ talba għal prova ta’ użu ġenwin - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)
(2020/C 27/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Runnebaum Invest GmbH (Diepholz, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Prinz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Berg Toys Beheer BV (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: E. van Gelderen, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 572/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Berg Toys Beheer u Runnebaum Invest.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 572/2018-4) hija annullata. |
|
2) |
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Runnebaum Invest GmbH. |
|
3) |
Berg Toys Beheer BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/34 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2019 – Pyke vs EUIPO – Paglieri (CLIOMAKEUP)
(Kawża T-672/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-Oppożizzjoni - Ma għadx hem lok li tingħata deċiżjoni”)
(2020/C 27/42)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Pyke Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi, N. Parrotta u R. Perotti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Paglieri SpA (Alessandria, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u G. Ghisletti, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Awwissu 2018 (Każ 2675/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Paglieri u Pyke.
Dispożittiv
|
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni. |
|
2) |
Pyke Srl u Paglieri SpA huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kiff ukoll, kull waħda, għal nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/35 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2019 – Intering et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-525/19 RII)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Programm intitolat ‘L-Appoġġ tal-UE għall-arja nadifa fil-Kosovo’ - Proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropeAid/140043/DH/WKS/XK - Deċiżjoni li tiċħad is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li offerenti jiġi eskluż mis-segwitu tal-proċedura - Talba ġdida għal miżuri provviżorji - Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)
(2020/C 27/43)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Intering Sh.p.k (Obiliq, il-Kosovo), Steinmüller Engineering GmbH (Gummersbach, il-Ġermanja), Deling d.o.o. za proizvodnju, promet i usluge (Tuzla, il-Bosnja-Ħerzegovina), ZM-Vikom d.o.o. za proizvodnju, konstruckcije i montažu (Šibenik, il-Kroazja) (rappreżentant: R. Spielhofen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Bertelmann, J. Estrada de Solà u M. Kellerbauer,)
Suġġett
Talba mressqa konformement mal-Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Ġunju 2019, dwar l-esklużjoni tar-rikorrenti mis-segwitu tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti u tan-nuqqas ta’ inklużjoni tagħha fil-lista qasira fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt taħt programm intitolat “L-Appoġġ tal-UE għall-arja nadifa fil-Kosovo” intiż għat-tnaqqis ta’ trab u tan-NOx fi TPP Kosovo B, unitajiet BÍ u B2 (EuropeAid/140043/DH/WKS/XK).
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/35 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2019 – PNB Banka et vs BĊE
(Kawża T-730/19)
(2020/C 27/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) and 10 other applicants (rappreżentant: O. Behrends, lawyer)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Awwissu 2015 li l-Bank X qiegħed ifalli jew qiegħed f’riskju li jfalli; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tlettax-il motiv.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-BĊE sabiex jadotta d-deċiżjoni kkontestata. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija tip ta’ deċiżjoni mhux permissibbli. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li kien hemm żnaturament tal-fatti u ksur tal-obbligu tiegħu ta’ evalwazzjoni imparzjali u oġġettiva tal-fatti rilevanti kollha min-naħa tal-BĊE. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji proċedurali sa fejn hija bbażata fuq spezzjoni fuq il-post illegali. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegat nuqqas ta’ espożizzjoni xierqa tal-motivi tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq l-oppożizzjoni illegali tal-BĊE għall-akkwist tal-Bank X. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-priċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
10. |
L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u aspettattivi leġittimi. |
|
11. |
Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ nemo auditor. |
|
12. |
It-tnax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji proċedurali peress li l-BĊE naqas milli jieħu miżuri xierqa sabiex tiġi eliminata l-influwenza ta’ uffiċjali li għandhom kunflitt ta’ interess. |
|
13. |
It-tlettax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE wettaq użu ħażin ta’ poter. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/36 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2019 – PNB Banka et vs BUR
(Kawża T-732/19)
(2020/C 27/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) u 10 rikorrenti oħrajn (rappreżentant: O. Behrends, lawyer)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-BUR tal-15 ta’ Awwissu 2019 fir-rigward ta’ Bank X, imħabbra pubblikament permezz ta’ stqarrija għall-istampa u avviż li jagħti sommarju tad-deċiżjoni tal-istess data; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erbatax-il motiv.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR ma kellux kompetenza għad-deċiżjoni kkontestata. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija tip ta’ deċiżjoni mhux permessa. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’numru ta’ żbalji b’konnessjoni mal-valutazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk bank huwiex qed ifalli jew probabbilment ser ifalli (FOLTF) mill-BĊE. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’diversi żbalji b’konnessjoni mad-deċiżjonijiet sussegwenti tal-BUR. |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata proċeduralment għaliex hija bbażata fuq spezzjoni fuq il-post illegali. |
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata ma tinkludix motivazzjoni xierqa. |
|
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq l-oppożizzjoni illegali tal-BĊE għall-akkwist ta’ Bank X. |
|
10. |
L-għaxar motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
11. |
Il-ħdax-il motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi. |
|
12. |
It-tnax-il motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni li l-pożizzjoni tar-rikorrenti hija prinċipalment dovuta għan-nuqqas tal-BĊE. |
|
13. |
It-tlettax-il motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata proċeduralment għaliex hija bbażata fuq il-valutazzjoni tal-BĊE u l-BĊE naqas milli jieħu l-passi xierqa sabiex jelimina l-influwenza ta’ uffiċjali b’kunflitt ta’ interess. |
|
14. |
L-erbatax-il motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR wettaq użu ħażin ta’ poter. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/38 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2019 – Laird vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-740/19)
(2020/C 27/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laird Lt (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Quigley, Barrister, u D. Gillespie, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2526 final tat-2 ta’ April 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn tapplika għar-rikorrenti; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija fil-perijodu qabel l-24 ta’ Novembru 2017 sa fejn tapplika għar-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata fuq ir-raġunijiet li ġejjin, sa fejn jikkonċerna determinazzjoni li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi tikkostitwixxi vantaġġ (ekonomiku) fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li tirriżulta, b’mod partikolari, minn:
|
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata fuq ir-raġunijiet li ġejjin, sa fejn jikkonċerna determinazzjoni li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi tikkostitwixxi vantaġġ selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li tirriżulta, b’mod partikolari, mill-fatti li ġejjin:
|
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi ta’ ksur tal-aspettattivi leġittimi u ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità. Sussidjarjament, huwa sosnut li l-irkupru ma għandux jiġi ordnat fir-rigward ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija permezz tal-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi qabel l-24 ta’ Novembru 2017, meta l-Kummissjoni ppubblikat id-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha. |
(1) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016, L 193, p. 1).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/39 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2019 – Sedgwick Overseas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-741/19)
