Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento C:2015:099:FULL
Official Journal of the European Union, C 99, 26 March 2015
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 99, 26 ta' Marzu 2015
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 99, 26 ta' Marzu 2015
|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 099/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7544 — Centerbridge/Senvion) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 099/02 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2015/C 099/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2015/C 099/04 |
Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta’ idrokarburi konvenzjonali likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ Permis de Séméacq) ( 1 ) |
|
|
2015/C 099/05 |
||
|
2015/C 099/06 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2015/C 099/07 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 099/08 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 099/09 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7550 — CRH/Holcim Lafarge Divestment Business) ( 1 ) |
|
|
2015/C 099/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7582 — Goldman Sachs Group/Altarea/Pascal Défense) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2015/C 099/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7449 — SNCF Mobilités/Eurostar International Limited) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7544 — Centerbridge/Senvion)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 99/01)
Fid-19 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7544. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-25 ta’ Marzu 2015
(2015/C 99/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0985 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,13 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4688 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,73650 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3026 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0517 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,5930 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,378 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
298,80 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,0858 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4147 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,8089 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3925 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3711 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,5191 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4322 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5023 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 208,22 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,9574 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,8244 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6518 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 242,59 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,0271 |
|
PHP |
Peso Filippin |
49,163 |
|
RUB |
Rouble Russu |
62,5738 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
35,715 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,4334 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,3611 |
|
INR |
Rupi Indjan |
68,5150 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
26.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/3 |
Rapport Speċjali Nru 3/2015 “Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE: ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni”
(2015/C 99/03)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 3/2015 “Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE: ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:
|
European Court of Auditors |
|
Publications (PUB) |
|
12, rue Alcide De Gasperi |
|
1615 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
|
Tel. +352 4398-1 |
|
E-mail: eca-info@eca.europa.eu |
jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
26.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/4 |
Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)
(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta’ idrokarburi konvenzjonali likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ “Permis de Séméacq”)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 99/04)
Wara talba li tressqet fis-6 ta’ Ottubru 2014, l-impriżi Celtique Énergie Ltd (Newlands House, 40 Berners Str, London W1T 3NA, ir-Renju Unit) u Investaq Énergie SAS (30, av. Hoche, Paris 75008, Franza) applikaw b’mod konġunt għal permess esklussiv ta’ ħames snin għat-tiftix ta’ idrokarburi konvenzjonali likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ “Permis de Séméacq”, li jkopri t-territorju tad-départements ta’ Gers, Landes, Pyrénées-Atlantiques u Hautes-Pyrénées.
Il-perimetru taż-żona koperta minn dan il-permess hu mmarkat mil-linji dritti li jgħaqqdu l-punti ddefiniti hawn taħt:
|
Quċċata |
NTF — Il-meridjan ta’ Pariġi |
RGF93 — Il-meridjan ta’ Greenwich |
||
|
Lonġitudni |
Latitudni |
Lonġitudni |
Latitudni |
|
|
A |
3,40 gr W |
48,50 gr N |
0°43′25″ W |
43°39′00″ N |
|
B |
3,10 gr W |
48,50 gr N |
0°27′13″ W |
43°39′00″ N |
|
C |
3,10 gr W |
48,60 gr N |
0°27′13″ W |
43°44′24″ N |
|
D |
2,80 gr W |
48,60 gr N |
0°11′01″ W |
43°44′24″ N |
|
E |
2,80 gr W |
48,50 gr N |
0°11′01″ W |
43°39′00″ N |
|
F |
2,60 gr W |
48,50 gr N |
0°00′13″ W |
43°39′00″ N |
|
G |
2,60 gr W |
48,40 gr N |
0°00′13″ W |