(2020/C 27/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sedgwick Overseas Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Anderson, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2526, tat-2 ta’ April 2019, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit f’dak li jikkonċerna ċ-CFC Group Financing Exemption (eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi fil-kuntest tar-regoli dwar il-kumpanniji kkontrollati barranin) kollu kemm hu sa fejn tapplika għar-rikorrenti; |
|
— |
sussidjarjament, tikkonstata li, sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-għajnuna li għandu jiġi rkuprat, it-telf, it-tnaqqis jew l-eżenzjonijiet li kienu disponibbli għar-rikorrenti (kemmm jekk awtomatikament jew billi tressaq talba jew permezz ta’ għażla) fiż-żmien meta talbet l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi jew li għaliha kienu jkunu disponibbli dak iż-żmien (permezz ta’ tnaqqis ta’ grupp jew mod ieħor) kieku hija ma talbitx l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-każijiet kollha, anki jekk dan it-telf, tnaqqis jew eżenzjonijiet ma humiex iktar disponibbli għar-rikorrenti peress li t-terminu previst mid-dritt Brittaniku sabiex tressaq talba jew tużahom skada; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-konvenuta naqset milli tistabbilixxi li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi tikkostitwixxi vantaġġ. Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli turi li hemm vantaġġ f’kull każ fejn intalbet l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li għażlet li titlob l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi mingħajr ma kkunsidrat jekk l-ammont dovut minnha kienx ikun inqas li kieku għamlet analiżi skont it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi li jinsab fl-Artikolu 371EB tal-Kapitolu 5 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010]. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li ma seħħ beda intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli tipprova li t-talba għal eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi ċertament wasslet għal tnaqqis tal-ammont dovut bħala taxxa Brittanika fuq il-kumpanniji. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi ma tiffavorixxix ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti. Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet żball meta:
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet żball meta kkonkludiet li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi tista’ tinfluwenza għażliet magħmula minn gruppi multinazzjonali dwar il-post tal-funzjonijet finanzjarji tagħhom bħala grupp u tas-sede tagħhom fl-Unjoni. |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni jew thedded li toħloqha. Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli tipprova li t-talba għall-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi ċertament wasslet għal tnaqqis tal-ammont tat-taxxa Brittanika dovuta fuq il-kumpanniji. |
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-irkupru tal-għajnuna allegata jmur kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Ir-rikorrenti ssostni li t-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi ma għandux ċertezza legali, li r-Renju Unit kellu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jindirizza din l-inċertezza u li l-konvenuta ma osservatx id-dmir tagħha li twettaq analiżi sħiħa tal-fatturi rilevanti kollha. Billi ordnat l-irkupru tal-għajnuna, il-konvenuta marret kontra l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (1), li jipprojbixxi l-irkupru tal-għajnuna meta dan l-irkupru jmur kontra prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-vantaġġ selettiv kien jiġi eliminat, u ma kien ikun neċessarju ebda rkupru, kieku r-Renju Unit wessgħet retroattivament l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi lis-self mill-bidu u lil terzi. Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma rrikonoxxietx li tali miżura kienet telimina kull vantaġġ selettiv (jekk wieħed kellu jassumi, għalissa, li jeżisti wieħed) u li, f’każ bħal dan, ma kienx ikun hemm għajnuna mill-Istat illegali li jkollha tiġi rkuprata taħt id-dritt tal-Unjoni. |
|
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq il-fatt li sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata, t-telf, it-tnaqqis jew l-eżenzjonijiet li kienu disponibbli għar-rikorrenti (kemm jekk permezz ta’ talba, għażla jew awtomatikament) fiż-żmien meta talbet l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi jew li kienu jkunu disponibbli dak iż-żmien kieku hija ma talbitx l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni anki jekk aċċess għal dan it-telf, tnaqqis jew eżenzjonijiet issa huwa preskritt taħt id-dritt Brittaniku. Ir-rikorrenti ssostni li din hija l-interpretazzjoni korretta tal-premessa 203 tad-deċiżjoni kkontestata iżda li, sa fejn dan ma huwiex il-każ, id-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata għaliex li ma jitteħidx inkunsiderazzjoni ta’ dan it-telf, tnaqqis jew eżenzjonijiet iwassal għal stima eċċessiva tal-ammont tal-għajnuna li jwassal għal distorsjoni fis-suq intern. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli timmotiva l-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-eżenzjoni tar-riżorsi kwalifikanti u tal-eżenzjoni tal-interessi konkordanti u ma wettqetx analiżi sħiħa tal-fatturi rilevanti kollha. Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma wettqitx distinzjoni bejn tliet eżenzjonijiet distinti previsti mill-Kapitolu 9 tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] u li jaħdmu separatament minn xulxin, u ma fehmitx li l-eżenzjoni tar-riżorsi kwalifikanti u l-eżenzjoni tal-interessi konkordanti ma humiex indikaturi għat-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi u li l-eżistenza tal-eżenzjoni tal-interessi konkordanti fil-Kapitolu 9 tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] turi li l-konvenuta wettqet żball meta ddefinixxiet il-qafas ta’ referenza strettament wisq, bħala r-regoli fil-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] minflok ma ħadet is-sistema fiskali tat-taxxa Brittanika fuq il-kumpanniji kollha kemm hi. |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248 p. 9).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/41 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2019 – Chemring Group u CHG Overseas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-742/19)
(2020/C 27/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chemring Group plc (Romsey, ir-Renju Unit), u CHG Overseas Ltd (Romsey) (rappreżentanti: C. McDonnell, Barrister, B. Goren, Solicitor, M. Peristeraki, avukat, u K. Desai, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali, tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2526 Final, tat-2 ta’ April 2019, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit f’dak li jirrigwarda ċ-CFC Group Financing Exemption (l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi fil-kuntest tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati), sa fejn jikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali u tannulla l-obbligu għar-Renju Unit li jirkurpa l-allegata għajnuna mill-Istat illegali li r-rikorrenti rċevew f’dan il-kuntest (Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata); |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jobbligaw lir-Renju Unit li jirkupra l-allegata għajnuna mill-Istati; u |
|
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni tifhem ħażin il-kuntest, l-għan u l-funzjonament tar-regoli Brittaniċi dwar il-kumpanniji barranin ikkontrollati (CFC) fir-rigward tat-trattament ta’ profitti finanzjarji mhux kummerċjali. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata huma bbażati fuq żbalji manifesti kumulattivi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-fehma tagħha tas-sistema fiskali Brittanika ġenerali, fil-fehma tagħha tal-għanijiet tas-sistema ta’ kumpanniji barranin ikkontrollati, fil-kamp ta’ applikazzjoni preċiż tal-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi u fid-definizzjoni tar-relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni b’mod żbaljat tikkunsidra l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi bħala eżenzjoni fiskali, u għalhekk vantaġġ. Fir-rigward tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali, l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi tikkostitwixxi dispożizzjoni fil-qasam ta’ tassazzjoni u parti mid-definizzjoni tal-limiti tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati, mhux vantaġġ selettiv. Il-Kummissjoni ma pprovdiet ebda analiżi kwantitattiva sabiex turi li din l-eżenzjoni tikkostitwixxi vantaġġ u, fl-assenza ta’ element li jipprova li l-miżura kontenzjuża twassal għal vantaġġ, id-deċiżjoni kkontestata ma tistax tissussisti. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni identifikat b’mod żbaljat il-qafas ta’ referenza għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-regoli dwar il-kumpanniji barranin ikkontrollati u identifikat b’mod żbaljat dawn ir-regoli bħala ġabra ta’ regoli distinti mis-sistema Brittanika ġenerali ta’ taxxa fuq il-kumpanniji. Il-Kummissjoni ma fehmitx korrettament l-għan tar-regoli dwar il-kumpanniji barranin ikkontrollati u ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-marġni ta’ diskrezzjoni tar-Renju Unit. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti fl-analiżi tagħha dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u applikat kriterji żbaljati waqt l-eżami tal-kwistjoni tal-paragunabbiltà. Il-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi l-livell ta’ riskju differenti għall-bażi ta’ tassazzjoni tar-Renju Unit fir-rigward ta’ self lil entità tal-grupp li hija taxxabbli fir-Renju Unit u fir-rigward ta’ self lil entità tal-grupp li ma hijiex taxxabbli fir-Renju Unit, u irrazzjonalment ikkonkludiet li s-self intragrupp huwa paragunabbli ma’ self lil terzi. |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq li, anki jekk jiġi preżuppost li l-miżuri dwar il-kumpanniji barranin ikkontrollati inkwistjoni prima facie kienu jikkostitwixxu għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, id-deċiżjoni kkontestata kkonkludiet b’mod żbaljat li xejn ma seta’ jiġġustifika l-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mar-regoli tal-Unjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat. Minbarra dan, id-deċiżjoni kkontestata hija irrazzjonali u inkonsistenti, sa fejn il-Kummissjoni rrikonoxxiet korrettament li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] huwa ġġustifikat fil-każijiet fejn l-unika raġuni sabiex tiġi applikata imposta ta’ CFC fil-kuntest tal-ipoteżi prevista fil-Kapitolu 5 tal-parti 9A ta’ din il-liġi hija t-test ta’ “kapital konness tar-Renju Unit”, minħabba li dan il-kriterju jista’ jkun eċċessivament diffiċli li fil-prattika jiġi applikat, iżda fl-istess ħin tafferma, mingħajr ma tipprovdi motivazzjoni xierqa, li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A ta’ din il-liġi qatt ma huwa ġġustifikat fil-każijiet fejn it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi iwassal għall-applikazzjoni ta’ imposta CFC skont il-Kapitolu 5 tal-Parti 9A ta’ din il-liġi. Fir-realtà, it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi huwa eċċessivament diffiċli sabiex fil-prattika jiġi applikat, b’mod li l-Kummissjoni kellha tikkonstata li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A ta’ din il-liġi huwa wkoll iġġustifikat fil-kuntest ta’ dan it-test u għalhekk kellha tikkonkludi li ma hemmx għajnuna mill-Istat. |
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata permezz tal-irkupru mingħand ir-rikorrenti tal-allegata għajnuna mill-Istat, jekk din id-deċiżjoni hija kkonfermata, tikser prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, fosthom il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, billi l-kumpanniji barranin ikkontrollati inkwistjoni fil-każ tar-rikorrenti jinsabu fi Stati Membri oħra. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq li l-ordni ta’ rkupru li tirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata ma hijiex fondata u tmur kontra prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni. |
|
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti elementi essenzjali tad-deċiżjoni kkontestata, bħall-konklużjoni li l-imposta ta’ CFC prevista fil-Kapitolu 5 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] tista’ tiġi applikata billi jintuża t-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi mingħajr diffikultà u mingħajr ma tirrappreżenta oneru sproporzjonat. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li jobbliga lill-Kummissjoni li tkun trasparenti u prevedibbli fir-rigward tal-proċeduri amministrattivi tagħha u li tagħti d-deċiżjonijiet tagħha f’terminu raġonevoli. Ma huwiex raġonevoli min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu iktar minn erba’ snin sabiex tagħti d-deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ tal-investigazzjoni f’dan il-każ u li tagħti deċiżjoni iktar minn sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura kontenzjuża. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/43 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2019 – Hyperion Insurance Group and HIG Finance vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-743/19)
(2020/C 27/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hyperion Insurance Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) HIG Finance Ltd (Londra) (rappreżentanti: C. McDonnell, Barrister, B. Goren, Solicitor, M. Peristeraki, avukat, and K. Desai, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali, tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2526 Final, tat-2 ta’ April 2019, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896, sa fejn jikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali u tannulla l-obbligu għar-Renju Unit li jirkurpa l-allegata għajnuna mill-Istat illegali li r-rikorrenti rċevew f’dan il-kuntest (Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata); |

C 27/44 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2019 – Spirax-Sarco Engineering u Spirax Sarco Overseas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-745/19)
(2020/C 27/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Spirax-Sarco Engineering plc (Cheltenham, ir-Renju Unit) u Spirax-Sarco Overseas Ltd (Cheltenham) (rappreżentanti: C. McDonnell, Barrister, B. Goren, Solicitor, M. Peristeraki, avukat, u K. Desai, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali, tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2526 Final, tat-2 ta’ April 2019, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896, sa fejn jikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat illegali u tannulla l-obbligu għar-Renju Unit li jirkurpa l-allegata għajnuna mill-Istat illegali li r-rikorrenti rċevew f’dan il-kuntest (Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata); |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jobbligaw lir-Renju Unit li jirkupra l-allegata għajnuna mill-Istati; u |
|
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni tifhem ħażin il-kuntest, l-għan u l-funzjonament tar-regoli Brittaniċi dwar il-kumpanniji barranin ikkontrollati (CFC) fir-rigward tat-trattament ta’ profitti finanzjarji mhux kummerċjali. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata huma bbażati fuq żbalji manifesti kumulattivi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-fehma tagħha tas-sistema fiskali Brittanika ġenerali, fil-fehma tagħha tal-għanijiet tas-sistema ta’ kumpanniji barranin ikkontrollati, fil-kamp ta’ applikazzjoni preċiż tal-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi u fid-definizzjoni tar-relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni b’mod żbaljat tikkunsidra l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi bħala eżenzjoni fiskali, u għalhekk vantaġġ. Fir-rigward tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali, l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi tikkostitiwxxi dispożizzjoni fil-qasam ta’ tassazzjoni u parti mid-definizzjoni tal-limiti tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati, mhux vantaġġ selettiv. Il-Kummissjoni ma pprovdiet ebda analiżi kwantitattiva sabiex turi li din l-eżenzjoni tikkostitwixxi vantaġġ u, fl-assenza ta’ element li jipprova li l-miżura kontenzjuża twassal għal vantaġġ, id-deċiżjoni kkontestata ma tistax tissussisti. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni identifikat b’mod żbaljat il-qafas ta’ referenza għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-regoli dwar il-kumpanniji barranin ikkontrollati u identifikat b’mod żbaljat dawn ir-regoli bħala ġabra ta’ regoli distinti mis-sistema Brittanika ġenerali ta’ taxxa fuq il-kumpanniji. Il-Kummissjoni ma fehmitx korrettament l-għan tar-regoli dwar il-kumpanniji barranin ikkontrollati u ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-marġni ta’ diskrezzjoni tar-Renju Unit. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti fl-analiżi tagħha dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u applikat kriterji żbaljati waqt l-eżami tal-kwistjoni tal-paragunabbiltà. Il-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi l-livell ta’ riskju differenti għall-bażi ta’ tassazzjoni tar-Renju Unit fir-rigward ta’ self lil entità tal-grupp li hija taxxabbli fir-Renju Unit u fir-rigward ta’ self lil entità tal-grupp li ma hijiex taxxabbli fir-Renju Unit, u irrazzjonalment ikkonkludiet li s-self intragrupp huwa paragunabbli ma’ self lil terzi. |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq li, anki jekk jiġi preżuppost li l-miżuri dwar il-kumpanniji barranin ikkontrollati inkwistjoni prima facie kienu jikkostitwixxu għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, id-deċiżjoni kkontestata kkonkludiet b’mod żbaljat li xejn ma seta’ jiġġustifika l-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mar-regoli tal-Unjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat. Minbarra dan, id-deċiżjoni kkontestata hija irrazzjonali u inkonsistenti, sa fejn il-Kummissjoni rrikonoxxiet korrettament li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] huwa ġġustifikat fil-każijiet fejn l-unika raġuni sabiex tiġi applikata imposta ta’ CFC fil-kuntest tal-ipoteżi prevista fil-Kapitolu 5 tal-parti 9A ta’ din il-liġi hija t-test ta’ “kapital konness tar-Renju Unit”, minħabba li dan il-kriterju jista’ jkun eċċessivament diffiċli li fil-prattika jiġi applikat, iżda fl-istess ħin tafferma, mingħajr ma tipprovdi motivazzjoni xierqa, li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A ta’ din il-liġi qatt ma huwa ġġustifikat fil-każijiet fejn it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi iwassal għall-applikazzjoni ta’ imposta CFC skont il-Kapitolu 5 tal-Parti 9A ta’ din il-liġi. Fir-realtà, it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi huwa eċċessivament diffiċli sabiex fil-prattika jiġi applikat, b’mod li l-Kummissjoni kellha tikkonstata li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A ta’ din il-liġi huwa wkoll iġġustifikat fil-kuntest ta’ dan it-test u għalhekk kellha tikkonkludi li ma hemmx għajnuna mill-Istat. |