43°33′36″ N |
|
H |
2,70 gr W |
48,40 gr N |
0°05′37″ W |
43°33′36″ N |
|
I |
2,70 gr W |
48,30 gr N |
0°05′37″ W |
43°28′12″ N |
|
J |
2,60 gr W |
48,30 gr N |
0°00′13″ W |
43°28′12″ N |
|
K |
2,60 gr W |
48,20 gr N |
0°00′13″ W |
43°22′48″ N |
|
L |
2,50 gr W |
48,20 gr N |
0°05′11″ E |
43°22′48″ N |
|
M |
2,50 gr W |
48,10 gr N |
0°05′11″ E |
43°17′24″ N |
|
N |
2,70 gr W |
48,10 gr N |
0°05′37″ W |
43°17′24″ N |
|
O |
2,70 gr W |
48,00 gr N |
0°05′37″ W |
43°12′00″ N |
|
P |
2,85 gr W |
48,00 gr N |
0°13′43″ W |
43°12′00″ N |
|
Q |
2,85 gr W |
48,10 gr N |
0°13′43″ W |
43°17′24″ N |
|
R |
2,80 gr W |
48,10 gr N |
0°11′01″ W |
43°17′24″ N |
|
S |
2,80 gr W |
48,14 gr N |
0°11′01″ W |
43°19′33″ N |
|
T |
2,83 gr W |
48,14 gr N |
0°12′38″ W |
43°19′33″ N |
|
U |
2,83 gr W |
48,13 gr N |
0°12′38″ W |
43°19′01″ N |
|
V |
3,10 gr W |
48,13 gr N |
0°27′13″ W |
43°19′01″ N |
|
W |
3,10 gr W |
48,20 gr N |
0°27′13″ W |
43°22′48″ N |
|
X |
2,80 gr W |
48,20 gr N |
0°11′01″ W |
43°22′48″ N |
|
Y |
2,80 gr W |
48,33 gr N |
0°11′01″ W |
43°29′50″ N |
|
Z |
2,75 gr W |
48,33 gr N |
0°08′19″ W |
43°29′50″ N |
|
AA |
2,75 gr W |
48,37 gr N |
0°08′19″ W |
43°39′59″ N |
|
AB |
2,77 gr W |
48,37 gr N |
0°09′23″ W |
43°31′59″ N |
|
AC |
2,77 gr W |
48,38 gr N |
0°09′23″ W |
43°32′31″ N |
|
AD |
2,80 gr W |
48,38 gr N |
0°11′01″ W |
43°32′31″ N |
|
AE |
2,80 gr W |
48,39 gr N |
0°11′01″ W |
43°33′03″ N |
|
AF |
2,90 gr W |
48,39 gr N |
0°16′25″ W |
43°33′03″ N |
|
AG |
2,90 gr W |
48,40 gr N |
0°16′25″ W |
43°33′36″ N |
|
AH |
3,30 gr W |
48,40 gr N |
0°38′01″ W |
43°33′36″ N |
|
AI |
3,30 gr W |
48,34 gr N |
0°38′01″ W |
43°30′21″ N |
|
AJ |
3,34 gr W |
48,34 gr N |
0°40′10″ W |
43°30′21″ N |
|
AK |
3,34 gr W |
48,32 gr N |
0°40′10″ W |
43°29′17″ N |
|
AL |
3,40 gr W |
48,32 gr N |
0°43′25″ W |
43°29′17″ N |
Is-superfiċje koperta mill-konċessjonijiet ta’ Lagrave, stipulata bid-digriet tal-10 ta’ Frar 1988 (ippubblikat fil-Journal officiel de la République française tas-17 ta’ Frar 1988), u ta’ Pécorade, stipulata bid-digriet tal-15 ta’ Lulju 1982 (ippubblikat fil-Journal officiel de la République française tal-24 ta’ Lulju 1982), hija eskluża minn dan il-perimetru.
Skont din id-delimitazzjoni, is-superfiċje hija ta’ madwar 1 479 km2.
It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess
Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-digriet Nru 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 modifikat dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).
L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta’ drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta’ Diċembru 1994, p. 11, u stabbiliti bid-digriet Nru 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).
L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz mogħti hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet li jikkompetu magħha jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla tal-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Ottubru 2016.
Kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u għat-twaqqif tagħha
L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-digriet Nru 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006 kif modifikat, dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).
Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija:
|
Direction générale de l’énergie et du climat — Direction de l’énergie |
|
Bureau exploration et production des hydrocarbures |
|
Tour Séquoia |
|
1, place Carpeaux |
|
92800 Puteaux |
|
FRANCE |
|
Tel. +33 140819527 |
Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr
(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.
|
26.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/7 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(2015/C 99/05)
|
L-Istat Membru |
Ir-Renju Unit |
|||||||||
|
Ir-rotta kkonċernata |
Minn Glasgow għal Campbeltown Minn Glasgow għal Tiree Minn Glasgow għal Barra |
|||||||||
|
Il-perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-25 ta’ Ottubru 2015 sal-24 ta’ Ottubru 2019 |
|||||||||
|
L-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti |
Nhar it-Tlieta 9 ta’ Ġunju 2015, f’12:00 |
|||||||||
|
L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumenti rilevanti marbutin mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
|
|
26.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/7 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 99/06)
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
||||||||
|
Rotot ikkonċernati |
Bragança – Vila Real – Viseu – Cascais – Portimão |
||||||||
|
Perjodu tal-validità tal-kuntratt |
1 ta’ Ġunju 2015–31 ta’ Mejju 2018 |
||||||||
|
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
62 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
||||||||
|
Indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe tagħrif rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u l-obbligi tas-servizz pubbliku mmodifikati |
Id-dokumenti kollha se jkunu disponibbli fuq: http://www.saphety.com Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
26.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/8 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI MIFTUĦA
(2015/C 99/07)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni miftuħa:
|
|
EPSO/AD/302/15 — Amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-Awditjar |
L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f'24 lingwa fil-Ġurnal Uffiċjali C 99 A tas-26 ta' Marzu 2015.