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata permezz tal-irkupru mingħand ir-rikorrenti tal-allegata għajnuna mill-Istat, jekk din id-deċiżjoni hija kkonfermata, tikser prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, fosthom il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, billi l-kumpanniji barranin ikkontrollati inkwistjoni fil-każ tar-rikorrenti jinsabu fi Stati Membri oħra. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq li l-ordni ta’ rkupru li tirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata ma hijiex fondata u tmur kontra prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni. |
|
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti elementi essenzjali tad-deċiżjoni kkontestata, bħall-konklużjoni li l-imposta ta’ CFC prevista fil-Kapitolu 5 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] tista’ tiġi applikata billi jintuża t-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi mingħajr diffikultà u mingħajr ma tirrappreżenta oneru sproporzjonat. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li jobbliga lill-Kummissjoni li tkun trasparenti u prevedibbli fir-rigward tal-proċeduri amministrattivi tagħha u li tagħti d-deċiżjonijiet tagħha f’terminu raġonevoli. Ma huwiex raġonevoli min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu iktar minn erba’ snin sabiex tagħti d-deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ tal-investigazzjoni f’dan il-każ u li tagħti deċiżjoni iktar minn sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura kontenzjuża. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/46 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2019 – DS Smith and DS Smith International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-747/19)
(2020/C 27/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DS Smith plc (Londra, ir-Renju Unit) u DS Smith International Ltd (Londra) (rappreżentanti: C. McDonnell, Barrister, B. Goren, Solicitor, M. Peristeraki, avukat, u K. Desai, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara li ma kienx hemm għajnuna mill-Istat illegali, tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC, sa fejn din tiddikjara li kien hemm għajnuna mill-Istat illegali, u tannulla r-rekwiżit li r-Renju Unit jirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat illegali rċevuta mir-rikorrenti f’dan il-kuntest (Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata); |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn jeħtieġu li r-Renju Unit jirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat mingħand ir-rikorrenti; u |
|
— |
f’kull każ, tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-Kummissjoni fehmet ħażin il-kuntest, l-iskop u kif joperaw ir-regoli ta’ korporazzjoni tar-Renju Unit ikkontrollata minn barra l-pajjiż (iktar ’il quddiem “CFC”), fir-rigward tat-trattament ta’ profitti finanzjarji mhux kummerċjali. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata huma bbażati fuq żbalji manifesti kumulattivi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti fir-rigward tal-għarfien tagħha dwar is-sistema tat-taxxi ġenerali tar-Renju Unit, tal-għarfien tagħha tal-għanijiet tas-sistema taċ-CFC, tal-iskop speċifiku tal-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi u fid-definizzjoni ta’ relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti. |
|
2. |
It-tieni motiv, li jallega li l-Kummissjoni tikkunsidra b’mod żbaljat lill-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi bħala eżenzjoni mit-taxxa u b’hekk bħala benefiċċju. Fir-rigward ta’ profitti finanzjarji mhux kummerċjali, l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi tirrappreżenta dispożizzjoni li timponi taxxa u parti mid-definizzjoni tal-limiti tar-regoli CFC, mhux vantaġġ selettiv. Il-Kummissjoni ma pprovdiet ebda analiżi kwantitattiva biex turi li dan huwa benefiċċju u, fin-nuqqas ta’ provi konvinċenti li l-miżura inkwistjoni tirriżulta f’benefiċċju, id-deċiżjoni kkontestata hija invalida. |
|
3. |
It-tielet motiv, li jallega li l-Kummissjoni ma identifikatx tajjeb is-sistema ta’ referenza għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-regoli CFC u identifikat ħażin ir-regoli CFC bħala grupp ta’ regoli distint mis-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpanniji tar-Renju Unit. Il-Kummissjoni ma fehmitx korrettement l-għan tar-regoli CFC u naqset milli tikkunsidra l-marġni ta’ diskrezzjoni tar-Renju Unit. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tagħha tal-għajnuna mill-Istat, u applikat it-testijiet żbaljati meta qieset il-kwistjoni tal-paragunabbiltà. Il-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi l-livell differenti ta’ riskju għall-bażi ta’ taxxa tar-Renju Unit bħala bejn is-self lil entità fil-forma ta’ grupp li hija taxxabbli fir-Renju Unit u s-self lil entità fil-forma ta’ grupp li ma hijiex taxxabbli fir-Renju Unit, u kkonkludiet irrazzjonalment li s-self bejn il-gruppi huwa paragunabbli ma’ self bejn terzi. |
|
5. |
Il-ħames motiv, li jallega li, anki jekk jitqies li l-miżuri CFC inkwistjoni kienu prima facie jikkostitwixxu għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, id-deċiżjoni kkontestata kkonkludiet b’mod żbaljat li ma kien hemm ebda ġustifikazzjoni li setgħet tapplika biex tiġi difiża l-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata hija irrazzjonali u inkonsistenti, peress li l-Kummissjoni aċċettat korrettament li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 huwa ġġustifikat f’każijiet fejn l-unika raġuni biex tiġi applikata imposta CFC taħt il-kontrofattwali tal-Kapitolu 5 tal-imsemmija Parti 9A tkun it-test tal-“kapital konness tar-Renju Unit”, fuq il-bażi li dak it-test jista’ jkun eċċessivament diffiċli li jiġi operat fil-prattika, iżda fl-istess ħin, u mingħajr ma pprovdiet raġuni xierqa, il-Kummissjoni ssostni li l-imsemmi Kapitolu 9 ma jkun qatt iġġustifikat f’każijiet fejn it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti jikkawża li tiġi applikata imposta CFC taħt l-imsemmi Kapitolu 5. Fil-fatt, it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti huwa eċċessivament diffiċli li jiġi applikat fil-prattika, b’mod li l-Kummissjoni kellha tiddikjara li l-imsemmi Kapitolu 9 kien iġġustifikat fil-kuntest ta’ dak it-test ukoll u, b’hekk, kellha tikkonkludi li ma hemmx għajnuna mill-Istat. |
|
6. |
Is-sitt motiv, li jallega li, jekk tiġi kkonfermata d-deċiżjoni kkontestata, l-infurzar tagħha permezz tal-irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat mingħand ir-rikorrenti jkun jikser il-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi, u jinnota li, fil-każ tar-rikorrenti, iċ-CFC inkwistjoni jinsabu fi Stati Membri oħra. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, li jallega li l-ordni ta’ rkupru li jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata huwa infondat u jmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni. |
|
8. |
It-tmien motiv, li jallega li l-Kummissjoni naqset milli tagħti raġunijiet xierqa għal elementi kritiċi fid-deċiżjoni kkontestata, bħall-konklużjoni li l-imposta CFC taħt l-imsemmi Kapitolu 5 tista’ tiġi applikata billi jintuża t-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti mingħajr diffikultà jew oneru sproporzjonat. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li jeżiġi li l-Kummissjoni tippermetti trasparenza u prevedibbiltà fil-proċeduri amministrattivi tagħha u tagħti d-deċiżjonijiet tagħha fi żmien raġjonevoli. Ma huwiex raġjonevoli li l-Kummissjoni tieħu iktar minn erba’ snin biex tadotta d-deċiżjoni tagħha li tiftah l-investigazzjoni fil-każ preżenti u li tagħti deċiżjoni iktar minn sitt snin wara li daħlet fis-seħħ il-miżura kkontestata. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/48 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Novembru 2019 – The Vitec Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-748/19)
(2020/C 27/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Vitec Group plc (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. McDonnell, Barrister, B. Goren, Solicitor, M. Peristeraki, avukat, u K. Desai, Solicitor)

C 27/49 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2019 – Reckitt Benckiser Investments et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-751/19)
(2020/C 27/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Reckitt Benckiser Investments Ltd (Slough, ir-Renju Unit) u 5 rikorrenti oħra (rappreżentanti: C. Quigley, Barrister, P. Halford u A. Langley, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tapplika għar-rikorrenti; |
|
— |
iktar sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija taħt l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi fil-perijodu qabel l-24 ta’ Novembru 2017 sa fejn dan japplika għar-rikorrenti; |
|
— |
f’kull każ, tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-kawżi. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, li jallega l-illegalità tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata għar-raġunijiet segwenti:
|
|
2. |
It-tieni motiv, li jallega l-illegalità tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata abbażi tal-ksur tal-aspettattivi leġittimi u ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità. |
|
3. |
It-tielet motiv, li jallega li, alternattivament, ma għandux jiġi ordnat l-irkupru fir-rigward ta’ għajnuna mogħtija permezz tal-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi qabel l-24 ta’ Novembru 2017, meta l-Kummissjoni ppubblikat id-deċiżjoni inizjali tagħha. |
(1) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016 L 193, p. 1).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/51 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2019 – Inchcape vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-752/19)
(2020/C 27/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Inchcape plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Anderson, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta' CFC (ĠU 2019 L 216, p. 1) fl-intier tagħha sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti; |
|
— |
sussidjarjament, tordna li fid-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata, telf, ħelsien jew eżenzjonijiet li kienu disponibbli għar-rikorrenti fiż-żmien meta talbet l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi, jew li kienu jkunu disponibbli għar-rikorrenti dak iż-żmien li kieku ma talbitx l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi, għandhom f’kull każ jittieħdu inkunsiderazzjoni anki jekk l-aċċess gaħl dak it-telf, ħelsien jew eżenzjonijiet issa huwa preskritt skont il-liġi tar-Renju Unit u irrispettivament minn jekk humiex awtomatiċi jew le; |
|
— |
f’kull każ, tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-konvenuta naqset milli tistabbilixxi li l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi tikkostitwixxi vantaġġ. Ir-rikorrenti targumenta li l-konvenuta naqset milli tipprova li jeżisti vantaġġ f’kull każ fejn intalbet l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi. |
|
2. |
It-tieni motiv, li jallega li ma kien hemm ebda intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Il-Kummissjoni naqset milli tipprova li t-talba għal Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi wasslet ċertament għal tnaqqis fir-responsabbiltà għat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit. |
|
3. |
It-tielet motiv, li jallega li l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ma tagħtix vantaġġ lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta’ ċerti prodotti. Ir-rikorrenti targumenta li l-konvenuta wettqet żball meta (i) iddefinixxiet is-sistema ta’ referenza b’mod ristrett wisq bħar-regoli fil-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 minflok il-UK corporate tax system iktar wiesgħa; (ii) naqset milli tifhem li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 ma huwiex deroga mill-Kapitolu 5 tagħha; u (iii) naqset milli tirrikonoxxi li, anki kieku l-imsemmi Kapitolu 9 huwa deroga mill-imsemmi Kapitolu 5, dan huwa ġġustifikat min-natura jew mill-iskema ġenerali tal-imsemmija Parti 9A. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Huwa argumentat li l-Kummissjoni wettqet żball meta kkonkludiet li l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi tista’ tinfluwenza l-għażliet magħmula minn gruppi multinazzjonali fir-rigward tal-post fejn jinsabu l-funzjonijiet tal-finanzi tal-grupp u l-uffiċċju prinċipali tagħhom fi ħdan l-Unjoni. |
|
5. |
Il-ħames motiv, li jallega li l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ma toħloqx distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Huwa asserit li l-Kummissjoni naqset milli tipprova li t-talba għal-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi wassal ċertament għal tnaqqis fir-responsabbiltà għat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit. |
|
6. |
Is-sitt motiv, li jallega li l-irkupru tal-għajnuna allegata jkun jikser il-prinċipji ġenerali tal-Unjoni. Ir-rikorrenti targumenta li t-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti fit-Taqsima 371EB tal-Kapitolu 5 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 huwa nieqes minn ċertezza legali, li r-Renju Unit kellu marġni ta’ diskrezzjoni biex jindirizza dik l-inċertezza u li l-konvenuta kisret l-obbligu tagħha li twettaq analiżi kompleta tal-fatturi relevanti kollha. Billi ordnat l-irkupru tal-għajnuna, il-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (1), li jipprojbixxi l-irkupru ta’ għajnuna meta l-irkupru jkun imur kontra prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, li jallega li l-vantaġġ selettiv jiġi eliminat, u ma jkun meħtieġ ebda rkupru, jekk ir-Renju Unit jestendi retrospettivament l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi għal self upstream u għal self mingħand terzi. Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli tirrikonoxxi li t-teħid ta’ tali azzjoni jelimina kwalunkwe vantaġġ selettiv (jekk għall-mument wieħed jassumi li hemm tali vantaġġ) u f’dan il-każ ma jkun hemm l-ebda għajnuna mill-Istat illegali li jkollha tiġi rkuprata skont id-dritt tal-Unjoni. |
|
8. |
It-tmien motiv, li jallega li fid-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata, telf, ħelsien jew eżenzjonijiet li kienu disponibbli għar-rikorrenti (kemm jekk permezz ta’ talba, għażla jew awtomatikament) fiż-żmien meta din tablet l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi, jew li kienu jkunu disponibbli dak iż-żmien li kieku ma talbitx l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni anki jekk l-aċċess għal dak it-telf, ħelsien jew eżenzjonijiet issa huwa preskritt taħt il-liġi tar-Renju Unit. Ir-rikorrenti ssostni li din hija l-interpretazzjoni korretta tal-premessa 203 tad-deċiżjoni kkontestata iżda, sa fejn dan ma huwiex il-każ, id-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata għaliex in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali telf, ħelsien jew eżenzjonijiet iwassal għal kalkolu żejjed tal-ammont tal-għajnuna, liema ħaġa tintroduċi distorsjoni fis-suq intern. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, li jallega li l-Kummissjoni naqset milli tissostanzja l-motivi tagħha b’relazzjoni mal-eżenzjoni ta’ riżorsi kwalifikanti u mal-eżenzjoni tal-imgħax imqabbel u milli twettaq analiżi sħiħa tal-fatturi relevanti kollha. Ir-rikorrenti targumenta li l-konvenuta naqset milli tiddistingwi bejn tliet eżenzjonijiet separati taħt il-Kapitolu 9 tal-Part 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010, li joperaw indipendentement, u milli tifhem li l-eżenzjoni ta’ riżorsi kwalifikanti u l-eżenzjoni tal-imgħax imqabbel ma jissostitwixxux it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti u li l-eżistenza tal-eżenzjoni tal-imgħax imqabbel fil-Kapitolu 9 turi li l-konvenuta wettqet żball meta ddefinixxiet is-sistema ta’ referenza b’mod ristrett wisq bħala r-regoli fl-imsemmija Parti 9A minflok is-sistema iktar wiesgħa tat-taxxa fuq il-kumpanniji tar-Renju Unit. |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/53 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2019 – Stagecoach Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-754/19)
(2020/C 27/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stagecoach Group plc (Perth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Lesar, Solicitor, u K. Beal, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta' CFC (ĠU 2019 L 216, p. 1); |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-għażla tagħha tal-qafas ta’ referenza għall-analiżi tas-sistema ta’ taxxa. Ir-rikorrenti targumenta li l-konvenuta imissha ttrattat il-qafas ta’ referenza bħala s-sistema tat-taxxa fuq il-kumpanniji tar-Renju Unit, u mhux sempliċiment is-sistema tal-Korporazzjoni Kkontrollata minn barra l-Pajjiż (CFC) stess. |
|
2. |
It-tieni motiv, li jallega li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta adottat approċċ difettuż għall-analiżi tas-sistema CFC. Fil-premessi (124) sa (126) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ttrattat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 bħala forma ta’ deroga minn imposta ta’ taxxa ġenerali li tinsab fil-Kapitolu 5 tiegħu. |
|
3. |
It-tielet motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 107(1) TFUE meta fil-premessi (127) sa (151) tad-deċiżjoni kkontestata qieset li l-kriterju tas-selettività kien sodisfatt peress li impriżi li jinsabu f’pożizzjonijiet fattwalment u legalment paragunabbli kienu ttrattati b’mod differenti. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, li jallega li l-eżenzjoni ta’ 75 % skont l-Artikolu 371ID tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 hija ġġustifikat min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema ta’ taxxa. |
|
5. |
Il-ħames motiv, li jallega li l-impożizzjoni ta’ oneru ta’ taxxa fuq CFC li tissodisfa l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi Kapitolu 9 bħala klassi tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti bi ksur tal-Artikolu 49 TFUE. |
|
6. |
Is-sitt motiv, li jallega li kien hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-eżenzjoni ta’ 75 % u tal-proporzjon fiss. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tikkonformax mal-prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni ta’ nondiskriminazzjoni jew ta’ ugwaljanza. |