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq is-sit tal-EPSO http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/9 |
Avviż lill-operaturi ekonomiċi — Sensiela ġdida ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli
(2015/C 99/08)
L-operaturi ekonomiċi huma infurmati li l-Kummissjoni rċeviet talbiet skont l-arranġamenti amministrattivi previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C363/02) (1) għas-sensiela ta’ Jannar 2016.
Il-lista tal-prodotti li għalihom qed tintalab sospensjoni tat-tariffa issa hija disponibbli fuq il-websajt tematika tal-Kummissjoni (Europa) dwar l-unjoni doganali (2).
L-operaturi ekonomiċi huma infurmati wkoll li l-iskadenza għall-oġġezzjonijiet kontra t-talbiet ġodda għandhom jaslu għand il-Kummissjoni, permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, hija s-23 ta’ Ġunju 2015, li hija d-data tat-tieni laqgħa skedata tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja.
L-operaturi interessati huma avżati biex jikkonsultaw il-lista b’mod regolari sabiex ikollhom informazzjoni dwar kif tkun is-sitwazzjoni fejn jidħlu t-talbiet.
Aktar informazzjoni dwar il-proċedura tas-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi tinsab fuq il-websajt Europa:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/suspensions/index_en.htm
(1) ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.
(2) http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/susp/susp_home.jsp?Lang=en
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7550 — CRH/Holcim Lafarge Divestment Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 99/09)
|
1. |
Fit-18 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CRH plc (“CRH”, Franza) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ ċerti assi ċeduti minn Holcim Ltd u Lafarge S.A. (flimkien “in-Negozju Ċedut”) permezz ta’ xiri ta’ assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal CRH: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ materjal tal-bini, inkluż siment griż, konkrit imħallat lest, aggregati u asfalt, — għan-Negozju Ċedut: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ materjal tal-bini, inkluż siment griż u abjad, konkrit imħallat lest, aggregati u asfalt. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7550 — CRH/Holcim Lafarge Divestment Business, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
26.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7582 — Goldman Sachs Group/Altarea/Pascal Défense)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 99/10)
|
1. |
Fit-18 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Goldman Sachs Group, Inc. (Goldman Sachs, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Altarea SCA (Altarea, Franza) indirettament jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Pascal Défense S.A.R.L. (Pascal Défense, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Goldman Sachs: kumpanija globali li toffri servizzi bankarji ta’ investiment, sigurtajiet u servizzi għall-ġestjoni tal-investimenti, — Altarea: kumpanija b’fondi fdati (trust) ta’ investiment fil-proprjetà immobbli u li tispeċjalizza wkoll fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli, attiva prinċipalment fil-bejgħ ta’ proprjetajiet residenzjali u tal-uffiċċju, — Pascal Défense: kumpanija possedenti u proprjetarja ta’ Tours Pascal, bini ta’ uffiċċji li jinsab f’La Défense, Franza. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jinbagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7582 — Goldman Sachs Group/Altarea/Pascal Défense, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
26.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7449 — SNCF Mobilités/Eurostar International Limited)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 99/11)
|
1. |
Fid-19 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni reċiviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolamanet tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża SNCF Mobilités, ikkontrollata mis-Société Nationale des Chemins de fer Français (“SNCF”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Eurostar International Limited kollha kemm hi (“EIL”, ir-Renju Unit), intrapriża komuni li ilha mill-2010 kkontrollata b’mod konġunt mill-Gvern Ingliż u minn SNCF, fuq il-bażi ta’ ftehim ġdid tal-azzjonarji. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — SNCF Mobilités: sfruttament tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-persuni fin-netwerk ferrovarju Franċiż u servizzi oħra tat-trasport ferrovarju inklużi dawk internazzjonali, — EIL: il-forniment ta’ servizzi tat-trasport ferrovarju internazzjonali ta’ vjaġġaturi b’veloċità għolja bejn ir-Renju Unit, Franza u l-Belġju. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, madankollu d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara din id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7449 — SNCF Mobilités/Eurostar International Limited, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).