|
8. |
It-tmien motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat b’analoġija jew meta bbażat ruħha b’mod inġustifikat fuq it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (1), li ma kienx japplika ratione temporis. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 107(1) TFUE meta fil-premessa (176) tad-deċiżjoni kkontestata sabet li teżisti klassi ta’ benefiċjarji (li r-rikorrenti tifforma parti minnha) u li kienet kisbet kwalunkwe għajnuna li kellha tiġi rkuprata skont l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni kkontestata. |
(1) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016 L 193, p. 1).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/54 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2019 – BBA International Investments vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-755/19)
(2020/C 27/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BBA International Investments Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: N. Niejahr, B. Hoorelbeke, avukati, A. Stratakis u P. O’Gara, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (ĠU 2019 L 216, p. 1), sa fejn din issostni li l-allegata miżura ta’ għajnuna tikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u tordna l-irkupru tagħha bl-interessi, inkluż mingħand ir-rikorrenti; |
|
— |
alternattivament, tannulla l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tordna l-irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli flimkien mal-interessi, inkluż mingħand ir-rikorrenti; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha stess u l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati ma’ din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi sostniet li l-miżura ta’ għajnuna allegata tipprovdi vantaġġ selettiv:
|
|
2. |
It-tieni motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi naqset milli turi li l-allegata miżura ta’ għajnuna setgħet taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u kienet thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
3. |
It-tielet motiv, li jallega, sussidjarjament, li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 49 TFUE billi kkwalifikat lill-allegata miżura ta’ għajnuna bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ma tiksirx il-libertà ta’ stabbiliment żgurata mill-Artikolu 49 TFUE. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament/nondiskriminazzjoni billi:
|
|
5. |
Il-ħames motiv, li jallega, sussidjarjament, li, anki jekk l-allegata miżura ta’ għajnuna taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (2), billi ordnat l-irkupru ta’ ammonti ta’ għajnuna allegatament inkompatibbli mingħand il-benefiċjarji tal-allegata miżura ta’ għajnuna, għaliex tali rkupru jikser il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali. |
(1) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016 L 193, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/56 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2019 – WPP Jubilee et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-756/19)
(2020/C 27/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: WPP Jubilee Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u ħdax-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: C. McDonnell, Barrister, B. Goren, Solicitor, M. Peristeraki, avukat, u K. Desai, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara li ma kienx hemm għajnuna mill-Istat illegali, tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC, sa fejn din tiddikjara li kien hemm għajnuna mill-Istat illegali, u tannulla r-rekwiżit li r-Renju Unit jirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat illegali rċevuta mir-rikorrenti f’dan il-kuntest (Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata); |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn jeħtieġu li r-Renju Unit jirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat mingħand ir-rikorrenti; u |
|
— |
f’kull każ, tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata kienet ivvizzjata bi żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-fatti u tal-liġijiet rilevanti. B’mod partikolari, huwa allegat li l-Kummissjoni fehmet ħażin il-mod kif joperaw ir-regoli CFC inkwistjoni tar-Renju Unit, fir-rigward tat-trattament ta’ profitti finanzjarji mhux kummerċjali. Barra minn hekk, huwa allegat li d-deċiżjoni kkontestata kkwalifikat l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi bħala eżenzjoni mit-taxxa. Dan huwa partikolarment evidenti peress li xi wħud mis-self li huwa s-suġġett ta’ dan ir-rikors kien ingħata minn fondi ta’ riżorsi li jikkwalifikaw. |
|
2. |
It-tieni motiv, li jallega li l-Kummissjoni sostnie b’mod żbaljat li r-regoli CFC kienu jikkostitwixxu miżura ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u, b’hekk, li tali regoli kienu jagħtu benefiċċju selettiv lil ċerti operaturi. B’mod iktar preċiż, dawn jgħidu li l-Kummissjoni ddeterminat b’mod żbaljat is-sistema ta’ riferenza għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-regoli CFC u identifikat ħażin żewġ sitwazzjonijiet differenti bħala paragunabbli mas-sitwazzjoni fejn tapplika l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi. Bħala riżultat ta’ wieħed jew iktar minn dawn iż-żewġ żbalji, il-Kummissjoni żbaljat meta identifikat li dawn ir-regoli kienu jagħtu benefiċċju selettiv lil xi operaturi fis-suq. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni b’mod żbaljat identifikat ir-regoli CFC bħala grupp ta’ regoli distint mis-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpanniji tar-Renju Unit, filwaqt li injorat aspetti oħra tat-taxxa fuq il-kumpanniji tar-Renju Unit intiżi biex jaħdmu flimkien mar-regoli CFC. B’riżultat ta’ dan, l-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-paragunabbiltà u s-selettività hija vvizjata bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-fatti rilevanti u bi żbalji ta’ liġi. |
|
3. |
It-tielet motiv, li jallega li, anki jekk jitqies li l-miżuri CFC inkwistjoni kienu jikkostitwixxu għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, id-deċiżjoni kkontestata kkonkludiet b’mod żbaljat li ma kien hemm ebda ġustifikazzjoni li setgħet tapplika biex tiġi difiża l-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata hija irrazzjonali u inkonsistenti, peress li l-Kummissjoni aċċettat korrettament li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 huwa ġġustifikat f’każijiet fejn l-unika raġuni biex tiġi applikata imposta CFC hija t-test tal-“kapital konness tar-Renju Unit”, fuq il-bażi li dak it-test jista’ jkun eċċessivament diffiċli li jiġi operat fil-prattika, iżda fl-istess ħin, u mingħajr ma pprovdiet raġuni xierqa, il-Kummissjoni ssostni li l-imsemmi Kapitolu 9 ma jkun qatt iġġustifikat f’każijiet fejn it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti jikkawża li tiġi applikata imposta CFC. Fil-fatt, għalkemm, skont il-fatti tar-rikorrenti, il-pożizzjoni hija ċara, it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti ġeneralment huwa eċċessivament diffiċli li jiġi applikat fil-prattika, b’mod li l-Kummissjoni kellha tiddikjara li l-imsemmi Kapitolu 9 kien iġġustifikat fil-kuntest ta’ dak it-test ukoll u, b’hekk, kellha tikkonkludi li ma hemmx għajnuna mill-Istat. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, li jallega li, jekk tiġi kkonfermata d-deċiżjoni kkontestata, l-infurzar tagħha permezz tal-irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat mingħand ir-rikorrenti jkun jikser il-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi, u jinnota li, fil-każ tar-rikorrenti, iċ-CFC inkwistjoni jinsabu fi Stati Membri oħra. |
|
5. |
Il-ħames motiv, li jallega li l-ordni ta’ rkupru li jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata huwa infondat u jmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni. |
|
6. |
Is-sitt motiv, li jallega li l-Kummissjoni naqset milli tagħti raġunijiet xierqa għal elementi kritiċi fid-deċiżjoni kkontestata. Huwa argumentat li l-Kummissjoni naqset milli tqis l-eżenzjoni tar-“riżorsi kwalifikanti” sa’ xi livell materjali, naqset milli tanalizza r-raġunijiet jew il-ġustifikazzjonijiet għaliha. Eżempji oħra jinkludu l-konklużjoni li l-imposta CFC taħt l-imsemmi Kapitolu 5 tista’ tiġi applikata billi jintuża t-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti mingħajr diffikultà jew oneru sproporzjonat. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li jeżiġi li l-Kummissjoni tippermetti trasparenza u prevedibbiltà fil-proċeduri amministrattivi tagħha u tagħti d-deċiżjonijiet tagħha fi żmien raġjonevoli. Ma huwiex raġjonevoli li l-Kummissjoni tieħu iktar minn erba’ snin biex tadotta d-deċiżjoni tagħha li tiftah l-investigazzjoni fil-każ preżenti u li tagħti deċiżjoni iktar minn sitt snin wara li daħlet fis-seħħ il-miżura kkontestata. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/57 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – W.S. Atkins International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-758/19)
(2020/C 27/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: W.S. Atkins International Ltd (Epsom, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (ĠU 2019 L 216, p. 1); |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti skont l-Artikolu 49 TFUE; u |
|
— |
f’kull każ, tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.
|
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-iskema tal-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi (“il-miżura kkontestata”) wasslet għal benefiċċju ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
2. |
It-tieni motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-“selettività”. |
|
3. |
It-tielet motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat ħażin jew b’mod inkomplet, u meta naqset milli tifhem korrettement, l-għanijiet rilevanti tas-sistema ta’ referenza magħżula minnha. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata fis-sens li tinvolvi deroga mis-sistema ta’ referenza magħżula minnha. |
|
5. |
Il-ħames motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat ħażin il-miżura kkontestata bħala prima facie selettiva, billi qieset b’mod żbaljat li din kienet tinvolvi t-trattament differenti ta’ impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni legali u fattwali paragunabbli. |
|
6. |
Is-sitt motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet inkunsiderazzjoni d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (1) fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, meta dak l-att ma daħalx fis-seħħ ħlief wara li spiċċa l-perijodu li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li d-deċiżjoni kkontestata kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni li jmur kontra s-sovranità fiskali tar-Renju Unit. |
|
8. |
It-tmien motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta qieset li d-deroga allegata ma kinitx iġġustifikata fil-konfront tal-intaxxar ta’ profitti finanzjarji mhux kummerċjali għal relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti li prima facie jaqgħu taħt it-Taqsima 371EB (“UK activities”) tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010. B’relazzjoni mal-eżenzjonijiet tal-profitti minn “riżorsi kwalifikanti” u “imgħax imqabbel”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata min-nuqqas tagħha li tagħti raġunijiet fir-rigward tal-ġustifikazzjoni jew in-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tagħhom. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, li jallega li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (2) u bi ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. B’mod speċifiku, fid-deċiżjoni inizjali tagħha, din naqset milli tindika li kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt it-Taqsima 371ID tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 biex tevita d-diffikultà prattika li twettaq analiżi tal-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti b’relazzjoni ma’ attività ta’ self fost il-membri ta’ grupp, b’mod li tagħti lill-partijiet interessati opportunità xierqa biex jikkummentaw dwar dan; din naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, milli titlob kwalunkwe kummenti mill-partijiet interessati f’dan ir-rigward; u fid-deċiżjoni kkontestata għażlet li tinjora tali kummenti kif kienu effettivament ingħataw mill-persuni interessati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla. |
|
10. |
L-għaxar motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija tar-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “biss sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma huwiex ta’ riskju għall-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma kinitx meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-libertajiet tat-Trattat. Insostenn tat-talba tagħha (sussidjarjament) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tibbaża ruħha fuq il-motiv segwenti: |
|
11. |
Il-ħdax-il motiv, li jallega li anki jekk (liema ħaġa hija miċħuda) il-miżura kkontestata kienet tinvolvi skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-irkupru tal-għajnuna ma kienx jikser il-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Unjoni u meta ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ kumpannija barranija kkontrollata u l-għoti ta’ self minnha lil gruppi ta’ kumpanniji mhux residenti kienx fil-fatt jinvolvi eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment. B’mod speċifiku, fil-kawża preżenti, l-irkupru jikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti skont l-Artikolu 49 TFUE. Sa fejn iwettaq tali ksur, l-ordni ta’ rkupru fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandu jiġi annullat. |
(1) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016 L 193, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/59 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Yalwen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-759/19)
(2020/C 27/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yalwen Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (ĠU 2019 L 216, p. 1); |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti skont l-Artikolu 49 TFUE; u |
|
— |
f’kull każ, tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-iskema tal-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi (“il-miżura kkontestata”) wasslet għal benefiċċju ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
2. |
It-tieni motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-“selettività”. |
|
3. |
It-tielet motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat ħażin jew b’mod inkomplet, u meta naqset milli tifhem korrettement, l-għanijiet rilevanti tas-sistema ta’ referenza magħżula minnha. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata fis-sens li tinvolvi deroga mis-sistema ta’ referenza magħżula minnha. |
|
5. |
Il-ħames motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat ħażin il-miżura kkontestata bħala prima facie selettiva, billi qieset b’mod żbaljat li din kienet tinvolvi t-trattament differenti ta’ impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni legali u fattwali paragunabbli. |
|
6. |
Is-sitt motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet inkunsiderazzjoni d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (1) fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, meta dak l-att ma daħalx fis-seħħ ħlief wara li spiċċa l-perijodu li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li d-deċiżjoni kkontestata kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni li jmur kontra s-sovranità fiskali tar-Renju Unit. |
|
8. |
It-tmien motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta qieset li d-deroga allegata ma kinitx iġġustifikata fil-konfront tal-intaxxar ta’ profitti finanzjarji mhux kummerċjali għal relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti li prima facie jaqgħu taħt it-Taqsima 371EB (“UK activities”) tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010. B’relazzjoni mal-eżenzjonijiet tal-profitti minn “riżorsi kwalifikanti” u “imgħax imqabbel”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata min-nuqqas tagħha li tagħti raġunijiet fir-rigward tal-ġustifikazzjoni jew in-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tagħhom. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, li jallega li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (2) u bi ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. B’mod speċifiku, fid-deċiżjoni inizjali tagħha, din naqset milli tindika li kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt it-Taqsima 371ID tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 biex tevita d-diffikultà prattika li twettaq analiżi tal-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti b’relazzjoni ma’ attività ta’ self fost il-membri ta’ grupp, b’mod li tagħti lill-partijiet interessati opportunità xierqa biex jikkummentaw dwar dan; din naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, milli titlob kwalunkwe kummenti mill-partijiet interessati f’dan ir-rigward; u fid-deċiżjoni kkontestata għażlet li tinjora tali kummenti kif kienu effettivament ingħataw mill-persuni interessati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla. |
|
10. |
L-għaxar motiv, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija tar-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “biss sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma huwiex ta’ riskju għall-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma kinitx meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-libertajiet tat-Trattat. Insostenn tat-talba tagħha (sussidjarjament) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tibbaża ruħha fuq il-motiv segwenti: |
|
11. |
Il-ħdax-il motiv, li jallega li anki jekk (liema ħaġa hija miċħuda) il-miżura kkontestata kienet tinvolvi skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-irkupru tal-għajnuna ma kienx jikser il-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Unjoni u meta ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ kumpannija barranija kkontrollata u l-għoti ta’ self minnha lil gruppi ta’ kumpanniji mhux residenti kienx fil-fatt jinvolvi eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment. B’mod speċifiku, fil-kawża preżenti, l-irkupru jikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti skont l-Artikolu 49 TFUE. Sa fejn iwettaq tali ksur, l-ordni ta’ rkupru fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandu jiġi annullat. |
(1) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016 L 193, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/61 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – CAPA et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-777/19)
(2020/C 27/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Coopérative des artisans pêcheurs associés (CAPA) (Le Tréport, Franza) u 10 rikorrenti oħra (rappreżentant: M. Le Berre, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikkjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
u, konsegwentement:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019)5498 final tas-26 ta’ Lulju 2019; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 108(2) TFUE sa fejn iċ-ċirkustanzi tal-adozzjoni u tal-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata juru li l-Kummissjoni kienet qegħda oġġettivament tiffaċċja dubji li kellhom iwasslu għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/61 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2019 – Sped-Pro S.A. vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-791/19)
(2020/C 27/61)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Sped-Pro S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: Małgorzata Kozak, konsulent ġuridiku)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019)6099 final tat-12 ta’ Awwissu 2019 (Każ AT.40459), li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti bis-saħħa tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 773/2004 (1), u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003 (2) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 773/2004 moqrija flimkien mal-Artikolu 41(1) u (2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi kisret il-prinċipju ta’ terminu raġonevoli, ġaladarba d-deċiżjoni ġiet adottata kważi sentejn wara n-notifika tat-13 ta’ Settembru 2017 li tinforma lir-rikorrenti bl-intenzjoni tagħha li tiċħad l-ilment, liema fatt kellu effett fuq l-eżitu tal-proċedura. Il-Kummissjoni kisret ukoll id-dritt li r-rikorrenti għandha li l-każ tagħha jiġi eżaminat u ma mmotivatx iċ-ċaħda tal-ilment b’mod iddettaljat, liema fatt huwa rifless fuq il-kontenut ġenerali tan-notifika tat-13 ta’ Settembru 2017 li tinformaha bl-intenzjoni tagħha li tiċħad l-ilment u fil-motivazzjoni qasira tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tat-Trattati. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, jiġifieri l-Artikolu 2 TUE moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi qieset li l-President tal-Urząd Ochrony Konkurencji i Konsumentów (l-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumaturi, il-Polonja) “jidher li huwa korp ta’ natura partikolarment xierqa sabiex jeżamina l-kwistjonijiet imqajma […] fl-ilment” (punt 21 tad-deċiżjoni kkontestata) u għaldaqstant billi minn tal-inqas evitat milli tindirizza d-dubji raġonevoli relatati maż-żamma tal-Istat ta’ dritt fil-Polonja u, b’rabta ma’ dan, mal-indipendenza tal-qrati u tal-President tal-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumaturi. B’mod partikolari l-Kummissjoni eskludiet il-kwistjoni tar-riorganizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja fil-Polonja u l-fatt li kawżi fil-qasam tal-kompetizzjoni u tal-protezzjoni tal-konsumaturi huma pendenti quddiem l-Awla għall-Kontroll Straordinarju u għall-Affarijiet Pubbliċi l-ġdida tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja), li għandha modalitajiet ta’ ħatra analogi għal dawk tal-Awla Dixxiplinari. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat ukoll fuq il-ksur tat-Trattati. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 102 TFUE, moqri flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1) TFUE u mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 773/2004, kif ukoll mal-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003, billi wettqet żball manifest waqt l-evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni u tad-delimitazzjoni tas-suq rilevanti. Il-Kummissjoni qieset li s-suq li fuqu twettaq il-ksur allegat kien “essenzjalment limitat għas-suq ferrovjarju nazzjonali, anki jekk il-ksur allegat jista’ jikkonċerna wkoll impriżi rreġistrati barra mill-pajjiż”. Il-Kummissjoni lanqas ma żgurat l-effikaċja sħiħa (“effet utile”) tal-Artikolu 102 TFUE. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/63 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2019 – DTE Systems vs EUIPO – Speed-Buster (PedalBox +)
(Kawża T-801/19)
(2020/C 27/62)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: DTE Systems GmbH (Recklinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Vietmeyer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Speed-Buster GmbH & Co. KG (Sinzig, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PedalBox + - trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 637 266
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1934/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Kanċellament tal-konvenut tal-1 ta’ Awwissu 2018 Nru 16 223 C (invalidità) u tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-konvenut tal-5 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1934/2018-1; |
|
— |
iżżomm it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 637 266 fir-reġistru fl-intier tagħha, kif irreġistrata u attestata mill-konvenut; |
|
— |
sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li konstatazzjonijiet fattwali oħra huma neċessarji, tordna lill-konvenut jadotta deċiżjoni ġdida dwar il-bżonn li tiġi ppreżervata d-disponibbiltà tat-terminu “PedalBox +”, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni denominazzjonijiet tal-prodott tal-kumpanniji SPEED-BUSTER GmbH & Co. KG., Mosaikweg 18, 53489 Sinzig, il-Ġermanja, jew CPA Performance GmbH, Jurastrasse 1, 73119 Zell unter Aichelberg, il-Ġermanja. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/64 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2019 – Ultrasun vs EUIPO (ultrasun)
(Kawża T-805/19)
(2020/C 27/63)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ultrasun AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kulur, ultrasun – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 898 795
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 531/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/64 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2019 – Govern d’Andorra vs EUIPO (Andorra)
(Kawża T-806/19)
(2020/C 27/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Govern d’Andorra (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni figurattiva Andorra – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 797 912
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Awwissu 2019 fil-Każ R 737/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Nuqqas ta’ ċertezza legali minħabba li l-EUIPO tat deċiżjonijiet differenti fir-rigward ta’ trade marks li jixxiebhu ħafna u obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/65 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2019 – Silgan International u Silgan Closures vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-808/19)
(2020/C 27/65)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Silgan International Holdings BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Silgan Closures GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Seeliger, H. Wollmann, R. Grafunder, B. Meyring u E. Venot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 8501 final tal-20 ta’ Novembru 2019 (AT.40522 – Metal Packaging (ex Pandora)) li timponi obbligu li tingħata informazzjoni, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet essenzjali tad-difiża għaliex id-domandi magħmula huma bbażati prinċipalment fuq dokumenti u informazzjoni li r-rikorrenti kienu pppreżentaw preċedentment inkwantu xhieda li jikkooperaw fil-proċess ġudizzjarju lill-Bundeskartellamt Ġermaniż fi proċedimenti pendenti quddiemu. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisbet dawn id-dokumenti u din l-informazzjoni fil-kuntest ta’ skambju inammissibbli ta’ informazzjoni mal-Bundeskartellamt jew fil-kuntest ta’ spezzjoni illegali bbażata fuq dawn id-dokumenti u din l-informazzjoni. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni minħabba ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummisjoni ma hijiex kompetenti sabiex tmexxi proċeduri kontra r-rikorrenti u sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata. Fid-dawl tal-investigazzjonijiet estensivi mwettqa mill-Bundeskartellamt u fid-dawl tal-proċeduri nazzjonali li huma lesti sabiex jiġu deċiżi, ma huwiex ċar għalfejn il-Bundeskartellamt ma kienx f’pożizzjoni li jikkonkludi l-investigazzjoni f’dan il-każ jew għaliex il-Kummissjoni hija f’pożizzjoni aħjar sabiex teżegwixxi l-miżura istruttorja kkontestata. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex motivata suffiċjentement, sa fejn hija ma tinkludi l-ebda kjarifika dwar ir-raġuni għalfejn il-Kummissjoni kkunsidrat li hija kompetenti, fid-dawl tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, sabiex tmexxi investigazzjoni kontra r-rikorrenti. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni marret kontra l-prinċipju ta’ prassi amministrattiva tajba u kontra l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata hija sproporzjonata, sa fejn hija tikser l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti u sa fejn hija tmur kontra l-prinċipju ta’ imparzjalità u ta’ ekwità. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter Fil-kuntest tal-ħames motiv, ir-rikorrenti jsostnu li t-talba għal informazzjoni hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet inadegwati, sa fejn il-Kummissjoni tipprova, f’kooperazzjoni mal-Bundeskartellamt, permezz tal-proċedura ta’ investigazzjoni u b’mod partikolari permezz tad-deċiżjoni kkontestata, tevita d-dispożizzjonijiet dwar l-issanzjonar tal-ksur tal-Artikolu 101 TFUE li huma previsti fid-dritt Ġermaniż. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/66 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2019 – Liga Nacional de Fútbol Profesional vs EUIPO (El Clasico)
(Kawża T-809/19)
(2020/C 27/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Liga Nacional de Fútbol Profesional (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. Casas Feu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni El Clasico – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 379 292
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 1966/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tagħti sentenza li permezz tagħha tintlaqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali fl-Unjoni Ewropea Nru 1 379 292 El Clásico (imħalta) fil-klassi 41 f’isem il-Liga Nacional de Fútbol Profesional; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/67 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2019 – Nutravita vs EUIPO – Pegaso (nutravita Healthy Mind, Body & Soul.)
(Kawża T-814/19)
(2020/C 27/67)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nutravita Ltd (Maidenhead, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: H. Dhondt u J. Cassiman, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pegaso Srl (Negrar, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuż: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea nutravita Healthy Mind, Body & Soul tal-kuluri aħdar ċar u iswed – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 255 804.
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Settembru 2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 47 (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; u |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/68 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2019 – Olimp Laboratories vs EUIPO – OmniVision (Hydrovision)
(Kawża T-817/19)
(2020/C 27/68)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Olimp Laboratories sp. z o.o. (Dębica, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: OmniVision GmbH (Puchheim, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Hydrovision – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 286 841
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 2371/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-kawża lura quddiem l-EUIPO biex jeżaminha mill-ġdid; jew; |
|
— |
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tillikwida l-ispejjeż favur ir-rikorrenti. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/69 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2019 – Dvectis CZ vs EUIPO – Yado (Imħaded ta’ appoġġ)
(Kawża T-818/19)
(2020/C 27/69)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dvectis CZ s.r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: J. Svojanovská, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Yado s.r.o. (Handlová, ir-Repubblika Slovakka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 3222 504-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 513/2018-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri. |
Fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma taqbilx mal-proposta msemmija iktar il fuq, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-appell ippreżentat mir-rikorrenti fil-21 ta’ Marzu 2018 jintlaqa’ kollu kemm hu u li d-disinn kontenzjuż iżomm il-validità tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/70 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2019 – Man and Machine vs EUIPO - Bim Freelance (bim ready)
(Kawża T-819/19)
(2020/C 27/70)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Man and Machine Ltd (Thame Oxfordshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Peto, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bim Freelance Corp. (Miami, Florida, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva bim ready - Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 359 265 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 317/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/70 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2019 – Herlyn u Beck vs EUIPO – Brillux (B.home)
(Kawża T-821/19)
(2020/C 27/71)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sonja Herlyn (Grünwald, il-Ġermanja), Christian Beck (Grünwald) (rappreżentant: H. Hofmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brillux GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “B.home” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 961 336
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 373/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla jew temenda d-deċiżjoni kkontestata u tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-Każ Nru B2976549 tal-10 ta’ Diċembru 2018 tal-Uffiċċju tal-Propjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO); |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
|
— |
tiffissa data għas-seduta. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/71 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2019 – Asoliva u Anierac vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-822/19)
(2020/C 27/72)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Asociación Española de la Industria y Comercio Exportador de Aceite de Oliva (Asoliva) (Madrid, Spanja) u Asociación Nacional de Industriales Envasadores y Refinadores de Aceites Comestibles (Anierac) (Madrid) (rappreżentant: V. Rodríguez Fuentes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1604 tas-27 ta’ Settembru 2019 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti, ippubblikat fil-ĠU 2019, L 250, p. 14.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-libertà ta’ intrapriża
|
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/72 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2019 – Lipitalia 2000 u Assograssi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-189/18) (1)
(2020/C 27/73)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/72 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2019 – Stada Arzneimittel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji ħomor ikkurvati mqiegħda waħda fuq l-oħra)
(Kawża T-290/19) (1)
(2020/C 27/74)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.